WERREJ 1. PROĊEDURA TAL-BAĠIT 3 2. POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET 5 3. L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-2010 TAL-FAEG 9 4. KUMMENTI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-2010 TAL-FAEG 10 5. IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT 12 6. ANALIŻI SKONT IT-TIP TA’ NEFQA 12 ANNESS 1 ANNESS 2 ANNESS 3 ANNESS 4-I Anness 4-II ANNESS 5 ANNESS 6 | PROċEDURA BAġITARJA GħALL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN GħALL-2010 TAL-FAEG PARTI MILL-BAġIT TAL-FAEG FIL-BAġIT TAL-UE MILL-2004 SAL-2010 ANALIżI TAL-EżEKUZZJONI BAġITARJA TAL-FAEG – SENA FINANZJARJA 2010 ANALIżI TAL-EżEKUZZJONI BAġITARJA TAL-FAEG – SENA FINANZJARJA 2010. DħUL ASSENJAT. C4 ANALIżI TAL-EżEKUZZJONI BAġITARJA TAL-FAEG – SENA FINANZJARJA 2010. DħUL ASSENJAT. C5 EżEKUZZJONI BAġITARJA TAL-FAEG SKONT IL-KAPITOLU U L-ISM – SENA FINANZJARJA 2010 EVOLUZZJONI TAL-ANALIżI TAN-NEFQA TAL-FAEG TAS-SNIN FINANZJARJI MILL-2005 SAL-2010 | Nota: Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dettaljat jakkumpanja dan ir-rapport. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma (bl-Ingliż) u t-tabelli annessi (bl-Ingliż) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku Europa tad-DĠ Agrikoltura (http://ec.europa.eu/agriculture/fin/finrep_en.htm). | PROĊEDURA TAL-BAĠIT[1] Abbozz preliminari tal-baġit tal-2010 L-Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB) għall-2010 ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità tal-Baġit fid-29.4.2009. L-approprjazzjonijiet għal impenji proposti għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt l-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju tal-2007-2013 ammontaw għal total ta' EUR 43 744.9 miljun. Abbozz tal-baġit tal-2010 Il-Kunsill adotta l-Abbozz tal-Baġit tal-2010 f’Lulju 2009. L-approprjazzjonijiet għal impenji tal-FAEG tnaqqsu b’EUR 354.9 miljun meta mqabbla mal-APB għal EUR 43 389.98 miljun. Ittra ta' Emenda għall-2010 F’Ottubru 2009, il-Kummissjoni adottat l-Ittra ta’ Emenda (IE) Nru 2 għall-APB tal-2010, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-approprjazzjonijiet għal impenji għall-FAEG għal EUR 44 049.8 miljun, li kien ogħla b’EUR 304.9 miljun meta mqabbel mal-Abbozz Preliminari tal-Baġit. Din iż-żieda tinvolvi l-aktar ammont ta’ EUR 280 miljun previst għall-appoġġ speċifiku għas-settur tal-ħalib wara l-kriżi fis-settur tal-ħalib. Adozzjoni tal-baġit tal-2010 Il-Kunsill għamel it-tieni qari f’Novembru 2009. L-approprjazzjonijiet għal impenji tal-FAEG tnaqqsu b’EUR 231 miljun, meta mqabbla mal-livell inkluż fl-Ittra ta' Emenda, għal EUR 43 818.8 miljun2 li issa inkluda EUR 300 miljun għall-appoġġ speċifiku għas-settur tal-ħalib kif ukoll żieda fin-nefqa negattiva relatata mal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG b’– EUR 230 miljun. Il-Parlament Ewropew adotta l-baġit tal-2010 matul is-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Diċembru 2009. L-approprjazzjonijiet għal impenji vvotati tal-FAEG ammontaw għal total ta’ EUR 43 819.8 miljun. F’dan it-total, l-approprjazzjonijiet għal impenji li jammontaw għal EUR 4 395.3 miljun kienu previsti għall-miżuri tas-suq taħt il-Kapitolu 05 02 filwaqt li EUR 39 273.0 miljun kienu previsti għall-għajnuniet diretti taħt il-Kapitolu 05 03. Barra minn hekk, il-baġit tal-2010 ppreveda l-approprjazzjonijiet għal impenji ta’ EUR 371.9 miljun taħt il-qasam tal-politika 17-Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur, u