52011DC0641

/* KUMM/2011/0641 finali */ KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL STRUMENT GĦALL-ASSISTENZA TA' QABEL L-ADEŻJONI (IPA) QAFAS FINANZJARJU INDIKATTIV MULTIANNWALI RIVEDUT GĦALL-2012-2013


Introduzzjoni

Il-Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali (MIFF) għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) huwa mfassal biex jipprovdi informazzjoni dwar analiżi indikattiva tal-pakkett globali tal-IPA li ġie propost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament IPA (KE) 1085/2006. Dan jaġixxi bħala r-rabta bejn il-qafas politiku fi ħdan il-pakkett tat-tkabbir u l-proċess tal-baġit. Id-Dokumenti Indikattiv ta’ Ppjanar Multiannwali (MIPD) stabbiliti għal kull pajjiż benefiċjarju u għal programmi multibenefiċjarji, li permezz tagħhom tingħata l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, jikkunsidraw l-analiżi indikattiva proposta mill-MIFF.

Il-MIFF huwa bbażat fuq ċiklu ta’ pprogrammar kurrenti ta' tliet snin. F’ċirkostanzi normali, MIFF għas-snin N, N+1 u N+2 ser jiġi ppreżentat fl-aħħar tliet xhur tas-sena N-2 bħala parti mill-pakkett tat-tkabbir, li jirrappreżenta bidla finanzjarja proposta tal-prijoritajiet politiċi stipulati fi ħdan il-pakkett innifsu, b’mod li jitqies il-Qafas Finanzjarju. Billi l-2013 tirrapreżenta l-aħħar sena baġitarja tal-IPA, dan il-MIPP ikopri biss il-bidliet previsti fl-aħħar sentejn tal-qafas finanzjarju multiannwali kurrenti, jiġifieri dak tal-2012-2013. Dan jindika l-allokazzjoni tal-pakkett għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni skont il-pajjiż u skont il-komponent għal dawn is-snin, u jagħti wkoll indikazzjoni tal-pakkett għall-programm li jinvolvi diversi benefiċjarji u n-nefqa ta' appoġġ.

Bħal fis-snin preċedenti, il-MIFF huwa ppubblikat fuq il-bażi tal-istatus kurrenti tal-pajjiżi kkonċernati u għaldaqstant f'dan l-istadju ma jantiċipa ebda deċiżjoni mill-Kunsill dwar l-Opinjonijiet ippreżentati bil-pakkett tat-tkabbir jew data probabbli tal-adeżjoni għal xi pajjiż kandidat. Bħala tali, dan jirrifletti l-bidla tal-istatus tal-Montenegro li sar pajjiż kandidat f'Diċembru tal-2010[1], u kif ukoll id-data antiċipata tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-1 ta' Lulju tal-2013. Jekk ikun hemm bżonn ta' xi emenda sinifikanti għal dan il-MIFF qabel ir-reviżjoni annwali li jmiss tal-MIFF fil-ħarifa tal-2012, il-Kummissjoni tippubblika verżjoni emendata fiż-żmien xieraq.

Il-prijoritajiet politiċi ġenerali għal qabel l-adeżjoni huma mfissra fis-Sħubiji Ewropej u dawk ta’ Adeżjoni, fir-rapporti annwali tal-progress tal-pajjiż u fil-karta strateġika dwar it-tkabbir inkluża fil-pakkett tat-tkabbir ippreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew kull sena.

Programmar Finanzjarju Strateġiku

ALLOKAZZJONI TA’ FONDI BEJN IL-PAJJIżI

Il-punt tat-tluq għall-allokazzjonijiet fl-2007 kien impenn mill-Kummissjoni biex tiżgura li l-ebda pajjiż benefiċjarju ma jirċievi inqas fl-2007 minn dak li rċieva fl-2006 u barra minn hekk li l-Bosnja-Ħerzegovina u l-Albanija ma għandhomx jirċievu inqas mill-medja annwali tal-finanzjament li kull wieħed irċieva bejn fl-2004 u l-2006. Dan l-aħħar punt irrifletta l-fatt li l-finanzjament għal dawn il-pajjiżi kien ikkonċentrat fl-2004.

