WERREJ 1. Proċedura tal-baġit 3 1.1. Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB) 2010 3 1.2. Abbozz tal-Baġit (AB) 2010 3 1.3. Ittra ta' Emenda (IE) 2010 3 1.4. L-adozzjoni tal-Baġit 2010 3 2. Ġestjoni tal-approprjazzjonijiet 4 2.1. Il-Ġestjoni ta' Approprjazzjonijiet għall-Impenji 4 2.1.1. Il-programmi operazzjonali tal-FAEŻR 4 2.1.2. Assistenza teknika 4 2.2. Il-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet 5 2.2.1. Il-programmi operazzjonali tal-FAEŻR 5 2.2.2. Assistenza teknika 5 3. Implimentazzjoni tal-baġit tal-FAEŻR għall-2010 6 3.1. Introduzzjoni 6 3.2. Implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji 6 3.2.1. Il-programmi operazzjonali tal-FAEŻR 6 3.2.2. Assistenza teknika 7 3.3. Implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet 7 3.3.1. Il-programmi operazzjonali tal-FAEŻR 7 3.3.2. Assistenza teknika 12 3.4. Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont l-assi u l-miżura 12 3.5. Implimentazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR 14 Proċedura tal-baġit Abbozz Preliminari tal-Baġit (APB) 2010 L-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2010 (APB) ġie adottat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità tal-Baġit fid-29 ta’ April 2009. Il-proposta għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) taħt l-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 kienet tammonta għalEUR 13 970 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 12 648 miljun f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (li minnhom EUR 300 miljun iddaħħlu fir-riżerva għall-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku - EERP). Partita tal-Baġit | Approprjazzjonijiet għall-impenji (f’EUR) | Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (f’EUR) | 05.040501 (Programmi għall-Iżvilupp Rurali) | 13 947 136 182 | * 12 639 000 000 | 05.040502 (Assistenza teknika) | 22 548 451 | 9 000 000 | *EUR 300 000 000 imdaħħla f’riżerva għall-EERP | Abbozz tal-Baġit (AB) 2010 Il-Kunsill adotta l-Abbozz tal-Baġit 2010 f’Lulju 2009. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-programmi tal-FAEŻR ġew imnaqqsa b’EUR 98.0 miljun meta mqabbla mal-APB. Ittra ta' Emenda (IE) 2010 F’Ottubru 2009 il-Kummissjoni adottat l-Ittra ta' Emenda Nru 2 għall-APB 2010. Minkejja li l-eżerċizzju tal-Ittra ta' Emenda primarjament jikkonċerna l-FAEG, l-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-programmi tal-FAEŻR ġew immodifikati biex jirriflettu finanzjament addizzjonali għal ammont nett totali ta’ EUR 388.4 miljun. Dan l-ammont nett jirrigwarda t-tieni parti tal-EERP, in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ modulazzjoni volontarja fil-Portugall u l-aġġustament minuri ta’ modulazzjoni obbligatorja fi Spanja. L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet naqsu b’EUR 32.8 miljun biex ikun ikkunsidrat in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-Portugall. L-adozzjoni tal-Baġit 2010 It-tieni qari tal-Kunsill, adottat fl-20.11.2009, ma kien jinvolvi l-ebda modifika għall-approprjazzjonijiet tal-FAEŻR proposti fl-Ittra ta' Emenda. Il-Parlament Ewropew adotta l-baġit 2010 waqt is-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Diċembru 2009. Il-baġit approvat tal-FAEŻR kien jammonta għal EUR 14 358 miljun f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 12 615 miljun f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Partita tal-Baġit | Approprjazzjonijiet