52011DC0287

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT SOĊJALI U EKONOMIKU EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjeta Intellettwali li jagħti spinta lill-kreattivita u l-innovazzjoni sabiex jipprovdi tkabbir ekonomiku, impjiegi ta' kwalita għolja u prodotti u servizzi tal-ogħla livell fl-Ewropa /* KUMM/2011/0287 finali */


WERREJ

1. INTRODUZZJONI 3

2. OPPORTUNITAJIET U SFIDI GĦAL SUQ UNIKU GĦAD-DPI 5

3. INIZJATTIVI TAL-POLITIKA EWLENIN BIEX JINTREBĦU L-ISFIDI TA' QUDDIEMNA 8

3.1. Riforma tas-sistema tal-privattivi fl-Ewropa u miżuri ta' akkumpanjament 8

3.1.1. Protezzjoni tal-privattiva unitarja 8

3.1.2. Sistema ta' litigazzjoni għal privattiva unitarja 8

3.1.3. Strument ta' valorizzazzjoni tad-DPI 9

3.2. Modernizzazzjoni tas-sistema għall-marki kummerċjali fl-Ewropa 9

3.3. Kreazzjoni ta' qafas komprensiv għad-drittijiet tal-awtur fis-suq uniku diġitali 10

3.3.1. Governanza u ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur Ewropej 11

3.3.2. Teknoloġija u ġestjoni tal-bażijiet tad-dejta 12

3.3.3. Kontenut ikkreat mill-utent 13

3.3.4. Imposti fuq kopji privati 13

3.3.5. Aċċess għal wirt kulturali Ewropew u t-trawwim tal-pluralità tal-midja 14

3.3.6. Drittijiet tal-artisti 15

3.3.7. Xogħlijiet awdjoviżivi 15

3.3.8. Dritt tal-artisti għall-bejgħ mill-ġdid 16

3.4. Il-kwistjoni tal-protezzjoni kumplimentarja tal-assi intanġibbli 16

3.4.1. Sigrieti kummerċjali u kopji parassitiċi 16

3.4.2. Indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli 18

3.5. Ġlieda ikbar kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija 18

3.5.1. Kuxjenza pubblika 19

3.5.2. Struttura iktar sostenibbli għall-Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija u kompiti ġodda 20

3.5.3. Analiżi tad-Direttiva dwar l-Infurzar tad-DPI 20

3.6. Id-dimensjoni internazzjonali tad-DPI 21

3.6.1. Inizjattiva multilaterali, inkluż il-koordinazzjoni mal-organizzazzjoni internazzjonali 21

3.6.2. Negozjati u kooperazzjoni bilaterali dwar il-protezzjoni tal-PI mal-pajjiżi terzi 22

3.6.3. Protezzjoni u infurzar iktar b'saħħtu tad-DPI fil-fruntiera tal-UE 23

4. KONKLUŻJONIJIET 24

INTRODUZZJONI

L-adozzjoni ta' Suq Uniku bla xkiel u integrat għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) hija waħda mill-iktar modi konkreti biex jiġi rrilaxxat il-potenzjal tal-inventuri u l-kreaturi Ewropej u biex dawn ikunu jistgħu jikkonvertu l-ideat tagħhom f'impjiegi ta' kwalità għolja u fi tkabbir ekonomiku.

Din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-viżjoni ġenerali strateġika tal-Kummissjoni biex ikun irrealizzat is-Suq Uniku veru għall-proprjetà intellettwali li għadu nieqes fl-Ewropa – reġim Ewropew tad-DPI li jkun adattat għall-ekonomija l-ġdida ta' għada, li jippremja l-isforzi kreattivi u inventivi, li jiġġenera inċentivi għall-motivazzjoni msejsa fuq l-UE u li jippermetti diversità kulturali żviluppata billi joffri għejun addizzjonali għall-kontenut f'suq miftuħ u kompetittiv.

Reġim Ewropew tad-DPI Ewropew modern u integrat se jagħti kontribuzzjoni ewlenija għat-tkabbir, il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u l-kompetittività tal-ekonomija tagħna – l-għanijiet ewlenin tal-aġenda tal-UE 2020 u l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir li huma essenzjali sabiex ikun sostnut l-irkupru tal-UE mill-kriżi ekonomika u finanzjarja. Se jgħin fl-iżvilupp tas-setturi bħall-kummerċ elettroniku u l-industriji diġitali li joffru l-ikbar potenzjal għat-tkabbir tal-ġejjieni[1]. L-innovazzjoni ma tgħinx biss llil-ekonomija Ewropea tiffjorixxi. Huwa indispensabbli li wieħed jindirizza l-ikbar sfidi li l-umanità qiegħda tiffaċċja fis-seklu 21: li tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel, jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u t-tibdil demografiku u t-titjib fis-saħħa taċ-ċittadini. Rwol essenzjali ieħor hu l-kwalità tal-ħajja ta' kuljum billi titrawwem diversità kulturali.

Id-DPI jinkludu d-drittijiet tal-proprjetà industrijali, bħal privattivi, marki kummerċjali, disinji u indikazzjonijiet ġeografiċi, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet marbuta mad-drittijiet tal-awtur.

L-isfera tad-drittijiet tal-PI

[pic]

Id-DPI huma drittijiet tal-proprjetà li jipproteġu l-valur miżjud li jiġġenera mill-ekonomija tal-għarfien tal-Ewropa msejsa fuq is-saħħa tal-kreaturi u l-inventuri tagħha. Il-katalgi tad-DPI huma parti importanti għal bosta negozji Ewropej. Il-kapitalizzazzjoni fuq il-portfolji tad-DPI hija kruċjali għall-kreaturi u n-negozji Ewropej sabiex isostnu l-operazzjonijiet, jiġġeneraw dħul u jiżviluppaw opportunitajiet ġodda fis-suq[2].

Fl-era tal-globalizzazzjoni u l-kompetizzjoni internazzjonali, il-potenzjal ta’ dħul tad-PI hu importanti daqs l-aċċess għall-komoditajiet jew is-serħan fuq bażi tal-manifattura.

Iċ-ċirku virtuż tad-DPI jistrieħ fuq il-politika tad-DPI li tinċentiva l-innovazzjoni, li min-naħa tagħha tattira l-investiment, billi joħorġu prodotti u servizzi ġodda għal domanda ġdida tal-konsumaturi li ssaħħaħ it-tkabbir u l-impjiegi.

Il-progress teknoloġiku b'rata mgħaġġla biddel il-mod kif ninnegozjaw u nxerrdu, nirċievu u nikkunsmaw il-prodotti u s-servizzi, bħas-servizzi onlajn tal-mużika u s-servizzi awdjoviżivi. Qed jiżviluppaw mudelli ġodda tan-negozju u qed jiġu adattati dawk tradizzjonali. Is-suq qed jiġi infiltrat minn atturi ekonomiċi u fornituri ġodda tas-servizzi. Il-konsumaturi qed jibdlu l-mod kif iġibu ruħhom fis-suq. Il-leġiżlazzjoni dwar id-DPI Ewropew għandha tipprovdi "qafas ta' abilitazzjoni" xieraq li jinċentiva l-investiment billi jippremja l-ħolqien, jistimula l-innovazzjoni f'ambjent ta' kompetizzjoni bla xkiel u jiffaċilita d-distribuzzjoni tal-għarfien.

OPPORTUNITAJIET U SFIDI GĦAL SUQ UNIKU GĦAD-DPI

Ma hemmx għalfejn jerġa' jinġieb dan l-argument: Id-DPI fil-forom u għamliet differenti tagħhom huma assi prinċipali għall-ekonomija tal-UE

1.4 miljun SME Ewropea joperaw fl-industriji kreattivi. L-industriji msejsa fuq il-PI jirrappreżentaw iktar mill-potenzjal medju għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Skont ir-Rapport tal-Kompetittività Ewropea 2010, l-industriji kreattivi jammontaw għal 3% tal-impjiegi (2008) u huma fost l-iktar setturi dinamiċi fl-UE. L-għadd ta' impjegati fl-industriji kreattivi fl-UE-27 kien ilaħħaq għal 6.7 miljun fl-2008.

B'mod ġenerali, l-impjiegi fl-industiji kreattivi żdiedu b'medja ta' 3.5% fis-sena fil-perjodu 2000-2007 meta mqabbel mal-1% fis-sena għall-ekonomija totali fl-UE. Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi l-ġodda fl-UE li nħolqu matul l-aħħar għaxar snin kienu fl-industriji msejsa fuq l-għarfien. F'dan il-qasam, l-impjiegi żdiedu b'24%. Min-naħa l-oħra, l-impjiegi fil-bqija tal-ekonomija tal-UE żdiedu bi ftit inqas minn 6%[3].

Stħarriġ indikattiv li sar fl-2002 mill-kumpaniji Fortune 500 ta stima li kwalunkwe perċentwal bejn 45% u 75% tal-ġid tal-kumpaniji individwali ġej mid-DPI tagħhom[4]. Fl-2009. kien stmat li l-assi intanġibbli rrappreżentaw madwar 81% tal-valur tas-suq tal-S&P 500[5]. Il-valur tal-aqwa għaxar ditti f'kull pajjiż tal-UE ammonta għal medja ta' kważi 9% tal-PDG per capita fl-2009[6]. Id-DPI jinċentivaw u jipproteġu l-investiment fir-Riċerka u l-Iżvilupp tekniku (1.9% tal-PDG tal-UE fl-2008)[7]. Id-drittijiet tal-awtur imsejsa fuq l-industriji kreattivi (li jinkludu l-produzzjoni tas-softwer u tal-bażi tad-dejta[8], il-pubblikazzjoni tal-kotba u tal-gazzetti[9], il-mużika[10] u l-films[11]) jikkontribwixxu għal 3.3% tal-PDG tal-UE (2006)[12].

Id-DPI jinfluwenza il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini

Il-protezzjoni tal-privattivi, pereżempju, hija essenzjali għall-iżvilupp ta' mediċini jew tagħmir mediku ġodda u innovattivi. Mezzi tekniċi iktar sofistikati minn qatt qabel, bħal smart phones jew kompjuters tablet u ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni tal-mowbajls, elettroniċi għall-konsumaturi, karozzi li jirrispettaw l-ambjent jew trejns ta' veloċità għolja, jistrieħu fuq eluf ta' privattivi.

Il-protezzjoni tal-ekwità tad-ditti tistimula l-investiment tal-kwalità tal-prodotti u s-servizzi billi tgħin lill-konsumaturi jidentifikaw il-produttur rilevanti tal-oġġetti jew tas-servizzi, b'mod partikolari fis-setturi li jistrieħu sew fuq id-ditti u fuq il-lealtà tal-konsumaturi lejn id-ditti. Dawn is-setturi jinkludu dawk tal-prodotti tal-ikel, l-oġġetti tad-dar, farmaċewtiċi, il-moda, oġġetti relatati mal-isport, kosmetiċi, elettroniċi tal-konsumaturi, jew servizzi li jiġu offruti mill-industrija tat-telekomunikazzjoni, tal-ivvjaġġar, divertiment u sport. Fis-settur agroalimentari, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti jiżguraw il-protezzjoni tal-prodotti ta' kwalità u l-aċċess għal prodotti awtentiċi fis-suq uniku. Id-drittijiet tal-awtur jistimulaw il-ħolqien tal-kontenut kreattiv, bħas-softwer, il-kotba, il-gazzetti jew il-perjodiċi, il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, il-mużika, il-films, il-fotografija, l-arti viżiva, logħob vidjo jew softwer.

Fl-aħħar, is-sistema tad-DPI tal-Ewropa għenet biex jinħoloq vantaġġ kompetittiv għall-industriji Ewropej.

L-iżvilupp ta' standards bħall-GSM u l-UMTS hija storja ta' suċċess Ewropea msejsa fuq il-ġestjoni diliġenti tad-DPI. Dawn l-istandards Ewropej evolvew fit-teknoloġiji li rnexxew madwar id-dinja, minħabba s-superjorità teknoloġika tagħhom u s-sistema ta' DPI vijabbli tal-Ewropa. Il-kumpaniji bbażati fl-Ewropa jinsabu fil-quċċata nett fl-illiċenzjar tat-teknoloġiji tas-semikondutturi li jinsabu f'iktar minn 90% tal-mowbajls li jinbiegħu madwar id-dinja. Illum, bosta kumpaniji Ewropej jiġġeneraw parti kbira tad-dħul tagħhom mil-liċenzjar tal-portfolji tal-PI tagħhom.