EUR 30.5 miljun taħt il-qasam ta’ politika 11-Affarijiet Marittimi u Sajd. Għal aktar dettall, jekk jogħġbok ara l-anness 1. Dħul assenjat lill-FAEG[2] Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), id-dħul li joriġina minn korrezzjonijiet finanzjarji f’deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-konformità, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib huma mniżżla bħala dħul assenjat għall-iffinanzjar tan-nefqa tal-FAEG. Dan id-dħul assenjat jista’ jintuża, parzjalment jew kompletament, sabiex ikopri l-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG jekk l-approprjazzjonijiet tal-baġit mogħtija mill-Awtorità Baġitarja ma jkunux biżżejjed sabiex jiffinanzjaw in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri. Fil-każ fejn id-dħul kollu jew parti minnu ma jintużawx, dan jiġi awtomatikament riportat għas-sena baġitarja li jkun imiss sabiex jiffinanzja l-ħtiġijiet tal-baġit ta’ dik is-sena. Fi żmien l-istabbiliment tal-baġit tal-2010, saret stima tad-dħul kemm għall-ammont mistenni li jinġabar matul is-sena baġitarja tal-2010 kif ukoll għall-ammont li kien mistenni li jiġi riportat mis-sena baġitarja tal-2009 għall-2010. Din l-istima ġiet ikkunsidrata meta l-Awtorità Baġitarja adottat l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-2010. Speċifikament: - Id-dħul mill-korrezzjonijiet ta’ approvazzjonijiet tal-konformità u minn irregolaritajiet ġie stmat għal EUR 600.0 miljun u EUR 91.0 miljun rispettivament filwaqt li l-irċevuti mill-imposta fuq il-ħalib ġew stmati għal EUR 98.0 miljun. Għaldaqstant, l-ammont totali ta’ dħul assenjat mistenni li jinġabar matul is-sena baġitarja tal-2010 kien stmat għal EUR 789.0 miljun. - L-ammont tad-dħul assenjat mistenni li jiġi riportat mis-sena baġitarja tal-2009 għall-2010 ġie stmat għal EUR 133.0 miljun. Ġie kkunsidrat l-ammont totali ta’ EUR 922.0 miljun billi tnaqqsu l-approprjazzjonijiet mitluba għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex b’EUR 222.0 miljun u għall-iskema ta’ pagament uniku b’EUR 700.0 miljun. Wara li qieset dawn l-ammonti, l-Awtorità Baġitarja eventwalment approvat l-approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 547.0 miljun u EUR 28 480.0 miljun rispettivament għal dawn l-iskemi. Ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor [3] L-ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor, kif stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 320/2006 tal-Kunsill, huma ttrattati bħala dħul assenjat maħsub sabiex jiffinanzja l-għajnuna għar-ristrutturar taz-zokkor u għajnuniet oħra previsti fil-Fond ta’ Ristrutturar għaz-Zokkor. Għal kull sena tas-suq, mill-2006/07 sal-2008/09, dawn l-ammonti kienu relatati mal-kwoti taz-zokkor, tal-ġulepp tal-inulina u tal-iżoglukożju tal-operaturi f’kull Stat Membru u għandhom jitħallsu mill-Istati Membri fil-Fond f’żewġ pagamenti, li d-dati ta’ skadenza tagħhom huma l-31 ta’ Marzu u t-30 ta’ Novembru rispettivament għal kull sena. Fi żmien l-istabbiliment tal-baġit tal-2010, l-istima ta’ dan id-dħul mistenni li jiġi ttrasferit fil-baġit tal-UE matul is-sena ammontat għal EUR 606.8 miljun. Fl-istess żmien, ammont ta’ EUR 717.9 miljun kien mistenni li jiġi riportat mis-sena baġitarja tal-2009 għal dik tal-2010. Parti mill-baġit tal-FAEG fil-baġit totali tal-UE Il-parti finali tal-baġit (l-approprjazzjonijiet għal impenji) tal-FAEG mill-baġit totali tal-UE għall-perjodu 2004–2010 tidher fl-anness 2. POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2010: F’EUR | Sezzjoni tan-nefqa tal-baġit (1) | Approprjazzjonijiet għal impenji | Approprjazzjonijiet ta’ ħlas | Sezzjoni ta’ dħul tal-Baġit (AR) (2) | Previżjonijiet | 1. Approprjazzjonijiet inizjali għall-FAEG | 43 819 801 768 | 43 917 807 586 | 1. Approvazzjoni ta’ konformità | 600 000 000 | 2. Baġits emendatorji | 0 | 0 | 2. Irregolaritajiet | 91 000 000 | 3. Subtotal tal-approprjazzjonijiet inizjali għall-FAEG li minnhom | 43 819 801 768 | 43 917 807 586 | 3a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża (eskluż TRDI UE 10) (3) | 43 360 100 000 | 43 360 100 000 | 3. Levy speċjali mill-produtturi tal-ħalib | 98 000 000 | 3b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni ċentralizzata (4) | 459 701 768 | 341 107 586 | 4. Ammonti ta’ ristrutturar temporanju għas-settur taz-zokkor (5) | 607 000 000 | 3c. Approprjazzjonijiet għal TRDI UE 10 | 0 | 216 600 000 | Previżjoni totali ta’ AR | 1 396 000 000 | 4. Trasferiment lil / minn FAEG fis-sena | -83 529 | 45 666 471 | 5. Approprjazzjonijiet finali għal FAEG li minnhom | 43 819 718 239 | 43 963 474 057 | 5a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża (esklużTRDI UE 10) | 43 360 100 000 | 43 360 100 000 | 5b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni ċentralizzata | 459 618 239 | 400 024 057 | 5c. Approprjazzjonijiet għal TRDI UE 10 (6) | 0 | 203 350 000 | (1) Approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2010 billi jiġi kkunsidrat id-dħul assenjat mistenni li se jinġabar fl-2010 u d-dħul riportat mill-2009 għall-2010 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1605/2002 tal-Kunsill. (2) AR (“assigned revenue”): Dħul assenjat li jrid jinġabar. Mhemmx ammonti ta’ dħul imdaħħla fil-linja tad-dħul (p.m.)[4], iżda l-ammont previst huwa indikat fil-kummenti tal-baġit. (3) STŻR: Strument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali għall-UE 10. (4) 80% tal-approprjazzjonijiet għal impenji kkonċernaw l-ispejjeż għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji taħt il-qasam tal-politika 17- Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur. Il-bqija jikkonċernaw ugwalment in-nefqa għall-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika taħt il-qasam tal-politika 05 –Agrikoltura u Żvilupp Rurali u għas-swieq tal-ħut taħt il-qasam tal-politika 11- Affarijiet Marittimi u Sajd. (5) Id-dħul jintuża sabiex jipprovdi approprjazzjonijiet għall-ħlas tal-għajnuniet għall-Fond ta’ Ristrutturar għaz-zokkor. (6) Matul is-sena baġitarja, l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas oriġinali ta’ EUR 216.6 miljun tnaqqsu għal EUR 203.35 miljun permezz ta’ trasferiment ta’ baġit intern. | Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2010: F’EUR | Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet għal impenji | Eżekuzzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ ħlas | Ġestjoni kondiviża (approprjazzjonijiet mhux differenzjati): | 43 932 376 108.90 | 43 932 376 108.90 | Nefqa taħt ġestjoni ċentralizzata (1) | 443 936 238.44 | 344 004 974.21 | TRDI UE 10 | 0.00 | 199 348 292.50 | Total (inkluż il-Fond ta’ Ristrutturar taz-Zokkor) Fond ta’ Ristrutturar taz-Zokkor Total (eskluż il-Fond ta’ Ristrutturar taz-Zokkor) | 44 376 312 347.34 330 297 466.97 44 046 014 880.37 | 44 475 729 375.61 330 297 466.97 44 145 431 908.64 | (1) In-nefqa totali taħt ġestjoni ċentralizzata tinkludi ammont ta’ EUR 4.98 miljun iffinanzjat mid-dħul