għall-impenji (f’EUR) | Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (f’EUR) | 05.040501 (Programmi għall-Iżvilupp Rurali) | 14 335 536 182 | 12 606 200 000 | 05.040502 (Assistenza teknika) | 22 548 451 | 9 000 000 | Ġestjoni TAL-APPROPRJAZZJONIJIET Il-Ġestjoni ta' Approprjazzjonijiet għall-Impenji Il-programmi operazzjonali tal-FAEŻR Fl-2010 l-approprjazzjonijiet disponibbli għall-impenji kienu jammontaw għal total ta’ EUR 14.59 biljun. Minn dan l-ammont, EUR 14.34 biljun kienu jikkorrispondu mal-baġit approvat u EUR 252 miljun kienu approprjazzjonijiet ittrasferiti mill-2009. Id-deċiżjoni li jsir riport, li ġiet adottata fi Frar 2010, kienet tikkonċerna parti mill-approprjazzjonijiet tal-EERP li ma setgħetx tiġi impenjata fl-2009 minħabba s-sottomissjoni tardiva ta’ xi programmi riveduti għall-iżvilupp rurali mill-Istati Membri. L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet disponibbli għall-programmi tal-FAEŻR fl-2010 ġie impenjat (EUR 14.59 biljun). Il-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji fl-2010 – FAEŻR | Partita tal-Baġit 05.040501 (ammonti f’EUR) | Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2010 | 14 335 536 182 | Riport mill-2009 | 252 029 757 | Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2010 | 14 587 656 939 | Approprjazzjonijiet użati fl-2010 | 14 587 565 939 | Assistenza teknika It-tieni paragrafu tal-Artikolu 69, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 jistipula li 0.25 % tar-riżorsi għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għandhom jiġu ddedikati lill-assistenza teknika għall-Kummissjoni. Fil-baġit tal-2010, l-ammont disponibbli għal dan il-għan kien ta’ EUR 22.5 miljun. Fl-aħħar tal-2010, l-ammont totali impenjat kien ta’ EUR 4.9 miljun. Il-ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet għal l-ħlasijiet Il-programmi operazzjonali tal-FAEŻR Fl-2010 l-approprjazzjonijiet inizjali għall-ħlasijiet kienu jammontaw għal EUR 12.6 biljun. Fid-dawl tal-previżjoni ta’ ħlasijiet riveduta sottomessa mill-Istati Membri f’Settembru 2010, l-approprjazzjonijiet tnaqqsu b’EUR 1 160 miljun permezz tal-proċedura ta’ trasferiment globali. Ladarba l-Istati Membri kienu bagħtu d-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq tagħhom għat-tielet trimestru, eċċess addizzjonali ta’ EUR 330 miljun ġie identifikat u propost għal tnaqqis f’Abbozz ta’ Baġit Emendatorju. Madankollu, peress li finalment dan il-Baġit Emendatorju ma ġiex adottat, dawk l-approprjazzjonijiet għal ħlasijiet baqgħu ma ntużawx fl-aħħar tas-sena. L-ammont mhux użat jirrifletti l-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq għat-tielet trimestru kienu kemmxejn taħt il-previżjonijiet riveduti; u l-fatt li parti mit-talbiet għal ħlasijiet għat-tielet trimestru sottomessi minn bosta Stati Membri ma setgħux jiġu rimborsati minħabba l-eżawriment tal-approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli. L-approprjazzjonijiet li ma ntużawx ġew riportati għall-2011. L-ammont totali mħallas lill-Istati Membri għal programmi tal-FAEŻR fl-2010 laħaq il-EUR 11.1 biljun. Il-Ġestjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fl-2010 – FAEŻR | Partita tal-Baġit 05.040501 (ammonti f’EUR) | Approprjazzjonijiet fil-bidu tal-2010 | 12 606 200 000 | Trasferiment globali | -1 160 000 000 | Approprjazzjonijiet disponibbli fl-2010 | 11 446 200 000 | Approprjazzjonijiet użati fl-2010 | 11 116 180 326 | Ammonti