Żamma tar-ritmu

Kull ma jmur, il-potenzjal ekonomiku tad-DPI iktar jiddependi fuq il-ħila tas-sidien multipli tad-DPI biex jikkollaboraw u jilliċenzjaw teknoloġiji, prodotti u kontenut kreattiv u li jwasslu prodotti u servizzi ġodda lill-konsumaturi. Is-servizzi tal-mużika onlajn jeħtieġu jiddupplikaw proċessi kumplessi ta' approvazzjoni sabiex ikunu disponibbli f'bosta territorji. Dan jeħtieġ qafas legali tad-DPI li jkun ħolistiku u koerenti. F'dak il-kuntest, il-leġiżlazzjoni dwar id-DPI għandha tidher daqslikieku hi għodda ta' governanza li tirregola u tottimizza r-relazzjoni bejn it-tliet parteċipanti ewlenin. il-kreaturi, il-fornituri tas-servizzi u tal-kontenut u l-konsumaturi. Il-politika tad-DPI għandha għalhekk titfassal bħala "leġiżlazzjoni ta' abilitazzjoni" li tippermetti għall-ġestjoni tad-DPI bl-iktar mod effiċjenti, billi tiffissa l-inċentivi xierqa għall-ħolqien u l-investiment, il-mudelli innovattivi tan-negozju, il-promozzjoni tad-diversità kulturali u l-usa' disseminazzjoni possibbli tax-xogħlijiet għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha kemm hi.

L-Ewropa għandha ssir mexxejja dinjija fis-soluzzjonijiet innovattivi tal-liċenzjar għall-isfruttar mingħajr xkiel tal-prodotti teknoloġiċi innovattivi u tal-prodotti tal-għarfien u kulturali. Il-benefiċċji ta' qafas ta' abilitazzjoni tad-DPI għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipanti kollha irrispettivament mid-daqs tagħhom. L-SMEs għandhom jibbenefikaw mid-DPI daqs l-ikbar parteċipanti tas-suq li joperaw fis-suq uniku. Qafas tad-DPI għandu jipprovdi wkoll l-inċentivi neċessarji għas-setturi kollha kreattivi sabiex jiżviluppaw u jiffjorixxu billi jikkontribwixxu għal diversità wiesgħa ta' oġġetti u servizzi u espressjonijiet kulturali.

It-tweġiba tinsab fis-Suq Uniku

Il-frammentazzjoni tal-possibbiltajiet tad-DPI fl-UE għandha implikazzjonijiet għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kompettività tal-Ewropa. It-tranżazzjonijiet tal-liċenzjar huma mxekkla minn spejjeż kbar, kumplessità u inċertezza legali għall-kreaturi, l-utenti u l-konsumaturi. Din hija raġuni waħda għalfejn il-kummerċ elettroniku ma rrilaxxax il-potenzjal kollu tiegħu fl-UE u għal din l-istess raġuni, ħafna drabi huma l-ikbar parteċipanti li jkunu jistgħu jinnavigaw ir-regoli u jibbenefikaw tassew mis-Suq Uniku. L-ispejjeż kbar tat-tranżizzjonijiet ma jinċentivawx l-innovazzjoni u l-kreazzjoni. SMEs innovattivi jsibuha diffiċli biex jibbenefikaw mid-DPI u biex jiżviluppaw strateġiji msejsa fuq id-DPI. Iċ-ċirkulazzjoni tal-oġġetti u servizzi kulturali għadha ma laħqitx il-potenzjal tagħha.

Ir-regoli eżistenti jinsabu wkoll taħt il-pressjoni addizzjonali tal-progress teknoloġiku mgħaġġel, li jibdel il-mod kif jiġu prodotti, disseminati u kkunsmati l-prodotti u s-servizzi. L-Ewropa mhijiex dejjem fuq quddiem nett fl-għoti ta' servizzi diġitali ġodda, kif inhu mistenni. Pereżempju, il-kumplessitajiet legali biex ikun iddiġitizzat il-wirt kulturali bil-għan li dan ikun aċċessibbli onlajn jistgħu jipprovokaw "diskrepanza fl-għarfien", jekk ma jkunux indirizzati.

L-infurzar tad-DPI fl-Ewropa u fil-fruntieri tagħha għadhom ma ġewx ipperfezzjonati. Bħalissa, l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda qed ikun ta' sfida għall-prevenzjoni tal-użu mhux awtorizzat ta' xogħlijiet protetti. S'issa, il-qafas ta' infurzar tal-PI tal-UE għadu mhuwiex armonizzat mal-ambjent diġitali ġdid. Fil-kuntest ta' riflessjoni ġenerali dwar l-adattament tal-politiki tal-UE għall-era diġitali, għandhom jiġu żviluppati offerti legali fuq il-kontenut diġitali li jkunu attraenti u affordabbli għall-konsumaturi b'mod parallel ma' kwalunkwe miżura sabiex jissaħħaħ iktar l-infurzar tad-DPI. Barra minn hekk, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-DPI ma jieqfu fil-fruntieri tal-UE. Din saret kwistjoni pressanti fil-kuntest tal-globalizzazzjoni tal-flussi tal-kummerċ, u d-DPI jikkostitwixxu assi ewlenin għall-kompettitività tal-UE fis-swieq emerġenti.

Il-promozzjoni tal-kreazzjoni u tal-innovazzjoni u l-ixprunar tat-tkabbir ekonomiku huma għanijiet komuni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u tal-kompetizzjoni. Protezzjoni u infurzar b'saħħithom tad-DPI għandhom ikunu akkumpanjati minn applikazzjoni stretta tar-regoli tal-kompetizzjoni sabiex ikun evitat li jkun hemm xi abbuż tad-DPI li jista' jxekkel l-innovazzjoni jew jeskludi parteċipanti ġodda, u b'mod speċjali SMEs mis-swieq.

Il-ħtieġa ta' viżjoni li timmaniġġja t-tibdil

Il-governanza tal-qafas tal-PI tal-UE għandha tkun immodernizzata sabiex, b'mod partikolari, il-kumplessità tal-ispejjeż u tat-tranżizzjonijiet jitnaqqsu u tiżdied iċ-ċertezza legali, b'mod partikolari għall-SMEs. Dan għandu jinkludi riżorsa ikbar għat-teknoloġiji u l-għodod ġodda bħal traduzzjoni awtomatika u għodod għat-tiftix.

Għandha tingħata attenzjoni sabiex ikun żgurat li jkun hemm bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni tad-drittijiet u l-aċċessi, jiġifieri li jiġu żviluppati reġimi ġusti li jippremjaw u jagħtu inċentiv lill-inventuri u lill-kreaturi, filwaqt li jkun żgurat li jkun hemm ċirkolazzjoni u tixrid tal-oġġetti u tas-servizzi, l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali l-oħra u l-promozzjoni u l-priservazzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika. Il-konsolidazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-governanza tad-DPI għandhom imorru flimkien mat-tisħiħ tal-għodod ta' infurzar kemm fil-livell tal-UE u kemm dak internazzjonali.

INIZJATTIVI TAL-POLITIKA EWLENIN BIEX JINTREBĦU L-ISFIDI TA' QUDDIEMNA

Riforma tas-sistema tal-privattivi fl-Ewropa u miżuri ta' akkumpanjament

Protezzjoni tal-privattiva unitarja

Is-sistema Ewropea attwali tal-privattivi hija kumplessa, frammentata u tiswa ħafna flus: l-akkwist ta' privattiva Ewropea vvalidata fi 13-il Stat Membru biss tista' tiswa għaxar darbiet iktar minn privattiva Amerikana. Sa issa, jekk SME tkun trid tikseb jew iżżomm protezzjoni tal-privattiva għas-27 Stati Membri kollha għal 20 sena, il-kumpanija, fuq dan il-perjodu, tkun teħtieġ tħallas ammont ta' madwar EUR 200 000, parti kbira ta' dawn l-ispejjeż jikkonsistu fi spejjeż ta' traduzzjoni u spejjeż li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet mal-uffiċċji nazzjonali.

Madankollu, għaddejja ħidma biex tinħoloq protezzjoni tal-privattivi unitarji għal ħamsa u 20 Stat Membru fil-qafas tal-kooperazzjoni msaħħa[13]. Wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa[14], il-Kummissjoni ressqet il-proposti għad-diskussjoni dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni[15]. Se taħdem mal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri parteċipanti sabiex jiġu adottati dawn il-miżuri malajr kemm jista' jkun. L-għan ġenerali tal-privattiva unitarja hu li l-kumpaniji se jgawdu minn frankar sinifikanti mill-ispejjeż malajr kemm jista' jkun u se tikkontribwixxi bil-kbir għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi billi jitneħħa l-bżonn li l-privatti jiġu validati fil-livell nazzjonali.

Barra minn hekk, l-iżvilupp tas-sistemi ta' traduzzjoni awtomatika hu fattur essenzjali li jistgħu jgħinu fit-tnaqqas tal-ispejjeż kbar tat-traduzzjoni u l-ispejjeż tal-protezzjoni tal-privattivi jkunu jistgħu jintlaħqu mill-kumpaniji kollha ta' kwalunkwe daqs. Għalhekk, it-traduzzjonijiet awtomatiċi mhux biss se jżidu l-aċċess għall-protezzjoni tal-privattivi imma wkoll għall-informazzjoni dwar il-privattivi f'lingwi differenti minn dawk użati fl-istadju tal-applikazzjoni. Dan hu kruċjali għat-tixrid tal-għarfien teknoloġiku u għat-trawwim tal-innovazzjoni b'mod ġenerali. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tilqa' u tippromwovi l-programm tat-traduzzjoni awtomatika għad-dokumenti tal-privattivi li kien tvara mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi fl-2010. L-għan hu li t-traduzzjonijiet awtomatiċi jsiru disponibbli fil-lingwi uffiċċjali tal-Istati kontraenti għall-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi – li tinkludi l-lingwi kollha tal-UE.

Sistema ta' litigazzjoni għal privattiva unitarja

Il-kwistjonijiet marbuta mal-privattivi għandhom jitressqu quddiem qrati nazzjonali differenti. Apparti li estremament iqumu ħafna flus u jieħdu ħafna ħin lid-detenturi tal-privattivi, hemm ir-riskju li din il-frammentazzjoni twassal għal teħid ta' deċiżjonijiet differenti fi Stati Membri differenti li b'hekk tinħoloq inċertezza legali.

Il-kreazzjoni ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja għandha tkun akkumpanjata minn arranġamenti ġuriżdizzjonali xierqa li jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-utenti tas-sistema tal-privattivi. Sabiex il-protezzjoni tal-privattiva unitarja taħdem sew fil-prattika, arranġamenti ġuriżdizzjonali xierqa għandhom jippermettu t-tisħiħ jew ir-revoka tal-privattivi fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti u, fl-istess ħin, għandhom jiżguraw sentenzi ta’ kwalità għolja u sigurtà legali għall-kumpaniji. Qed issir ħidma fuq l-arranġament ġuriżdizzjonali speċifiċi filwaqt li qed titqies l-opinjoni riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (A-1/09) dwar il-kompattibbiltà tal-abbozz tal-ftehim dwar il-Qorti għall-Privattivi Ewropej u tal-UE mat-Trattati.

Sistema ta' privattiva unitarja li tkun tista' tirregola kemm il-privattivi Ewropej u kemm il-pakketti ta' privattivi Ewropej b'effett unitarju għandha tnaqqas b'mod konsiderevoli l-ispejjeż tal-litigazzjoni u l-ħin li jittieħed sabiex tinsab soluzzjoni għat-tilwimiet dwar il-privattivi, filwaqt li tiżdied iċ-ċertezza legali għall-utenti.

Strument ta' valorizzazzjoni tad-DPI

Assi intanġibbli jistgħu jammontaw għal mhux iktar minn tliet kwarti tal-valur kollu tal-kumpanija[16] u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali laħqu livell ta' viżibbiltà finanzjarja u impatt, li t-tranżazzjonijiet imsejsa fuq il-PI qed jiksbu iktar u iktar importanza. Bħala konsegwenza, il-kumpaniji jeħtieġu jiżviluppaw ġestjoni xierqa ta' dawn l-assi intanġibbli, bħal privattivi, marki kummerċjali u drittijiet tal-awtur.

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Frar 2011, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tesplora l-alternattivi għat-twaqqif ta' strument ta' kontroll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-livell Ewropew, b'mod partikolari biex tiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għas-suq tal-għarfien. F'dan il-kuntest, "valorizzazzjoni" tirreferi għall-għoti ta' valur lill-assi intanġibbli f'termini tal-kontabbiltà u għal iktar opportunitajiet għall-ħruġ ta' valur aħjar mid-DPI u fl-iffinanzjar b'ingranaġġ.

