52011DC0225




RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Rapport ta’ evalwazzjoni dwar id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta (id-Direttiva 2006/24/KE)

Introduzzjoni

Id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta[1] (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva”) teżiġi li l-Istati Membri jobbligaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi (minn hawn ’il quddiem l-“operaturi”) li jżommu d-dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok għal bejn sitt xhur u sentejn għal skopijiet ta’ investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja.

Dan ir-rapport mill-Kummissjoni jevalwa, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva, l-applikazzjoni tagħha mill-Istati Membri u l-impatt tagħha fuq l-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi, fejn jittieħdu inkunsiderazzjoni żviluppi ulterjuri fit-teknoloġija tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-istatistiċi mogħtija lill-Kummissjoni, bl-iskop li jiġi ddeterminat jekk ikunx meħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-kopertura tad-dejta u tal-perjodi ta’ żamma tagħha. Dan ir-rapport jeżamina wkoll l-implikazzjonijiet tad-Direttiva għad-drittijiet fundamentali, fid-dawl tal-kritika li saret b’mod ġenerali fir-rigward taż-żamma tad-dejta, u jeżamina jekk humiex meħtieġa miżuri sabiex ikun indirizzat tħassib assoċjat mal-użu ta’ SIM cards anonimi għal skopijiet ta' kriminalità[2].

B’mod ġenerali, l-evalwazzjoni wriet li ż-żamma tad-dejta hija għodda meħtieġa għas-sistemi tal-ġustizzja kriminali u għall-infurzar tal-liġi fl-UE. Il-kontribut tad-Direttiva għall-armonizzazzjoni taż-żamma tad-dejta kien limitat f'termini ta', pereżempju, il-limitazzjoni tal-iskop, il-perjodi taż-żamma kif ukoll il-qasam tar-rimbors tal-ispejjeż li jagħmlu l-operaturi, li huwa barra mill-ambitu tagħha. Meta jiġu kkunsidrati l-implikazzjonijiet u r-riskji għas-suq intern u għar-rispett għad-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-dejta personali, l-UE għandha tkompli tiżgura ruħha permezz ta’ regoli komuni li standards għoljin għall-ħżin, għall-irkupru u għall-użu tad-dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok jinżammu b’mod konsistenti. Fid-dawl ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi emendi għad-Direttiva, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-impatt.

L-ISFOND GħAL DIN L-EVALWAZZJONI

Dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni huwa msejjes fuq diskussjonijiet estensivi ma’ u fuq il-kontributi tal-Istati Membri, tal-esperti u tal-partijiet interessati.

F’Mejju 2009, il-Kummissjoni ospitat konferenza bl-isem “Lejn l-Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta [Towards the Evaluation of the Data Retention Directive]” li għaliha attendew awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, is-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-qasam akkademiku. F’Settembru 2009, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-partijiet interessati minn dawn il-gruppi, li għalih irċieviet madwar 70 tweġiba[3]. Il-Kummissjoni ospitat konferenza oħra f’Diċembru 2010, “Kif għandna nimplimentaw id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta [Taking on the Data Retention Directive]” li għaliha attendew firxa simili ta’ partijiet interessati, sabiex ikunu kondiviżi valutazzjonijiet preliminari tad-Direttiva u jkunu diskussi l-isfidi futuri fil-qasam.

Il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ rappreżentanti minn kull Stat Membru u minn kull pajjiż assoċjat taż-Żona Ekonomika Ewropea minn Ottubru 2009 sa Marzu 2010 sabiex tiddiskuti f’iktar dettall, kwistjonijiet fil-kwestjonarju li jikkonċernaw it-tħaddim tad-Direttiva. L-Istati Membri bdew japplikaw id-Direttiva iktar tard milli kien mistenni, partikolarment fir-rigward tad-dejta relatata mal-internet. Id-dewmien fir-traspożizzjoni kien ifisser li disa' Stati Membri setgħu jipprovdu lill-Kummissjoni għall-2008 jew 2009 l-statistika kollha meħtieġa mill-Artikolu 10 tad-Direttiva, minkejja li b'mod ġenerali 19-il Stat Membru pprovdew xi statsitika (ara Taqsima 4.7). Il-Kummissjoni kitbet lill-Istati Membri f’Lulju 2010, fejn talbet iktar informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva relatata mal-ħtieġa tad-dejta miżmuma sabiex jinkisbu riżultati fil-qasam tal-infurzar tal-liġi. Għaxar Stati Membri wieġbu b'dettalji ta' każi speċifiċi li għalhom kienet meħtieġa d-dejta[4].