mhux użati u riport fl-aħħar tal-2010 | 330 019 674 | Assistenza teknika Fil-baġit tal-2010, l-ammont għal approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kien ta’ EUR 9 miljun. Dan l-ammont tnaqqas b’EUR 2.5 miljun permezz tat-trasferiment globali. Fl-aħħar tas-sena, l-ammont totali ta’ ħlasijiet kien ta’ EUR 4.4 miljun, u dan ħalla EUR 2.1 miljun mhux użati. IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAġIT TAL-FAEŻR GħALL-2010 INTRODUZZJONI Is-sena finanzjarja 2010 irrappreżentat b'mod partikolari perjodu ta’ konsolidazzjoni fejn ħafna programmi għall-iżvilupp rurali laħqu r-ritmu tagħhom. Madankollu, din kienet sitwazzjoni irregolari peress li bosta programmi wrew diffikultajiet sinifikanti ta’ implimentazzjoni minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja li kellha effett fuq il-kapaċità tal-Istati Membri li jipprovdu l-kofinanzjament nazzjonali u setgħat ikkawżat lill-benefiċjarji li joqogħdu lura milli jidħlu għal xi impenji; l-approvazzjoni tardiva ta’ ċerti programmi; u n-nuqqas ta’ esperjenza preċedenti suffiċjenti ta’ xi Stati Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi għall-Iżvilupp Rurali. Implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għal l-impenji Il-programmi operazzjonali tal-FAEŻR It-tabella hawn taħt turi l-ammonti impenjati għal kull Stat Membru fl-2010 u l-allokazzjoni stabbilita bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE (modifika ta’ April 2010 kienet għadha fis-seħħ fit-tmiem tas-sena). Fl-2010, l-approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli għall-programmi tal-FAEŻR kienu jammontaw għal EUR 14.59 biljun. Dan l-ammont kien jinkludi EUR 14.34 biljun li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-2010 kif stabbilita fid-Deċiżjoni 2006/636/KE u EUR 252 miljun riportati mill-2009. L-approprjazzjonijiet disponibbli kollha ġew impenjati matul is-sena (EUR 14.34 biljun). Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE (l-aħħar verżjoni fis-seħħ fit-tmiem tal-2009) vs. l-ammonti impenjati fit-tmiem tal-2010: | Partita tal-baġit: 05.040501 | (f’EUR) | SM | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE – Fondi tal-UE fl-2010 | Ammonti riportati għal impenn fl-2010 | Ammonti impenjati fis-sena tal-baġit 2010 | (a) | (b) | (c=a+b) | AT | 586 983 505 | 0 | 586 983 505 | BE | 70 637 509 | 1 110 000 | 71 747 509 | BG | 412 748 664 | 19 500 000 | 432 248 664 | CY | 23 911 507 | 0 | 23 911 507 | CZ | 415 632 774 | 21 000 000 | 436 632 774 | DE | 1 311 256 553 | 14 229 104 | 1 325 485 657 | DK | 85 052 762 | 0 | 85 052 762 | EE | 104 667 353 | 0 | 104 667 353 | ES | 1 400 090 047 | 49 871 207 | 1 449 961 254 | FI | 313 973 134 | 126 846 | 314 099 980 | FR | 1 091 752 155 | 165 200 | 1 091 917 355 | GR | 492 922 509 | 28 720 000 | 521 642 509 | HU | 529 160 494 | 28 440 000 | 557 600 494 | IE | 363 518 252 | 17 680 000 | 381 198 252 | IT | 1 256 577 236 | 38 596 000 | 1 295 173 236 | LT | 253 855 536 | 0 | 253 855 536 | LU | 13 838 190 | 0 | 13 838 190 | LV | 153 226 381 | 0 | 153 226 381 | MT | 10 964 212 | 0 | 10 964 212 | NL | 87 111 293 | 0 | 87 111 293 | PL | 1 935 872 838 | 0 | 1 935 872 838 | PT | 592 619 895 | 0 | 592 619 895 | RO | 1 401 644 651 | 0 | 1 401 644 651 | SE | 280 491 463 | 13 820 000 | 294 311 463 | SI | 134 100 946 | 0 | 134 100 946 | SK | 266 600 239 | 14 700 000 | 281 300 239 | UK | 746 326 084 | 4 071 400 | 750 397 484 | Total | 14 335 