Sabiex tiġi eżaminata din il-kwistjoni bir-reqqa, il-Kummissjoni varat analiżi komprensiva li tinkludi grupp ta' esperti u studju tal-fattibbiltà. Dawn l-attivitajiet se joffru stampa ġenerali tas-sitwazzjoni u jgħinu lill-Kummissjoni tqis l-għażliet potenzjali għat-twaqqif ta' strument tal-valorizzazzjoni tad-DPI, bħal pereżempju pjattaforma tas-suq tal-għafien dwar id-DPI Ewropej innovattivi sabiex ikun iffaċilitat it-trasferiment u l-kummerċ. Il-Kummissjoni se tirrapporta lura lill-Kunsill Ewropew qabel it-tmiem tal-2011.

Modernizzazzjoni tas-sistema għall-marki kummerċjali fl-Ewropa

Ir-reġistrazzjoni nazzjonali tal-marki kummerċjali fl-Istati Membri tal-UE ilha li ġiet armonizzata kważi 20 sena[17] u l-marka kummerċjali tal-Komunità ġiet stabbilita 15-il sena ilu[18]. Is-sistema għall-marki kummerċjali fl-Ewropa turi b'mod ċar li kienet ta' suċċess. Dan hu rifless, inter alia, fiċ-ċifri ġodda reġistrati fl-applikazzjonijiet għall-marki kummerċjali li tressqu fl-2010 (iktar minn 98 000), u l-miljun applikazzjoni li mistennija jintbagħtu fl-2011, mindu nħolqot il-marka kummerċjali tal-Komunità fl-1996. Madankollu, iktar ma jmorru, il-partijiet interessati iktar qed jagħmlu talbiet għal sistemi ta' reġistrazzjoni tal-marki kummerċjali li tkun iktar mgħaġġla, ta' kwalità aħjar, iktar sempliċi, iktar konsistenti, faċli biex tintuża mill-utent, li tkun aċċessibbli pubblikament u aġġornata mil-lat teknoloġiku. Sabiex jiġu ssodisfati dawn it-talbiet, is-sistema għall-marki kummerċjali fl-Ewropa teħtieġ tiġi mmodernizzata u adattata għall-era tal-internet.

Fl-2009, il-Kummissjoni varat evalwazzjoni komprensiva tal-funzjonament ġenerali tas-sistema għall-marki kummerċjali fl-Ewropa. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni u tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni se tressaq proposti sabiex issir reviżjoni tar-Regolament dwar il-Marki Kummerċjali tal-Komunità u tad-Direttiva dwar il-Marki Kummerċjali fl-aħħar trimestru tal-2011.

L-għan ta' din l-analiżi hu li s-sistema tiġi mmodernizzata kemm fuq livell tal-UE u nazzjonali billi ssir iktar effikaċi, effiċjenti u konsisteni b'mod ġenerali. Ser tingħata attenzjoni partikolari lill-possibbiltajiet li: (1) tkun issimplifikata u mgħaġġla l-proċedura tar-reġistrazzjoni, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-era elettronika; (2) tiżdied iċ-ċertezza legali, pereżempju billi ssir definizzjoni mill-ġdid tal-fatturi li jikkostitwixxu marka kummerċjali; (3) jiġi ċċarat l-ambitu tad-drittijiet tal-marki kummerċjali inter alia fir-rigward tal-oġġetti f'sitwazzjonijiet varji madwar it-territorju doganali tal-UE; (4) jingħata qafas għal iktar kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) li jinsab f'Alicante u l-uffiċċji nazzjonali tal-marki kummerċjali bil-għan li jiġu armonizzati l-prattiki amministrattivi u żviluppati l-għodod komuni, bħal dawk li joffru bil-wisq iktar alternattivi biex isiru tfittxijiet ta' prijorità, u jiġi osservat ir-reġistru għar-reġistrazzjonijiet tal-ksur; u (5) id-Direttiva ssir iktar koerenti mar-Regolament, b'mod partikolari, billi jsir iktar allinjament tal-motivazzjonijiet legali biex ma tintlaqax reġistrazzjoni fuq livell Ewropew, u (6) li jkun hemm allinjament tar-raġunijiet biex ma jintlaqgħux ir-reġistrazzjonijiet u biex dawn ikunu koeżistenti skont id-Direttiva u r-Regolament dwar ir-regoli tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Fi kwalunkwe każ, kull emenda li l-Kummissjoni tipproponi għar-Regolament dwar il-marki kummerċjali fil-Komunità hija konsistenti mal-kunċett tas-suq uniku u tippriserva l-karattru unitarju ta' dan it-titlu tal-PI ta' suċċess.

Kreazzjoni ta' qafas komprensiv għad-drittijiet tal-awtur fis-suq uniku diġitali

L-internet ma għandux fruntieri iżda s-swieq onlajn fl-UE għadhom frammentati minħabba ostakli multipli. L-Ewropa għadha magħmula minn frammentazzjoni ta' swieq onlajn nazzjonali u hemm każijiet fejn l-Ewropej ma jistgħux jixtru b'mod elettroniku xogħlijiet jew servizzi li fuqhom ikun hemm id-drittijiet tal-awtur f'suq uniku diġitali. It-teknoloġija, in-natura li tevolvi malajr tal-mudelli diġitali tan-negozji u l-awtonomija li qiegħda tiżviluppa tal-konsumaturi onlajn, kollha jirrikjedu valutazzjoni kostanti dwar jekk ir-regoli attwali tad-drittijiet tal-awtur jiffissawx l-inċentivi xierqa u jekk jippermettux lill-utenti u lill-konsumaturi jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li joffru t-teknoloġiji moderni.

L-awturi u l-kreaturi l-oħra jistennew redditu ġust għall-użu ta' xogħolhom, kemm jekk dawn ikunu kotba, artikli fuq il-gazzetti, reġistrazzjonijiet awdjo, preżentazzjoni, films jew ritratti. Dan jgħodd ukoll għall-pubblikaturi u produtturi li joffru investimenti biex jipproduċu u jxerrdu xogħlijiet kreattivi. Il-potenzjal jeżisti sabiex jiżdiedu r-redditi tal-awturi u l-kreaturi jekk l-ambjent tad-drittijiet xierqa jiffaċilitaw il-liċenzjar u t-tixrid ta' xogħlijiet f'suq uniku diġitali.

Qafas Ewropew ta' governanza li jimmaniġġa l-interfaċċja bejn il-kreaturi, l-utenti kummerċjali u l-konsumaturi hu kruċjali jekk l-Ewropa tisfrutta l-potenzjal sħiħ li joffru t-teknoloġiji l-ġodda u s-suq diġitali. L-Ewropa għandha tiżviluppa s-servizzi ta' liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur, flimkien mal-applikazzjonijiet fuq l-internet u l-għodod, sabiex jitrawmu industriji kulturali u kreattivi vibranti li jippermettu miljuni ta' ċittadini jużaw u jaqsmu għarfien ippubblikat u divertiment b'mod faċli u legali madwar l-Unjoni, irrispettivament liema hu l-Istat Membru ta' residenza tagħhom. Se tiġi proposta sensiela ta' inizjattivi tal-Kummissjoni stipulati hawn taħt sabiex tiġi realizzata din il-mira.

Governanza u ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur Ewropej

Irrispettivament mit-teknoloġija użata, ir-riformi tad-drittijiet tal-awtur fis-suq intern għandhom jieħdu s-sura ta' "leġiżlazzjoni ta' abilitazzjoni" għall-użu tad-drittijiet tal-awtur bl-iktar mod effiċjenti, billi jiġu ffissati l-inċentivi xierqa għall-kreazzjoni u l-investimenti, il-mudelli tan-negozji innovattivi u t-tixrid tax-xogħlijiet. Għandhom jgħinu sabiex jissaħħu l-profondità u d-dimensjoni tar-repertorju li hu disponibbli għall-konsumaturi kollha madwar l-Unjoni Ewropea. Il-lakuni fid-disponibbiltà tas-servizzi onlajn għall-konsumaturi f'ċerti Stati Membri għandhom jitnaqqsu billi jinħoloq qafas stabbli għall-governanza tad-drittijiet tal-awtur fil-livell Ewropew li jkunu xierqa għall-mudelli emerġenti l-ġodda tan-negozji.

Mudelli Emerġenti tan-Negozju

[pic]

Il-kreazzjoni ta' qafas Ewropew għal-liċenzjar onlajn tad-drittijiet tal-awtur se jistimula sew l-offerta legali tal-oġġetti u s-servizzi kulturali protetti madwar l-UE[19]. It-teknoloġija moderna tal-liċenzjar tista' tgħin biex ikun hemm firxa usa' ta' servizzi onlajn li jkunu disponibbli fil-livell transfruntier jew inkella li jinħolqu servizzi li jkunu disponibbli madwar l-Ewropa kollha[20].

Din hija r-raġuni li fl-2011, il-Kummissjoni se tressaq proposti sabiex toħloq qafas legali għall-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur sabiex jitħalla jsir liċenzjar multi-territorjali u pan-Ewropew. Filwaqt li l-attenzjnoni fuq il-ġestjoni transfrutiera tad-drittijiet tal-awtur fil-qasam onlajn hija ta' importanza partikolari fid-dawl tal-iżvilupp ta' suq diġitali għal oġġetti u servizzi kulturali, għandha tingħata attenzjoni lill-istrutturi ta' governanza ta' forom oħra ta' drittijiet ġestiti kollettivament.

Il-qafas ġdid għandu jistabbilixxi regoli komuni dwar il-governanza, it-trasparenza u s-superviżjoni effikaċi inklużi l-flussi tad-dħul ġestiti kollettivament. Fl-aħħar mill-aħħar, regoli ċari dwar il-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur u d-distribuzzjoni tad-dħul għandhom joħolqu xenarju fejn dawk kollha konċernati jkollhom kundizzjonijiet indaqs: detenturi tad-drittijiet, soċjetajiet kollettriċi, fornituri tas-servizzi u konsumaturi.

Sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta' servizzi ġodda onlajn li jkopru sehem ikbar tar-repertorju dinji u li jaqdu sehem ikbar ta' konsumaturi Ewropej, il-qafas għandu jippermetti l-kreazzjoni ta' "negozjanti tad-drittijiet" li jkunu jistgħu jilliċenzjaw u jiġġestixxu r-repertorju mużikali dinji fuq livell multiterritorjali filwaqt li jkun żgurat l-iżvilupp tad-diversità kulturali Ewropea. Għalhekk, għandu jiġi implimentat reġim ta' ġestjoni għad-drittijiet Ewropej li jkun jista' jiġi infurzat li jiffaċilita l-liċenzjar transfruntier. Il-ġestjoni tranfruntiera tad-drittijiet tal-awtur għas-servizzi onlajn teħtieġ livell għoli ta' għarfien espert tekniku, infrastruttura u sistema ta' netwerking elettronika. Il-mezzi għandhom jingħataw sabiex ikun żgurat li l-operaturi kollha jkunu konformi mal-istandards tas-servizzi ta' livell għoli kemm għad-detenturi tad-drittijiet u kemm għall-utenti u li l-kompetizzjoni ma tkunx distorta.

Approċċ ieħor possibbli għal monitoraġġ iktar estrem tad-drittijiet tal-awtur fuq livell Ewropew huwa l-kreazzjoni ta' Kodiċi Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Awtur. Dan għandu jinkludi kodifikazzjoni komprensiva tal-korp preżenti tad-Direttivi tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur sabiex ikunu armonizzati u kkonsolidati l-intitolamenti li joħorġu mid-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet marbuta magħhom fil-livell tal-UE. Dan jagħti lok ukoll għal eżaminazzjoni dwar jekk l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet attwali għad-drittijiet tal-awtur mogħtija skont id-Direttiva Nru 2001/29/KE[21] jeħtiġux ikunu aġġornati jew armonizzati fil-livell tal-UE. Kodiċi jista' għalhekk jgħin sabiex jiċċara r-relazzjoni bejn id-drittijiet esklussivi varji li jibbenefikaw minnhom id-detenturi tad-drittijiet u l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għal dawk id-drittijiet.

Il-Kummissjoni se teżamina wkoll il-fattibbiltà li jkun ikkreat titolu tad-drittijiet tal-awtur "unitarju" fakultattiv abbażi l-Artikolu 118 TFUE u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-suq uniku, id-detenturi tad-drittijiet u l-konsumaturi.

Miżuri bħal dawn jeħtieġu iktar studju u analiżi. Il-Kummissjoni se teżamina dawn il-kwistjonijiet, inter alia , fil-kuntest tad-djalogu mal-partijiet interessati li hu spekulat jkun hemm fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u r-rapport fl-2012, b'mod partikolari dwar jekk hemmx il-ħtieġa li tiġi aġġornata d-Direttiva 2001/29/KE.

