KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Is-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni /* KUMM/2011/0572 finali */
IS-SĦUBIJA FIR-RIĊERKA U
L-INNOVAZZJONI
1.
Introduzzjoni
Bil-mod il-mod l-Ewropa qed tirkupra
mill-akbar kriżi ekonomika u finanzjarja mis-snin tletin (1930) s'issa.
Fl-istess ħin, kif enfasizza l-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2011,
"ir-riskji jibqgħu u aħna għandna nkomplu l-azzjoni
determinata tagħna"[1].
Biex l-irkupru
jkun sostnut, għandna nużaw ir-riżorsi pubbliċi u privati
eżistenti għar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) b'mod
intelliġenti sabiex nottimizzaw il-kontribut tal-atturi pubbliċi u
privati fil-kisba tat-tkabbir sostenibbli. Dan huwa essenzjali għall-kisba
sal-2014 taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u
għat-twassil tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, l-Aġenda Diġitali u
Inizjattivi Ewlenin oħrajn tal-UE 2020. Il-Komunikazzjoni tal-Kummmissjoni dwar l-Unjoni
tal-Innovazzjoni tisħaq fuq l-importanza tal-partenarjat
[tas-sħubija] fir-R&I Ewropea bħala mezz biex
"Jingħaqdu l-isforzi biex jiġu rreġistrati
s-suċċessi"[2].
Is-sħubija
ġġib flimkien l-atturi pubbliċi fil-livell Ewropew u dak
nazzjonali fis-Sħubijiet bejn l-entitajiet Pubbliċi (P2Ps -
Sħubijiet Pubbliċi-Pubbliċi) u l-atturi pubbliċi u privati
fis-Sħubijiet Pubbliċi-Privati (PPPs), għal għadd ta’
għanijiet: –
il-bini ta' massa kritika li tiżgura l-kobor u
l-firxa meħtieġa –
l-iffaċilitar tal-iżvilupp ta'
viżjoni konġunta u l-istabbiliment ta' aġenda strateġika,
inkluż fil-livell internazzjonali; –
il-kontribut lejn l-evoluzzjoni ta'
approċċ ta' programmar fir-R&I Ewropea sabiex jiġi realizzat
fokus mifrux fil-wisa’ li jiġbor l-imsieħba potenzjali kollha. –
id-disponibbiltà ta' strutturi flessibbli li
jiffaċilitaw il-kobor u l-firxa ta' sħubija, skont
il-karatteristiċi u l-miri tagħha. B'dawn il-modi, l-approċċ
tas-sħubija jista' jgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin
tas-soċjetà u tissaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva
tal-Ewropa billi ċ-ċiklu R&I isir aktar effiċjenti u
jitnaqqas iż-żmien mir-riċerka sas-suq. Jista' wkoll
jikkontribwixxi għall-għanijiet ambjentali u tal-effiċjenza
fir-riżorsi. Meta jkun hemm l-impenn meħtieġ
għas-sħubija, imbagħad l-Ewropa tkun tista' teċċella
fix-xjenza u fit-teknoloġija u tikseb il-massa kritika. Għal din ir-raġuni,
bis-saħħa tas-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka (FP7)[3], il-Programm Kwadru
għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (Competitiveness and Innovation
Programme - CIP)[4],
iż-ŻER u l-qafas tal-politika tal-Unjoni tal-Innovazzjoni, ġew
żvilppati u tnedew proġetti pilota ta' forom differenti ta'
sħubija. Dan kien pass importanti lejn l-istabbiliment ta' viżjoni
komuni dwar kif is-sħubija tista' timmassimizza l-kontribut tar-R&I
għall-kisba tat-tkabbir intelliġenti u sostenibbli fl-Ewropa. Issa
jeħtieġ li jsir aktar progress biex tingħeleb id-duplikazzjoni
żejda u sabiex ikun hemm ċarezza dwar kif is-sħubija tista'
tiġi implimentata bl-aħjar mod. F'dan il-kuntest, l-għan ta' din
il-Komunikazzjoni huwa li nitgħallmu mill-esperjenza s'issa u nibnu fuqha
u nmexxu 'l quddiem il-kunċett tas-sħubija.
2.
Il-qagħda bħalissa
2.1.