Iċ-ċifri għall-2008 ’il quddiem kienu kkalkulati fuq il-bażi tal-allokazzjoni per capita li kienu kkwotati fil-passat bħala indikazzjoni għall-ħtiġijiet u l-impatt. Kontra din il-miżura, il-livelli per capita għal kull kandidat potenzjali mill-Balkani tal-Punent żdiedu matul il-kors tal-qafas finanzjarju attwali għal iktar mill-medja per capita għall-2004-2006 ta’ EUR 23 (fi prezzijiet għall-2004) rċevuti taħt il-CARDS. It-tqassim globali ta' fondi bejn il-pajjiżi ġie rrispettat bl-eċċezzjoni tal-Kosovo[2] li rċieva aktar fondi tal-IPA. Fl-2008 EUR 60 miljun ġew mogħtija mill-awtorità baġitarja bħala parti minn mobilizzazzjoni iktar wiesgħa ta' fondi ġodda għas-sostenn tal-istabbilità u l-iżvilupp tal-Kosovo. Dan kien ġie ssupplimentat bi trasferiment ta’ EUR 60 miljun oħra minn approprjazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarji (MFA) mhux użati. Fl-2009, ġew impenjati EUR 40 miljun addizzjonali bħala segwitu tal-Konferenza tad-Donaturi li saret f’Lulju 2008.

Għall-Kroazja u għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala pajjiżi kandidati, huwa allokat livell ta' iktar minn EUR 30 per capita (fi prezzijiet tal-2004). Dan il-livell qed jinżamm matul il-perjodu għall-Kroazja. Meta titqies id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja li hija mistennija sseħħ fl-1 ta' Lulju tal-2013, l-allokazzjoni għall-Kroazja skont l-IPA ser titnaqqas bin-nofs tal-ammonti previsti oriġinarjament, għajr għall-iżvilupp rurali fejn l-allokazzjoni sħiħa tal-2013 ser tinżamm fil-livell li kien previst oriġinarjament fl-2013. Il-Kummissjoni ser tippreżenta proposta għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju għall-2013 hekk kif jiġi ffirmat it-Trattat ta' Adeżjoni, skont il-punt 29 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju tal-2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba. Għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-finanzjament f’termini per capita jkompli jiżdied, li jirrifletti livell minimu ta’ finanzjament meħtieġ għall-bini ta’ amministrazzjonijiet xierqa irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż.

Għall-Montenegro, il-livelli per capita tal-finanzjament huma ogħla minn dak tal-pajjiżi kandidati potenzjali, li jirrifletti livell minimu ta' finanzjament meħtieġ għall-amministrazzjonijiet xierqa, irrispettivament mid-daqs tal-pajjiż.

Għat-Turkija, meta jitqies id-daqs u l-kapaċità ta’ assorbiment tal-pajjiż, hemm żieda gradwali fil-livelli ta’ assistenza per capita matul il-perjodu 2007-2013.

Għall-Islanda, il-livell ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE permezz tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-livell ta' żvilupp ekonomiku u soċjali jfissru li dan il-pajjiż huwa eċċezzjoni fost il-pajjiżi kandidati. Għal din ir-raġuni, intlaħaq ftehim li l-assistenza tal-IPA li ser jirċievi dan il-pajjiż ser tingħata biss taħt il-Komponent I, ġestit mill-Kummissjoni. Il-finanzjament ikopri tliet snin u beda fl-2011.

ALLOKAZZJONIJIET BEJN IL-KOMPONENTI

L-IPA jitwassal permezz ta' dawn il-ħames komponenti li ġejjin: I – Tranżizzjoni u Bini ta' Istituzzjonijiet; II – Kooperazzjoni transkonfinali; III – Żvilupp Reġjonali; IV – Żvilupp tar-Riżorsi Umani; u V – Żvilupp Rurali.

Il-Komponent I, l-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini ta' Istituzzjonijiet tkopri l-azzjonijiet tal-bini ta' istituzzjonijiet kollha u l-investimenti relatati mal- acquis ; din tgħin il-pajjiżi benefiċjarji joħolqu kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja u tindirizza, skont il-prijorità, miżuri ta' kooperazzjoni mhux koperti b'mod speċifiku mill-komponenti l-oħrajn.

Il-Komponent II, il-Kooperazzjoni Transkonfinali, tappoġġja attivitajiet transkonfinali fost il-pajjiżi benefiċjarji u bejn il-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri; din tkopri wkoll il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarji tal-IPA fil-programmi tal-kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-FEŻR u fil-programmi tal-baċiri tal-baħar tal-ENPI, kif xieraq.