assenjat Għas-sena finanzjarja 2010, l-ammont attwali ta’ approprjazzjonijiet għal impenji użati ammonta għal EUR 44 376 312 347.34 filwaqt li dak għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlas ammonta għal EUR 44 475 729 375.61. Eżekuzzjoni tal-baġit – Nefqa taħt ġestjoni ċentralizzata mwettqa mill-Kummissjoni F’EUR | Nefqa taħt ġestjoni ċentralizzata | Approprjazzjonijiet għal impenji | Diżimpenji | Approprjazzjonijiet ta’ ħlas | Riport għall-2011 (2) | Approprjazzjonijiet (C1) (1) | 459 618 239.00 | - | 400 024 057.00 | - | Eżekuzzjoni (C1) | 438 956 113.58 | - | 314 076 513.37 | 31 740 465.18 | Approprjazzjonijiet ikkanċellati | 20 662 125.42 | - | 85 947 543.63 | - | (1) Jinkludu t-trasferiment lejn / barra l-FAEG: -EUR 83 529 għall-approprjazzjonijiet għal impenji u EUR 58 916 471 għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (2) Riport għall-2011 għall-approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss | L-approprjazzjonijiet għal impenji ta’ EUR 459.6 miljun kienu previsti għan-nefqa taħt ġestjoni ċentralizzata fil-baġit tal-2010. Fl-2010, ingħata impenn għall-ammont ta’ EUR 439 miljun. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, EUR 20.6 miljun, ġie kkanċellat. Madwar 80% tal-approprjazzjonijiet għal impenji jikkonċernaw in-nefqa għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji taħt il-qasam tal-politika 17 – Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur. Il-bqija jikkonċernaw ugwalment in-nefqa għall-istrateġija u l-koordinazzjoni tal-politika taħt il-qasam tal-politika 05 – Agrikoltura u Żvilupp Rurali u għas-swieq tal-ħut taħt il-qasam tal-politika 11 – Affarijiet Marittimi u Sajd. Mill-2007, u b’konformità mal-Artikolu 149 tar-Regolament Finanzjarju, il-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG għan-nefqa taħt ġestjoni ċentralizzata mwettqa mill-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati. Ir-riport awtomatiku għall-2011, li huwa relatat biss mal-approprjazzjonijiet mhux differenzjati, jammonta għal EUR 31.7 miljun. Ħlasijiet ta’ kull xahar Ħlasijiet ta’ kull xahar lill-Istati Membri Ħlasijiet ta’ kull xahar fuq il-provvediment għan-nefqa Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni[5] fl-Artikolu 15 jistipula li “ l-Kummissjoni għandha tagħmel ħlasijiet ta' kull xahar … għan-nefqa li ssir mill-aġenziji akkreditati tal-ħlas tal-Istati Membri matul ix-xahar ta’ referenza " [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-ħlasijiet ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar ta’ wara dak li fih issir in-nefqa. Il-ħlasijiet ta’ kull xahar huma rifużjoni tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li diġà saret u jsiru disponibbli fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri[6]. Il-prenotazzjoni ta' kull xahar tan-nefqa u d-dħul hija soġġetta għal verifiki u korrezzjonijiet abbażi tad-dikjarazzjoni dettaljata [7]. Barra minn hekk, dawk il-ħlasijiet isiru finali wara l-approvazzjoni tal-kontijiet tad-deċiżjonijiet tal-kontijiet. Ħlasijiet li saru mill-Istati Membri bejn is-16.10.2009 u l-15.10.2010 huma koperti mis-sistema għall-ħlasijiet ta’ kull xahar. Il-ħlasijiet li jifdal isiru direttament mill-Kummissjoni għal numru limitat ta’ miżuri. Għas-sena finanzjarja 2010, l-ammont nett totali ta’ ħlasijiet ta’ kull xahar kien ta’ EUR 42 315 080 082.3. Deċiżjonijiet dwar ħlasijiet ta’ kull xahar għall-2010 Għas-sena finanzjarja 2010, il-Kummissjoni adottat tnax-il deċiżjoni