Ħarsa ġenerali lejn is-sħubija
fil-livell tal-UE bħalissa
Il-P2Ps jallinjaw
l-istrateġiji nazzjonali, u b'hekk jgħinu biex tingħeleb
il-frammentazzjoni tal-isforz pubbliku fir-riċerka. Dawn jipprovdu wkoll
potenzjal għall-interazzjoni aktar effiċjenti mal-imsieħba
internazzjonali strateġiċi. Kif turi
t-Tabella 1, il-P2Ps jinvolvu livelli differenti ta' sforz konġunt,
mill-ERA-NET u l-ERA-NET Plus, li fihom l-Istati Membri (SM) jikkoordinaw
il-programmi nazzjonali, sal-Inizjattivi tal-Artikolu 185, li
jirrappreżentaw l-integrazzjoni l-aktar magħquda tal-programmi
nazzjonali. Il-Programmar Konġunt (Joint Programming - JP) huwa
kunċett ġdid tal-P2P ibbażat fuq impenn f‘livell għoli
sabiex tiġi indirizzata sfida partikolari tas-soċjetà. Il-P2Ps
jistgħu wkoll jkkontribwixxu għat-tagħlim konġunt dwar
il-politika, bħall-Ewropa INNOVA/PRO INNO Ewropa. Il-PPPs fil-livell
Ewropew jitwettqu b'mod konġunt mill-UE u entitajiet pubbliċi
oħra flimkien ma' msieħba mis-settur privat biex jinkisbu
l-għanijiet kondiviżi. Il-PPPs u r-R&I jimmiraw li
jsaħħu t-tmexxija industrijali Ewropea u jintużaw biex
jappoġġaw u għall-ingranaġġ tal-investimenti
tar-R&I f'qasam speċifiku. Kif jidher
mit-Tabella 2, il-PPPs Ewropej għar-R&I ġew implimentati
għall-ewwel darba taħt l-FP 7, kemm bħala entitajiet legali
distinti fil-forma ta' Intrapriżi Konġunti, għall-Inizjattivi
Teknoloġiċi Konġunti (Joint Technology Initiatives - JTIs) u
SESAR, kif ukoll bħala sħubijiet kuntrattwali (pereżempju PPPs
għall-Pjanijiet tal-Irkupru). L-Istitut Ewropew
għall-Innovazzjoni u t-Teknoġija (European Institute of Innovation and Technology - EIT), korp tal-UE li jimmira
biex jistimola l-kapaċità għall-innovazzjoni, la mhuwa P2P u lanqas
PPP. Madankollu, il-fergħat operattivi prinċipali tiegħu,
il-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (Knowledge and Innovation
Communities - KICs) huma sħubijiet strutturati li jintegraw l-atturi
fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fin-negozju biex jindirizzaw l-isfidi kbar
tas-soċjetà. Is-Sħubijiet Ewropej
għall-Innovazzjoni (European Innovation Partnerships - EIPs) ġew
proposti fl-Inizjattiva Ewlenija tal-Unjoni[5]
biex iħaffu l-innovazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi kbar
tas-soċjetà. La ma huma P2Ps u lanqas
PPPs iżda jipprovdu qafas li jiġbor flimkien il-partijiet interessati
li jaqsmu l-oqsma ta' politika, is-setturi u l-konfini biex jintegraw jew
jibdew miżuri tal-provvista u tad-domanda fiċ-ċiklu
sħiħ tar-R&I. Il-proġett pilota tal-EIP dwar
ix-Xjuħija Attiva u f'Saħħitha (Active and Healthy Ageing - AHA)
huwa intenzjonat biex jittestja l-kunċett u jivvaluta l-aħjar mod kif
jista' jiġi impliemntat. Għalkemm tkun ħaġa prematura f'dan
l-istadju li ssir valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività tal-EIP dwar
l-AHA, diġà saret l-ewwel analiżi tal-proċessi li ntużaw
s'issa[6]. Tabella 1: Strumenti/Kunċetti tal-P2P li jeżistu fil-livell tal-UE || Objettiv || Implimentazzjoni || Impatt/ Tagħlim prinċipali miksub ERA-NET 100 proġett mill-2002 s'issa || Il-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali tar-riċerka f'qasam magħżul || -L-Istati Membri jniedu u jimplimentaw azzjonijiet/sejħiet konġunti (sal-2010 l-Istati Membri investew EUR 1,17 biljun f'sejħiet konġunti) -Sal-2010 l-UE appoġġat in-netwerking tal-Istati Membri b'EUR 273 miljun || -Mekkaniżmu effiċjenti f'oqsma definiti, iżda li fil-bidu ma kienx intenzjonat li joħolq massa kritika u/jew programmi multiannwali -Joħloq opportunitajiet ġodda għall-attivitajiet tranżnazzjonali tal-R&D -Jgħin biex inaqqas il-frammentazzjoni u l-valur referenzjarju tal-programmi nazzjonali -It-tagħlim reċiproku jtejjeb is-sistemi nazzjonali tar-riċerka -Pass fl-iżvilupp lejn sħubijiet aktar ambizzjużi ERA-NET Plus 9 proġetti mill-2007 s'issa || Jittejjeb l-iffinanzjar konġunt mill-Istati Membri u l-UE f'qasam magħzul || -L-Istati Membri jniedu u jimplimentaw sejħa konġunta permezz ta' żieda fil-finanzjament tal-UE (Sal-2010 EUR 230 miljun f'sejħiet konġunti, b'finanzjament tal-UE ta' EUR 68 miljun) || -Jiffunzjona b'mod effiċjenti għal sejħa individwali b'baġit sostanzjali -Mezz għall-integrazzjoni finanzjarja msaħħa -Nuqqas ta' appoġġ għall-koordinazzjoni u minħabba dan nuqqas ta' struttura għall-implimentazzjoni kontinwa -Rabta bejn il-koordinazzjoni ta' azzjonijiet konġunti u l-integrazzjoni sħiħa tal-programmi L-Inizjattivi tal-Artikolu 185 5 inizjattivi mill-2003 s'issa || L-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali tar-riċerka u dawk Ewropej f'qasam magħżul || -L-UE tikkontribwixxi permezz ta' fondi komplementari għall-implimentazzjoni tal-programmi multiannwali tal-Istati Membri (aktar minn EUR 1,55 biljun, finanzjament tal-UE ta' EUR 700 miljun) || -Jippromwovu skala kbira u firxa wiesgħa permezz ta' impenji finanzjarji multiannwali -Effettività fil-kisba