52011DC0318

/* KUMM/2011/0318 finali */ KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Pogramm Qafas "Is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet" (2007-2013)


INTRODUZZJONI

Din il-komunikazzjoni tikkonsisti f’evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Qafas “Is-Sigurtà u s-salvagwardja tal-Libertajiet (2007-2013) (SSL)”, magħmul miż-żewġ Programmi "Il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC) u “Il-Prevenzjoni, it-Tħejjija u l-Ġestjoni tal-Konsegwenzi ta' attakki terroristiċi u Riskji Oħra Relatati mas-Sigurtà (CIPS)”

Dik il-mira għandha tkun milħuqha bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, organizzata jew le, u partikolarment it-terroriżmu, it-traffikar ta' persuni u offiżi kontra t-tfal, it-traffikar illeċitu ta' drogi u t-traffikar illeċitu ta' armi, il-korruzjoni u l-frodi, permezz ta': Il-programm CIPS jittratta l-infrastruttura kritika u kwistjonijiet ta' sigurtà oħra, inkluż kwistjonijiet operazzjonali fl-oqsma bħal ġestjoni ta’kriżijiet, l-ambjent, is-saħħa pubblika, it-trasport, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

According to the relevant Council decisions the Commission shall submit to the European Parliament and the Council an interim evaluation report on the results obtained and the qualitative and quantitative aspects of the programmes[1] Sabiex tissodisfa dan l-obliggu l-Kummisjoni ordnat studju mwettaq minn Economisti Associati[2] Dan l-istudju hu bbażat fuq intervisti u laqgħat li koprew 155 kontroparti minn 23 Stat Membru (SM), waqt li l-istħarriġ fuq il-web involva 190 entità ibbażati fis-27 SM kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ikkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-Rapport tal-Ħbieb tal-Presidenza dwar il-programm ISEC li nbeda fil-ħarifa tal-2009 mill-Presidenza Svediża bil-parteċipazzjoni multidixxiplinari ta’ 16-il Stat Membru.

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu 2007-2009 kif ukoll id-dejta inizjali relatata mal-2010, u huwa maħsub biex jivvaluta l-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi tal-implimentazzjoni tal-Programmi u r-riżultati miksuba. Dan jinvolvi l-elenkar bir-reqqa tal-attivitajiet tal-programm, l-analiżi tal-prestazzjoni tal-proġetti ffinanzjati, u reviżjoni tal-istrumenti u l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, sabiex ikunu identifikati miżuri korrettivi possibbli.

Il-Mudell Baġitarju u ta’ Ġestjoni

Il-programm ISEC li jestendi fuq il-perjodu 2007-2013 huwa mogħni b’allokazzjoni totali ta’ madwar EUR 600 miljun, waqt li EUR 140 miljun huma rriżervati għas-CIPS. Matul il-perjodu 2007-2009, l-allokazzjonjiet ISEC ammontaw għal EUR 167 miljun , waqt li CIPS irċieva EUR 46 miljun . Il-Programmi huma implimentati permezz ta’ Programmi Annwali ta’ Ħidma (PAW), li jistabbilixxu prijoritajiet tematiċi u/jew settorjali. L-implimentazzjoni hija mwettqa bl-hekk imsejħa ġestjoni diretta ċentralizzata , i.e. l-iprogrammar kollu u x-xogħol operazzjonali huwa mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea (KE), li żżomm ir-responsabbiltà sħiħa.

Għandu jkun innutat li fondi ġew allokati fejn kienet identifikata domanda minflok ma twaqqfet distribuzzjoni definita minn qabel. Għalhekk, l-allokazzjoni baġitarja ma tirriflettix neċessarjament il-prijoritajiet imfassla mill-Kummissjoni fid-dokumenti tagħha tal-iprogrammar. Dan hu marbut ukoll ma' domanda baxxa f’ċertu oqsma fejn il-baġit inizjalment riżervat ma setax ikun kompletament allokat u minħabba f’hekk il-fondi kienu mqassma mill-ġdid f’oqsma oħra fejn id-domanda kienet ikbar. Dan, minn naħa juri li l-ġestjoni tal-programm hija flessibbli biżżejjed biex trrispondi għad-domanda ta’ finanzjament. Minnnaħa l-oħra turi li ma kienx dejjem possibli li l-finanzjament tal-UE jikkoinċidu bis-sħiħ mal-prijoritajiet prestabbiliti tal-politika. Waqt li s-sejħiet għall-proposti tas-CIPS u tal-ISEC ma jirriflettux il-prijoritajiet ta' politika, l-allokazzjoni baġitarja effettiva tiddependi bil-kbir fuq it-tematika u l-kwalità tal-proposta mressqa mill-applikanti.

Strumenti finanzjarji

Il-Finanzjament hu provdut primarjament permezz ta’ għotjiet ta ’ azzjoni mogħtija abbażi ta’ sejħiet għall-proposti. Tliet tipi ta’ għotjiet huma użati, jiġifieri:

(i) għotjiet ta’ azzjoni biex jikkofinanzjaw inċentivi speċifiċi mogħtija permezz ta’ sejħiet miftuħa għall-proposti (CFP);,

(ii) għotjiet ta’ azzjoni mogħtija permezz ta’ CFP ristretti riżervati għal entitajiet tas-settur pubbliku li magħhom hemm ‘ftehimiet qafas ta’ partenarjat’ (FPA); u

(iii) għotjiet operazzjonali mmirati biex jappoġġjaw l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet mhux govermentali (NGOs) b’dimensjoni Ewropea.

Mezzi oħra ta’ finanzjament jinkludu: kuntratti tal-akkwist pubbliku , li jinvolvu sejħiet miftuħa għall-offerti u arranġamenti amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt Għar-Riċerka (JRC).

L-Aġenziji tal-UE ffinanzjati minn sussidju tal-UE, mhumiex intitolati li japplikaw taħt dawn il-programmi għall-attivitajiet li huma responsabbli għalihom, minħabba li dan jikkostitwixxi finanzjament doppju. Madanakollu, kien biss fl-1 ta' Jannar 2010 li l-EUROPOL saret aġenzija tal-UE. Qabel dakinhar, minħabba li kienet tip ieħor ta' entità legali (intergovermentali), hija kienet tabilħaqq iffinanzjata biex twettaq numru ta' proġetti. Madanakollu, l-Aġenziji tal-UE jistgħu jipparteċipaw fi proġetti, sakemm huma jħallsu għall-kostijiet tagħhom stess.