Dan ir-rapport huwa msejjes fuq dokumenti dwar pożizzjoni adottati mill-“Pjattaforma dwar iż-Żamma ta’ Dejta Elettronika għall-Investigazzjoni, l-Iskoperta u l-Prosekuzzjoni ta’ Kriminalità Serja”[5] minn mindu ġiet stabbilita fl-2008. Il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni r-rapporti tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29[6] dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari r-rapport tiegħu dwar it-tieni azzjoni ta' infurzar, jiġifieri, l-valutazzjoni tal-konformità tiegħu tal-Istati Membri mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà tad-dejta tad-Direttiva[7].

Iż-żAMMA TAD-DEJTA FL-UNJONI EWROPEA

L-ipproċessar tad-dejta għal skopijiet kummerċjali

Il-fornituri tas-servizzi u tan-netwerks (minn hawn ’il quddiem l-“operaturi”), jipproċessaw, bħala parti mill-attività kummerċjali tagħhom, ammont sostanzjali ta’ dejta personali sabiex jittrażmettu komunikazzjoni, jibagħtu kontijiet, għal ħlasijiet ta’ interkonnessjoni, għal kummerċjalizzazzjoni u għal ċerti servizzi oħrajn b’valur miżjud. Ipproċessar ta’ din ix-xorta jinvolvi dejta li tindika s-sors, id-destinazzjoni, id-data, il-ħin, it-tul u t-tip ta’ komunikazzjoni, kif ukoll it-tagħmir ta’ komunikazzjoni tal-utenti u, fil-każ tat-telefonija ċellulari, il-lok fejn jinsab it-tagħmir. Skont id-Direttiva 2002/58/KE dwar il-privatezza fil-komunikazzjonijiet elettroniċi (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika”)[8] tali dejta dwar it-traffiku ġġenerata permezz tal-użu ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fil-prinċipju trid titħassar jew issir anonima meta dik id-dejta ma tkunx iktar meħtieġa għat-trażmissjoni ta’ komunikazzjoni, ħlief fejn, u biss sakemm, tkun meħtieġa għal skopijiet ta’ kontijiet, jew fejn ikun inkiseb il-kunsens tal-abbonat jew tal-utent. Dejta dwar il-lok tista' tiġi pproċessata biss jekk issir anonima jew bil-kunsens tal-utent konċernat, sakemm u għall-perjodu neċessarju u għall-forniment ta' servizz b’valur miżjud.

Qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali kienu jitolbu aċċess għal tali dejta mill-operaturi sabiex, pereżempju, jidentifikaw l-abbonati li jużaw indirizz IP (Protokoll tal-Internet), janalizzaw attivitajiet ta’ komunikazzjonijiet u jidentifikaw il-lok fejn jinsab telefon ċellulari.

Fil-livell tal-UE, iż-żamma u l-użu tad-dejta għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi kienu indirizzati għall-ewwel darba mid-Direttiva 97/66/KE rigward l-ipproċessar ta' dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet. Id-Direttiva pprovdiet għall-ewwel darba għall-possibbiltà li l-Istati Membri jadottaw tali miżuri leġiżlattivi, fejn dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, tad-difiża jew tal-ordni pubbliku, inkluż il-benesseri ekonomiku tal-Istat meta l-attivitajiet ikunu relatati ma’ kwistjonijiet tas-sigurtà tal-Istat u għall-infurzar tal-liġi kriminali[9].

Dik id-dispożizzjoni kienet żviluppata iktar fid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika li tipprovdi għall-possibbiltà li Stati Membri jadottaw miżuri leġiżlattivi b'deroga mill-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, inkluż taħt ċerti kundizzjonijiet iż-żamma ta’, l-aċċess għal u l-użu ta’ dejta għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi. L-Artikolu 15(1) jippermetti li l-Istati Membri jirrestrinġu d-drittijiet u l-obbligi tal-privatezza, inkluż billi d-dejta tinżamm għal perjodu limitat fejn dan ikun “neċessarju, xieraq u [proporzjonat] f’soċjeta’ demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà nazzjonali (i.e. is-sigurtà tal-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ta’ użu mhux awtorizzat tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika”.