Teknoloġija u ġestjoni tal-bażijiet tad-dejta

L-omnipreżenza tal-Internet xprunat il-ħtieġa li jittejbu l-prattiki tal-liċenzjar kollettiv. It-teknoloġija tista' tkun ta' sors għani ta' soluzzjonijiet prammatiċi sabiex ikun adattat il-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur fuq l-Internent u tkun appoġġata d-distribuzzjoni tal-flussi tad-dħul ġestiti kollettivament. F'dan l-isfond, il-Kummissjoni se tappoġġa miżuri li jagħmlu l-aċċess għax-xogħlijiet protetti tad-drittijet tal-awtur iktar sempliċi u effikaċi permezz ta' teknoloġiji innovattivi ta' liċenzjar, ċertifikazzjoni ta' infrastrutturi tal-liċenzjar, identifikazzjoni u skambju tad-dejta ta' użu fattwali u ġestjoni tad-dejta elettronika. Se tħeġġeġ u tappoġġa l-proġetti mwettqa minn partijiet interessati varji sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi awtomatizzati u integrati ta' ġestjoni ta' drittijiet msejsa fuq l-istandards[22]. Bażijiet tad-dejta onlajn interoperabbli għandhom jgħinu fl-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet u fit-trawwim tal-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-liċenzjar. Pereżempju, il-kompilazzjoni u d-disponibbiltà ta' informazzjoni preċiża dwar l-informazzjoni li jkollha sjieda tad-drittijiet tal-awturi tal-mużika f'bażi tad-dejta awtoritattiva hu kruċjali biex ikunu ffaċilitati l-liċenzjar effiċjenti transfruntier u d-distribuzzzjoniiet tar-royalties lid-detenturi tad-drittijiet rilevanti b'mod konsistenti madwar l-Ewropa u jiffaċilita l-liċenzjar tar-repertorju Ewropew lil hinn mill-kontinent u d-distribuzzjoni korrispondenti tar-royalties lill-awturi Ewropej rilevanti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament u tipprovdi informazzjoni trasparenti lill-utenti, sabiex ikun iffaċilitat il-liċenzjar.

Kontenut ikkreat mill-utent

Fid-dawl tal-iżvilupp mgħaġġel tan-netwerking soċjali u tas-siti tal-midja soċjali li jistrieħu fuq il-ħolqien u l-aplowd ta' kontenut onlajn mill-utenti aħħarin (blogs, podcasts, posts, wikis, mash-ups, qsim ta' fajls u vidjos), għandha tingħata attenzjoni speċifika lill-approċċi possibbli sabiex ikollhom x'jaqsmu mal-kontenut ikkreat mill-utent jew iġġenerat mill-utent (UGC)[23]. F'konformità mal-approċċ globali, il-Kummissjoni tisħaq li għandu jkun hemm użu responsabbli filwaqt li tiżgura li l-utenti jgawdu mill-benefiċċji sħaħ tas-servizzi onlajn ġodda interattivi.

Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed jirrealizzaw li jeħtieġ ikun hemm soluzzjonijiet sabiex ikun iktar faċli għall-utenti aħħarin biex jużaw il-kontenut ta' partijiet terzi protett bid-drittijiet tal-awtur fix-xogħlijiet tagħhom u li dan ikun offrut għal prezz raġonevoli. L-utenti li jintegraw il-materjal protett bid-drittijiet tal-awtur fix-xogħlijiet tagħhom li jinsabu fuq l-Internet għandu jkollhom aċċess għal sistema ta' għoti tal-awtorizzazzjoni b'mod sempliċi u effiċjenti. Dan hu partikolarment pertinenti fil-każ ta' utenti "dilettanti" li l-kontenut iġġenerat minnhom (UGC - User Generated Content) għall-finijiet mhux kummerċjali u li xorta waħda jiffaċċjaw proċeduri ta' ksur jekk itellgħu materjal mingħajr il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet. Wasal iż-żmien li wieħed jibni fuq is-saħħa tad-drittijiet tal-awtur sabiex jaġixxi bħala negozjant bejn id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti tal-kontenut b'mod responsabbli. Il-Kummissjoni se tesplora iktar il-kwistjoni, inkluż permezz ta' kuntatti mal-partijiet interessati kollha, speċjalment fil-kuntest tad-djalogu msemmi hawn fuq mal-partijiet interessati sabiex ikun hemm bilanċ bejn id-drittijiet tal-kreaturi tad-drittijiet tal-kontenut u l-ħtieġa li jitqiesu l-forom il-ġodda tal-espressjoni.

Imposti fuq kopji privati

Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jirrikjedi wkoll konċiljazzjoni tal-imposti tal-ikkupjar privat mal-libertà tal-movimenti tal-oġġetti sabiex ikun jista' jkun hemm kummerċ transfruntier bla xkiel fl-oġġetti li jkunu soġġetti għall-imposti fuq kopji privati[24]. L-isforzi se jirduppjaw sabiex tingħata spinta lill-ftehim tal-partijiet interessati msejjes fuq il-kisbiet ta' abbozz ta' Memorandum ta' Ftehim (MoU) innegozjat mill-Kummissjoni fl-2009. Fl-2011 se jinħatar medjatur indipendenti ta' livell għoli u se jitqabbad jesplora approċċi possibbli bil-ħsieb li tiġi armonizzata l-metodoloġija użata għall-imposti, tittejjeb l-amministrazzjoni tal-imposti, speċifikament it-tip ta' tagħmir li hu soġġett għall-imposti, l-iffissar ta' rati ta' tariffi u l-inter-operabbiltà tas-sistemi nazzjonali varji fid-dawl tal-effetti transfruntieri li għandha sistema ta' imposti kompletament differenti fuq is-suq intern. Sforz koordinat fuq in-naħat kollha sabiex jiġu riżolti kwistjonijiet prinċipali għandu jkun il-pedament ta' azzjoni leġiżlattiva komprensiva fil-livell tal-UE sal-2012.

Aċċess għal wirt kulturali Ewropew u t-trawwim tal-pluralità tal-midja

Il-fatt li jiġu ffaċilitati l-priservazzjoni u d-disseminazzjoni tal-wirt kulturali u intellettwali għani Ewropew u li titħeġġeġ il-kreazzjoni ta' libreriji diġitali Ewropej hu kruċjali għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-għarfien. Is-soluzzjonijiet innovattivi tal-liċenzjar huma meħtieġa sabiex issir promozzjoni tal-qsim bla xkiel tal-għarfien u l-kultura li tippermetti lill-istituzzjonijiet akkademiċi, negozji, riċerkaturi u individwi privati sabiex jagħmlu użu skont il-liġi tal-materjal protett bid-drittiijet tal-awtur filwaqt li l-awturi, il-pubblikaturi u kreaturi oħrajn ikunu kkumpensati għall-użu li jsir ta' xogħolhom. Fl-2011, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb tipproċedi permezz ta' approċċ binarju sabiex issir promozzjoni tad-diġitazzjoni u jsiru disponibbli l-kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet kulturali Ewropej (libreriji, mużewijiet u arkivji). Lat minnhom hu l-promozzjoni ta' skemi ta' liċenzjar kollettiv għal xogħolijiet li għadhom protetti bid-drittijiet tal-awtur imma li ma għadhomx disponibbli kummerċjalment (xogħlijiet "barra s-suq"). Il-lat l-ieħor huwa qafas leġiżlattiv Ewropew sabiex jiġu identifikati l-imsemmija "xogħlijiet orfni"[25] u jsiru disponibbli. It-tlestija kif xieraq ta' dawn iż-żewġ inizjattivi se jagħtu spinta wkoll lill-iżvilupp tal-Europew[26] bħala pjattaforma onlajn li permezz tagħha ċ-ċittadini jistgħu jaċċessaw id-diversità u r-rikkezza tal-wirt kulturali Ewropew.

Il-Kummissjoni hija impenjata wkoll biex tkompli bil-ħidma tagħha mal-Istati Membri sabiex ikunu żviluppati soluzzjonijiet vijabbli li jittrattaw "il-kilba għall-ktieb" li qed jiffaċċjaw miljuni ta' nies b'diffikultà tal-vista. Bħalissa, perċentwal żgħir ħafna ta' pubblikazzjonijiet jinsabu f'formati disponibbli bħall-Braille, tipa kbira jew awdjo. Il-Kummissjoni għadha kif innegozjat Memorandum ta' Qbil[27] (ġie ffirmat f'Settembru 2010) sabiex ikun iffaċilitat l-iskambju transfruntier ta' xogħlijiet f'formati speċjali u biex dawn ikunu aċċessibbli għall-persuni li għandhom diffikultà tal-vista. Il-Memorandum ta' Qbil jistabbilixxi sistema ta' "intermedjarji fdati" li jkollhom l-inkarigu li jwasslu materjal f'format speċjali onlajn min-naħa għall-oħra tal-fruntieri nazzjonali. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-partijiet interessati sabiex twaqqaf netwerk ta' intermedjarji fdati f'kull Stat Membru. Dan se jagħti lok għal twassil bla xkiel ta' materjal ta' format speċjali f'ambjent sikur madwar l-UE. Is-sistema mwaqqfa mill-Memorandum ta' Qbil se tkun soġġetta għal analiżi annwali sabiex ikun determinat jekk l-iskambju transfruntier ta' materjal f'format speċjali jiżdiedx jew inkella jekk l-azzjoni teħtieġx li tieħu spinta.

Il-ġurnalisti huma awturi u x-xogħlijiet tagħhom huma importanti mhux biss għax jirrappurtaw, jikkummentaw u jinterpretaw id-dinja li ngħixu fiha imma wkoll minħabba l-fatt li l-libertà tal-istampa hija fiha nnifisha dikjarazzjoni tas-soċjetà pluralistika u demokratika fl-Ewropa. Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għall-ġurnalisti u l-iżgurar li dawn ikollhom awtorità dwar il-mod kif jintuża xogħolhom hu ċentrali biex il-ġurnaliżmu jibqa' indipendenti, ta' kwalità għolja u professjonali. Il-pubblikaturi nfushom għandhom rwol importanti fit-tixrid tax-xogħol tal-kittieba, ġurnalisti, riċerkaturi, xjentisti, fotografi u kreaturi oħra. F'dan ir-rigward, hu importanti li jitħarsu d-drittijiet li l-ġurnalisti u l-pubblikaturi għandhom fuq l-użu tax-xogħlijiet tagħhom fuq l-Internet, b'mod partikolari fid-dawl taż-żieda tas-servizzi għall-ġbir tal-aħbarijiet. Il-Kummissjoni se tibqa' teżamina dawn il-kwistjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi legali u tekniċi ġodda.

Aċċess miftuħ bħala mod li bih ikun immassimizzat it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka hu relattivament fenomenu ġdid. Jeżistu modi differenti ta' kif wieħed jikseb aċċess miftuħ, b'mod partikolari il-pubblikazzjoni b'aċċess miftuħ (pereżempju ġurnali b'aċċess miftuħ) u arkivjar min-naħa tal-awturi stess f'imħażen istituzzjonali jew tematiċi. Il-potenzjal tal-aċċess miftuħ biex jiżdied l-aċċess għall-għarfien diġà hu rikonoxxut b'mod wiesa' fost il-komunità tax-xjenza, u qed jiġi esplorat iktar[28].

Drittijiet tal-artisti

Il-Kummissjoni hija impenjata tiżgura li l-forom kollha ta' kreattività jiġu ppremjati. F'era li toffri formati multimidja, ħafna drabi jiġri li l-artisti, inkluż dawk professjonali, ma jkunux rikonoxxuti u premjati kif xieraq għall-input kreattiv tagħhom f'xogħol artistiku. Wieħed mill-modijiet biex jinkiseb xenarju fejn dawk kollha konċernati jkollhom kundizzjonijiet indaqs fost il-kreaturi hu billi d-definizzjoni tal-protezzjoni tal-artisti fil-qasam tal-mużika titqarreb kemm jista' jkun ma' dik tal-awturi. Il-Kummissjoni għamlet proposta[29] bħal din u tistenna li tadottaha fil-ġejjieni qarib. Il-benefiċċji ta' dan ir-riżultat bikri, bħala parti mill-politika globali tad-drittijiet tal-awtur fil-Komunità, se jkunu estiżi wkoll għal produtturi li l-flussi tad-dħul dejjem jiżdiedu tagħhom, b'mod partikolari mill-Internet, għandu jħeġġeġ it-talent ġdid u jinċentiva l-produtturi sabiex jinvestu f'atti mużikali ġodda.