APPOġġ FINANZJARJU

L-Attivitajiet

Matul il-perjodu 2007-2009, il-Programmi b’mod kumulattiv appoġġjaw 400 proġett u ffinanzjaw madwar 150 kuntratt ta ’ akkwist , b’valur totali ta’ EUR 213-il miljun . L-allokazzjonijiet tal-ISEC ammontaw għal EUR 167 miljun waqt li dawk tas-CIPS ammontaw għal EUR 46 miljun. Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament marret għal xi 280 għotja ta’ azzjoni, li kienu jsarrfu f’61% tar-riżorsi totali, segwiti minn madwar 100 għotja tal-FPA, li jissarfu f’24% tal-fondi. L-akkwisti rrapreżentaw madwar 10% tal-fondi.

In-Natura tal-Attivitajiet

Il-programmi jipprovdu appoġġ għal; firxa wiesgħa ta ’ attivitajiet , mit-taħriġ sax-xiri ta' tagħmir, u mill-preparazzjoni ta' pubblikazzjonijiet tekniċi għal assistenza ta' operazzjonijiet transkonfinali tal-pulizija (inkluż l-Iskwadri Investigattivi Konġunti).

Fil-każ tal-ISEC, il-proġetti għandhom it-tendenza jikkonċentraw fuq ħames oqsma prinċipali, li huma

(i) għodod u infrastruttura , li hija l-output prinċipali għal 22% tal-proġetti,

(ii) appoġġ għal operazzjonijiet ta ’ infurzar tal-liġi (18%),

(iii) programmi ta’ taħriġ (17%),

(iv) pubblikazzjonijiet (17%), u

(v) konferenzi (14%).

Għas- CIPS

(i) 23% tal-proġetti għandhom komponent għall-koperazzjoni u l-kordinazzjoni operazzjonali ,

(ii)15% huma ffukati fuq l-iżvilupp u l-ħolqien tan-netwerks ,

(iii) 49% tal-proġetti huma involuti fit- trasferiment tat-teknoloġija u l-metodoloġija u

(iv) 44% oħra jittrattaw attivitajiet analiltiċi .

Koerenza mal-Objettivi u l-Prijoritajiet

Għall- ISEC il-bażi legali tidentifika erba’ objettivi, li minnhom tnejn jirreferu għall-approċċi operazzjonali (l-iżvilupp ta’ metodi orizzontali tal-prevenzjoni mill-kriminalità u l-iżvilupp ta’ koperazzjoni fost l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u korpi oħra) u kif żewġ gruppi speifiċi ta’ benefiċjarji jistgħu jkunu relatati (l-iżvilupp tal-aħjar prattiċi għall-protezzjoni u l-appoġġ tax-xhieda u l-vittmi tal-kriminalità). Ħafna proġetti jindirizzaw iktar minn objettiv wieħed, bil-maġġoranza kbira tagħhom jiffukaw fuq metodi orizzontali ta’ prevenzjoni tal-kriminalità (indirizzata b’79% tal-proġetti) u/jew fuq koperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u korpi oħra (74%). Il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u l-protezzjoni tax-xhieda għandhom it-tendenza jattiraw ħafna inqas attenzjoni, u huma fil-mira ta’ 14% u 3% tal-proġetti rispettivament.

Għas- CIPS , issir referenza għal seba’ objettivi, maqsuma f’żewġ kategoriji wesgħin, i.e. il-prevenzjoni u t-tħejjija tal-ġestjoni tar-riskji u tal-konsegwenzi. Tliet kwarti tal-proġetti huma marbuta maż-żewġ objettivi wesgħin. B’mod ġenereali, il-prevenzjoni u t-tħejjija huma indirizzati minn 92% tal-proġetti, waqt li l-ġestjoni tal-konsegwenzi hija objettiv segwit minn 63% minnhom.

Iż-żewġ programmi jippreżentaw livell għoli ta ’ transnazzjonalità . Il-proġetti transnazzjonali jiffurmaw 80% tal-proġetti fl-ISEC u 64% fis-CIPS. L-orjentazzjoni transnazzjonali tal-Programmi hija ġeneralment apprezzata ħafna mill-partijiet involuti, li jenfasizzaw l-importanza li jkollhom opportunità jippruvaw ftehimiet ġodda ta’ koperazzjoni jew, f’ħafna każi, li jibnu fuq koperazzjoni li kient ilha mwaqqfa preċedentament. Fil-fatt, riżultati ta’ stħarriġ jiżvelaw li xi 90% tal-benefiċjarji jaraw kontinwazzjoni tal-koperazzjoni transnazzjonali fil-futur , irrispettivament minn parteċipazzjoni ulterjuri fil-Programmi. Dan huwa pożittiv għax jissottolinea, minn naħa, l-impatt operazzjonali tal-Programmi fl-Istati Membri u, minn naħa l-oħra, il-kontribuzzjoni lejn l-istabbiliment tal-approċċ transnazzjonali.

Gruppi destinatarji

Il-Programmi huma mmirati lejn udjenzi differenti, li jvarjaw minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi sa' membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u minn riċerkaturi għal prattikanti legali.

Uffiċjali għall-infurzar tal-liġi huma l-grupp ta’ applikanti prinċipali kemm fl-ISEC u kif ukoll fis-CIPS, u rispettivament jammontaw għal 38% u 41% tal-parteċipanti fi proġetti ffinanzjati mill-Programmi. Fir-rigward tal-ISEC, gruppi oħra importanti li japplikaw jinkludu NGOs u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili (12% tal-parteċipanti) u uffiċjali tal-gvern inġenerali (8%). Uffiċjali tal-gvern (speċjalment dawk li jaħdmu f’aġenziji relatati mas-Sigurta’ u s-sikurezza) huma wkoll grupp importanti ta’ applikanti għas-CIPS (19%), segwiti mir- rappreżentanti tas-settur privat (10%). Ħafna proġetti ffinanzjati mill-Programmi kienu indirizzati simultanjament lil bosta gruppi applikanti, b’hekk ikkontribwew biex itejbu l-fehim reċiproku u l-arrikkiment reċiproku tal-esperjenzi. F’dan ir-rigward, tliet tipi ta’ rabtiet huma ta’ relevanza partikolari:

(i) l-infurzar tal-liġi – rabta ġudizzjarja, komuni ħafna fil-proġetti tal-ISEC;

(ii) ir-rabta pubblika/privata, żviluppata partikolarment tajjeb fis-CIPS, u

(iii) ir-rabta bejn il-prattika u x-xjenza, relevanti għaż-żewġ Programmi.

Dawk huma kollha gruppi destinatarji, iżda l-persentaġġi ta’ hawn fuq jirriflettu n-numru u l-kwalità tal-applikazzjonijiet li fil-fatt daħlu wara s-sejħiet għall-proposti.

Kopertura ġeografika

B’mod ġenerali, d-distribuzzjoni tal-proġetti hija pjutost żbilanċjata b’numru relattivament żgħir ta’ pajjiżi li jieħdu rwol prinċipali. Fil-każ tal- ISEC , erba’ pajjiżi (il-Ġermanja, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit) jirrappreżentaw 48% tal-proġetti kollha u 51% tal-valur tal-proġetti. Il-grad ta’ konċentrazzjoni huwa saħansitra ikbar fil-każ tas- CIPS , b’żewġ pajjiżi biss (l-Italja u Spanja) li jirrapreżentaw 48% tal-proġetti u 60% tal-valur tal-proġetti.