536 182 | 252 029 757 | 14 587 565 939 | Assistenza teknika It-tabella hawn taħt turi l-approprjazzjonijiet għall-impenji għal assistenza teknika kkunsmati fl-2010. L-aktar parti importanti hija relatata man-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. Assistenza teknika– Implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji | Partita tal-Baġit: 05.040502 | (f’EUR) | Deskrizzjoni | Ammont impenjat | Punt ta’ kuntatt tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ENRD) | 4 061 754 | Teknoloġija tal-Informatika | 219 730 | Gruppi ta’ ħidma tematiċi tal-ENRD | 350 754 | Kumitat ta’ esperti dwar l-evalwazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali | 200 000 | Pubblikazzjonijiet | 100 387 | Total | 4 932 625 | Implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet għal l-ħlasijiet Il-programmi operazzjonali tal-FAEŻR Fil-baġit tal-2010 l-ammont għal approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kien ta’EUR 12.61 biljun. It-trasferiment globali naqqas dan l-ammont b’EUR -1.16 biljun biex b'hekk l-approprjazzjonijiet tas-sena finalment kienu jammontaw għal EUR 11.45 biljun. Fl-aħħar tal-2010, l-ammont totali mħallas għal programmi tal-FAEŻR kien ta’EUR 11.12 biljun. Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet tas-sena(EUR 11.45 biljun ) u l-ammont totali mħallas hija dik ta’ EUR 330 miljun, li jirrappreżenta sottoeżekuzzjoni ta’ 2.88%. Għandu jiġi nnutat li l-ħlasijiet li saru fl-2010 żdiedu b’aktar minn 35% meta mqabbla mal-2009. It-tabella hawn taħt turi analiżi ta’ ħlasijiet li saru fl-2010 permezz tal-perjodu ta’ dikjarazzjoni : Ħlasijiet 2010 – Programmi operazzjonali tal-FAEŻR miljun EUR | Rimborż ta’ talbiet għall-ħlas għat-T3 (trimestru 3) 2009 | 127.31 | Rimborż ta’ talbiet għall-ħlas għat-T4 (trimestru 4) 2009 | 2 947.20 | Rimborż ta’ talbiet għall-ħlas għall-T1 (trimestru 1) 2010 | 2 124.25 | Rimborż ta’ talbiet għall-ħlas għat-T2 (trimestru 2) 2010 | 2 073.00 | Rimborż ta’ talbiet għall-ħlas għat-T3 (trimestru 3) 2010 | 3 443.28 | Ħlasijiet bil-quddiem | 401.15 | Total 2010 | 11 116.18 | Ir-rimborż tat-tielet trimestru tal-2010 għal 5 programmi tal-FAEŻR ġie totalment jew parzjalment mwaqqaf fl-aħħar tas-sena minħabba li l-approprjazzjonijiet għall-impenji pendenti għal dawn il-programmi kienu kompletament eżawriti mill-ħlas tat-talbiet preċedenti. It-tabella hawn taħt turi l-5 programmi tal-FAEŻR u l-ammonti korrispondenti. Il-ħlas kellu jistenna sakemm saru l-impenji annwali għall-2011. Programmi tal-FAEŻR– Nru CCI | Q3 2010 (f’EUR) | Vlaanderen (2007BE06RPO001) | 6 655 665 | Bayern (2007DE06RPO004) | 29 517 043 | Ireland National (2007IE06RPO001) | 32 730 873 | Bolzano (2007IT06RPO002) | 990 232 | Luxembourg (2007LU06RPO001) | 262 045 | Total | 70 155 858 | Il-konsum ta’ kull xahar ta’ approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet matul is-sena (Jannar sa Diċembru 2010) huwa rrappreżentat fil-grafika hawn taħt. Ir-ritmu ta’ konsum huwa marbut mal-kalendarju biex jintbagħtu l-erba’ dikjarazzjonijiet ta’ ħlas (31 ta’ Jannar, 30 ta’ April, 31 ta’ Lulju u l-10 ta’ Novembru għat-talbiet ta’ ħlas li jikkorrispondu rispettivament għat-T4 (Trimestru 4) 2009, it-T 1 (Trimestru 1) 2010, it-T2 (Trimestru 2) 2010 u t-T3 (Trimestru 3) 2010). [pic] L-analiżi għal kull Stat Membru u għal kull perjodu ta’ dikjarazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Kummissjoni fis-sena baġitarja 2010 qed