Xogħlijiet awdjoviżivi

Li jitfasslu kundizzjonijiet tajba għal soluzzjonijiet iktar sempliċi, faċli u li jkunu teknoloġikament newtrali għal-liċenzjar transfruntier u pan-Ewropew fis-settur awdjoviżiv għandu jgħin lill-produtturi tal-kontenut iżidu d-disponibbiltà tal-kontenut, għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej. Il-Kummissjoni, fl-2011, se tniedi konsultazzjoni dwar id-distribuzzjoni onlajn tax-xogħlijiet awdjoviżivi bil-għan li toħroġ rapport fl-2012. Il-konsultazzjoni se tindirizza l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-awtur, is-servizzi video-on-demand, l-introduzzjoni tagħhom fil-kronoloġija tal-midja, il-liċenzjar transfruntier tas-servizzi tax-xandir, l-effiċjenza tal-liċenzjar u l-aspett tal-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej. Il-Green Paper dwar is-servizzi awdjoviżivi se tindirizza wkoll l-istatus tal-awturi awdjoviżivi u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-benefiċċji tal-flussi tad-dħul onlajn.

Dritt tal-artisti għall-bejgħ mill-ġdid

F'Ottubru 2011, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-isforzi tad-Direttiva dwar id-Dritt għall-Bejgħ mill-Ġdid[30]. Bħalissa għaddejja b'konsultazzjoni pubblika sabiex tindirizza firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż: l-impatt tad-Direttiva dwar is-suq intern, dwar il-kompettività tas-suq tal-UE fl-arti moderna u kontemporanja, billi tiġi adottata l-introduzzjoni tad-dritt għall-bejgħ mill-ġdid f'dawk l-Istati Membri li ma applikawx id-dritt għall-bejgħ mill-ġdid fil-liġi nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva[31], u dwar it-trawwim tal-kreattività artistika.

Il-kwistjoni tal-protezzjoni kumplimentarja tal-assi intanġibbli

Il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-DPI hija kkumplimentata bir-regoli nazzjonali dwar ċerti prattiki tal-fenomenu "kompetizzjoni fuq il-konfini tal-liġi" li spiss jaqgħu bejn il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u oqsma oħra tal-liġi.

Sigrieti kummerċjali u kopji parassitiċi

Eżempju ta' dan hu l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali[32]. Is-sigrieti kummerċjali huma assi intanġibbli prezzjużi ta' kumpanija bħat-teknoloġija, in-negozju jew l-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni, il-kompilazzjoni tad-dejta (pereżempju, lista tal-kunsumaturi) jew riċetta. Ir-reġimi legali fl-Istati Membri u l-livell ta' protezzjoni li jingħata madwar l-UE ivarja b'mod konsiderevoli.

Għadd ta' Stati Membri għandhom dispożizzjonijiet speċifiċ tal-liġi ċivili dwar is-sigrieti kummerċjali. Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Italja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Isvezja. Uħud minn dawn jipprovdu wkoll għal sanzjonijiet kriminali. Madankollu, għadd sinifikanti ta' Stati Membri ma għandhom l-ebda dispożizzjoni speċifika fil-liġi ċivili dwar is-sigrieti kummerċjali: Il-Belġju, Ċipru, ir-Renju Unit, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Rumanija, u Franza (għalkemm il-Kodiċi tal-PI Franċiż jirregola xi aspetti). Is-sigrieti kummerċjali jistgħu madankollu jkunu protetti, għallanqas parzjalment, permezz ta' mezzi oħra, bħal pereżempju kawża ġenerali tal-projbizzjoni tal-kompetizzjoni inġusta, il-liġi dwar it-tort, il-liġi dwar il-kuntratti, il-liġi dwar ix-xogħol u l-liġi kriminali.

Id-differenzi sinifikanti fil-liġijiet nazzjonali dwar in-natura u l-ambitu tal-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, kif ukoll fir-rigward tal-mezzi disponibbli tar-rimedji rispettivi, li inevitabbilment jirriżultaw f'livelli differenti ta' protezzjoni; bil-konsegwenza li, skont il-lokazzjoni tagħhom, xi kumpaniji huma armati aħjar minn oħrajn sabiex jegħlbu l-isfida ta' ekonomija msejsa fuq l-informazzjoni. F'dawn l-aħħar snin, is-sigrieti kummerċjali saru iktar vulnerabbli għall-attakki tal-ispjuni minn barra[33], b'mod partikolari minħabba l-iskambju mtejjeb ta' dejta u l-użu tal-Internet, u dawn huma wkoll iktar mhedda minn sorsi interni tal-kumpanija: skont studju li sar mis-settur privat, is-serq ta' informazzjoni sensittiva mill-impjegati pereżempju, jiswa għaxar darbiet daqs it-telf aċċidentali għal kull inċident[34]. F'ċirkostanzi oħra madankollu, is-sigrieti kummerċjali jistgħu jkunu invokati wkoll sabiex tinżamm informazzjoni kritika biex ixekklu l-innovazzjoni u l-iżviluppi tekniċi tal-kompetituri. Meta wieħed iqis il-kumplessità ta' din il-kwistjoni u l-implikazzjonijiet varji tagħha, il-Kummissjoni teħtieġ issegwi r-riflessjoni tagħha u tiġbor evidenza komprensiva qabel tieħu pożizzjoni dwar il-passi possibbli li jmiss.

Qasam ieħor ta' interess hu l-protezzjoni kontra dawk imsejħa "kopji parassitiċi" jew dawk "li jidhru simili"[35]. Kopji parassitiċi huma ddisinjati sabiex ikunu jixxiebhu mal-prodotti eżistenti ta' ditti stabbiliti sew filwaqt li jinżammu ċerti differenzi li jipprevjenuhom milli jikkwalifikaw bħala ffalisifikati. Jistgħu jfixklu lill-konsumaturi li ma tantx jagħtu każ meta jkunu qed jixtru jew li ma jafux id-ditta biżżejjed biex jirrikonoxxu d-differenzi.

Ukoll, dan il-fenomenu hu trattat mill-Istati Membri billi jużaw kunċetti differenti u jipprovdu livelli differenti ta' protezzjoni. Għalhekk, filwaqt li xi Stati Membri għandhom dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ikkuppjar parassitiku taħt il-liġi dwar il-kompetizzjoni inġusta (l-Awstrija, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja), f'xi wħud oħrajn l-ikkuppjar parassitiku hu trattat skont klawżola umbrella jew ġenerali ta' projbizzjoni tal-kompetizzjoni inġusta (il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja). Il-liġijiet tal-Istati Membri l-oħra ma fihom l-ebda dispożizzjoni dwar il-kompetizzjoni inġusta applikabbli għall-ikkuppjar parassitiku u dawn il-kwistjonijiet huma trattati fil-Kodiċi Ċivili fid-dispożizzjonijiet speċifiċi (l-Italja), jew permezz ta' dispożizzjonijiet ġeneralment applikabbli dwar it-tort (Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi). Finalment, fir-Renju Unit ma hemmx liġi dwar il-kompetizzjoni inġusta, u ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ikkuppjar parassitiku: għalhekk għandhom jintużaw iktar dispożizzjonijiet dwar it-tort għall-abbuż tad-denominazzjoni (passing off). Għal din ir-raġuni, l-effikaċja tal-protezzjoni tvarja b'mod konsiderevoli.

Il-Kummissjoni bdiet taħdem biex tiddetermina l-impatt ekonomiku tal-frammentazzjoni attwali tal-qafas legali bil-għan li tipproteġi s-sigrieti kummerċjali u prattiki oħra tal-fenomenu ta' "kompetizzjoni fuq il-konfini tal-liġi", bħall-ikkuppjar parassitiku. Dan ix-xogħol se jinkludi studju estern komprensiv u konsultazzjoni mal-partijiet interessati sabiex ikunu eżaminat l-impatt ekonomiku u soċjetali attwali ta' dawn il-prattiki. Se jivvaluta wkoll il-benefiċċji ekonomiċi li joħorġu mill-approċċ tal-UE f'dawn l-oqsma.

Indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli

L-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) huma għodda li tassigura r-rabta bejn il-kwalità tal-prodotti u l-oriġini ġeografika tagħha. Dan jagħti lok għall-kummerċjalizzazzjoni speċifikata, l-iżvilupp tad-ditti u l-kummerċjalizzazzjoni msejsa fuq ir-reputazzjoni.

Madankollu, għall-protezzjoni tal-prodotti mhux agrikoli, l-Istati Membri joffru sistemi legali differenti (pereżempju permezz tal-liġi dwar il-kompetizzjoni jew il-protezzjoni tal-konsumatur, jew permezz ta' marks kollettivi jew b'ċertifikazzjoni) u terz minnhom biss żviluppaw leġiżlazzjoni speċifika li tqis l-IĠ bħala DPI speċifiċi. Din il-frammentazzjoni tal-qafas legali sabiex tingħata l-protezzjoni lill-IĠ għall-prodotti mhux agrikoli tista' taffettwa b'mod negattiv il-funzjonament tas-suq intern. Barra minn hekk, il-protezzjoni għall-IĠ għall-prodotti mhux agrikolil hija kwistjoni importanti wkoll fin-negozjati tal-kummerċ bilaterali u multilaterali mal-pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni dalwaqt se tvara studju tal-fattibbiltà dwar il-kwistjoni tal-IĠ għall-prodotti mhux agrikoli u mhux tal-ikel, li jinkludi l-oqsma kollha tal-liġi f'dan il-kuntest. Dan ix-xogħol se jipprovdi analiżi tal-oqfsa legali eżistenti fl-Istati Membri u valutazzjoni fil-fond tal-ħtiġijiet tal-partijiet interessati u l-impatt potenzjali ekonomiku tal-protezzjoni għall-IĠ mhux agrikoli. Wara li tiġbed ir-riżultati minn dax-xogħol u tirrifletti iktar u tiġbor evidenza komprensiva, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-pass xieraq li għandu jittieħed.

Ġlieda ikbar kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija[36]

Il-prodotti u s-servizzi msejsa fuq id-DPI jistgħu jkunu diffiċli u jiswew ħafna biex jinħolqu imma jiswew inqas biex jiġu replikati u riprodotti. Ksur organizzat u fuq skala kbira tad-DPI sar fenomenu globali u qed iqajjem tħassib madwar id-dinja. L-aħħar studju tal-OECD (2009) jistma li l-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti ffalsifikati żdied minn ftit 'il fuq minn USD 100 biljun fl-2000 għal USD 250 biljun fl-2007[37]. Skont l-OECD, dan l-ammont hu ikbar mill-PDG nazzjonali ta' madwar 150 ekonomija. Iċ-ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-attivitajiet doganali nazzjonali jirriflettu li l-għadd ta' każijiet reġistrati ta' oġġetti ssuspettati li jiksru d-DPI matul l-aħħar ħames snin żdiedu minn 26,704 fl-2005 għal 43,572 fl-2009, żieda ta' iktar minn 60 % f'ħames snin[38].

Il-kontraventuri tad-DPI joħonqu l-gwadanji xierqa tal-kreaturi tal-UE, joħolqu ostakli għall-innovazzjoni, ixekklu l-kompetittività, jeqirdu l-impjiegi, inaqqsu l-finanzi pubbliċi u possibbilment jheddu s-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-UE. Studju li sar misCentre for Economics and Business Research (CEBR - Ċentru għar-Riċerka Ekonomika u Kummerċjali) jisħaq li t-telf ikkawżat mill-falsifikazzjoni u l-piraterija jista' jnaqqas il-PDG tal-UE b'EUR 8 biljun fis-sena[39]. Il-falsifikazzjoni se tiġġenera wkoll profitti kbar għall-gruppi organizzati kriminali u toħnoq is-suq internet billli tħeġġeġ prattiki illegali fin-negozji[40].

L-UE bdiet tindirizza din l-isfida billi tieħu miżuri tal-liġi ċivili li jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jinfurzaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom[41], permezz tar-Regolament Doganali tal-UE Nru 1383/2003[42] li jippermetti d-detenzjoni tal-oġġetti ssuspettati li jiksru d-DPI fil-fruntieri esterni tal-UE, u billi fl-2009 jinfetaħ l-Osservatorju Ewropew għall-Falsifikazzjoni u l-Piraterija[43]. Il-miri ewlenin tal-Osservatorju huma li tinġabar id-dejta u li din tiġi rrappurtata dwar l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjetali tal-falsifikazzjoni u l-piraterija u li tinħoloq pjattaforma għar-rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati li jiskambjaw l-ideat u l-għarfien espert dwar l-aqwa prattiki.

Is-suċċess ta' dawn l-ewwel miżuri juri li l-UE tinsab fid-direzzjoni t-tajba. Il-ħidma inizjali tal-Osservatorju qanqlet reazzjonijiet pożittivi mill-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-partijiet interessati mis-settur privat. Madankollu, dawn ir-reazzjonijiet juru wkoll li tinħass il-ħtieġa li jespandi x-xogħol attwali. Barra minn hekk, ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Infurzar tal-DPI ippublikat f'Diċembru 2010[44] kkonferma l-ħtieġa li jissaħħaħ il-qafas leġiżlattiv eżistenti għall-infurzar u li jiġi ssupplimentat permezz ta' ftehimiet volontarji bejn il-partijiet interessati. Finalment, l-analiżi tar-Regolament Doganali tal-UE, li inkludiet konsultazzjoni pubblika fl-2010, ikkonkludiet li l-leġiżlazzjoni għandha tiġi riveduta sabiex ikun estiż l-ambitu għall-kontroll doganali, kif ukoll biex ikunu ċċarati xi proċeduri sabiex ikunu ssalvagwardjati l-interessi tal-kummerċjanti leġittimi.