tal-integrazzjoni xjentifika u ta' ġestjoni -Jgħinu biex tingħeleb id-duplikazzjoni bla bżonn u l-frammentazzjoni tal-isforz tar-R&I. -Hemm il-ħtieġa li jsir aktar progress lejn l-integrazzjoni finanzjarja JPIs 10 inizjattivi mill-2008 s'issa || Il-koordinazzjoni / l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali tar-riċerka sabiex dawn jindirizzaw sfida tas-soċjetà || -L-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw Aġenda Strateġika tar-Riċerka -L-UE tappoġġa n-netwerking tal-Istati Membri || -Jikseb approvazzjoni politika fil-livell għoli -L-approvazzjoni fil-livell politiku għad trid tiġi kkomplementata b'impenn konkret tar-riżorsi -Hemm il-ħtieġa li ssir l-implimentazzjoni tar-regoli miftiehma -Hemm il-ħtieġa ta' strutturi ta' implimentazzjoni stabbli, imparzjali u trasparenti SET (il-Pjan Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija mill-2007 || L-aċċellerazzjoni fl-iżvilupp tat-teknoloġiji li għandhom konsum baxx tal-enerġija u r-razzjonalizzazzjoni tal-programmi nazzjonali tar-riċerka fl-oqsma tat-teknoloġija strateġika fil-livell tal-UE. || -L-implimentazzjoni permezz tal-Alleanza Ewropea għar-Riċerka dwar l-Enerġija (European Energy Research Alliance – EERA), bħalissa permezz tar-riżorsi proprji tal-istituti tas-sħubija || -Jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-frammentazzjoni u jikkoordina l-isforz tar-riċerka fl-enerġija fl-UE -Ċarezza u trasparenza fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet -Hemm il-ħtieġa ta' qafas formalizzzat sabiex il-potenzjal tiegħu jiġi sfruttat bis-sħiħ Ewropa INNOVA/PRO INNO Ewropa mill-2008 s'issa || It-tagħlim tal-politika konġunta u l-iżvilupp ta' appoġġ aħjar għall-innovazzjoni || -25 proġett pilota immarkati għall-Ekoinnovazzjoni/l-innovazzjoni fis-servizzi u fir-raggruppamenti || -Pjattaforma għall-appoġġ tal-innovazzjoni effettiva -Effetti multiplikaturi għoljin fir-reġjuni parteċipanti -Teħid limitat tar-riżultati fis-sistemi reġjonali/nazzjonali tal-innovazzjoni -Meħtieġa għajnuna konkreta għall-proġett u għall-benefiċjarju bi skeda ta' zmien itwal Tabella 2: Strumenti/Kunċetti tal-PPP li jeżistu fil-livell tal-UE || Objettiv || Implimentazzjoni || Impatt/ Tagħlimiet prinċipali miksuba L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) 5 inizjattivi mill-2007 s'issa || It-tisħiħ tat-tmexxija industrijali Ewropea f'oqsma definiti b'mod tajjeb || -Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 187 tat-TFUE -L-iżvilupp ulterjuri tal-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija (European Technology Platforms - ETPs) -Fondi tal-UE komplementari għar-riċerka (aktar minn EUR 3 biljun mill-FP7 u l-ekwivalenti mill-industrija l-aktar mhux fi flus) || -Effiċjenti fil-kooperazzjoni pubblika-privata, ingranaġġ għall-investimenti privati f'oqsma strateġiċi -Hemm il-ħtieġa li r-regoli u l-proċeduri jiġu adattati skont l-għan -Jiffaċilitaw l-emerġenża ta' forom ġodda ta' kollaborazzjoni fost il-partijiet interessati, li tiġbor flimkien l-għarfien ul-kapaċitajiet tas-settur pubbliku u dak privat -Strument effettiv għall-involviment tal-SMEs fil-programmi tar-R&I -Jiffaċilitaw il-prijoritizzazzjoni tar-R&I skont il-ħtiġijiet tal-industrija SESAR || L-immodernizzar tas-sistema Ewropea ta' Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Air Traffic Management - ATM) || -Impriża Konġunta skont l-Artikolu 187 tat-TFUE -Ikkofinanzjat mill-UE (EUR 350 miljun mill-FP7 + EUR 350 miljun mit-TEN-T), Eurocontrol (EUR 700 miljun) u 15-il membru tal-industrija (EUR 700 miljun) || -Reazzjoni ottima għall-ħtġijiet tal-utenti u tal-fornituri tas-servizz -Integrazzjoni tal-għanijiet tal-Ajru Uniku Ewropew ta' relevanza soċjali għolja -Ingranaġġ u ġbir tal-fondi u tal-għarfien -Strument flessibbli u dinamiku b'appoġġ għal relazzjoni interattiva bejn l-iżvilupp u l-implimentazzjoni -"Ambaxxatur Teknoloġiku"għall-promozzjoni tal-interoperabbiltà globali tal-ATM Il-PPPs tal-Pjan tal-Irkupru 3 PPPs mill-2008 s'issa L-Internet tal-Ġejjieni mill-2011 s'issa COLIPA mill-2009 s'issa || Il-PPPs tal-Pjan tal-Irkupru: Iż-żamma u t-tisħiħ tas-setturi tal-industrija milquta mill-kriżi ekonomika FI-PPP: L-iżgurar tal-iżvilupp fil-ġejjieni tal-Internet għas-servizz tas-soċjetà COLIPA: Għajnuna għall-industrija biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-UE || Finanzjament mal-industrija tal-FP7 u bbażat fuq proġetti li jikkontribwixxi għall-iżvulupp ta' Pjan ta' Direzzjoni multiannwali għad-definizzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka PPPs għall-Pjan tal-Irkupru: EUR 3,2 biljun (2010-2013) FI-PPP: EUR 300 miljun sal-2013 COLIPA: EUR 25 miljun || -Effiċjenti għal azzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir għaż-żamma tal-investiment fir-riċerka u għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-Ewropa (PPPs għall-Pjan tal-Irkupru) -Jiġbru flimkien firxa