dwar il-ħlasijiet ta’ kull xahar. Barra minn hekk, f’Diċembru 2010 ġiet adottata deċiżjoni addizzjonali għall-ħlasijiet ta’ kull xahar li taġġusta lil dawk li diġà ġew approvati għan-nefqa totali debitabbli għas-sena. L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-2010 TAL-FAEG Introduzzjoni Is-sena agrikola 2010 kienet karatterizzata minn żieda fil-prezzijiet tal-produzzjoni agrikola, kemm fl-UE kif ukoll fis-swieq globali. Is-sitwazzjoni favorevoli fis-swieq agrikoli ġiet appoġġjata ulterjorment mis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali hekk kif il-pajjiżi bdew joħorġu mill-akbar riċessjoni f’dawn l-aħħar deċennji. Il-livell tan-nefqa tal-FAEG u l-użu tal-approprjazzjonijiet għal impenji disponibbli għall-miżuri tas-suq, miżmum kważi fil-livell tiegħu tal-2009, kien influwenzat l-aktar mill-ħtiġijiet miżjuda sabiex jiġi kopert l-intervent għaċ-ċereali, il-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u permezz tal-ħlas tal-għajnuna għall-miżura meħuda mill-Kummissjoni fis-settur tal-ħalib fl-2009. Fir-rigward tal-ħlasijiet diretti, il-livell tan-nefqa tal-FAEG kien ogħla meta mqabbel ma’ dak tal-2009 minħabba l-introduzzjoni progressiva ta’ dawn il-ħlasijiet lill-UE-12 li baqgħet għaddejja fl-2010. L-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-FAEG L-implimentazzjoni tal-baġit ammontat għal EUR 44 046.0 miljun. Din in-nefqa ġiet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit, billi jintuża l-ammont sħiħ tad-dħul assenjat, ta’ EUR 141.7 miljun, riportat mill-2009 u parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2010 li jammonta għal EUR 105.4 miljun, minn total ta’ EUR 1 010.5 miljun. Fi ħdan il-qasam tal-politika 05-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, in-nefqa għall-miżuri tas-suq ammontaw għal EUR 3 983.8 miljun waqt li dawk għall-għajnuniet diretti ammontaw għal EUR 39 675.7 miljun. In-nefqa mġarrba għall-għajnuniet diretti taqbeż l-approprjazzjonijiet votati tal-baġit u kienet parzjalment koperta mit-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet minn elementi oħra tal-baġit u parzjalment mid-dħul li kien assenjat lill-baġit tal-FAEG. Barra minn hekk, l-ammont tal-implimentazzjoni totali msemmi qabel jinkludi nefqa ta’ EUR 30.4 miljun għall-miżuri tas-suq tal-ħut kif ukoll nefqa li tammonta għal EUR 359.9 miljun[8] għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji . Għal aktar dettall tal-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam tal-politika, jekk jogħġbok ara l-Anness 3. L-Anness 5 jippreżenta rendikont tan-nefqa fuq il-miżuri tas-suq, il-ħlasijiet diretti u awditu tan-nefqa agrikola skont l-artikolu u skont l-Istat Membru. KUMMENTI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-2010 TAL-FAEG Kummentarju qasir dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-agrikoltura huwa ppreżentat iktar ’il quddiem ibbażat fuq id-dettalji li jidhru fl-Anness 3. Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli Introduzzjoni Il-pagamenti totali għal dan il-qasam tal-baġit ammontaw għal EUR 3 983.8 miljun u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit li jammontaw għalEUR 4 395.3 miljun. Għaldaqstant, l-approprjazzjonijiet li saru disponibbli ġew trasferiti għal elementi oħra tal-baġit sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali meħtieġa għall-iskema ta’ pagament uniku u għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-kontijiet tal-FAEG. Rigward id-dħul assenjat, EUR 