In-natura tal-proposti sottomessi u approvati hija waħda mill-fatturi li jispjega d-distribuzzjoni ġeografika tal-inizjattivi ISEC/CIPS, speċjalment f’termini ta’ valur. Pereżempju, fil-każ tal-ISEC, azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Prüm (li xi kultant jinvolvi x-xiri ta’ tagħmir), il-forniment ta' appoġġ għall-Iskwadri Konġunti ta' Investigazzjoni (JIT) jew l-istabbiliment ta’ netwerks kumplessi (pereżempju FIU NET) għandhom it-tendenza jirrikjedu ammonti ogħla ta' għotjiet. Fil-każ tas-CIPS, id-daqs tal-proġetti huwa korrelatat l-iktar man-natura tal-organizzazzjonijiet benefiċjarji, i.e. proġetti ikbar għandhom it-tendenza li jkunu proposti minn entitajiet kummerċjali u/jew istituti ta’ riċerka, waqt li proġetti promossi minn entitajiet pubbliċi huma komparattivament iżgħar.

L-adegwatezza tal-appoġġ finanzjarju tal-programmi

Għall-programmi ISEC , it-tabella li ġejja tindika l-livell tal-intervent fost dominji varji. Għall-perjodu kopert, l-attivitajiet tal-programm jikkorrispondi sew mal-prijoritajiet u l-politiki tal-UE.

Figura 1: Għotjiet ISEC - Distribuzzjoni skont id-Dominju tal-Intervent tat-334 proġett iffinanzjat

[pic]

Fl-2008, l-UE adottat Azzjoni dwar it-titjib tas-Sigurta’ tal-Isplussivi li kient il-bażi ta’ finanzjament ta’ ħafna proġetti. Dwar il-kwistjoni tat-theddid CBRN, fuq proposta tal-Kummisjoni, l-UE addotat Pjan ta’ Azzjoni tas-CBRN fl-2009, li jifforma l-bażi ta’ ħafna inizjattivi ffinanzjati mill-ISEC (kemm proġetti kif ukoll studji). Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tas-CBRN, minħabba l-importanza strateġika tiegħu l-Kummissjoni impenjat ruħha li tpoġġi EUR 100 miljun disponibbli sal-2013. Addizzjonalment miżuri kontra r-radikalizzazzjoni huma ta’ importanza strateġika għall-UE, kif sottolinjat mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar ir-Radikalizzazzjoni u l-enfasi qawwija mqiegħda fuq din il-kwistjoni mill-Programm ta’ Stokkolma.

Il-prijoritajiet inizjali tal-programm ISEC kienu kkonfermati mill-ġdid fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2010 dwar Strateġija ta ’ Sigurtà Interna fl-Azzjoni (“Strateġija ta’ Sigurtà interna”) bħala parti mill-objettivi strateġiċi u azzjonijiet prijoritarji futuri fil-qasam tas-Sigurtà Interna. Il-Kummissjoni se tiżgura li programmi ta’ ħidma futuri jibqgħu qrib kemm jista’ jkun tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna.

Dawn il-prijoritajiet jikkorrispondu wkoll fil-biċċa l-kbira tagħhom mal-prijoritajiet identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Aja u mal-prijoritajiet identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Stokkolma. Fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, l-ISEC sponsorizza attivitajiet li kkontribwixxew għall-implimentazzjoni tal-“kunċett strateġiku biex tkun ittrattata l-kriminalità organizzata”, adottat mill-Kummissjoni fl-2005 fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Aja. Pereżempju f’Mejju 2007, il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni li tipproponi serje ta’ miżuri għall-kordinazzjoni aħjar tal-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika, kemm bejn l-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi u kif ukoll bejn l-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi u s-settur privat. Sussegwentement il-programm ISEC iffinanzja żewġ proġetti dwar l-ivestigazzjoni tal-kriminalità ċibernetika u konferenzi u workshops speċjalizzati varji għal uffiċjali li jinfurzaw il-liġiIl-programm ISEC iffinanzja l-Istabbiliment tal-Koalizzjoni Finanzjarja kontra l-Pornografija tat-Tfal li tippermetti lil dawk li joħorġu l-karti tal-kreditu, korpi tal-infurzar tal-liġi u fornituri tas-servizzi tal-internet li jaħdmu flimkien biex jeliminaw il-pornografija kummerċjali tat-tfal billi jieħdu azzjoni fuq is-sistemi ta’ ħlas użati biex jiffinanzjaw dawn l-operazzjonijiet illegali..

Id-dominju tal-“prinċipju ta’ disponibbiltà”, skont liema l-informazzjoni li hija disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fi Stat Membru għandha wkoll tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet ekwivalenti fi Stati Membri oħra, ma attiratx proġetti daqs kemm wieħed kien jistenna. Dan jista’ jkun spjegat mill-fatt li r-rapport preżenti jkopri l-perjodu 2007-2009, li jikkorrispondi mal-bidu tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Prüm[3] (l-iskadenza għall-implimentazzjoni - Awwissu 2011). Konklużjonijiet sodi dwar l-impatt tal-finanzjament tal-ISEC f’dan il-qasam ma jistgħux jinħarġu għalissa, b’mod partikolari minħabba li kien biss f’Lulju tal-2008 li ġiet adottata d-Deċiżjoni Prüm u minħabba li l-proġetti ffinanzjati relevanti għadhom għaddejjin. Madanakollu, analiżi preliminari tissuġġerixxi li l-programm tal-ISEC qiegħed jappoġġja l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Prüm.

Kif riaffermat fl-Istrateġija tas-Sigurtà Interna, il-koperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija, u b’mod partikolari it-twaqqif tal-Iskwadri Konġunti ta' Investigazzjoni ("JITs”) huma u se jibqgħu importanti ħafna fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata internazzjonali.

Għall-programm tas- CIPS , il-livell tal-intervent fost id-dominji varji huwa kif ġej:

Figura 2: Għotjiet tas-CIPS – Distribuzzjoni skont id-Dominju tal-Intervent tal-65 proġett iffinanzjat

[pic]

Dan jikkorrsipondi mal-prijoritajiet u mal-politiki fil-qasam tal-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika[4], li kienu kkonfermati fil-Programm ta’ Stokkolma. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2010 reġgħet ikkonfermat l-importanza ġenerali tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, speċjalment l-enerġija, it-trasport u s-setturi tal-ICT.

Il-Kummissjoni se tiżgura li programmi futuri ta’ ħidma f’dak il-qasam jibqgħu allinjati mill-qrib mal-Istrateġija għas-Sigurtà Interna.