tintwera fit-tabella li ġejja. L-ammonti mill-kolonna T3 2009 huma relatati mal-programmi tal-FAEŻR li eżawrew l-approprjazzjonijiet għall-impenji tagħhom għall-2009 u kellhom jistennew sal-2010 sabiex ikollhom l-ammonti tagħhom rimborżati mal-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-2010. Ħlasijiet li saru effettivament bejn 01/01/2010 u 31/12/2010 | (f’EUR) | SM | 2009 | 2010 | Differenza 2010 vs. 2009 | Partita tal-Baġit: 05.040502 | (f’EUR) | Deskrizzjoni | Ammont imħallas | Seminar dwar l-implimentazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali | 107 687 | Punt ta’ kuntatt tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ENRD) | 3 928 213 | Gruppi ta’ ħidma tematiċi tal-ENRD | 205 202 | Kumitat ta’ esperti dwar l-evalwazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali | 76 784 | Pubblikazzjonijiet | 88 516 | Total | 4 406 402 | Analiżi tan-nefqa ddikjarata skont l-assi u l-miżura It-tabella hawn taħt turi t-talbiet għall-ħlas iddikjarati minn kull Stat Membru u skont l-assi/l-miżura għall-iżvilupp rurali fl-2010 (T4 2009 sa T3 2010), in-nefqa kumulattiva ddikjarata mill-2007 sal-2010 (T4 2006 sa T3 2010) kif ukoll il-pjanijiet finanzjarji tal-programmi tal-FAEŻR (2007-2013; UE27). Fl-2010, in-nefqa tkompli tkun ikkonċentrata fl-assi 2 (50.9 %), segwita mill-assi 1 b'35.4%, l-assi 3 b’9.10 % u l-assi 4 bi 2.5%. Dan it-tqassim tan-nefqa għadu jvarja b’mod sinifikanti mit-tqassim fil-pjanijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 (33.6 %, 44.4 %, 13.3 % u 6 % għall-assi 1 sa 4 rispettivament). Il-miżuri tas-Assi 2 jinvolvu prinċipalment ħlasijiet annwali (eż. miżuri agroambjentali) filwaqt li l-Assi 1, 3 u, sa ċertu punt, l-Assi 4 prinċipalment jirrigwardaw miżuri multiannwali li jeħtieġu proċeduri itwal għall-approvazzjoni u għall-implimentazzjoni tagħhom (eż. proġetti ta’ investiment).. Meta mqabbla mal-medja għall-ewwel 3 snin (2007-2009), in-nefqa fl-2010 hija aktar ibbilanċjata fost l-assi u s-sehem ta’ kull assi għandu tendenza li jqarreb is-sehem fil-pjanijiet finanzjarji. Pereżempju, l-Assi 2 jonqos minn 57.8 % fl-2009 għal 50.0 % fl-2010 filwaqt li l-Assi 1 jiżdied minn 32.0 % fl-2009 għal 35.4 % fl-2010. Nefqa ddikjarata tal-FAEŻR għall-2010 (T4 2009-T3 2010) u Nefqa totali kumulattiva (T4 2006 sa Q3 2010) | Imqabbla mal-Pjanijiet Finanzjarji | Nefqa ddikjarata 2010 (T4 2009 sa T3 2010) | Nefqa ddikjarata kumulattiva (T4 2006 sa Q3 2010) | Pjanijiet Finanzjarji 2007-2013 | 112 Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ | 345.9 | 3.2% | 838.1 | 3.1% | 2 887.5 | 3.0% | 113 Irtirar bikri | 351.7 | 3.3% | 1 040.1 | 3.8% | 2 853.0 | 3.0% | 114 Użu ta’ servizzi ta’ konsulenza | 11.0 | 0.1% | 19.7 | 0.1% | 440.1 | 0.5% | 115 Stabbiliment ta’ ġestjoni, ħelsien u konsulenza | 2.5 | 0.0% | 4.0 | 0.0% | 93.5 | 0.1% | 121 Modernizzar ta’ impriżi agrikoli | 1 728.3 | 16.2% | 3 537.9 | 12.9% | 10 667.0 | 11.1% | 122 Titjib tal-valur ekonomiku ta’ foresta | 32.5 | 0.3% | 80.1 | 0.3% | 653.7 | 0.7% | 123 Żieda tal-valur għall-agrikoltura u l-forestrija | 585.3 | 5.5% | 1 016.0 | 3.7% | 5 647.3 | 5.9% | 124 Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ prodotti ġodda | 12.4 | 0.1% | 18.0 | 0.1% | 349.3 | 0.4% | 125 Infrastruttura relatata mal-iżvilupp … | 406.3 | 3.8% | 753.9 | 2.7% | 5 129.4 | 5.3% | 126 Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola | 49.1 | 0.5% | 104.9 | 0.4% | 477.5 | 0.5% | 131 