Kuxjenza pubblika

Il-konsumaturi għandhom it-tendenza ma jkunux konxji tal-valur tad-DPI u tal-impatt negattiv mil-lat ekonomiku u soċjetali tal-iffalsifikar u tal-piraterija u tal-perikli potenzjali marbuta mal-prodotti ffalsifikati[45]. Għalhekk informazzjoni aħjar dwar iċ-ċittadini hija fattur importanti għal politika ta' suċċess dwar id-DPI. Ukoll, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati sabiex irawwmu l-għarfien fost il-konsumaturi, speċjalment fost iż-żgħażagħ, u li dawn ikunu jistgħu jifhmu l-qofol tal-proprjetà intellettwali[46].

Il-Kummissjoni għalhekk se tieħu azzjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mal-partijiet interessati, sabiex jitrawmu kampanji ta' kuxjenza pubblika kif xieraq. L-Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija hu mistenni jikkontribwixxi wkoll għal dan il-għan.

Struttura iktar sostenibbli għall-Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija u kompiti ġodda

Sabiex jingħelbu l-isfidi jeħtieġ li jkun hemm evidenza soda tal-ambitu tal-problema, għarfien imtejjeb dwar l-oriġini tal-oġġetti ffalsifikati jew vittma tal-piraterija, tal-kanali tad-distribuzzjoni u l-persuni differenti kkonċernati involuti. Barra minn hekk, ix-xejriet qegħdin jinbidlu malajr, b'mod partikolari fid-dimensjoni onlajn, il-partijiet interessati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jikkooperaw iktar.

Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li testendi l-kompiti li huma attwalment assenjati lill-Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija. Fil-ġejjieni, dawn il-kompiti għandhom jinkludu wkoll id-disinn u l-organizzazzjoni tal-kampanji ta’ kuxjenza pubblika, il-provvediment ta' miżuri xierqa għat-taħriġ tal-awtoritajiet tal-infurzar, it-twettiq tar-riċerka dwar l-infurzar innovattiv u s-sistemi ta' individwazzjoni li min-naħa jippermetti li l-offerti liċiti jkunu innovattivi u attraenti kemm jista' jkun u min-naħa l-oħra jingħata lok għal iktar infurzar effikaċi kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija (pereżempju sistema ta' traċċibbiltà), u l-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-bini tal-kapaċitajiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi. Għalhekk, l-Osservatorju jeħtieġ struttura iktar sostenibbli fit-termini tal-għarfien espert, ir-riżorsi u t-tagħmir tekniku. Il-kompiti tal-Osservatorju għandhom għalhekk jgħaddu lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) f'Alicante li, b'rabta ma' dawn il-kompiti għandhom jingħataw mandat sabiex ikopru l-kategoriji kollha tad-DPI.

F'dak il-kuntest, l-OHIM se jtejjeb ukoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u l-kooperazzjoni mal-partijiet interessati privati, inter alia, billi jinbena skambju ġdid ta' informazzjoni elettronika u sistema li tibgħat avviżi preliminari dwar il-prodotti ffalsifikati u dawk vittma tal-piraterija. Studju estern li jistabbilixxi inventarju tas-sistemi eżistenti tal-IT li jistgħu jintużaw biex jinħoloq netwerk bħal dan ġie ppubblikat mill-Kummissjoni fl-2010[47]. Dan l-istudju se jifforma s-sisien għal iktar konsultazzjonijiet u valutazzjonijiet immirati lejn l-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet kost-effiċjenti u l-ħolqien ta' sinerġiji ma' sistemi eżistenti u proġetti kontinwi, bil-għan li jiġi preżentat kunċett għal netwerk elettroniku bħal dan sa tmiem l-2012. In-netwerk għandu jopera f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Analiżi tad-Direttiva dwar l-Infurzar tad-DPI

B'mod parallel, il-Kummissjoni biħsiebha tanalizza d-Direttiva Nru 2004/48/KE dwar l-Infurzar tad-DPI fir-rebbiegħa 2012. Ir-Rapport li ġie ppubblikat dan l-aħħar dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Infurzar tad-DPI[48] juri li l-isfida tinsab fl-infurzar tad-DPI rikonċiljanti fil-qasam diġitali. Il-Kummissjoni se tidentifika modi kif toħloq qafas li jippermetti, b'mod parikolari, li jiġi miġġieled b'mod effikaċi il-ksur tad-DPI permezz tal-Internet. L-għan ta' kwalunkwe emenda għandu jkun li l-ksur għandu jiġi trattat fis-sors tiegħu u għalhekk, titrawwem il-kooperazzjoni tal-intermedjarji, bħall-fornituri tas-servizzi tal-internet, filwaqt li tkun kompatibbli mal-miri tal-politiki tal-broadband u mingħajr preġudizzju għall-interessi tal-konsumaturi aħħarin. Il-Kummissjoni se tiżgura li emendi bħal dawn jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kollha rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Umani tal-UE, b'mod partikolari d-drittijiet ukoll għal ħajja privata, il-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni u għal rimedju effikaċi[49].

B'mod parallel, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha, abbażi tal-Memorandum ta' Ftehim iffirmat bejn il-partijiet interessati fl-4 ta' Mejju 2011[50], sabiex ikun esplorat, kemm hu possibbli, b'mod partikolari, li jitnaqqas il-bejgħ ta' oġġetti ffalsifikati fuq l-Internet permezz ta' miżuri volontarji, li jinvolvi lill-partijiet interessati l-iktar ikkonċernati minn dan il-fenomenu (id-detenturi tad-drittijiet, il-pjattaformi fuq l-internet u l-konsumaturi).

Id-dimensjoni internazzjonali tad-DPI

Iż-żieda fil-kummerċ internazzjonali ġibdet l-attenzjoni fuq id-dimensjoni internazzjonali tad-DPI. Il-globalizzazzjoni tagħti lill-Ewropa opportunitajiet enormi fl-esportazzjoni u l-kummerċ tal-prodotti, servizzi u għarfien prattiku li fuqhom hemm id-DPI lill-pajjiżi terzi. Fl-istess ħin, iż-żieda tal-każijiet ta' ksur tad-DPI toħloq il-ħtieġa li jkun hemm fokus fuq strateġija ta' infurzar globali b'saħħitha skont id-drittijiet fundamentali.

F'Riżoluzzjoni[51] minnhom, il-Parlament Ewropew innota li l-"akbar sfida" għas-suq intern hija l-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet intellettwali fil-fruntieri esterni tal-UE u fil-pajjiżi terzi".

Dan ir-raġunament kien diġà sar meta ġiet żviluppata "L-Istrateġija għall-Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fil-Pajjiżi Terzi"[52] li ħarġet il-Kummissjoni fl-2004 li qiegħda tiġi analizzata bħalissa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li tiżgura li jkun hemm koerenza tal-politika tagħha dwar id-DPI mal-miri tal-politika dwar l-iżvilupp[53].

Inizjattiva multilaterali, inkluż il-koordinazzjoni mal-organizzazzjoni internazzjonali

Il-Kummissjoni se twettaq il-miri tagħha sabiex ittejjeb ir-rispett lejn l-istandards tad-DPI fil-livell internazzjonali permezz tal-kooperazzjoni effettiva mtejba u r-rabta mal-pajjiżi terzi fil-fora internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-ħidma tagħha fil-kuntest tad-WIPO, Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) u UPOV immirati għat-titjib tal-protezzjoni u l-infurzar tad-DPI fil-livell globali. Se tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' innovazzjoni teknoloġika u għat-trasferiment u t-tixrid tat-teknoloġija, għal vantaġġ reċiproku tal-produtturi u utenti tal-għarfien teknoloġiku u b'mod kondużiv għall-ġid soċjali u ekonomiku, u għal bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi[54]. Bħalissa l-azzjonijiet tal-UE u tal-organizzajonijiet internazzjonali ħafna drabi jonqsu milli jkunu kkoordinati biżżejjed u għalhekk tinħonoq l-effikaċja tagħhom[55].

Fil-kuntest tad-WIPO (l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Drittijiet Intellettwali), il-Kummissjoni se tkompli tħeġġeġ ir-ratifikazzjoni fuq skala kbira fit-Trattati tad-WIPO dwar l-Internet tal-1996 u l-implimentazzjoni xierqa fil-liġijiet domestiċi. Se toffri wkoll sforzi biex ikunu prodotti għodod xierqa għall-valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistemi tad-drittijiet tal-awtur. Se tappoġġa sforzi attwali sabiex ikun miġġieled il-fenomenu globali tal-piraterija tas-sinjali u r-ritrażmissjonijiet fuq l-Internet tas-sinjali tax-xandir misruqa. Il-Kummissjoni se tirdoppja wkoll l-isforzi tagħha biex toħloq ftehim WIPO dwar it-twassil transfruntier ta' materjal f'formati speċjali li jkunu mfassla skont il-ħtiġijiet ta' dawk li għandhom diffikultà biex jaqraw skont il-miri tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. F'Ġunju 2010, l-UE diġà kienet proponiet lid-WIPO Rakkomandazzjoni Konġunti dwar l-aċċess imtejjeb għal xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur għal persuni li għandhom diffikutà biex jaqraw materjal stampat.

Fuq livell internazzjonali, it-Trattat dwar il-Liġi tal-Privattivi diġà armonizza u ssimplifika proċeduri formali fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-privattivi nazzjonali u reġjonali u l-privattivi stess. Għalhekk, l-UE se tkompli tappoġġa diskussjonijiet fid-WIPO dwar l-armonizzazzjoni tal-liġi sostantiva dwar il-privattivi. Dan għandu jtejjeb il-kwalità tal-privattivi u jnaqqas l-ispejjeż, għall-benefiċċju tal-utenti tas-sistema tal-privattivi madwar id-dinja.

L-UE għandha wkoll tkun f'pożizzjoni li tirratifika l-Ftehim ta' Kummerċ kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA)[56] ladarba jiġi ffirmat mill-partijiet kontraenti matul l-2011. L-ACTA, li huwa għal kollox konformi mal-acquis tal-UE, huwa pass importanti biex tissaħħaħ il-ġlied internazzjonali kontra l-ksur tad-DPI, b'kooperazzjoni mal-pajjiżi li jaqsmu l-istess preokkupazzjonijiet u opinjonijiet. Il-Kummissjoni se tressaq għad-diskussjoni l-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-UE sabiex jiġi ffirmat il-ftehim fil-ġimgħat li ġejjin.

Negozjati u kooperazzjoni bilaterali dwar il-protezzjoni tal-PI mal-pajjiżi terzi

L-UE se tkompli tinnegozja dispożizzjonijiet dwar id-DPI fil-ftehimiet tagħha dwar il-kummerċ ħieles (FTAs) mal-pajjiżi terzi. Fl-FTAs li qed jiġu nnegozjati, il-klawżoli dwar id-DPI għandhom safejn possibbli joffru livelli dwar il-protezzjoni tad-DPI, li jkunu identiċi għal dawk eżistenti fl-UE filwaqt li jitqies il-livell ta' żvilupp tal-pajjiżi kkonċernati. Il-kooperazzjoni permezz ta' djalogi politiċi u tekniċi tifforma parti wkoll mill-istrateġija tal-UE dwar l-elementi marbuta mal-kummerċ tad-DPI.

Jeħtieġ jinstab bilanċ tajjeb ukoll bejn il-protezzjoni tad-DPI fil-pajjiżi terzi u l-aċċess għall-għarfien. Għalhekk, il-politika tad-DPI tista' tappoġġa t-tkabbir inklussiv u sostenibbli jekk dan ikun parti minn strateġija globali ta' żvilupp li jimmira li jitqiesu kif xieraq it-titjib ta' ambjent ta' negozju, li jippromwovi riċerka kalibrati mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp u jiżgura s-saħħa, il-bijodiversità jew il-miri tas-sigurtà tal-ikel. Trasferimenti ta' teknoloġija affordabbli li tilħaq il-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjonijiet huma ewlenin għall- pajjiżi l-anqas żviluppati. Sabiex dawn it-trasferimenti jseħħu, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jerġgħu jirrevedu l-inċentivi mogħtija lill-intrapriżi jew istituzzjonijiet tagħhom bil-għan li jippromwovu u jħeġġu l-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija għall-benefiċċju tal- pajjiżi l-anqas żviluppati. Bħala eżempju ta' perkors possibbli, is-sħubija pilota tal-Aċċess Globali fl-Azzjoni li tinvolvi lid-WIPO biex timmira li jiġu promossi l-aqwa prattiki fil-liċenzjar tal-PI għall-benefiċċju tal-pajjiżi l-anqas żviluppati mingħajr ma jkunu kompromessi s-swieq ewlenin kummerċjali għas-sidien tal-PI[57]. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jkun hemm iktar riflessjoni dwar kemm jistgħu jiġu eżentati l-pajjiżi l-anqas żviluppati mill-obbligi tat-TRIPS wara l-2013.