Il-komponenti III u V huma aċċessibbli biss għall-pajjiżi kandidati u għandhom l-għan li jippreparaw lil dawn il-pajjiżi għall-ipprogrammar, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Fondi Strutturali, ta' Koeżjoni u l-Fondi għall-Iżviluppi Rurali mal-adeżjoni, billi japprossimizzaw, sal-aktar livell possibbli taħt ir-regoli tal-Għajnuna Esterna, il-metodi ta' implimentazzjoni ta' dawn il-fondi. B'mod speċifiku, il-komponent III, l-Iżvilupp Reġjonali, jemula, sal-iktar limitu possibbli, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni. Il-komponent IV, l-Iżvilupp ta' Riżorsi Umani jħejji lill-pajjiżi kandidati għall-Fond Soċjali Ewropew, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi. Il-komponent V, l-Iżvilupp Rurali, jgħin lill-pajjiżi kandidati biex jippeparaw għall-programmi ta' żvilupp rurali wara l-adeżjoni ffinanzjati mill-UE billi jimplimenta għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni permezz ta' sistemi li huma simili kemm jista' jkun ta' dawk li huma meħtieġa wara l-adeżjoni.

Fid-determinazzjoni tal-allokazzjoni bejn il-komponenti, ingħatat attenzjoni xierqa għat-tlestija ta’ sistemi ta’ ġestjoni deċentralizzata neċessarji għall-implimentazzjoni tal-komponenti III, IV u V fil-pajjiżi kandidati preżenti kif ukoll il-ħtieġa għall-finanzjament tal-komponent II peress li hu relatat mal-kooperazzjoni transkonfinali mal-Istati Membri biex ikunu bħall-finanzjament ekwivalenti tal-FEŻR mill-intestatura 1b.

ALLOKAZZJONIJIET OħRAJN

Nefqa ta' appoġġ

Dan il-pakkett ikopri l-ispejjez amministrattivi marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-IPA.

Allokazzjoni għall-programmi multibenefiċjarji

L-għan tal-programmi multibenefiċjarji skont il-Komponent I huwa li jikkomplimenta l-programmi nazzjonali u li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet multilaterali fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija. L-istrateġija tiffoka fuq oqsma identifikati bħala kruċjali għall-integrazzjoni u l-istabbiltà Ewropea fir-reġjun u kwistjonijiet fejn hija meħtieġa l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi. Il-programmi b'impatt reġjonali, u / jew dawk li jistgħu jibbenefikaw mill-ekonomiji ta' skala jew ta’ ambitu jekk ikunu implimentati orizzontalment madwar numru ta' pajjiżi benefiċjarji, huma ffinanzjati taħt dan il-pakkett.

Il-programmi b’benefiċjarji multipi jsostnu, fost affarijiet oħrajn, l-Iskola Reġjonali għall-Amministrazzjoni Pubblika, il-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles fl-Ewropa Ċentrali (CEFTA), il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali (KKR), il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-boroż ta' studju ERASMUS u l-edukazzjoni ogħla. Huma jipprovdu wkoll il-bażi għal Faċilità tas-Soċjetà Ċivili li tgħaqqad l-appoġġ kemm mill-programmi nazzjonali kif ukoll minn dawk b’benefiċjarji multipi tal-IPA. Il-bini tal-istituzzjonijiet għall-Balkani tal-Punent, għat-Turkija u l-Islanda, hu appoġġjat permezz tal-istrument TAIEX, u, l-allokazzjonijiet huma magħmula għall-verifiki u għall-valutazzjoni tal-programmi reġjonali u nazzjonali, kif ukoll għall-informazzjoni u attivatijiet ta' komunikazzjoni. Ħtiġijiet ta' investiment għall-SMEs, effiċjenza tal-enerġija u żvilupp tal-infrastruttura, mqassma f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew għall-Investiment u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) oħra, ser ikomplu jkunu appoġġjati b'parti sostanzjali tal-allokazzjoni reġjonali u orizzontali. Dan l-appoġġ se jiġi kkoordinat taħt il-Qafas ta' Investiment tal-Balkani tal-Punent, imwaqqaf fl-aħħar tal-2009 biex itejjeb il-koordinament u l-kooperazzjoni fost id-donaturi u l-IFIs involuti b'mod attiv fil-Balkani tal-Punent. Mill-2010, parti mill-komponent II, jiġifieri l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi fi programmi transnazzjonali tal-FEŻR "Mediterran" u "Ewropa tax-Xlokk" hija implimentata wkoll fuq bażi multibenefiċjarja, għall-ħeffa tal-implimentazzjoni.

Preżentazzjoni taċ-ċifri

It-tabella li ġejja tagħti ċ-ċifri ta’ hawn fuq fi prezzijiet attwali u f’Euro. Din turi l-allokazzjonijiet skont il-pajjiż u skont il-komponent, kif ukoll għall-programm multibenefiċjarju u n-nefqa ta’ appoġġ. Iċ-ċifri finali ta’ impenn għas-snin preċedenti, kif ukoll iċ-ċifri aġġornati għall-2011 huma inklużi għall-ħeffa ta’ referenza.