Ir-rwol tad-dejta miżmuma f'sistemi tal-ġustizzja kriminali u fl-infurzar tal-liġi qed jiġi diskuss ulterjorment fit-Taqsima 5.

L-għan tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta u l-bażi legali tagħha

Bħala konsegwenza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/66/KE u tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, li jippermettu li l-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni dwar iż-żamma tad-dejta, l-operaturi f’uħud mill-Istati Membri kellhom jixtru tagħmir għaż-żamma tad-dejta u jimpjegaw persunal sabiex jirkupra dejta f’isem l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, filwaqt li l-fornituri fi Stati Memmbri oħrajn ma kellhomx jagħmlu dan, li wassal għal distorsjonijiet fis-suq intern. Barra minn hekk, it-tendenzi fil-mudelli tan-negozju u fl-offerti ta’ servizzi, bħat-tkabbir fit-tariffi b’rata fissa kif ukoll f’servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi mħallsin minn qabel u bla ħlas, kienu jfissru li l-operaturi gradwalment waqfu jaħżnu dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok għal skopijiet ta’ kontijiet biex b’hekk naqqsu d-disponibbiltà ta’ dejta ta’ din ix-xorta għal skopijiet tal-ġustizzja kriminali u l-infurzar tal-liġi. L-attakki terroristiċi f’Madrid fl-2004 u f’Londra fl-2005 żiedu ċerta urġenza mad-diskussjonijiet fuq il-livell tal-UE dwar kif għandhom jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet.

Fuq dan l-isfond, id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta imponiet obbligu fuq l-Istati Membri biex il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku u ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi jżommu dejta dwar komunikazzjonijiet għall-iskopijiet ta’ investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja, kif definita minn kull Stat Membru fil-liġi nazzjonali tiegħu u pprovat tarmonizza ċerti kwistjonijiet relatati mal-UE kollha.

Id-Direttiva emendat l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika billi żiedet paragrafu li jistipula li l-Artikolu 15(1) ma japplikax għad-dejta miżmuma skont id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta[10]. Għaldaqstant, l-Istati Membri (kif dikjarat fil-Premessa 12 tad-Direttiva) ikomplu jistgħu jidderogaw mill-prinċipju tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. Id-Direttiva (dwar iż-Żamma tad-Dejta) tirregola biss iż-żamma tad-dejta għall-iskop iktar limitat tal-investigazzjoni, tal-iskoperta u tal-prosekuzzjoni tal-kriminalità serja.

Din ir-relazzjoni legali kumplessa bejn id-Direttiva u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, flimkien man-nuqqas ta’ definizzjoni fi kwalunkwe waħda miż-żewġ direttivi tal-kunċett ta’ “reati [delitti] serji”, jagħmluha diffiċli biex issir distinzjoni, min-naħa l-waħda, bejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jittrasponu l-obbligi taż-żamma tad-dejta stabbiliti fid-Direttiva u, min-naħa l-oħra, il-prattika iktar ġenerali taż-żamma tad-dejta fl-Istati Membri permessa mill-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika[11]. Dan qed jiġi diskuss ulterjorment fit-Taqsima 4.

Id-Direttiva hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (sostitwit mill-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) li jikkonċerna l-istabbilment u t-tħaddim tas-suq intern. Wara l-adozzjoni tad-Direttiva, il-bażi legali tagħha kienet impunjata quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba li l-għanijiet prinċipali kienu l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja. Il-Qorti ddeċidiet li d-Direttiva kienet tirregola operazzjonijiet li kienu indipendenti mill-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-ġudikatura f’materji kriminali u li hija la kienet armonizzat il-kwistjoni tal-aċċess għad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi u lanqas l-użu u l-iskambju ta’ dik id-dejta bejn dawk l-awtoritajiet. Għalhekk hija kkonkludiet li d-Direttiva kienet essenzjalment immirata lejn l-attivitajiet tal-operaturi fis-settur rilevanti tas-suq intern. Għaldaqstant, hija sostniet il-bażi legali[12].