sħiħa ta' partijiet interessati fil-qasam tal-industrija -Jiffaċilitaw il-prijoritizzazzjoni tar-R&I skont il-ħtiġijiet tal-industrija -Hemm il-ħtieġa li l-governanza bejn l-imsieħba tiġi formalizzata -Għandhom jestendu l-firxa tagħhom sabiex jiddaħħlu l-attivitajiet tar-riċerka li jwasslu għall-iżvlupp ta' prodotti vijabbli għas-suq Inizjattivi Industrijali Ewropej (European Industrial Initiatives - EIIs) tas-SET Plan 7 EIIs mill-2010 s'issa || Jiġu indirizzati l-ostakli għat-twettiq ta' attivitajiet ta' wiri tar-riċerka/għall-introduzzjoni tat-teknoġiji ġodda fis-suq fil-katina tal-innovazzjoni tat-teknoloġiji li għandhom konsum baxx ta' enerġija mill-karbonju. || -Pjanijiet ta' direzzjoni għat-teknoloġija b'azzjonijiet speċifiċi tal-R&D u b'perspettiva fuq 10 snin -Sejħiet fil-kuntest tal-FP7 għal azzjonijiet konġunti fost l-Istati Membri || -Effettivi fl-immirar tal-isforzi tal-UE, tal-Istati Membri u tal-industrija sabiex jinkisbu l-għanijiet komuni u biex tinħoloq massa kritika -Għad hemm ostakli għall-iżvilupp ta' approċċ integrat għall-integrazzjoni fil-livell tal-UE u sabiex jinkisbu l-impenji konkreti ta' riżorsi tal-Istati Membri -Hemm il-ħtieġa ta' investiment ġdid u ta' infrastrutturi tar-riċerka ta' kobor fit-teknoloġiji tal-enerġija Sħubija Attiva
fir-Riċerka u l-Innovazzjoni Eżempji ta' P2Ps: Jeżistu
mill-anqas 6000 marda rari magħrufa, li jaffettwaw madwar 20 miljun
ċittadin Ewropew. L-ERA-NET E-Rare żviluppa programm
Ewropew komuni dwar mard rari u nieda tliet sejħiet konġunti li jqumu
EUR 10 miljun. Dan flimkien mas-sejħiet tal-FP7 relatati
mal-mard rari, ifisser li issa ġie kkoordinatat sa 40 %
tar-riċerka pubblika f'dan il-qasam. Il-kapaċità tal-Baħar Baltiku għall-forniment
tal-oġġetti u s-servizzi li fuqhom jiddependu n-nies tnaqqset b'mod
sinifikanti minħabba pressjonijiet naturali u kkważati mill-bniedem.
Sabiex dan jiġi indidrizzat, disa' pajjiżi qed jikkontribwixxu
għall-ERA-NET Plus - BONUS Plus, permezz ta' sejħa
konġunta ta' EUR 22 miljun. Din l-azzjoni tindirizza wkoll
għanijiet ta' politika usa' tal-Politika Marittima u tal-Istrateġija
tal-Baħar tal-Kummissjoni. L-Inizjattiva
tal-Artikolu 185 Għixien Mgħejun Kontestwalment (Ambient
Assisted Living Initiative - AAL) tiffoka fuq l-innovazzjoni
b'appoġġ għall-bidla demografika. Ġie mmobilizzat
investiment totali ta' aktar minn EUR 600 miljun li kien jinvolvi
aktar minn 40 % ta' SMEs biex jipprovdu prodotti u servizzi ġodda
tal-ICT u sistemi ta' kura sostenibbli għall-għixien attiv u indipendenti
tal-popolazzjoni li kulma jmur qed tixjieħ. Mill-2007,
ix-xjenza dwar il-kejl ġiet stabbilita fi ħdan il-qafas tal-programm
konġunt multiannwali tal-Inizjattiva tal-Artikolu 185 dwar
il-metroloġija (EMRP). B'valur ta' aktar minn
EUR 400 miljun, din l-inizjattiva naqqset b'mod sinifikanti
d-duplikazzjoni tal-isforz tar-riċerka permezz tal-ġbir f'inizjattiva
waħda ta' 44 % mir-riżorsi globali għall-metroloġija. Il-mard newrodeġenerattiv huwa rikonoxxut mill-Istati Membri
bħala sfida kbira tas-soċjetà. 23 pajjiż taw l-impenn
tagħhom fil-proġett pilota Inizjattiva ta' Programmar Konġunt
(Joint Programming Initiative - JPI) tar-Riċerka dwar il-Mard
Newrodeġenerattiv, inkluża l-marda tal-Alzheimer’s. Il-JPI nieda
s-sejħa għal proġett pilota b'baġit totali ta'
EUR 14-il miljun. Eżempji ta' PPPs: L-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta "Clean Sky"
għandha fil-mira tagħha t-tnaqqis tal-impatt ambjentali
mill-avjazzjoni filwaqt li tkun imħarsa l-kompetittività fis-settur
ajrunawtiku tal-Ewropa. Ir-riċerka tirrikjedi finanzjament pubbliku u
kooperazzjoni fost l-atturi industrijali ewlenin minħabba l-karatteristika
tagħha ta’ tul ta’ żmien kif ukoll minħabba r-riskju għoli
inerenti. S'issa, l-investiment jammonta għal kważi EUR 300 miljun
u twettqu l-ewwel testijiet fuq it-titjiriet li kienu jinvolvu teknoloġiji
innovattivi. Bis-saħħa ta' kontributi pubbliċi
mill-UE u mill-Istati Membri parteċipanti, l-Inizjattivi
Teknoloġiċi Konġunti ARTEMIS (sistemi inkorporati
tal-kompjuter - embedded computing systems) u ENIAC (in-nanoelettronika) għandhom
fil-mira tagħhom l-implimentazzjoni ta' aġenda tar-riċerka
definita mill-industrija u mill-organizzazzjonijiet
akkademiċi/tar-riċerka. S'issa, l-impenn tal-UE
u tal-Istati Membri kien jammonta għal aktar minn EUR 700 miljun
għal proġetti tar-riċerka innovattivi u kollaborattivi li
jimmiraw lejn l-oqsma ta' applikazzjoni bħas-saħħa,
il-manifattura, l-awtomazzjoni u l-effiċjenza fl-enerġija. Skont il-Pjan Ewropew għall-Irkupru, il-PPP
tal-Fabbriki tal-Futur jinvolvi programm tar-riċerka ta'
EUR 1,2 biljun għall-appoġġ tal-iżvilupp ta'
teknoloġiji ġodda u sostenibbli tal-manifattura. Jiġbor flimkien firxa sħiħa ta'
partijiet interessati industrijali u għandha l-għan li jittrasforma
l-proċessi industrijali għall-iżgurar tal-kompetittività u
t-tmexxija fil-livell globali.