Qafas Finanzjarju Indikattiv Multiannwali Rivedut: Analiżi tal-Pakkett għall-Istrument għal Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-2012-2013 f’allokazzjonijiet skont il-pajjiż u l-komponent

Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Pajjiżi kandidati |

IL-KROAZJA |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 49,611,775 | 45,374,274 | 45,601,430 | 39,483,458 | 39,959,128 | 39,969,161 | 19,256,943 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 9,688,225 | 14,725,726 | 15,898,570 | 15,601,136 | 15,869,158 | 16,442,542 | 8,499,192 |

L-Iżvilupp Reġjonali | 45,050,000 | 47,600,000 | 49,700,000 | 56,800,000 | 58,200,000 | 57,578,127 | 31,000,000 |

L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani | 11,377,000 | 12,700,000 | 14,200,000 | 15,700,000 | 16,000,000 | 16,040,000 | 9,000,000 |

L-Iżvilupp Rurali | 25,500,000 | 25,600,000 | 25,800,000 | 26,000,000 | 26,500,000 | 26,151,182 | 27,700,000 |

L-AMMONT TOTALI | 141,227,000 | 146,000,000 | 151,200,000 | 153,584,594 | 156,528,286 | 156,181,012 | 95,456,135[3] |

DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 41,641,613 | 41,122,001 | 39,310,500 | 36,917,068 | 28,803,410 | 27,209,161 | 27,941,228 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 4,158,387 | 4,077,999 | 4,371,501 | 4,467,526 | 5,124,876 | 5,033,373 | 5,243,041 |

L-Iżvilupp Reġjonali | 7,400,000 | 12,300,000 | 20,800,000 | 29,400,000 | 39,300,000 | 41038532 | 51,800,000 |

L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani | 3,200,000 | 6,000,000 | 7,100,000 | 8,400,000 | 8,800,000 | 10,380,000 | 11,200,000 |

L-Iżvilupp Rurali | 2,100,000 | 6,700,000 | 10,200,000 | 12,500,000 | 16,000,000 | 18,221,815 | 21,028,000 |

L-AMMONT TOTALI | 58,500,000 | 70,200,000 | 81,782,001 | 91,684,594 | 98,028,286 | 101,882,881 | 117,212,269 |

Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

L-ISLANDA |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 12,000,000 | 12,000,000 | 6,000,000 |

L-AMMONT TOTALI | 12,000,000 | 12,000,000 | 6,000,000 |

IL-MONTENEGRO |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 27,490,504 | 28,112,552 | 29,832,179[4] | 29,838,823 | 29,843,599 | 16,346,471 | 5,238,958 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 3,909,496 | 4,487,448 | 4,667,821 | 3,682,690 | 4,310,344 | 4,588,551 | 4,418,687 |

L-Iżvilupp Reġjonali | 8,000,000 | 15,200,000 |

L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani | 2,800,000 | 2,957,077 |

L-Iżvilupp Rurali | 3,300,000 | 7,600,000 |

L-AMMONT TOTALI | 31,400,000 | 32,600,000 | 34,500,000 | 33,521,513 | 34,153,943 | 35,035,022 | 35,414,722 |

IT-TURKIJA |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 256,702,720 | 256,125,297 | 239,550,810 | 217,809,826 | 231,268,023 | 227,499,161 | 246,281,891 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 2,097,280 | 2,874,709 | 3,049,190 | 3,090,174 | 5,131,977 | 2,174,617 | 2,218,109 |

L-Iżvilupp Reġjonali | 167,500,000 | 173,800,000 | 182,700,000 | 238,100,000 | 293,400,000 | 356,836,341 | 378,000,000 |

L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani | 50,200,000 | 52,900,000 | 55,600,000 | 63,400,000 | 77,600,000 | 83,930,000 | 96,000,000 |

L-Iżvilupp Rurali | 20,700,000 | 53,000,000 | 85,500,000 | 131,300,000 | 172,500,000 | 189,785,003 | 213,000,000 |

L-AMMONT TOTALI | 497,200,000 | 538,700,006 | 566,400,000 | 653,700,000 | 779,900,000 | 860,225,122 | 935,500,000 |

Kandidati potenzjali |

L-ALBANIJA |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 54,318,790 | 65,237,756[5] | 71,360,000 | 84,200,000[6] | 84,301,650 | 84,290,995 | 87,446,037 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 6,681,210 | 8,582,244 | 9,822,921 | 9,973,173 | 10,126,636 | 10,283,169 | 10,666,232 |