Preservazzjoni tad-dejta

Iż-żamma tad-dejta hija distinta mill-preservazzjoni tad-dejta (magħrufa wkoll bħala “quick freeze [iffriżar malajr]”) fejn l-operaturi li tintbagħtilhom ordni tal-qorti jkunu obbligati jżommu dejta relatata biss ma’ individwi speċifiċi suspettati b'attività kriminali mid-data tal-ordni ta’ preservazzjoni. Il-preservazzjoni tad-dejta hija waħda mill-għodod investigattivi previsti u użati mill-Istati parteċipanti taħt il-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa[13]. Kważi l-Istati parteċipanti kollha stabbilew punt ta’ kuntatt, li r-rwol tiegħu huwa li jiżgura ruħu li tingħata assistenza immedjata f’investigazzjonijiet jew fi proċedimenti relatati maċ-ċiberkriminalità. Madankollu, mhux il-partijiet kollha għall-Konvenzjoni jidher li pprovdew għall-preservazzjoni tad-dejta, u sa issa għad ma kienx hemm evalwazzjoni ta’ kemm kien effettiv il-mudell fit-taqbida kontra ċ-ċiberkriminalità[14]. Dan l-aħħar, ġiet żviluppata tip ta’ preservazzjoni tad-dejta, magħrufa bħala “quick freeze plus”. Dan il-mudell imur lil hinn mill-preservazzjoni tad-dejta fis-sens li imħallef jista' wkoll jagħti aċċess għal dejta li ma tkunx għadha tħassret mill-operaturi. Barra minn hekk, ikun hemm eżenzjoni bil-liġi limitata ħafna mill-obbligu biex, għal perjodu qasir, titħassar ċerta dejta ta' komunikazzjoni li normalment ma tinżammx, bħal dejta dwar il-lok, dejta dwar il-konnessjoni tal-internet, indirizzi tal-IP dinamiċi għal utenti li għandhom abbonament flat-rate u kif ukoll fejn ma hemmx il-ħtieġa li tinżamm dejta għal skopijiet ta' kontijiet.

Dawk li jappoġġaw il-preservazzjoni tad-dejta ikkunsidrawha inqas intrusiva miż-żamma tad-dejta. Madankollu, ħafna mill-Istati Membri ma jaqblux li kwalunkwe mill-varjazzjonijiet tal-preservazzjoni tad-dejta jistgħu jissostitwixxu b'mod adegwat iż-żamma tad-dejta, bl-argument li filwaqt li ż-żamma tad-dejta tirriżulta fid-disponibbiltà ta' dejta storika, il-preservazzjoni tad-dejta ma tagħtix garanzija li wieħed ikun jista' jistabbilixxi traċċi ta' evidenza preċedenti għall-ordni tal-preservazzjoni, ma tippermettix investigazzjonijiet fejn il-mira mhix magħrufa, u ma tippermettix li tinġabar evidenza dwar il-movimenti pereżempju tal-vittmi jew ta' xhieda f'delitt[15].

IT-TRASPOżIZZJONI TAD-DIRETTIVA DWAR Iż-ŻAMMA TAD-DEJTA

L-Istati Membri ntalbu jittrasponu d-Direttiva qabel il-15 ta’ Settembru 2007, bil-possibbiltà li jipposponu sal-15 ta’ Marzu 2009 l-implimentazzjoni tal-obbligi taż-żamma relatati mal-aċċess għall-internet, mal-email bl-internet u mat-telefonija bl-internet.

L-analiżi segwenti hija bbażata fuq in-notifiki ta’ traspożizzjoni li l-Kummissjoni rċeviet mingħand 25 Stat Membru, inkluż il-Belġju li għadu ttraspona d-Direttiva parzjalment biss[16]. Fl-Awstrija u fl-Isvezja abbozz ta' liġi għadu fl-istadju ta' diskussjoni. F’dawk iż-żewġ Stati Membri, ma hemm l-ebda obbligu li tinżamm id-dejta, imma l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jitolbu u fil-fatt jitolbu u jiksbu dejta dwar it-traffiku mingħand l-operaturi sakemm tali dejta tkun disponibbli. Wara n-notifika inizjali ta’ traspożizzjoni mir-Repubblika Ċeka, mill-Ġermanja u mir-Rumanija, il-qrati kostituzzjonali rispettivi tagħhom annullaw il-leġiżlazzjoni domestika li tittrasponi d-Direttiva[17], qed jikkunsidraw kif jittrasponu d-Direttiva mill-ġdid.