Ilħuq tal-istandards ibbażati fuq il-Komunità... | 2.9 | 0.0% | 45.0 | 0.2% | 103.9 | 0.1% | 132 Parteċipazzjoni tal-bdiewa fil-kwalità tal-ikel … | 9.5 | 0.1% | 16.5 | 0.1% | 294.1 | 0.3% | 133 Attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni | 8.0 | 0.1% | 12.9 | 0.0% | 206.4 | 0.2% | 141 Biedja ta’ semisussistenza | 130.9 | 1.2% | 391.0 | 1.4% | 993.9 | 1.0% | 142 Gruppi ta’ produtturi | 23.2 | 0.2% | 56.2 | 0.2% | 327.9 | 0.3% | 143 Ħlas Dirett (BG + RO) | 1.1 | 0.0% | 1.7 | 0.0% | 131.8 | 0.1% | 144 Impriżi li għaddejjin minn ristrutturar | - | 0.0% | - | 0.0% | 17.0 | 0.0% | 212 Ħlasijiet lil bdiewa f’żoni bi żvantaġġi... | 1 026.7 | 9.6% | 3 269.3 | 11.9% | 7 241.4 | 7.5% | 213 Ħlasijiet ta’ Natura 2000 u ħlasijiet relatati.. | 23.0 | 0.2% | 55.7 | 0.2% | 476.7 | 0.5% | 214 Ħlasijiet agriambjentali | 2 897.4 | 27.1% | 8 960.3 | 32.6% | 22 231.3 | 23.1% | 215 Ħlasijiet għall-benesseri tal-annimali | 62.4 | 0.6% | 143.1 | 0.5% | 543.0 | 0.6% | 216 Investimenti mhux produttivi | 34.6 | 0.3% | 54.7 | 0.2% | 591.1 | 0.6% | 221 L-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola | 179.9 | 1.7% | 636.6 | 2.3% | 2 295.0 | 2.4% | 222 L-ewwel stabbiliment ta’ sistemi tal-agroforestrija .... | - | 0.0% | - | 0.0% | 16.4 | 0.0% | 223 L-ewwel afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola | 18.9 | 0.2% | 37.2 | 0.1% | 347.8 | 0.4% | 224 Ħlasijiet ta’ Natura 2000 | 3.7 | 0.0% | 7.0 | 0.0% | 102.0 | 0.1% | 225 Ħlasijiet għall-foresti u għall-ambjent | 4.9 | 0.0% | 13.1 | 0.0% | 271.4 | 0.3% | 226 Restawr tal-potenzjal tal-forestrija u … | 132.4 | 1.2% | 323.6 | 1.2% | 1 609.7 | 1.7% | 227 Investimenti mhux produttivi | 49.4 | 0.5% | 113.5 | 0.4% | 808.9 | 0.8% | 312 Ħolqien u żvilupp tan-negozju | 107.2 | 1.0% | 149.8 | 0.5% | 2 208.8 | 2.3% | 313 Inkoraġġiment tal-attivitajiet turistiċi | 78.6 | 0.7% | 127.5 | 0.5% | 1 291.0 | 1.3% | 321 Servizzi bażiċi għall-ekonomija u rurali … | 219.9 | 2.1% | 320.4 | 1.2% | 3 120.2 | 3.2% | 322 Tiġdid u żvilupp tal-villaġġ | 330.0 | 3.1% | 487.3 | 1.8% | 3 107.9 | 3.2% | 323 Konservazzjoni u titjib tar-rurali ... | 104.7 | 1.0% | 194.8 | 0.7% | 1 314.6 | 1.4% | 331 Taħriġ u informazzjoni | 9.6 | 0.1% | 16.9 | 0.1% | 147.5 | 0.2% | 341 Akkwist ta’ ħiliet, animazzjoni u implimentazzjoni | 17.4 | 0.2% | 35.2 | 0.1% | 150.0 | 0.2% | 412 Implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali... | 1.5 | 0.0% | 2.3 | 0.0% | 167.0 | 0.2% | 413 Implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali.... | 155.5 | 1.5% | 212.5 | 0.8% | 3 877.5 | 4.0% | 421 Implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni | 2.6 | 0.0% | 3.3 | 0.0% | 278.6 | 0.3% | 431 Tmexxija tal-grupp ta’ azzjoni lokali, akkwist... | 93.3 | 0.9% | 121.5 | 0.4% | 959.8 | 1.0% | 611 BG RO Ħlasijiet Diretti | 98.7 | 0.9% | 438.2 | 1.6% | 645.6 | 0.7% | Total assolut |10 677.0 |100.0% |27 460.0 |100.0% |96 244.2 |100.0% | | Implimentazzjoni tal-programmi tal-FAEŻR Il-grafika fuq il-paġna li ġejja tippreżenta r-rata tal-implimentazzjoni finanzjarja tal-programmi għall-iżvilupp rurali (mill-bidu tal-2010, inkluż T4 2010) meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet għall-2007-2010. Ir-rata medja tal-implimentazzjoni finanzjarja tal-FAEŻR għall-programmi kollha tal-FAEŻR hija ta’ 72.4 %. Il-grafika turi li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri assorbew aktar minn 60 % tal-approprjazzjonijiet tal-2007-2010. . [pic]