2.2.
Valutazzjoni ġenerali
L-esperjenzi tal-P2Ps u l-PPPs fil-Livell
Ewropew urew li approċċ tas-sħubija jrendi għadd ta’
benefiċċji. Inħolqu netwerks, li jinvolvu firxa ta'
sħubijiet pubbliċi-pubbliċi u sħubijiet pubbliċi-privati,
fi spirtu tat-trawwim tal-fiduċja reċiproka, il-bażi ta'
kwalunkwe sħubija strateġika għal perjodu ta' żmien twil.
Ġew żviluppati viżjonijiet komuni ta' spiss bl-użu ta'
ġeometrija varjabbli, u li jwasslu għal aġendi tar-riċerka
strateġiċi u pjanijiet ta' direzzjoni għat-teknoloġija. Dan
qed ikollu impatt pożittiv fuq ix-xenarju tar-R&I Ewropew.
L-approċċ qed jgħin biex il-kobor u l-firxa jiġu
żviluppati, u b'hekk jiżdiedu l-effiċjenza u l-effettività
tal-investiment fir-R&I, u biex fil-kuntest tal-indirizzar tal-isfidi kbar
tas-soċjetà l-Ewropa ssir imsieħba globali aktar attraenti. Billi tiżgura r-responsabbiltà u
l-parteċipazzjoni msaħħa fil-bini ta' Unjoni tal-Innovazzjoni,
min-naħa tal-Istati Membri u partijiet interessati oħrajn,
inklużi r-reġjuni kif ukoll l-entitajiet tal-akkwist pubbliku u
tal-istandardizzazzjoni, is-sħubija żżid l-ingranaġġ
finanzjarju tal-mekkaniżmi Ewropew ta' finanzjament (FP, CIP, Fondi
Strutturali) u ssaħħaħ il-koerenza tax-xenarju Ewropew
fir-R&I. L-approċċ ta' sħubija jiffaċilita
wkoll li l-partijiet interessati jidħlu fl-impenn ta' programmi li
f’ċirkustanzi oħra lanqas biss jikkunsidraw u jrawwem kooperazzjoni
strateġika ma' msieħba ewlenin ta' pajjiżi terzi. Madankollu, jeżistu sfidi marbuta
mal-governanza, mal-implimentazzjoni/mal-finanzjament u mal-kundizzjonijiet
tal-qafas. F'dan l-istadju
kwalunkwe konklużjoni dwar il-potenzjal tas-sħubija għandha
tiġi vvalutata aktar fid-dawl tal-esperjenzi tal-ġejjieni. L-ewwel
indikazzjonijiet juru lil-Ewropa tista' tikkapitalizza fuq il-potenzjal
tas-sħubija b'mod aktar sħiħ. Madankollu, jinħtieġ
qafas għall-iżvilupp ta' sħubijiet li jkunu sodi u jdumu
għal perjodu ta' żmien twil[7].
2.3.
Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni
2.3.1.
Għanijiet
Il-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni
tal-Innovazzjoni titlob għal assoċjazzjoni aktar effettiva bejn
l-għodod tan-naħa tal-provvista u dawk tan-naħa tad-domanda
(pereżempju tal-utent, dawk regolatorji, tal-istandardizzazzjoni u
tal-akkwist pubbliku). F'dan il-kuntest, is-Sħubijiet Ewropej
għall-Innovazzjoni (EIPs) jistgħu jkollhom rwol importanti billi
joffru koerenza bejn il-kunċetti differenti tas-sħubija u
l-istrumenti varji. L-EIPs jaġixxu attravers iċ-ċiklu
sħiħ tar-R&I biex jiżguraw li l-ideat ikunu jistgħu
jinbidlu fi prodotti u servizzi ta' suċċess sabiex l-isfidi
tas-soċjetà jiġu ttrattati filwaqt ukoll li jinħolqu l-impjiegi
u t-tkabbir. L-EIPs jistgħu jipprovdu qafas kumplessiv
sabiex tonqos aktar il-frammentazzjoni tal-isforz f'oqsma ta' interess
għal għadd kbir ta' partijiet interessati. L-approċċ
ta' sħubija kif definit fi ħdan il-kunċett EIP jinvolvi: –
it-tlaqqigħ flimkien tal-atturi
fiċ-ċiklu tar-R&I, inkluż fil-livelli nazzjonali u
reġjonali u dawk tas-soċjetà ċivili privata u pubblika,
bil-għan li l-użu tal-istrumenti eżistenti jiġi ottimizzat
u razzjonalizzat u jissaħħu s-sinerġiji, filwaqt li
jinġabru flimkien u jiġu allinjati r-riżorsi. –
l-integrazzjoni tan-naħa tal-provvista u
tan-naħa tad-domanda u l-konċentrazzjoni mhux biss fuq l-innovazzjoni
mmexxija mir-riċerka iżda fuq tipi oħra bħal mudelli
tan-negozju ġodda, l-innovazzjoni fl-oqsma tal-organizzazzjoni u
tas-soċjetà; –
l-inkoraġġiment ta' skambji bejn
il-partijiet interessati u l-iżgurar ta' impenn politiku ta' livell
għoli għal-azzjonijiet li jkun hemm qbil dwarhom.