L-AMMONT TOTALI | 61,000,000 | 73,820,000 | 81,182,921 | 94,173,173 | 94,428,286 | 94,574,164 | 98,112,269 |

IL-BOSNJA-ĦERZEGOVINA |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 58,136,394 | 69,854,783 | 83,900,000 | 100,688,099 | 102,681,861 | 102,670,995 | 106,870,228 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 3,963,606 | 4,945,217 | 5,207,746 | 4,696,495 | 4,746,425 | 5,197,353 | 4,942,041 |

L-AMMONT TOTALI | 62,100,000 | 74,800,000 | 89,107,746 | 105,384,594 | 107,428,286 | 107,868,348 | 111,812,269 |

IS-SERBJA |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 181,496,352 | 179,441,314 | 182,551,643 | 186,206,679 | 190,556,810 | 190,000,995 | 203,101,005 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 8,203,648 | 11,458,686 | 12,248,357 | 11,751,753 | 11,322,790 | 12,097,244 | 11,630,694 |

L-AMMONT TOTALI | 189,700,000 | 190,900,000 | 194,800,000 | 197,958,432 | 201,879,600 | 202,098,239 | 214,731,699 |

Il-KOSOVO |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 68,300,000 | 184,700,000 | 106,100,000 | 66,100,000 | 66,900,000 | 65,870,995 | 70,712,269 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 0 | 0 | 0 | 1,200,000 | 1,800,000 | 2,929,148 | 2,987,731 |

L-AMMONT TOTALI | 68,300,000 | 184,700,000 | 106,100,000 | 67,300,000 | 68,700,000 | 68,800,143 | 73,700,000 |

Komponent | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

PROGRAMMI TOTALI TAL-PAJJIŻI |

1,109,427,000 | 1,311,720,006 | 1,305,072,668 | 1,397,306,900 | 1,553,046,687 | 1,638,664,931 | 1,687,939,363 |

PROGRAMMI MULTIBENEFIĊJARJI |

L-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet | 129571000[7] | 137,736,644[8] | 188,867,536[9] | 141,706,551[10] | 186,269,100 | 176,246,613 | 177,845,477 |

Il-Kooperazzjoni Transkonfinali | 0 | 0 | 0 | 4,921,679 | 5,293,313 | 5,672,378 | 6,059,026 |

NEFQA TA' APPOĠĠ |

44,793,000 | 51,950,000 | 47,648,000 | 47,393,000 | 52,183,900 | 55,410,600 | 84,500,000 |

IS-SOMMA FINALI |

1,263,200,000 | 1,501,406,650 | 1,541,588,204 | 1,591,328,130 | 1,796,793,000 | 1,875,994,522 | 1,956,343,866 |

Iċ-ċifri huma f’miljuni ta’ Euro fi prezzijiet attwali

[1] Il-ftuħ tal-komponenti II, IV u V għall-Montenegro jiddependi fuq l-adozzjoni mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-emenda għar-Regolament Nru 1085/2006 kif proposta mill-Kummissjoni (COM(2011)446 tal-20 ta' Lulju tal-2011).

[2] Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244/99

[3] 50% tal-allokazzjoni inizjali tal-2013 għall-Komponenti I sa IV u 100% tal-allokazzjoni inizjali għall-Komponent V

[4] Jinkludu EUR 1.2 miljun ta' fondi addizzjonali rkuprati minn programmi preċedenti.

[5] Jinkludu EUR 3.12 miljun ta' fondi addizzjonali rkuprati minn programmi preċedenti.

[6] Jinkludu EUR 1.5 miljun ta' fondi addizzjonali rkuprati minn programmi preċedenti.

[7] Jinkludu EUR 20.6 miljun ta' fondi addizzjonali rkuprati minn programmi preċedenti.

[8] Jinkludu €2.0 miljun ta' fondi addizzjonali rkuprati minn programmi preċedenti.

[9] Jinkludu €22.8 miljun ta' fondi addizzjonali rkuprati minn programmi preċedenti.

[10] Dan jinkludi tnaqqis ta’ EUR 29 miljun għall-faċilità tas-sigurtà tal-ikel li se titħallas lura fl-2011 (EUR 14-il miljun), l-2012 (EUR 6 miljun) u l-2013 (EUR 9 miljuni). Il-fondi mħallsa lura f'dawn is-snin jintużaw għall-allokazzjoni tal-Islanda. Iċ-ċifra tinkludi wkoll EUR 2.7 miljun ta' fondi addizzjonali rkuprati minn programmi preċedenti.