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti huma partikolarment vulnerabbli għal attivitajiet li jiksru d-DPI u ġieli użati minn netwerks kriminali kumplessi bħala bażijiet ta' manifattura u ta' distribuzzjoni. Il-miżuri tat-taħriġ u l-attivitajiet tal-bini tal-kapaċitajiet tal-UE huma għalhekk essenzjali sabiex ikunu appoġġati dawn il-pajjiżi fil-ġlieda tagħhom kontra l-ksur organizzat tal-proprjetà intellettwali. Dawn il-miżuri se jitrawmu mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) fil-kuntest tal-ħidma tiegħu fuq l-Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija u permezz ta' programmi oħra amministrati mill-Kummissjoni. Il-kooperazzjoni fuq dan is-suġġett se tiffoka fuq dawk il-pajjiżi fejn hu mistenni l-ogħla impatt fuq il-kapaċità tal-infurzar u l-valur għall-flus.

Protezzjoni u infurzar iktar b'saħħtu tad-DPI fil-fruntiera tal-UE

Fil-fruntieri tal-UE, l-awtoritajiet tad-dwana jinsabu f'pożizzjoni privileġġata biex jieħdu azzjoni effikaċi. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għad-Dwana biex jiġi miġġieled il-ksur tad-DPI għas-snin 2009-2012[58] jistipula l-prijorità għall-Kummissjoni u l-Istati Membri li jeħdu azzjoni flimkien sabiex isaħħu l-infurzar mid-dwana. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qiegħda tipprepara proposta għal regolament ġdid li jieħu post ir-Regolament Nru 1383/2003, bil-għan li jissaħħaħ l-infurzar filwaqt li jiġu ssimplifikati l-proċeduri. Bażi tad-dejta ċentrali msejħa COPIS qed tiġi żviluppata sabiex ikunu rreġistrati l-applikazzjonijiet tal-kumpaniji kollha għall-azzjoni doganali, li huma previsti fir-Regolament imsemmi. L-awtoritajiet doganali nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu sforzi konġunti sabiex jinfurzaw id-DPI b'mod effikaċi. Pereżempju, il-Kummissjoni se tistabbilixxi grupp ta' esperti u netwerk ta' punti tal-kuntatt tad-dwani nazzjonali sabiex tiġi evitata l-imprtazzjoni ta' oġġetti li jiksru d-DPI milli jinbiegħu fuq l-Internet.

Barra minn hekk, il-ġlieda kontra l-ksur tad-DPI fil-fruntieri tfisser ukoll li tiġi evitata l-esportazzjoni ta' oġġetti illiċiti lejn l-UE. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma involuti b'mod attiv fil-kooperazzjoni doganali ma' kemm pajjiżi tas-sors u kemm pajjiżi oħra li jikkunsmaw permezz ta' inizjattivi speċifiċi bħal pereżempju l-Pjan ta' Azzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina dwar il-kooperazzjoni doganali għall-infurzar tad-DPI. Il-Pjan għandu jipprovdi l-bażi għat-tnaqqis fid-dimensjoni tal-ksur tad-DPI fil-kummerċ bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina.

KONKLUŻJONIJIET

Il-forom kollha tad-DPI huma l-qofol tal-ekonomija l-ġdida msejsa fuq l-għarfien. Ħafna mill-valur, il-kapitalizzazzjoni u l-vantaġġ kompetittiv tal-kumpaniji tal-Ewropa se jsibu posthom fil-ġejjieni fl-assi intanġibbli tagħhom. Il-PI hija l-kapital li jalimenta l-ekonomija l-ġdida. L-użu aħjar tal-portfolji tal-PI permezz tal-liċenzjar u l-esplojtazzjoni kummerċjali hu ċentrali għal mudelli ta' negozji ta' suċċess.

Il-potenzjal tas-suq uniku diġitali meta l-kreaturi, il-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw u jiżviluppaw kollha ma jistgħux jiġu sottovalutati. L-Ewropa għandha tisfrutta b'mod urġenti r-riżorsi umani u teknoloġiċi għad-dispożizzjoni tagħha sabiex toħloq suq onlajn vibranti u kompetittiv għat-tranżazzjonijiet kreattivi, li jippermettu l-ikbar tixrid possibbli tal-oġġetti u servizzi diġitali għall-benefiċċju għal kulħadd.

Din l-istrateġija tad-DPI li tkopri kollox tindirizza din l-isfida. Is-sodisfazzjon tal-programm ta' ħidma ambizzjuż tal-Kummissjoni spjegat hawn fuq se jkun jeħtieġ livell sostnut tal-impenn fil-livell tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-isfruttar bis-sħiħ tar-rikkezza tar-riżorsi tad-DPI fl-Ewropa jeħtieġu impenn sabiex jagħmlu użu sħiħ tal-assi intellettwali tal-Ewropa. Kif juru l-inizjattivi msemmija hawn fuq, jeħtieġ isir iktar xogħol sabiex dawn l-assi jsiru tassew muturi tat-tkabbir u l-impjiegi ta' kwalità għolja.

Hekk kif jinbtu sfidi u prijoritajiet ġodda fid-dawl tal-esperjenza u ta' bidliet mgħaġġlin fit-teknoloġija u s-soċjetà, il-Kummissjoni qed timpenja lilha nfisha biex tanalizza din l-istrateġija u tislet konklużjonijiet xierqa f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati.

ANNESS: LISTA TA' AZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI GĦALL-ĠEJJIENI

Nru | Azzjoni | Deskrizzjoni | Programmazzjoni |

1 | Protezzjoni tal-privattiva unitarja | Proposti għal Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar (1) privattiva tal-UE unitarja u (2) arranġamenti ta' traduzzjoni. | Il-Kummissjoni adottat proposti dwar il-punti (1) u (2) fit-13 ta' April 2011. |

2 | Strument ta' valorizzazzjoni tad-DPI | Analiżi komprensiva abbażi tal-istudju kontinwu dwar il-fattibbiltà u tar-rapport lill-Kunsill Ewropew | Rapport li għandu jitressaq qabel tmiem l-2011. |

3 | Reviżjoni tar-Regolament dwar il-Marki Kummerċjali tal-Komunità u tad-Direttiva dwar il-Marki Kummerċjali | Il-mira tal-proposti hi li jkun hemm sistema għall-marki kummerċjali tal-UE iktar effikaċi, effiċjenti u koerenti | It-tieni nofs tal-2011 |

4 | Xogħlijiet orfni | Proposta leġiżlattiva għal Direttiva dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet orfni | L-ewwel nofs tal-2011 |

5 | Ġestjoni kollettiva multiterritorjali tad-drittijiet tal-awtur | Proposta għal strument legali sabiex jinħoloq qafas Ewropew għal-liċenzjar tad-drittijiet tal-awtur onlajn sabiex jinħoloq qafas stabbli għall-governanza tad-drittijiet tal-awtur fil-livell Ewropew | It-tieni nofs tal-2011 |

6 | Xogħlijiet awdjoviżivi | Green Paper dwar konsultazzjoni pubblika dwar kwistjonijiet varji marbuta mad-distribuzzjoni onlajn ta' xogħlijiet awdjoviżivi. | It-tieni nofs tal-2011 |

7 | Iktar miżuri fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur | Li jsir rapport wara li jkun hemm konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni dwar il-ħtieġa għal iktar miżuri li jippermettu liċ-ċittadini tal-UE, il-fornituri tas-servizzi tal-kontenut onlajn u d-detenturi tad-drittijiet sabiex jibbenefikaw mill-potenzjal sħiħ tas-suq intern diġitali. | 2012 |

8 | Imposti fuq kopji privati | Ħatra ta' medjatur ta' livell għoli bil-għan li jiġi nnegozjat il-ftehim tal-partijiet interessati dwar l-imposti tal-ikkuppjar privat. | It-tieni nofs tal-2011 |

Nru | Azzjoni | Deskrizzjoni | Programmazzjoni |

9 | Kontenut maħluq mill-utent | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati. | It-tieni nofs tal-2012 |

10 | Kodiċi Ewropew tad-Drittijiet tal-Awtur | Valutazzjoni u diskussjonijiet mal-partijiet interessati u rapporti li joħorġu minnhom. | 2012 u wara |

11 | Analiżi tad-Direttiva Nru 2001/29/KE | Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva Nru 2001/29/KE kif mitlub mill-Artikolu 12 ta' dik id-Direttiva | 2012 |

12 | Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija | Proposta għal Regolament sabiex l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) jiġi fdat b'ċerti kompiti marbutin mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta' rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija. | Mejju 2011 |

13 | Drittijiet li jikkomplimentaw id-DPI | Studju li jivvaluta l-impatt ekonomiku u soċjetali tal-ksur tas-sigrieti u l-prattiki kummerċjali tal-fenomenu "kompetizzjoni fuq il-konfini tal-liġi" bħal kopji parassitiċi u li jivvaluta l-benefiċċji ekonomiċi ta' approċċ tal-UE f'dan il-qasam. | Tmiem l-2012 |

14 | Indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli | Studju tal-fattibbiltà li jqis il-protezzjoni madwar l-UE tal-IĠ għal prodotti mhux agrikoli. Dan l-istudju se jagħti analiżi tal-oqfsa legali eżistenti fl-Istati Membri u valutazzjoni fil-fond tal-ħtiġijiet tal-partijiet interessati u l-impatt potenzjali ekonomiku dwar il-protezzjoni għall-IĠ mhux agrikoli. | It-tieni nofs tal-2012 |

15 | Analiżi tad-Direttiva dwar l-Infurzar tad-DPI | Analiżi tad-Direttiva li l-għan tagħha hu li toħloq qafas li jippermetti, b'mod partikolari, li jkun miġġieled il-ksur b'mod effikaċi tad-DPI permezz tal-Internet fis-sors tiegħu. | L-ewwel nofs tal-2012 |

Nru | Azzjoni | Deskrizzjoni | Programmazzjoni |

16 | Sostituzzjoni tar-Regolament li għandu x’jaqsam ma’ azzjoni doganali kontra merkanzija ssuspettata li tikser id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li tinstab li kisret tali drittijiet | Proposta għal Regolament Doganali ġdid li jsaħħaħ l-infurzar doganali tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali u li joħloq kundizzjonijiet għal azzjoni effikaċi, filwaqt li jissimplifika l-proċeduri. | Mejju 2011 |

17 | Miżuri volontarji tal-partijiet interessati li l-mira tagħhom hu l-ksur tad-DPI | Ftehim tal-partijiet interessati (Memorandum ta' Qbil) dwar il-bejgħ ta' oġġetti ffalsifikati fuq l-Internet u l-proċess ta' segwitu. | Memorandum ta' Qbil iffirmat fl-4 ta' Mejju 2011, evalwazzjoni u analiżi sa nofs l-2012. |

18 | Il-bażi tad-dejta COPIS tal-UE | Żvilupp tal-bażi tad-dejta sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-applikazzjonijiet tal-kumpaniji għal azzjoni doganali u biex tkun prodotta statistika tad-detenzjonijiet doganali. | L-ewwel nofs ta’ l-2012 |

19 | Analizi tal-istrateġija tal-Kummissjoni 2004 għall-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-PI fil-pajjiżi terzi | Strateġija definita mill-ġdid sabiex ikunu adattati l-ħtiġijiet u evoluzzjonijiet riċenti, sabiex ikunu żgurati standards ogħla tal-infurzar doganali tad-DPI fil-pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali. | Tmiem l-2011 |

[1] Ara: Strateġija Ewropa 2020 (COM (2010) 2020), Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (COM (2011) 11), l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM (2010) 245), l-Att dwar is-Suq Uniku(COM (2011) 206) Unjoni tal-Innovazzjoni (COM (2010) 546).

[2] "The value of knowledge: European firms and the intellectual property challenge", White Paper maħruġa mill-Economist Intelligence Unit 2007 ippubblikata minn The Economist 53% ta' dawk li rrispondew l-istħarriġ qalu li l-użu tad-DPI se jkun importanti ħafna jew kritiku għall-mudelli tan-negozji tagħhom fi żmien sentejn, meta mqabbla mal-35% li qiesu li dan hu l-każ fiż-żmien meta kien qed isir l-istħarriġ.