2.3.2.
Il-konklużjonijiet mill-Evalwazzjoni
tal-proġett pilota tal-EIP dwar ix-Xjuħija Attiva u
f'Saħħitha [AHA Pilot EIP Evaluation]
Il-proġett pilota AHA tal-EIP fl-istadju
tat-tħejjija wera suċċess fil-mobilizzazzjoni tal-partijiet
interessati (permezz tal-avvenimenti tal-konsultazzjoni mal-partijiet
interessati fil-livelli kollha). Ġie stabbilit Grupp ta' Tmexxija
b'rappreżentazzjoni mifruxa u ta' livell għoli. Dan il-Grupp adotta
metodi ta' ħidma ċari li jiffokaw fuq l-elaborazzjoni ta' Pjan ta'
Implimentazzjoni Strateġiku. Il-proġett pilota għin biex
jikkjarifika r-relazzjoni bejn l-EIPs u inizjattivi ta' politika oħrajn.
L-EIPs ma jaqbżux inizjattivi oħrajn, b'mod partikolari l-PPPs jew
il-P2Ps eżistenti, u mhumiex mezz biex jiġu ddeterminati
l-prijoritajiet tar-riċerka barra mill-proċeduri istituzzjonali. F'dan l-istadju konklużjonijiet
oħrajn huma li s-sħubijiet għandhom ikollhom proċessi
strutturati għall-prijoritizzazzjoni u għall-validazzjoni
tal-ħafna ideat li jitressqu matul il-proċess ta' konsultazzjoni; li
hija ħaġa essenzjali l-inklużjoni ta' dawk l-atturi li jkunu
jistgħu jiżguraw segwitu regolatorju xieraq; u li l-approċċ
li mudell wieħed huwa tajjeb għal kulħadd mhuwiex xieraq u kull
EIP, jeħtieġ li jiżviluppa l-approċċ tiegħu stess
partikolari, billi jibni fuq l-esperjenzi miksuba mill-proġett pilota. Il-proġett AHA tal-EIP ippermetta wkoll
li ġie ċċarat li se jkun hemm l-involviment qawwi tal-Parlament
Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni matul l-istadji differenti
tas-sħubija, li jirrifletti livell għoli ta' impenn biex jitwasslu
riżultati.
3.
Jitressaq 'il quddiem l-Approċċ tas-Sħubija
L-isforzi konġunti biex jiġi
żviluppat approċċ ta' sħubija fir-R&I fil-livell kemm
Ewropew kif ukoll nazzjonali taw riżultati pożittivi. Madankollu, biex nissuperaw kompletament
id-duplikazzjoni bla bżonn u l-frammentazzjoni, jeħtieġ li
nagħmlu aktar progress. F'oqsma ewlenin fejn għandhom jiġu
indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà u fejn il-kompetittività Ewropea
hija fir-riskju, programmi konġunti rilevanti għandhom jiġu implimentati
abbażi ta' aġendi tar-R&I strateġiċi u komuni. Dawn
għandhom jallinjaw u jiġbru flimkien ir-riżorsi pubbliċi
(dawk Ewropej u nazzjonali) u privati permezz ta' approċċ ta'
sħubija, li jinvolvi organizzazzjonijiet f'kull stadju taċ-ċiklu
tar-R&I Għall-fini ta' dan, il-Kummissjoni qed
tippjana li tagħmel aktar użu mill-kunċetti u l-istrumenti
tas-sħubija li ġew żviluppati u implimentati fil-livell Ewropew,
u fl-istess waqt tirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu evitati l-effetti
negattivi fuq il-kompetizzjoni. Ġew identifikati għadd ta' passi li
għandhom jittieħdu sabiex jiġu indiriżżati l-isfidi
relatati mal-governanza, l-implimentazzjoni/il-finanzjament u l-kundizzjonijiet
ta' qafas.
3.1.
Il-governanza
3.1.1.
L-imsieħba kollha,
kemm pubbliċi kif ukoll privati, għandhom iżommu mal-impenn
tagħhom li jissieħbu f'inizjattivi abbażi ta' perjodu ta'
żmien twil.
(i) Huwa essenzjali li l-Istati Membri
jagħmlu impenji finanzjarji multiannwali bil-quddiem u li jirrispettawhom.