Din it-taqsima tanalizza kif l-Istati Membri ttrasponew id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva. Hija teżamina wkoll jekk l-Istati Membri għażlux li jirrimborżaw lill-operaturi għall-ispejjeż li dawn ikunu għamlu sabiex iżommu u jippermettu l-irkupru tad-dejta, li mhuwiex ipprovdut fid-Direttiva, u tindirizza r-rilevanza għad-Direttiva tas-sentenzi tal-qrati kostituzzjonali tal-Ġermanja, tar-Rumanija u tar-Repubblika Ċeka.

L-iskop taż-żamma tad-dejta (Artikolu 1)

Id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri ħalli jkun żgurat li d-dejta tinżamm u tkun disponibbli għall-iskopijiet ta’ investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja, kif inhuma ddefiniti minn kull Stat Membru fil-liġi nazzjonali tiegħu. Madankollu, l-iskopijiet iddikjarati għaż-żamma ta’ u/jew għall-aċċess għad-dejta fil-leġiżlazzjoni domestika jkomplu jvarjaw fl-UE. Għaxar Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Finlandja) iddefinew “kriminalità serja”, b’referenza għal sentenza minima ta’ ħabs, għall-possibbiltà li tkun imposta sentenza ta’ kustodja, jew għal lista ta’ reati kriminali ddefiniti band’oħra fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Tmien Stati Membri (il-Belġju, id-Danimarka, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja) jeżiġu li d-dejta tinżamm mhux biss għall-investigazzjoni, għall-iskoperta u għall-prosekuzzjoni b’relazzjoni għal kriminalità serja, imma anki b’relazzjoni għar-reati kriminali kollha u għall-prevenzjoni tad-delitti, jew minħabba raġunijiet ġenerali ta’ sigurtà nazzjonali jew tal-Istat u/jew pubblika. Il-leġiżlazzjoni ta’ erba’ Stati Membri (Ċipru, Malta, il-Portugall, ir-Renju Unit) tirreferi għal “kriminalità serja” jew “reat serju” mingħajr ma tagħti definizzjoni. Id-dettalji huma stabbiliti fit-Tabella 1.

Tabella 1: Il-limitu għall-iskopijiet biex tinżamm id-dejta ddikjarat fil-liġijiet nazzjonali |

Il-Belġju | Għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, il-prosekuzzjoni ta' abbuż minn numri tat-telefon ta' servizzi ta' emerġenza, l-investigazzjoni ta' abbuż bi skop ħażin ta' netwerk jew servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, għall-għan ta' missjonijiet ta' ġbir ta' intelligence li jsiru mis-servizzi ta' intelligence u ta' sigurtà[18]. |

Il-Bulgarija | Sabiex ikunu "skoperti u investigati delitti serji u d-delitti taħt l-Artikolu 319a-319f tal-Kodiċi Penali kif ukoll għat-tiftix ta' persuni[19]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |

Ir-Repubblika Ċeka | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Id-Danimarka | Għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ atti kriminali[20]. |

Il-Ġermanja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

L-Estonja | Tista’ tintuża jekk il-ġbir tal-evidenza b’atti proċedurali oħrajn ikun prekluż jew partikolarment ikkumplikat u s-suġġett ta’ proċediment kriminali ikun reat kriminali [tal-ewwel jew reat kommess b'intenzjoni tat-tieni grad b’piena ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin][21] [traduzzjoni mhux uffiċjali].. |

L-Irlanda | Sabiex jiġu pprevenuti reati serji [jiġifieri, reati li jingħataw sentenza ta’ priġunerija għal terminu ta’ ħames snin jew iktar, jew reat fl-iskeda għal-liġi tat-traspożizzjoni], tiġi salvagwardjata s-sigurtà tal-Istat u tiġi salvata ħajja ta’ bniedem[22]. |

Il-Greċja | Għall-għan tal-iskoperta ta' delitti partikolarment serji[23]. |

Spanja | Għall-iskoperta, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ delitti serji kkunsidrati fil-Kodiċi Kriminali jew fil-liġijiet kriminali speċjali[24] [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |

Franza | Għall-iskoperta, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni tar-reati kriminali, u għall-uniku skop li l-awtoritajiet ġudizzjarji jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa, u għall-prevenzjoni ta’ atti ta’ terroriżmu u għall-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali[25]. |