1.9 miljun intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u l-bilanċ disponibbli ġie riportat għall-2011. Ċereali Wara l-ħsad sinifikanti u t-tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet taċ-ċereali, l-implimentazzjoni żejda tas-settur kienet primarjament dovuta għall-fatt li l-istokks ta’ intervent żdiedu minn madwar 1.56 miljun tunnellata fil-bidu tas-sena għal madwar 5.56 miljun tunnellata, l-aktar minħabba x-xiri tax-xgħir, sa tmiem is-sena. Rifużjoni għall-prodotti li mhumiex tal-Anness I L-Istati Membri ġarrbu spiża iżgħar minn dik prevista għall-ħlas tar-rifużjonijiet għall-prodotti tal-ħalib inkorporati mal-prodotti agrikoli pproċessati esportati hekk kif il-Kummissjoni fasslet ir-rata tar-rifużjoni għal 0 f’Novembru 2009 wara titjib notevoli fis-suq tal-ħalib. Programmi tal-ikel L-implimentazzjoni kemmxejn nieqsa tas-settur kienet primarjament dovuta għall-fatt li ċerti Stati Membri ma implimentawx bis-sħiħ il-pjan ta’ distribuzzjoni tal-2010 għaċ-ċereali u t-trab tal-ħalib xkumat u għall-fatt li ġew iddikjarati spejjeż amministrattivi, tat-trasferiment u t-trasport iżgħar minn dak li kien previst għall-operazzjonijiet ta’ distribuzzjoni tal-2010. Dawn l-ispejjeż huma mistennija jiġu ddikjarati fl-2011. Frott u ħxejjex L-implimentazzjoni żejda tas-settur kienet primarjament dovuta għall-ħlasijiet ogħla mġarrba mill-Istati Membri għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi u għall-għajnuna għall-gruppi ta’ produtturi għar-rikonoxximent preliminari meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit. Dawn il-ħlasijiet ogħla ġew koperti minn trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet minn elementi oħra tal-baġit u mid-dħul li kien ġie assenjat għal dan is-settur. Prodotti tas-settur tal-vinikultura Il-miżuri primarji ffinanzjati f’dan is-settur huma l-programmi nazjonali ta’ appoġġ u l-iskema tal-qlugħ tad-dwieli. L-Istati Membri ġarrbu spiża iżgħar għall-programmi nazzjonali ta’ appoġġ tagħhom meta mqabbla mal-ammonti previsti għal dawn il-programmi, li madanakollu ġew implimentati b’mod sodisfaċenti b’madwar 99% tal-approprjazzjonijiet previsti. Ġarrbu wkoll spiża iżgħar għall-għajnuniet imħallsa għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli meta mqabbla mal-ammont previst fil-baġit. Ħalib u prodotti tal-ħalib L-approprjazzjonijiet tas-settur ġew ibbażati fuq il-ħtiġijiet mistennija li ħarġu mis-sitwazzjoni diffiċli tas-suq tal-ħalib fl-2009. Eventwalment, minkejja pagamenti ogħla li tħallsu lis-settur fl-2010, l-approprjazzjonijiet ivvutati tal-baġit kienu implimentati bin-nieqes primarjament minħabba t-titjib notevoli fil-kundizzjonijiet tas-suq tal-ħalib tard fl-2009 li wassal sabiex il-Kummissjoni tiffissa r-rata ta’ rifużjoni tal-esportazzjonijiet għall-prodotti tal-ħalib għal żero f’Novembru 2009 u waqqfet l-influss ta’ trab tal-ħalib xkumat u l-butir fil-ħażna pubblika. Għaldaqstant, l-Istati Membri ġarrbu ħlasijiet iżgħar għar-rifużjonijiet tal-esportazzjonijiet filwaqt li t-tneħħijiet mill-ħażna pubblika kemm tal-butir kif ukoll tat-trab tal-ħalib xkumat irriżultaw fi qligħ globali nett mill-ħażna pubblika ta’ dawn il-prodotti. Kapitolu 05 03: Għajnuniet Diretti L-approprjazzjonijiet ivvutati għal dan il-kapitolu tal-baġit tal-2010 ammontaw għalEUR 39 273.0 miljun filwaqt li l-ħlasijiet ammontaw għal madwarEUR 39 675.7 miljun. Din l-implimentazzjoni apparentement żejda kienet primarjament attribwibbli għall-iskema ta’ pagament