IL-PRODOTT FINALI U RIżULTATI : IL-KISBIET EWLENIN

Dejta u eżempji

B’mod Ġenerali l-proġetti appoġġjati mill-Programi huma effettivi l-aktar fit-twassil għall-prodott finali ppjanat. Madanakollu, madwar żewġ terzi tal-proġetti mhux mistennija li jużaw il-fondi kollha disponibbli, prinċipalment minħabba li kien hemm stima inizjali eċċessiva tal-kostijiet, iżda wkoll minħabba li xi attivitajiet ġew ikkanċellati. Addizzjonalment, proċeduri amministrattivi għall-applikazzjoni relattivament twal li tipikament mhumiex allinjati mal-proċeduri amministrattivi baġitarji fl-Istati Membri seta’ kellhom impatt negattiv fuq in-numru totali tal-applikazzjonijiet li daħlu. Konsegwentament, iż-żewġ programmi jippreżentaw rapport ta ’ sitwazzjoni ta ’ infiq inqas milli ppjanat għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet tagħhom kull sena .

Madanakollu, ir-riżultati mfittxija u miksuba jirriflettu n-natura varja tal-proġetti ffinanzjati, li jvarjaw minn riżultati operazzjonali (pereżempju, arresti, konfiski eċċ) għal riżultati inqas tanġibbli bħal tqajjim tal-koxejnza, żvilupp ta’ approċċi ġodda. L-iktar tipi komuni ta’ riżultati miksuba huma l- iżvilupp u l-adozzjoni ta ’ għodod u metodoloġiji ġodda, bħall-bażijiet tad-dejta , u it- tferrix tal-aħjar prattiċi , iżda ħafna proġetti jikkontribwixxu wkoll biex ikabbru l-għarfien dwar kwistjonijiet u/jew soluzzjonijiet speċifiċi . Minkejja din rarament tkun għan primarju, żieda ta' fehim reċiproku tal-politiki u tas-sistemi amministrattivi madwar l-SM hija wkoll ‘prodott sekondarju' komuni u apprezzat ħafna ta’ bosta proġetti. F’ċerti każijiet, proġetti b’orjentazzjoni operazzjonali kisbu riżultati tanġibbli ħafna (eżempji jinsabu hawn taħt). B'mod globali, il- livell ta ’ ksib tar-riżultati huwa ġeneralment sodisfaċenti , u huwa konformi ma' dak li kien inizjalment mistenni f’60% tal-proġetti u aħjar milli mistenni f'34% oħra.

Eżempji tar-rizultati ta’ proġetti f’oqsma varji

Koperazzjoni tal-pulizija Operazzjoni Doganali Konġunta li tinvolvi bosta pajjiżi wasslet għall-konfiska ta’ 4.5 tunnellati ta’ kokaina. Proġett ieħor appoġġja operazzjoni internazzjonali kontra t-traffikar tat-tfal. L-operazzjoni għadha ma tlestietx iżda sa nofs l-2010, 26 minn xi 90 suspettat investigat kienu diġà imputati. Similarment, operazzjoni oħra kontra l-klikek tal-Ewropa tal-Lvant involuti fl-immigrazzjoni illegali wasslet għall-arrest ta’ xi 90 persuna.

Fehim reċiproku Dan huwa ġeneralment prodott sekondarju iżda xorta waħda riżultat importanti. Pereżempju, proġetti immirati fuq in-netwerking (bħan-netwerk ATLAS tal-unitajiet Ewropej kontra t-terroriżmu u n-Netwerk tal-Unitajiet ta’ Investigazzjoni Finanzjarja (FIU)) kellhom rwol importanti biex iżidu l-għarfien dwar is-sitemi differenti u l-qafas legali eżistenti fi Stati Membri varji. F’dawn il-każijiet, l-ewwel kuntatti u attentati biex tinħoloq netwerk wasslu għal strutturi sodi permanenti. L-istess japplika fil-qasam tat-terroriżmu, għall-istudji prodotti fuq suġġetti ta' radikalizzazzjoni.

Koperazzjoni Transkonfinali Eżempju ta’ Skwadra Investigattiva Konġunta (JIT) huwa l-proġett “ COSPOL FII ”, immirat biex jindirizza l-migrazzjoni irregolari mill-Ewropa tal-Lvant biex jisfaxxa l-klikek involuti. Il-proġetti jikkonsistu f'erba' operazzjonijiet li jinvolvu azzjonijiet ikkordinati f'10 pajjiżi, li wasslu għal iktar minn 90 arrest, l-interċettazzjoni ta' imiggranti li ddaħħlu llegalment fil-konfini esterni tal-UE, u l-konfiska ta’ kontanti, vetturi, dokumenti ffalsifikati, tagħmir eċċ. Eżempju ta’ attivitajiet transkonfinali kordinat immirat biex jikkumbatti t-traffikar tad-droga huwa l-proġett "MAOC-N" (Ċentru għall-Analiżi u l-Operazzjonijiet Marittimi – Narkotiċi) li wassal għall-qabda ta’ 52 tunnellata kokaina u 47 tunnellata kannabis mill-2007. Kienu wkoll miksuba riżultati importanti fil-qasam tal-kondiviżjoni tal-intelligence u l-informazzjoni permezz ta' proġetti varji relatati mat-Trattat ta' Prüm bħal “ L-implimentazzjoni ta ’ Prüm fil-leġiżlazzjoni tal-UE ”, u “ L-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tas-software biex jippermettu u jtejbu l-iskambju u t-tqabbil awtomatiku tad-dejta tal-profil tad-DNA u d-dejta ta ’ identifikazzjoni tal-vetturi ” u “ L-estensjoni tal-Interfaċċja tal-Komunikazzjoni Nazzjonali NG SIS II".

Assistenza lill-vittmi Il-proġett “Netwerk ta’ Appoġġ għall-Vitmi tal-Kriminalità" waqqaf 15-il Ċentru madwar il-pajjiż li sa issa għamlu 37 000 intervent (assitenza legali, sostenn psikoloġiku eċċ) Similarment, il-proġett dwar “ L-implimentazzjoni ta ’ messsaġġi għal Sistema Integrali ta ’ Monitoraġġ f ’ każijiet ta ’ Vjolenza Sessista u Domestika ” kkontribwixxa għall-prevenzjoni effikaċi tal-vjolenza sessista. L-istatistika tindika tnaqqis sinifikanti fil-vittmi tal-vjolenza sessista f’kull pajjiż.