(ii) Għall-imsieħba tas-settur privat,
l-impenn tagħhom li jipparteċipaw fil-PPPs fir-riċerka u
l-innovazzjoni għandu jkun parti integrali tal-istrateġija
tal-kumpanija fuq perjodu ta' żmien twil. (iii) Biex jirriflettu l-importanza
tas-sostenibbiltà fit-tul, fil-futur l-impenji għal iniżjattivi ta'
sħubija għandhom ikunu kkonfermati minn dikjarazzjonijiet
pubbliċi, fil-każ tal-JPIs min-naħa tal-gvernijiet
tal-pajjiżi parteċipanti u fil-każ tal-PPPs, mill-mexxejja
tas-settur privat, kif ukoll mill-gvernijiet, skont kif xieraq.
3.1.2.
Id-dimensjoni
internazzjonali tal-kooperazzjoni fix-xjenza, fit-teknoloġija u
fl-innovazzjoni għandha tkun promossa b'mod aktar vigoruż abbażi
tal-prijoritajiet komuni mal-pajjiż terzi u fi ħdan il-fora
internazzjonali.
Il-P2Ps
3.1.3.
Bil-għan li l-isfidi
tas-soċjetà jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv, il-Kummissjoni
għandha l-ħsieb li tiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata
tal-programmi Ewropej u dawk nazzjonali u l-finanzjament.
Il-PPPs
3.1.4.
Il-PPPs fir-R&I huma
mezz għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-Ewropa f'oqsma ewlenin
tar-riċerka industrijali u għandhom isiru element sinifikanti
fl-approċċ ta' sħubija, billi jibnu fuq l-esperjenzi
pożittivi s'issa.
3.1.5.
Il-PPPs fir-R&I
tal-futur għandhom ikunu identifikati abbażi tal-kontribut potenzjali
tagħhom għat-titjib tal-kompetittività industrijali u tat-tkabbir
sostenibbli u għall-indirizzar tal-isfidi kbar tas-soċjetà.
3.1.6.
Il-PPPs fir-R&I
tal-futur s jiġu żviluppati abbażi ta' żewġ
approċċi li jibnu fuq mudelli eżistenti tal-PPP.
–
Sħubijiet kuntrattwali (pereżempju l-PPPs
tal-Pjan tal-Irkupru) u ftehimiet volontarji (pereżempju l-EIIs tas-Set
Plan) stabbiliti direttament skont il-Programm Kwadru abbażi
tal-arranġamenti formalizzati ta' governanza jew ta' ftehimiet bejn
il-Kummissjoni u partijiet oħrajn. –
Strutturi legali apposta stabbiliti skont l-Artikolu 187
tat-TFUE abbażi ta' approċċ fuq perjodu ta' żmien twil
ibbażat fuq il-fiduċja. Dawn se jirrappreżentaw simplifikazzjoni
fil-proċeduri tal-istabbiliment għall-JTIs eżistenti billi se
jkunu bbażati fuq stuttura ta' entità pubblika "ħafifa"
tal-UE [jiġifieri b'anqas piż amministrattiv]. Il-fattibbiltà ta' din
l-għażla tiddependi fuq l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u
mill-Kunsill tal-proposta tal-Kummissjoni għall-istatus ta' "korp
tal-PPP" implimentat skont l-Artikolu 201 tar-Regolament Finanzjarju
propost il-ġdid[8].
Għandu jiġi rikonoxxut ukoll li hemm kompromess bejn
is-simplifikazzjoni permezz tal-armonizzazzjoni tal-istrutturi u l-livell ta'
flessibbiltà biex l-istrutturi jiġu adattati skont il-ħtiġijiet
tal-JTIs individwali.
3.1.7.
Se tkun importanti li
tiġi żgurata l-koordinazzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali
bejn l-inizjattivi ta' sħubija u l-istrateġiji tal-innovazzjoni
għal speċjalizzazzjoni intelliġenti skont il-politika ta'
Koeżjoni.
3.2.
L-implimentazzjoni/Il-finanzjament
Il-P2Ps
3.2.1.
Il-Kummissjoni qed
tipproponi li tissimplifika l-istrumenti li jappoġġaw is-sħubija
bejn l-entitajiet pubbliċi billi jingħaqdu l-azzjonijiet tal-ERA-NET
eżistenti ma' dawk tal-ERA-NET Plus, kif ukoll l-elementi relevanti
tal-Ewropa INNOVA u l-PRO INNO Ewropa, biex dawn kollha jiffurmaw strument
tal-ERA-NET uniku u aktar flessibbli.
3.2.2.
L-impenn tal-pajjiżi
parteċipanti għat-tliet livelli ta' integrazzjoni (xjentifiku, ta'
ġestjoni u finanzjarju) se jkun prekundizzjoni essenzjali
għall-proposti futuri tal-Inizjattivi tal-Artikolu 185. Fir-rigward
tal-integrazzjoni finanzjarja, il-pajjiżi parteċipanti għandhom
jagħmlu aktar progress fl-impenn sod ta' kontibuti ta' riżorsi
għal programmi konġunti, billi pereżempju jinkluduwhom fl-ippjanar
nazzjonali tagħhom, abbażi tar-regoli komuni li jistipulaw
il-parteċipazzjoni ta' dak il-pajjiż.
3.2.3.
Il-Kummissjoni se
tappoġġa l-JPIs matul l-iżvilupp tal-Aġendi
Strateġiċi ta' Riċerka tagħhom permezz ta' miżuri ta'
koordinazzjoni u ta' appoġġ, fejn xieraq.
3.2.4.
Fejn l-oqsma li qed
jiġu indirizzati mill-JPI jaqblu mal-prijoritajiet tal-FP, l-istrumenti
tagħhom jistgħu jintużaw bħala appoġġ
għall-JPIs, fejn xieraq. Inġenerali, l-azzjonijiet konġunti
tal-JPIs se jiġu evalwati fuq il-bażi ta' każ b'każ sabiex
jiġi vvalutat jekk il-valur miżjud tal-UE jiġġustifikax
finanzament permezz tal-iskema ERA-NET inkella kofinanzjament permezz ta'
sejħiet għar-riċerka tematika.