uniku li l-approprjazzjonijiet tagħha kienu tnaqqsu sabiex jittieħed f’kunsiderazzjoni d-dħul assenjat u kienet parzjalment koperta mid-dħul li kien assenjat għal din l-iskema fil-baġit tal-2010 u parzjalment mit-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet minn elementi oħra tal-baġit. Kapitolu 05 07: Awditjar tan-nefqa agrikola Artikolu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola B’mod partikolari, dan l-artikolu jinkludi l-ammonti kkreditati għall-baġit tal-FAEG permezz ta’ korrezzjonijiet mill-approvazzjoni tal-kontijiet tal-kontijiet u min-nuqqas ta’ rispett tad-dati ta’ skadenza għall-ħlasijiet lill-benefiċjarji. L-ammont totali finali ta’ dawn il-korrezzjonijiet ammonta għal - EUR 54.2 miljun. L-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-2010 adottati mill-Awtorità tal-Baġit ammontaw għal – EUR 310 miljun għal dawn il-korrezzjonijiet. Il-Kummissjoni għalqet dan il-kont billi ttrasferiet l-approprjazzjonijiet ivvutati li jammontaw għal EUR 256 miljun li baqgħu disponibbli fil-parti tal-baġit tal-interventi tas-suq. IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT Dħul assenjat lill-FAEG Id-dħul assenjat effettivament riportat mill-2009 għall-2010 ammonta għal EUR 141.7 miljun u ntuża kompletament għall-iffinanzjar tan-nefqa tas-sena baġitarja 2010 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament Finanzjarju. Dan l-ammont kopra nefqa ta’ EUR 0.7 miljun għall-fondi operattivi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi, ta’ EUR 140.7 miljun għall-iskema ta’ pagament uniku, ta’ EUR 0.1 miljun għall-approvazzjoni tal-kontijiet tas-sena preċedenti, u ta’ EUR 0.2 miljun għall-istħarriġ fuq l-istruttura tal-impriżi agrikoli. Id-dħul assenjat miġbur fl-2010 ammonta għal EUR 1 010.5 miljun. Parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2010 li jammonta għal EUR 105.4 miljun intużat sabiex tiġi koperta n-nefqa mġarrba matul is-sena għas-settur tal-frott u l-ħxejjex u għall-iskema ta’ pagament uniku. Il-bilanċ li jammonta għal EUR 905.1 miljun ġie riportat awtomatikament għall-baġit tal-2011 sabiex jiffinanzja l-ħtiġijiet tal-baġit ta’ dik is-sena. Għal aktar dettall, jekk jogħġbok ara l-annessi 4-I u 4-II. Dħul assenjat li jikkonċerna l-ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor L-ammont totali ta’ dħul assenjat imħallas mill-Istati Membri fl-2010 kien ta’EUR 606.8 miljun, daqs l-ammont inizjalment stmat. Barra minn hekk, id-dħul assenjat riportat mill-2009 għall-2010 ammonta għal EUR 768.3 miljun. Għaldaqstant, l-ammont totali ta’ dħul assenjat disponibbli għall-baġit tal-UE fl-2010 f’forma ta’ ammonti temporanji għar-ristrutturar sar EUR 1 375.1 miljun. Wara l-ħlasijiet għall-għajnuna li saru lill-benefiċjarji tal-fond ta’ ristrutturar għaz-zokkor, l-ammonti temporanji tar-ristrutturar jippreżentaw bilanċ ta’ EUR 1 044.8 miljun li ġie riportat għall-2011. Għal aktar dettall, jekk jogħġbok ara l-annessi 4-I u 4-II. Fond ta' Ristrutturar għaz-Zokkor Matul is-sena baġitarja 2010, l-Istati Membri taw ħlasijiet netti totali għall-għajnuniet għall-industrija taz-zokkor ristrutturata, għall-għajnuniet ta’ diversifikazzjoni kif ukoll għall-għajnuniet għar-raffinar taz-zokkor li ammontaw għal madwar EUR 330.3 miljun. Dawn l-għajnuniet tħallsu mid-dħul imsemmi aktar ’il fuq li oriġina mill-ammonti temporanji għar-ristrutturar fis-settur taz-zokkor u speċifikament mid-dħul assenjat riportat mill-2009 għall-2010. Għal aktar dettall, jekk