Il-koxjenza tal-persuni involuti u ta’ dawk li jfasslu l-politiki dwar suġġetti speċifiċi. Numru kbir ta’ proġetti kkonsistew essenzjalment mill-organizzazzjoni ta' konferenzi, fora u simpożji, xi kultant fuq bażi annwali. Eżempji jinkludu is-Simpożji Internazzjonali għall-Investigaturi tal-Bombi u l-Persunal responsabbli li Jinnewtralizza l-Bombi, il-Fora dwar iċ-Ċiberkriminalità, u l-Iskola tas-Sajf Kontra l-Korruzzjoni. Din il-kategorija ta’ riżultati tinkludi wkoll studji immirati li jżidu l-għarfien dwar suġġetti speċifiċi. Xi studji tal-JRC huma fost l-ikbar, li huma: (i) l-istudju dwar l-“Identifikazzjoni u l-Valutazzjoni tal-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej”; u dwar (ii) il-“Programm għall-Valutazzjoni tad-Detezzjoni tar-Radjazzjoni tat-Traffikar illeċitu”.

Il-programm tas-CIPS iffinanzja l-azzjonijiet preparatorji għall-istabbiliment u l-operazzjonijiet ta' Netwerk ta' Informazzjoni dwar it-Twissijiet f ’ Infrastrutturi Kritiċi (CIWIN). Madwar EUR 0.7miljun kienu allokati għal dan il-għan permezz ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku.

Impatt Il-biċċa l-kbira ta' proġetti ffinanzjati mill-Programmi għadhom qed jiġu implimentati jew għadhom kif tlestew, u l-valutazzjoi tal-impatt hija neċessarjament ta’ natura tentattiva. Il-kisba ta’ bidliet fil-proċeduri/prattiċi operazzjonali toħroġ bħala l-iktar impatt komuni (mistenni li jseħħ f’87% tal-proġetti), iżda l-maġġoranza tal-proġetti mistennija wkoll li jkollhom effett fuq il-bini ta' kapaċitajiet u li tassisti fit- tfassil tad-dibattitu politiku . Ta’ importanza partikolari hija l-kontribuzzjoni ta’ ħafna proġetti għall- implimentazzjoni ta ’ poltiki speċifiċi tal-UE jew bċejjeċ tal-leġiżlazzjoni . Dawn jinkludu id-Deċiżjoni Prüm (li kienet appoġġjata mill-ISEC b’mod estensiv), id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-vjolenza fuq it-tfal[5] (appoġġata bi studji u proġetti operazzjonali), id-Deċiżjoni dwar l-intelligence finanzjarja[6] (appoġġata minn finanzjament tal-FIU.NET)[7] u l- Programm Ewropew għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika [8](li għalih ikkontribwixxew bosta proġetti tas-CIPS).

Sostenibbiltà 70% tal-benefiċjarji wara li rċevew għotja jħossu li huwa diffiċli li jiżguraw is-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġett tagħhom fil-każ li ma jkunx hemm allokazzjonijiet ulterjuri mill-fondi tal-UE. Din hija prinċipalment il-konsegwenza tal-kriżi finanzjarja riċenti li qed thedded il- baġits ta’ bosta entitajiet pubbliċi u li tista' tipprevjeni n-nefqa meħtieġa biex iżżomm u/jew tavvanza dak li nkiseb bl-appoġġ tal-Programmi.

Viżibbiltà u reputazzjoni : L-ISEC, u partikolarment is-CIPS, huma magħrufin sew fiċ-ċrieki professjonali relevanti , għalkemm madwar kwart tal-persuni mistħarrġa jemmnu li l-informazzjoni dwar il-programmi għadha skarsa u ma tilħaqx b’mod suffiċjenti l-udjenza li tista’ tkun potenzjalment interessata. Il-Ġranet ta’ Informazzjoni (Info Days) tal-2008 u l-2009 ikkontribwixxew biex ixerrdu l-informazzjoni dwar il-Programmi għalkemm il-benefiċjarji urew li iktar attivitajiet ta' komunikazzjoni jkunu milqugħa tajjeb.

Kwistjonijiet ta' implimentazzjoni

Madwar 75% tal-proġetti mistħarrġa esprimew diffikultajiet ta’ natura differenti matul l-implimentazzjoni li taffettwa sa punti varji il-kisba tar-riżultati ppjanati, pereżempju dewmien fl-approvazzjoni tal-proġetti u l-finalizzazzjoni tal-ftehimiet tal-għotja li kellhom impatt fuq l-ippjanar tar-riżorsi u l-iskeda tal-implimentazzjoni tal-benefiċjarji. Diffikultajiet oħra li l-benefiċjarji ltaqgħu magħhom jinkludu kostijiet miżjuda / mhux mistennija, impenn subottimali mill-imsieħba fil-proġett, assunzjonijiet ħżiena u bidliet oħra li seħħew waqt l-implimentazzjoni tal-proġett li kienu jirrikjedu reviżjoni tal-attivitajiet u/jew tar-riżultati ppjanati.

L-Adegwatezza tal-prodotti finali u tar-riżultati

Il-programmi tal-ISEC u tas-CIPS wasslu għar-riżultati mixtieqa b’mod raġonevolment tajjeb. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-prodotti finali varji, kemm bħala riżultat primarju (mixtieq) jew wieħed sekondarju (spin-off).

Figura 3: Klassifikazzjoni tal-prodotti finali tal-proġetti tal-ISEC u tas-CIPS

[pic] |

[pic] |

Il-persentaġġi jirrappreżentaw il-proporzjon tal-proġetti li ppreżentaw dak il-prodott finali partikolari.

Għall-prodotti finali sekondarji (by-products), affarijiet multipli huma possibli, b’hekk it-total ma jiġix 100%.

Permezz tal-programm tal-ISEC il-Kummissjoni tikkontribwixxi għal:

- L-implimentazzjoni sħiħa mill-Istati Membri tad-Deċiżjoni Prüm (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616) dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali.

- Koperazzjoni aħjar tal-infurzar tal-liġi permezz tat-twaqqif u l-iżvilupp operazzjonali taċ-Ċentri ta’ Koperazzjoni Doganali tal-Pulizija[9];

- L-implimentazzjoni tal-pjan tal-UE 2005 – 2009 dwar l-aħjar prattiċi, standards u proċeduri għall-ġlieda u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin permezz ta’ proġetti mmirati lejn il-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiċi u tal-informazzjoni, studji u riċerka dwar aspetti varji tal-fenomenu tat-traffikar, kampanja ta' koxjenza pubblika, taħriġ, il-ġbir ta' dejta u t-titjib ta' forom ta' koperazzjoni internazzjonali.

- Il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u l-abbuż sesswali onlajn tat-tfal permezz ta’ proġetti dwar tekniki ta’ investigazzjoni taċ-ċiberkriminalità, kampanja biex titqajjem koxjenza dwar il-protezzjoni tat-tfal vittmi, l-istabbiliment ta’ skambju internazzjonali tal-aħjar prattici u know-how.