3.2.5.
Il-Kummissjoni se
tikkkunsidra biss li tagħmel proposta għal Inizjattiva
tal-Artikolu 185 fejn JPI tkun uriet fl-Aġenda Strateġika ta' Riċerka
tagħha li għandha l-kapaċità għal kollaborazzjoni
sinifikanti u l-kobor u l-firxa meħtieġa biex tappoġġa
l-integrazzjoni sħiħa ta' programmi nazzjonali.
3.2.6.
Fl-implimentazzjoni ta'
JPI għandhom jiġu meqjusa l-programmi nazzjonali relevanti kollha.
Skont dan, is-sidien tal-programmi u l-amministraturi tal-programmi
mill-pajjiżi parteċipanti għandhom ikunu parti
mill-ġestjoni tal-JPIs. B'dan il-mod, jistgħu jiġu sfruttati
wkoll l-opportunitajiet għall-bini fuq l-esperjenza eżistenti
tal-programmi konġunti.
Il-PPPs
3.2.7.
Minħabba l-kobor
tal-investiment fil-PPPs u minħabba li l-kontribut tal-industrija
għall-PPPs ġeneralment mhuwiex fi flus, hemm il-ħtieġa ta'
metodi tal-kontabbiltà trasparenti sabiex il-kontribut tal-industrija jitkejjel
b'mod effettiv.
3.2.8.
Il-kriterji ewlenin
għall-għażla tal-PPPs għandhom jinkludu l-kobor tal-impatt
fil-livell tal-UE, impenn tal-imsieħba fuq perjodu ta' żmien twil u u
l-effett ta' ingranaġġ fuq l-investiment tar-R&I.
3.2.9.
Sabiex il-PPPs jiksbu
l-miri tagħhom, għandhom joperaw f'qafas miftuħ u trasparenti
(mingħajr sħubijiet obbligatorji - "closed shops")
3.3.
Il-Kundizzjonijiet tal-Qafas
Il-P2Ps
3.3.1.
Il-Voluntary Guidelines
on Framework Conditions for Joint Programming [Linji Gwida Volontarji dwar
il-Kundizzjonijiet Qafas għall-Ipprogrammar Konġunt] jipprovdu
katalgu flessibbli ta' prassi tajba b'appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-JPIs. Il-finanzjament tal-UE għal JPI se
jkun kondizzjonali fuq l-applikazzjoni xierqa tal-Linji Gwida Volontarji[9].
3.3.2.
Sabiex l-Ipprogrammar
Konġunt ikun effettiv fil-bini ta' sħubijiet fir-riċerka
pubblika sodi u fuq perjodu ta' żmien twil, għandhom jiġu
ssuperati l-ostakli bħall-iffinanzjar transkonfinali,
iċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien, l-evalwazzjonijiet ex ante u ex
post. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-Qafas taż-ŻER jindirizza
dawn l-ostakli bħala prijorità.
Il-PPPs
3.3.3.
Huwa essenzjali li
l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-PPPs jarmonizzaw u jissinkronizzaw
il-proċessi amministrattivi tagħhom.
4.
Il-Passi li Jmiss
Il-proposta tal-Kummissjoni
għall-"Orizzont 2020"[10]
se tibni fuq il-passi deskritti f'din il-Komunikazzjoni, u b'hekk se tipprovdi
l-bażi legali għall-P2Ps u l-PPPs tal-UE fir-R&I tal-futur. Din
għandha tipprovdi wkoll sett komuni ta' regoli għall-inizjattivi
kollha appoġġati taħt "Orizzont 2020" sabiex
tissimplifika l-parteċipazzjoni, filwaqt li tħalli lok
għall-flessibbiltà meħtieġa għall-inizjattivi individwali
għall-kisba tal-għanijiet tagħhom, kif ukoll jiżguraw
il-komplementarjetà bejn iż-żewġ Oqfsa Strateġiċi
Komuni, tar-Riċerka u l-Innovazzjoni u tal-Koeżjoni. Filwaqt li nżidu mal-esperjenza
fl-implimentazzjoni tal-kunċetti u tal-istrumenti ta' sħubija
żviluppati fl-FP7, il-Kummissjoni se tniedi eżerċizzju
strateġiku biex tiddetermina fejn u kif l-approċċ tas-sħubija
għandu jiġi applikat bil-mod li jrendi l-aktar suċċess u
għal liema tipi ta' inizjattivi l-istrumenti huma adattati l-aktar. Bħala l-ewwel
pass, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi valuri
referenzjarji għall-valutazzjoni tal-effiċjenza u l-effettività
fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi żviluppati bl-użu
tal-kunċetti u tal-istrumenti ta' sħubija. [1] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew,
24/25 ta’ Marzu 2011 [2] COM(2010) 546 [3] Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru
tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp
teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni [ta' wiri] (2007-2013) [4] Id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li
tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni
(2007 sa 2013). [5] COM(2010) 546, 06.10.2010. [6] SEC(2011) 1028, 01.09.2011 [7] ERAC Opinion on ERA-related instruments [L-opinjoni
tal-ERAC dwar l-istrumenti relatati mal-ERA], ERAC 1208/11,
is-26 ta' Mejju 2011 [8] COM(2010)815 [9] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Programmar
Konġunt tar-riċerka tas-26 ta' Novembru 2010 [10] Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
(2014-2020)