jogħġbok ara l-Anness 3. ANALIŻI SKONT IT-TIP TA’ NEFQA In-nefqa totali tal-FAEG tammonta għal EUR 44 046 miljun (għajr il-Fond ta’ Ristrutturar għaz-Zokkor). Iktar ’il quddiem, din in-nefqa hija ppreżentata maqsuma u analizzata fl-aktar kategoriji sinifikanti flimkien mal-perċentwali li dawn jirrappreżentaw fin-nefqa totali tal-FAEG għall-2010: Ħażna In-nefqa għall-ħażna ammontat għal EUR 93.6 miljun, jiġifieri: 0.21% tat-total. Il-prodotti ewlenin ikkonċernati kienu ċ-ċereali, l-inbid, iż-żejt taż-żebbuġa u l-ġobon. Rifużjoni tal-esportazzjoni In-nefqa fuq ir-rifużjoni ammontat għal EUR 385.1 miljun, jiġifieri: 0.87% tat-total u kienet relatata l-aktar mal-prodotti tal-ħalib, mal-laħam tal-majjal, mal-prodotti li mhumiex tal-anness I u l-laħam taċ-ċanga. Miżuri oħra tas-suq Minbarra l-ħażna u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, in-nefqa għal miżuri oħra tas-suq ammontat għal EUR 3 454.8 miljun, jiġifieri: 7.84% tat-total tas-sena. Din il-kategorija tkopri n-nefqa li hija relatata l-aktar maċ-ċereali, mal-programmi tal-ikel, mal-frott u l-ħxejjex, mal-inbid, mal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u mas-swieq tal-laħam taċ-ċanga, tal-vitella u tal-majjal. Din in-nefqa tkopri ammonti minuri oħrajn u tinkludi l-korrezzjonijiet li ġejjin mill-awditjar tan-nefqa agrikola. Ħlasijiet diretti In-nefqa għall-ħlasijiet diretti ammontat għal EUR 39 675.7 miljun, jiġifieri: 90.1% tat-total. Nefqa diretta taħt ġestjoni ċentralizzata Din in-nefqa tammonta għal EUR 443.9 miljun, jiġifieri: 1.01% tħallset direttament mill-Kummissjoni u prinċipalment kopriet in-nefqa relatata mal-miżuri veterinarji u fitosanitarji kif ukoll mal-kontabilità tal-impriżi agrikoli u mal-istħarriġ agrikolu. Żvilupp rurali L-ebda approprjazzjoni għal impenji ma kienet prevista fil-baġit tal-2010 għat-Taqsima tal-Garanzija ta’ dak li qabel kien il-FAEGG[9]. Fl-istess ħin, l-Istati Membri ddikkjaraw l-irkupri ta’ ammonti li kienu tħallsu qabel jammontaw għal EUR 7.1 miljun. L-evoluzzjoni ta’ din l-analiżi skont it-tip ta’ nefqa għall-perjodu 2005-2010 hija ppreżentata fl-Anness 6. [pic] [pic] [pic][pic] [pic][pic][pic] [1] Din il-proċedura hija ppreżentata fl-anness 1. 2 Inizjalment, l-ammont ta’ EUR 300 miljun previst għall-appoġġ speċifiku għas-settur tal-ħalib kien f’riżerva. [2] Dawn l-ammonti mhumiex imdaħħla fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 670 għad-dħul assenjat lill-FAEG) iżda jissemmew fil-kummenti tal-baġit għal dan l-artikolu. [3] Dawn l-ammonti mhumiex imdaħħla fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 680 għall-ammonti temporanji għar-ristrutturar għas-settur taz-zokkor) iżda jissemmew fil-kummenti tal-baġit għal dan l-artikolu. [4] p.m.: " pour mémoire ". [5] ĠU L 209 of 11.8.2005, p. 1. [6] Dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar tan-nefqa jintbagħtu mill-Istati Membri permezz ta’ dikjarazzjoni tal-għaxra tax-xahar N+1. [7] Id-dikjarazzjonijiet dettaljati jintbagħtu kull xahar mill-Istati Membri (skont it-tabella 104) fl-għoxrin tax-xahar N+1. [8] Dan l-ammont jinkludi ħlasijiet ta’ EUR 4.8 miljun li saru għall-qasam tal-politika 17 kemm fuq il-bażi tad-dħul assenjat riportat mill-2009 għall-2010 kif ukoll tad-dħul assenjat li reġa’ nġabar fl-2010. [9] L-iżvilupp rurali ffinanzjat minn dak li qabel kien il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija-Taqsima tal-Garanzija (FAEGG) – Perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006.