[3] The Work Foundation: The knowledge economy in Europe, report prepared for the 2007 Spring European Council (L-ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa, rapport imħejji għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2007).

[4] Sors: http://www.wipo.int/sme/en/documents/valuing_patents.htm.

[5] Sors: Ocean Tomo kif deher f'"The 2011 drug patent 'cliff' and the evolution of IP evaluation" ta' Liza Porteus Viana, Intellectual Property Watch, 11.01.2011.

[6] Sors: Eurobrand Study 2009, Country Review, http://study.eurobrand.cc

[7] Sors: Eurostat.

[8] Il-produzzjoni tas-softwer u tal-bażijiet tad-dejta jaqtgħu sew lill-kontributuri l-oħra għall-industriji tad-drittijiet tal-awtur u jammontaw għal kważi kwart tal-fatturat attribwit għal dawn l-industriji.

[9] Skont il-Federazzjoni tal-Pubblikaturi Ewropej, il-pubblikaturi tal-kotba jimpjegaw 135 000 ruħ full time u jikkontribwizzu bejn wieħed u ieħor EUR 24 biljun għall-PDG tal-UE.

[10] Skont l-IFPI, il-valur totali tas-suq tal-mużika rrikordjata tal-UE hu ta' madwar EUR 6 biljun. Is-suq tal-mużika rrekordjata jammonta għal madwar għoxrin fil-mija tas-suq kollu tal-mużika li għandu valur ta' madwar EUR 30 biljun.

[11] Il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-wiri tal-films kif ukoll il-kiri tal-vidjos u l-bejgħ tagħhom jammonta għal 10% tal-fatturat mid-drittijiet tal-awtur. L-industrija awdjoviżiva fl-Ewropa tipproduċi iktar minn 1100 film fis-sena u timpjega iktar minn miljun ruħ. Sors: L-istudju li sar mill-KEA: Multi-Territory Licensing of Audiovisual Works in the European Union, Ottubru 2010.

[12] European Competitiveness Report 2010, (Ir-Rapport Ewropew dwar il-Kompettività 2010) Dokument ta' Ħidma mill-Istaff tal-Kummissjoni, SEC(2010) 1276 finali.

[13] COM(2010) 790 finali.

[14] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE tal-10 ta’ Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, ĠU L 76, 22.3.2011, p. 53.

[15] COM (2011) 215 finali u COM (2011) 216 finali.

[16] Ara l-punt 2 u n-nota 5 f’qiegħ il-paġna.

[17] Id-Direttiva Nru 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, ĠU L 299, 8.11.2008, p. 25.

[18] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L78, 24.3.2009, p.1

[19] Ir-Rapport dwar il-Mużika IFPI 2010 juri li Ewropew medju jonqof inqas minn EUR 2 fuq mużika diġitali, filwaqt li Amerikan medju jonfoq kważi EUR 8 u Ġappuniż medju jonfoq EUR 7.

[20] L-EMusic, fornitur ewlieni tas-servizzi, jinsab f'27 Stat Membru u għandu katalgu ta' 10 miljun diska. iTunes jinsab fi 15-il Stat Membru; 7digitali u Vodafone fi 12-il Stat Membru; Nokia (OviMusic) fi 11-il Stat Membru; YouTube f'10 Stati Membri; filwaqt li LastFM f'9 Stati Membri: http://www.pro-music.org/Content/GetMusicOnline/stores-europe.php.

[21] Id-Direttiva Nru 2001/29/KE tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni; ĠU L167, 22.6.2001, p. 10.

[22] Eżempji ta' dawn l-inizjattivi jinkludu l-iżvilupp ta' Bażi tad-Dejta ta' Repertorju Dinji (GRD) u l-Protokoll ta' Aċċess għall-Kontenut Awtomatiku (ACAP). Il-Kummissjoni diġà tappoġġa r-Reġistri Aċċessibbli għal Informazzjoni dwar id-Drittijiet u Xogħlijiet Orfni (ARROW) sabiex ikunu identifikati d-detenturi tad-drittijiet u jiġi ċċarat l-istatus tad-drittijiet ta' xogħol, eżempju, kemm jekk hu xogħol orfni u kemm jekk hu xogħol barra s-suq.

[23] Din il-kwistjoni tqajment fil-Green Paper tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien u fil-Komunikazzjoni sussegwenti li ġġib l-istess isem (COM (2008) 466 u COM (2009) 532 ripsettivament). Il-konklużjoni kienet li hemm il-ħtieġa li jsir iktar studju dwar is-suġġett.

[24] L-imposti huma l-ħlasijiet li għandhom isiru fuq it-tagħmir ta' reġistrazzjoni u l-midja ta' reġistrazzjoni vojta f'xi Stati Membri li introduċew eċċezzjoni statutorja għal kopji privati. Skont l-Econlaw (2007), inġabru EUR 453 miljun ta' imposti fuq il-kopji privati minn fuq l-apparat diġitali u t-trasportaturi fl-2006 fl-Unjoni Ewropea.

[25] Xogħlijiet barra s-suq huma differenti minn xogħlijiet orfni tant li l-awturi u l-pubblikaturi tagħhom huma magħrufa, imma l-ktieb mhuwiex disponibbli fil-format tradizzjonali jew permezz ta' kanali elettroniċi ġodda tal-kummerċ. Ix-xogħlijiet orfni huma xogħlijiet fejn l-awtur ma jkunx magħruf jew jekk ikun magħruf, ma jkunx jista' jiġi lokalizzat.

[26] http://www.europeana.eu/portal/.

[27] http://ec.europa.eu/internal_market/copyright/copyright-infso/copyright-infso_en.htm#greenpaper

[28] L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (paġna 23) tispjega li l-attivitajiet ta' trasferiment tal-għarfien għandhom ikunu ġestiti b'mod effikaċi u sostnut permezz ta' strumenti finanzjarji xierqa u r-riċerka ffinanzjata permezz ta' fondi pubbliċi għandha tinxtered sew billi d-dejta xjentifika u ktibiet jiġu ppubblikati permezz ta' Aċċess Miftuħ. Il-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni tħabbar li l-Kummissjoni se tippromwovi aċċess miftuħ għar-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-fondi pubbliċi u l-għan tagħha hu li jkun hemm aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet. Dan hu l-prinċipju ġenerali għall-proġetti ffinanzjati mill-Programmi ta' Qafas tar-Riċerka tal-UE (Impenn Nru 20).

[29] COM(2008) 464 finali.

[30] Id-Direttiva Nru 2001/84/KE tas-27 ta' Settembru 2011 dwar id-dritt tal-bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti; ĠU L 272, 13.10.2001, p. 32.

[31] Xi Stati Membri jibbenefikaw minn eżenzjoni li jiġi applikat id-dritt għall-bejgħ mill-ġdid għax-xogħlijiet ta' artisti li mietu li jiskadi fl-1 ta' Jannar 2012. Il-kummerċ ta' xogħlijiet li jkun soġġett għad-dritt għall-bejgħ mill-ġdid ereditarju hu erba' darbiet ikbar mill-kummerċ ta' xogħlijiet minn artisti ħajjin. F'dawn iċ-ċirkostanzi, ir-rapport tal-Kummissjoni se jkun prospettiv fin-natura tiegħu.

[32] Is-sigrieti kummerċjali jirreferu għall-għarfien li ma ġiex reġistrat jew li għad irid jiġi reġistrat bħala drittijiet tal-proprjetà intellettwali imma hu fil-verità jew potenzjalment prezzjuż għal sidu u mhux magħruf ġeneralment jew diġà aċċertat mill-pubbliku u li s-sid għamel sforz raġunat biex iżomm sigriet.

[33] Ara pereżempju Bundesministerium des Innern, Verfassungsschutzbericht 2009, disponibbli fuq http://www.bmi.bund.de/SharedDocs/Downloads/DE/Broschueren/2010/vsb2009.pdf?__blob=publicationFile.

[34] Forrester Consulting (studju mwettaq f'isem l-RSA u l-Microsoft), 'The Value of Corporate Secrets How Compliance and Collaboration Affect Enterprise Perceptions of Risk.', March 2010, disponibbli fuq http://www.rsa.com/go/press/RSATheSecurityDivisionofEMCNewsRelease_4510.html.

[35] Imsemmi f'xi ġurisdizzjonijiet oħra bħala "ikkuppjar servili".

[36] It-terminu "falsifikazzjoni u piraterija" għandu jinftiehem daqslikieku jkopri l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kollha kif inhuma msemmija fid-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 2 tad-Direttiva Nru 2004/48/KE; ĠU L94, 13.4.2005, p. 37.

[37] OECD, Magnitude of counterfeiting and piracy of tangible products – November 2009 update, http://www.oecd.org/document/23/0,3343,en_2649_34173_44088983_1_1_1_1,00.html.

[38] http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/statistics/ index_en.htm.

[39] CEBR (2000), The Impact of Counterfeiting on four main sectors in the European Union (L-Impatt fuq il-Falsifikazzjoni fuq erba' setturi ewlenin fl-Unjoni Ewropea), Centre for Economics and Business Research, Londra.

[40] Ara eż. Europol, 'OCTA 2011 - EU Organised Crime Threat Assessment' (Il-valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Organizzata fl-UE), http://www.europol.europa.eu/publications/European_Organised_Crime_Threat_Assessment_(OCTA)/OCTA2009.pdf.

[41] Id-Direttiva Nru 2004/48/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ĠU L 157, 30.04.2004, p. 16.

[42] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, OJ L 196, 02.08.2003, p. 7.

[43] Ara l-Komunikazzjoni dwar it-titjib u l-infurzar tad-drititijiet tal-proprjetà intellettwali fis-Suq Intern tal-11 ta' Settembru 2009, COM (2009) 467.

[44] COM (2010) 779,http://ec.europa.eu/internal_market/iprenforcement/directives_en.htm.

[45] L-istudju tal-Ewrobarometru 2009 li sar mid-DĠ MARKT (disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/public_opinion/) żvela li bejn 55% (LT u DK) u 84% (FR) tal-konsumaturi biss huma konxji li hemm regoli tal-UE dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija. Dan l-ammont wera li kien perċentwal ferm inqas ta' għarfien meta mqabbel ma' oqmsa oħra tal-politika. Barra minn hekk, l-istudju żvela li ċittadin wieħed tal-UE minn ħamsa, għall-inqas f'okkażjoni waħda, xtara prodott iffalsifikat mingħajr intenzjoni li jagħmel dan.

[46] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Settembru 2010, 2009/2178(INI).

[47] Ara http://ec.europa.eu/internal_market/iprenforcement/documents_en.htm.

[48] http://ec.europa.eu/internal_market/iprenforcement/directives_en.htm.

[49] Id-dritt għall-proprjetà intellettwali hu rikonoxxut bħala dritt fundamentali fl-Artikolu 17(2) tal-Karta.

[50] http://ec.europa.eu/internal_market/iprenforcement/stakeholders_dialogues_en.htm#Sale.

[51] http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2010-0340.

[52] ĠU C129 tas-26.5.2005.

[53] Skont l-Artikolu 21 tal-UE u l-Artikolu 208 TFUE.

[54] L-Artikolu 7 tal-Ftehim TRIPS 1994. Il-Kummissjoni se tappoġġa bis-sħiħ l-implimentazzjoni tal-impenji li saru f'Istanbul fit-13 ta' Mejju 2011 bil-għan li jingħataw flessibiltajiet għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u, b'mod partikolari, li jkun promoss l-aċċess għall-mediċini lil kulħadd u tkun imħeġġa l-assistenza lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'dan ir-rigward, filwaqt li jkun żgurat li l-flessibiltajiet bħal dawn ikunu bbilanċjati mad-drittijiet leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet.

[55] Ara pereżempju s-sejbiet tal-istudju ADE, ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ 'Evaluation of the Intellectual Property Rights Enforcement Strategy in Third Countries' (Evalwazzjoni tal-Istrateġija ta' Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali), Novembru 2010, http://trade.ec.europa.eu/doclib/cfm/doclib_section.cfm?sec=180&langId=en .

[56] L-ACTA (disponibbli fuq http://ec.europa.eu/trade/creating-opportunities/trade-topics/intellectual-property/anti-counterfeiting/) msejjes fuq il-ftehim TRIPS tal-1994 sabiex ikunu mtejba l-istandards globali għall-infurzar tad-DPI. Jindirizza l-mod li bih il-kumpaniji u l-individwi jistgħu jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fil-qorti, fil-fruntieri u fuq l-Internet.

[57] Il-proġett "Aċċess Globali fl-Azzjoni", żviluppat mill-Kunsill tal-Aġenda Globali tal-Forum Ekonomiku Dinji dwar il-PI u appoġġat mill-WIPO u sħab oħra pubbliċi u privati,

[58] Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2009, ĠU C71 25.3.2009, p.1.