- Il-promozzjoni ta’ approċċ orizzontali dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità permezz ta’ avvenimenti ffukati fuq l-iskambju tal-aħjar prattiċi, riċerka u studji dwar tekniki dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità; It-trasferiment tal-għarfien u l-koperazzjoni operazzjonali dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità.

Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja, inkluż il-ħasil tal-flus, il-frodi u l-promozzjoni ta’ tekniki tal-invetsigazzjoni finanzjarja permezz ta’ laqgħat ta’ esperti bil-għan li jkunu skambjati l-aħjar prattiċi u informazzjoni, koperazzjoni operazzjonali; programmi ta’ taħriġ dwar l-analiżi finanzjarja u studji u riċerka dwar tipi ġodda ta’ reati finanzjarji u tekniċi.

- It-twaqqif ta’ Skwadri Konġunti ta' Investigazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali.

Permezz tal-programm tas-CIPS, il-Kummissjoni tikkontribwixxi b’modi varji għall-implimentazzjoni tal- Programm Ewropew għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (EPCIP)[10] , u għal regoli settorjali tal-UE bħad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-għażla tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej u l-valutazzjoni tal-bżonn li titjieb il-protezzjoni tagħhom[11].

Kemm il-programm tal-ISEC kif ukoll tas-CIPS urew li rnexxew aktar biex jindirizzaw nuqqasijiet infrastrutturali – bħall-interkonnessjoni tal-forzi tal-Istati Membri fil-kuntest tad-Deċiżjoni Prüm u/jew SIENA[12] – milli biex jappoġġjaw koperazzjoni operazzjonali tal-pulizija. Madanakollu, il-mod kif ikun indirizzat dan l-iżbilanċ ma joħrogx minn xi emenda tal-objettivi preżenti tal-programm iżda minn riflessjoni iktar profonda dwar is-soluzzjonijiet proċedurali u amministrattivi biex ikunu ttrattati l-objettivi tal-programmi, il-bżonnijiet tal-politika u it-talbiet tal-partijiet involuti b’majiera integrata u bla ntoppi, li tikkunsidra r-riżorsi umani disponibbli u fir-rispett tar-regoli finanzjarji.

TITJIB TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM

Abbażi tas-sejbiet spjegati fis-sezzjonijiet preċedenti, jista’ jkun valutat li l-implimentazzjoni taż-żewġ programmi rnexxiet b'mod raġonevoli. Peress li l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni huma kruċjali għas-suċċess tal-programm, din is-sezzjoni tindirizza l-aspetti operazzjonali li l-Kummissjoni – jew il-partijiet involuti – jaħsbu li huwa importanti li jitjiebu, u turi xi bidliet pożittivi li diġà daħlu fis-seħħ.

1. Huwa neċessarju li applikanti potenzjali jitħallew jippjanaw il-parteċipazzjoni tagħhom fi-Sejħiet għall-proposti (CFP) rigward il-mobilizazzjoni tar-riżorsi umani għall-preparazzjoni tal-proposta u speċjalment biex jiksbu il-kofinanzjament, b’modi iktar effikaċi. Sabiex jinkiseb dan, il-Kummissjoni se ttejjeb l-ippjanar tagħha tas-CFP billi tiżgura li jkunu ppubblikati kif imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma Annwali. Dan għandu jiżgura li l-applikanti potenzjali jkunu konxji u jistgħu jippreparaw il-proposti tagħhom skont dawn id-dati u l-ipprogrammar tagħhom stess. F’termini iktar ġenerali, għandu jsir sforz biex titjieb l-iskeda tas-CFP , sabiex ikun evitat li jkun hemm tnedija ta' sejħiet qrib wisq ta’ xulxin, kif ukoll sejħiet bi skadenzi fl-aħħar xhur tas-sena li ma jistgħux jkunu mwieġba minn entitajiet pubbliċi. Fi kliem ieħor, għandu jsir sforz ikbar fil-livell tal-ippjanar inizjali, u biex wieħed iżomm ma tali ppjanar inizjali.

B’relazzjoni ma’ dan, il- Ġranet ta ’ Informazzjoni li saru fl-2008 u l-2009 ikkontribwixxew biex ixerrdu l-informazzjoni dwar il-programmi u partikolarment, biex itejbu l-fehim tal-aspetti prattiċi tas-CFP bħall-implimentazzjoni tal-proġett, l-aspetti finanzjarji, eċċ. Madanakollu, huwa rikonoxxut li żjarat fi Brussell jinvolvu investiment sinjifikanti f’termini ta’ ħin u ta’ kostijiet tal-ivvjaġġar, u dan inevitabbilment se jillimita l-attendenza ta' applikanti potenzjalment interessati minn madwar l-UE. F’dan ir-rigward, jistgħu jinkisbu riżultati aħjar permezz tal- organizzazzjoni ta ’ numru ta ’ Ġranet ta ’ Informazzjoni f ’ pajjiżi individwali . F’konformità mal-bżonn ta' involviment akbar min-naħa tal-SM fl-attivitajiet tal-Programmi, il- Ġranet ta ’ Informazzjoni għandhom ikunu organizzati f ’ kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-SM , li għandhom ikunu mitluba jxerrdu l-informazzjoni fiċ-ċrieki relevanti, jibagħtu inviti lil partijiet involuti magħżula , u jipprovdu appoġġ loġistiku,

2. Eżerċizzju ta' Reviżjoni tal-Baġit ta’ Proġett . Il-prattika inizjali li jkunu riveduti l-baġits b’mod estensiv proposta mill-applikanti wara n-notifika ta’ għotja u qabel il-finalizzazzjoni tal-ftehim tal-għotja kienet qiegħda tassorbi ammont konsiderevoli ta’ ħin b’riżultat li jittawwal il-ħin għall-ipproċesar inġenerali. Dik il-prattika li jkunu riveduti l-baġits għandha l-merti tagħha, għaliex fil-passat kienet tippermetti t-tnaqqis ta’ ċerti partiti għal livelli iktar realistiċi u/jew l-identifikazzjoni ta’ kostijiet ineliġġibbli, speċjalment ladarba 2/3 tal-baġits tal-proġetti jkunu stmati ogħla milli jmisshom. Madanakollu, konsiderazzjonijiet tal-kosteffettivitàjissuġġerixxu li l-proċess għandu jiġi mħaffef u anke li jkun hemm bidla radikali fl-approċċ. Mill-2010, daħal fis-seħħ mekkaniżmu ġdid biex jindiriżża t-tħassib, li bih l-eżaminazzjoni tal-baġit issir fi ħdan il-proċess ta’ evalwazzjoni sabiex ladarba jkunu notifikati jekk ġewx aċċettati jew le, il-benefiċjarji jkunu wkoll infurmati dwar il-kwalità/status tal-baġit tagħhom. Il-Kummissjoni tipproponi bidliet (u mhux sempliċiment tinnota żbalji u inkonsistenzi) lill-applikant li, jekk jiġu aċċettati, ikunu inklużi fil-ftehim tal-għotja li jista’ għalhekk jintbagħat fi żmien jiem/ġimgħat (minflok xhur, bħal ma kien jiġri taħt il-prattika inizjali deskritta hawn fuq). Il-proċess sħiħ tal-evalwazzjoni preżentament jippermetti li l-benefiċjarji jingħataw kuntratt fi żmien 6 xhur mill-iskadenza tas-sejħa tal-proposti, meta mqabbla ma 12 fl-2008 u 10 fl-2009.

Minħabba li perjodu ta’ 6 xhur jibqa’ żmien twil biex jkunu approvati l-proġetti, speċjalment għal proġetti iżgħar u li dan jista’ jaffettwa d-disponibbiltà tal-kofinanzjament tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qed tikkunsidra modi kif tnaqqas ulterjorment il-perjodi tal-ipproċessar u biex tippermetti implimentazzjoni iktar bla ntoppi tal-attivitajiet tal-programm f’konformità mal-aspettattivi tal-partijiet involuti waqt li jintlaħqu l-bżonnijiet li jkunu kkordinati aħjar mal-programm baġitarju fl-Istati Membri. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni varat sejħa mmirata għall-proposti f’xi oqsma tal-politika u qed tikkunsidra l-possibbiltàli li tawtorizza proċeduri ssimplifikati billi tiffirma ftehimiet qafas ma' partijiet involuti speċjalizzati jew amministrazzjonijiet nazzjonali biex ittaffi l-iffinanzjar tal-proġetti f’oqsma ta’ politika ddedikati.

Fil-futur, il-Kummissjoni se tanalizza wkoll il-fattibbiltà ta’ simplifikazzjoni ulterjuri tal-proċess tal-applikazzjoni, speċjalment dwar il-baġits. L-idea hi li jkun introdott il-kunċett ta’ somom f’darba għall-partiti tal-baġit li jinkludu numru kbir ta’ sottopartiti żgħar, li għalihom mhux prattiku li tinkiseb informazzjoni ddettaljata ex ante. Addizzjonalment, kull meta proġetti jinvolvu t-twettiq ta’ ċerti tipi ta’ attivitajiet standard, pereżempju workshops/seminars u konferenzi, għandu jkunu possibbli li wieħed jirrikorri għal rati strandard (i.e. ċertu ammont għal kull parteċipant għal kull jum).

3. Sistema ta' monitoraġġ . In-nuqqas attwali ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tal-proġetti ma jippermettix l-addozzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi f’waqthom. Il-modifika ta’ ftehimiet ta’ għotja biex jinkludu obbligu li l-benefiċjarji jissottomettu rapporti perjodiċi ta ’ monitoraġġ ġiet diskussa u tista' tkun adottata mill-2011. Sabiex jiksbu l-għan intiż tagħhom mingħajr ma jikkostitwixxu piż eċċessiv fuq l-applikanti, ir-rapporti ta’ monitoraġġ għandhom ikunu dokumenti relattivament qosra , li jiffukaw primarjament fuq aspetti sostantivi , u li jkunu sottomessi biss f ’ intervalli diskreti . Sabiex ikun evitat li l-obbligu ta' monitoraġġ isir sempliċiment pass amministrattiv, ir-reviżjoni ta’ rapporti ta’ monitoraġġ għandha ssir mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew esperti tal-politika b ’ mandat . Dan għandu probabbilment jinkludi żjarat għand il-benefiċjarji sabiex jinkiseb fehim aħjar dwar x’qiegħed jiġri/ x'qiegħed ikun żviluppat/ x'qiegħed jinkiseb. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ wkoll potenzjalment jiddiskuti diffikultajiet li l-benefiċjarji ltaqgħu magħhom u jagħtihom parir skont il-bżonn.

4. Il-kontenut ta’ Informazzjoni fuq il-websajt . Il-websajt ta’ DĠ HOME fil-biċċa l-kbira jitqies li mhux informattiv, u din l-idea hija estiża għas-sezzjoni tal-‘Iffinanzjar’ li jmissha tipprovdi informazzjoni dwar il-Programmi tal-ISEC u tas-CIPS. Il-materjal disponibbli għaż-żewġ Programmi bażikament jikkonsisti biss f’avvizi tas-CFP u tal-AWP F’dan ir-rigward jidher li , żewġ proġetti huma partikolarment utli.

Pubblikazzjoni f ’ waqtha tar-riżultati tas-CFP fuq il-websajt . Pubblikazzjoni f’waqtha tar-riżultati tas-CFP hija kkunsidrata bħala importanti mill-SM, li jikkunsidrawha bħala kontribuzzjoni importanti lejn iktar trasparenza fil-ġestjoni tal-Programmi. Teknikament, dan huwa xi ħaġa sempliċi, għax jinvolvi sempliċment li dokument eżistenti jittella’ fuq is-sit.

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni fuq proġetti u l-benefiċjarji fuq il-websajt Din it-tip ta’ informazzjoni hija meqjusa bħala utli minn ħafna benefiċjarji, minħabba li tippermetti identifikazzjoni eħfef tal- imsieba potenzjali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet kif ukoll għall-identifikazzjoni ta’ sinerġiji jew riptezzjonijiet possibbli. F’termini prattiċi, dan jista’ jsir billi fil-websajt tad-DĠ HOME tkun inkluża bażi tad-dejta tal-proġetti , b’informazzjoni dwar aspetti magħżula, bħall-identità tal-benefiċjarju, deskrizzjoni tal-proġett, in-natura tal-attivitajiet magħżula, il-pajjiżi involuti, eċċ. Preżentament jeżisti prototip ta’ bażi tad-dejta li jinkludi dawn l-elementi. Il-Kummissjoni tipprevedi li din l-informazzjoni utli tittella' fuq il-websajt tagħha fl-2011.

5. Il-firxa tal- istrumenti disponibbli hija ġeneralment suffiċjenti biex tippermetti l-kisba tal-objettivi tal-Programmi, u l-istess jista’ jingħad rigward l-allokazzjonijiet baġitarji rriżervati għall-istrumenti varji. Madanakollu, jidher li hemm parir ta' xi bidlilet fil-każ ta’ żewg strumenti tal-ISEC.

- It-twaqqif tal-Għotjiet Operazzjonali tal-ISEC Dan l-istrument sa issa ma kellux suċċess, b'għotja waħda operazzjonali mogħtija matul perjodu ta’ tliet snin. Dan seħħ b’kost konsiderevoli f’termini ta’ riżorsi umani ddedikati għall-analiżi tal-applikazzjonijiet. Evidenza disponibbli tindika li minoranza ta’ NGOs biss qegħdin f'pożizzjoni li jilħqu l-kriterji ta' eliġibbiltà u għotja, u għalhekk it-talba mistennija tibqa’ baxxa fil-futur prevedibbli. Dan definittivament jissuġġerixxi t-twaqqif tas-CFP għall-għotjiet operattivi .

- Titjib tal-kunċett tal-Qafas ta’ Sħubija Il-Kunċett ta’ ‘ftehim qafas tas-sħubija' huwa invarjabbilment apprezzat mill-partijiet involuti, u kemm il-benefiċjarji u r-rappreżentanti tal-SM huma virtwalment unanimi fl-enfasi tal-importanza li tinbena relazzjoni fit-tul mal-Unjoni Ewropea. Madanakollu, meta l-attenzjoni hija ffukata fuq il-modalitajiet operattivi preżentament adottati, il-valutazzjoni hija ġeneralment inqas pożittiva, u twassal għall-impressjoni li l-FPA mhumiex distinti mill-għotjiet ta’ azzjoni 'standard’. Xi titjib riċenti sar fl-2010 (pereżempju simplifikazzjoni tal-forom tal-applikazzjoni, iktar possibiltajiet għall-użu ta’ sottokuntratturi).

Dan jeħtieġ l-iżvilupp ta’ verżjoni ‘imtejba’ tal-FPA, li tippermetti livell ogħla ta’ flessibiltà fit-tip ta’ attivitajiet li għandhom isiru u fl-użu tar-riżorsi. Dan l-istrument jista’ jkun riżervat għall-proġetti promossi minn grupp ta' organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku li huma lesti li jagħmlu ċertu numru ta’ investigazzjonijiet transkonfinali u li jistgħu jkunu debitament kwalifikati bħala imsieħba ta’ qafas. Il-flessibbiltà ikbar tista' tkun riflessa fil-ftehimiet kuntrattwali, li għandhom jippermettu espliċitament:

(i) definizzjoni wiesgħa tal-ambitu tal-attivitajiet, sabiex jippermettu għall-aġġustament rapidu skond if jevolvu l-bżonnijiet,

(ii) definizzjonij daqstant wiesgħa tal-partiti baġitarji, biex tiffaċilita r-riallokazzjoni tar-riżorsi,

(iii) allokazzjonijiet indikattivi tal-finanzjament fost l-imsieħba, għal darba oħra biex tiffaċilita l-aġġustmanet tar-riallokazzjoni skont il-bżonn, u

(iv)il-possibiltà li l-lista tal-persunal involut fl-operazzjonijiet tkun modifikata liberalment.

PERSPETTIVI FUTURI

Sa issa l-appoġġ finanzjarju taħt il-programmi tal-ISEC u s-CIPS kopra varjetà ta’ oqsma ta’ intervent. Dan l-appoġġ jissottolinja l-importanza dejjem tikber tal-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-Libertà, Siġurtà u Ġustizzja, bit-Trattat ta’ Lisbona fis-seħħ u bil-gwida pprovduta mill-Programm ta’ Stokkolma u l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2010, “ L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura ” tipproponi, ħames objettivi strateġiċi, matul l-erba’ snin li ġejjin, għas-sigurtà interna u tissuġġerixxi azzjonijiet konkreti taħt kull wieħed minn dawn l-objettivi. B’mod partikolari din il-komunikazzjoni se torjenta l-prijoritajiet għall-appoġġ finanzjarju fl-Unjoni fil-qafas tal-programmi ISEC u CIPS eżistenti.

Abbażi tas-suċċess raġonevoli taż-żewġ programmi, il-Kummissjoni tissuġġerixxi kontinwazzjoni tal-programmi li għall-perjodu li fadal sa tmiem l-2013 mingħajr modifika tal-bażi legali attwali, waqt li jkun indirizzat it-tħassib identifikat fir-rapport ta’ evalwazzjoni u titjieb il-proċedura tal-approvazjoni tal-għotja u l-proċess ta’ evalwazzjoni biex jitjieb il-konsum tal-baġit taż-żewġ programmi u tistimola s-sottomissjoni ta' proġetti ta' kwaliltà għolja.

Madanakollu, waqt il-kunsiderazzjoni tal-qafas finanzjarju multi-annwali tal-2014 -2020 u l-isfidi l-ġodda li jridu jitwettqu b'riżorsi umani limitati, approċċi ġodda jridu jkuknu previsti. Il-Kummissjoni attwalment qiegħda tirrifletti fuq forma futura għall-finanzjament mill-UE fil-qasam tal-Affarijiet Interni, b'mod partikolari fir-rigward tal-prijoritajiet tal-finanzjament, mekkaniżmi ta' forniment u allokazzjonijiet baġitarji. Meta wieħed jikkunsidra għażliet varji għall-finanzjament futur mill-UE mill-2014, wieħed għandu jqis l-esperjenza importanti miksuba bil-programmi tal-ISEC u tas-CIPS inklużi soluzzjonijiet identifikati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi. Għalissa l-Kummissjoni biħsiebha timplimenta ulterjorment il-programmi kurrenti fil-kunsiderazzjoni ta’ dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni u tiffoka fuq il-prijoritajiet ġodda ta’ politika fil-qasam tal-Affarijiet Interni, kif spejgat b’mod partikolari fil-komunikazzjoni tagħha “ L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura ”, sa fejn dawn il-prijoritajiet mhumiex koperti minn mekkaniżmi u programmi oħra speċifi għas-settur.

[1] Id-Deċiżjoni 2007/125/ĠAI, l-artikolu 15.3(c) u d-Deċiżjoni 2007/124/KE, Euratom, l-artikolu 14.3(c), ĠU L 58 tal-24.2.2007.

[2] Ara r-rapport tal-21.9.2010

[3] Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali.

[4] Pereżempju ECIP, Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom.

[5] DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2004/68/JHA tat-22 ta' Diċembru 2003 dwar il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal

[6] Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu

[7] FIU.NET hija netwerk ta' kompjuters sigura u diċentralizzata bejn Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja(UIF) fl-UE għall-iskambju tad-dejta. FIU.NET tinkoraġġixxii koperazzjoni u tippermetti l-UIF jiskambjaw intelligence malajr, b’mod sikur u b’mod effettiv. L-għan ewlieni ta’ din il-koperazzjoni huwa li jmexxi 'l quddiem il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.

[8] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika [COM(2006) 786 finali

[9] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: it-titjib tal-koperazzjoni bejn il-pulizija u d–dwana fl-Unjoni Ewropea [COM (2004) 376 finali

[10] COM (2006) 786 finali

[11] DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/114/KE

[12] SIENA tappoġġja inizjattivi tal-Infrastruttura tal-Komputazzjoni Distribwita fl-Ewropa (DCI) u l-Kummissjoni Ewropea fil-ħidma lejn l-iżvilupp ta' pjan għall-futur tal-Infrastruttura elettronika li se tkun allinjata mal-ħtiġijiet tal-inizjattivi Ewropej u nazzjonali.