L-Italja | Għall-iskoperta u għas-sopressjoni tar-reati kriminali[26]. |

Ċipru | Għall-investigazzjoni ta’ reat kriminali serju[27]. |

Il-Latvja | Sabiex ikunu protetti s-sigurtà tal-Istat u s-sigurtà pubblika jew sabiex ikunu żgurati l-investigazzjoni tar-reati kriminali, il-prosekuzzjoni kriminali u l-proċedimenti kriminali fil-qrati[28] [traduzzjoni mhux uffiċjali] . |

Il-Litwanja | Għall-investigazzjoni, għall-iskoperta u għall-prosekuzzjoni ta’ delitti serji u ferm serji, kif ġew iddefiniti mill-Kodiċi Kriminali Litwan[29]. |

Il-Lussemburgu | Għall-iskoperta, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali li jġorru sentenza kriminali ta’ massimu ta’ sena jew iktar[30]. |

L-Ungerija | Sabiex il-korpi investigattivi, il-prosekutur pubbliku, il-qrati u l-aġenziji nazzjonali tas-sigurtà jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom, u sabiex il-pulizija kif ukoll l-Uffiċċju Nazzjonali tat-Taxxa u d-Dwana jkunu jistgħu jinvestigaw delitti intenzjonali li jġorru terminu ta’ ħabs ta’ sentejn jew iktar[31]. |

Malta | Għall-investigazzjoni, għall-iskoperta jew għall-prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja[32]. |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | Għall-invesetigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta’ reati serji li fir-rigward tagħhom tista’ tiġi imposta piena ta’ kustodja[33]. |

L-Awstrija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Il-Polonja | Għall-prevenzjoni jew għall-iskoperta tad-delitti, għall-prevenzjoni u għall-iskoperta ta’ reati fiskali, għall-użu mill-prosekuturi u mill-qrati, jekk dan ikun rilevanti għall-proċeduri pendenti ta’ quddiem il-qrati, kif ukoll sabiex l-Aġenzija tas-Sigurtà Interna, l-Aġenzija tal-Intelligence Barranija, l-Uffiċċju Ċentrali Kontra l-Korruzzjoni, is-Servizzi Militari tal-Kontrospjunaġġ u s-Servizzi Militari tal-Intelligence jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom[34]. |

Il-Portugall | Għall-investigazzjoni, għall-iskoperta u għall-prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja[35]. |

Ir-Rumanija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Is-Slovenja | Sabiex “ikunu żgurati s-sigurtà nazzjonali, ir-regolamentazzjoni kostituzzjonali u l-interessi tas-sigurtà, kif ukoll dawk politiċi u ekonomiċi tal-Istat […] u għad-difiża nazzjonali[36] [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |

Is-Slovakkja | Għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għall-iskoperta u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali[37]. |

Il-Finlandja | Għall-investigazzjoni, għall-iskoperta u għall-prosekuzzjoni ta’ delitti serji kif inhu stabbilit fl-Artikolu 3(1) tal-Kapitolu 5a tal-Att dwar il-Miżuri ta’ Impożizzjoni[38]. |

L-Isvezja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Ir-Renju Unit | Għall-investigazzjoni, għall-iskoperta u għall-prosekuzzjoni ta’ kriminalità serja[39]. |

Il-parti l-kbira tal-Istati Membri li wettqu t-traspożizzjoni, skont il-leġiżlazzjoni tagħhom, jippermettu l-aċċess għal u l-użu tad-dejta miżmuma għal skopijiet li jmorru lil hinn minn dawk koperti mid-Direttiva, inklużi l-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-kriminalità b’mod ġenerali u r-riskju għall-ħajja u ta’ feriment. Filwaqt li dan huwa permess taħt id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, il-grad ta’ armonizzazzjoni milħuq mil-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan il-qasam għadu wieħed limitat. Id-differenza fl-għanijiet wara ż-żamma tad-dejta x'aktarx li jkollha impatt dirett fuq il-volum u l-frekwenza tat-talbiet u bħala riżultat fuq l-ispejjeż biex ikunu osservanti l-obbligi stipulati fid-Direttiva. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni tista' ma tipprovdix biżżejjed għall-kapaċità ta' previżjoni li hija ħtieġa fi kwalunkwe miżura leġiżlattiva li tirrestrinġi d-dritt għall-privatezza[40]. Il-Kummissjoni se tevalwa l-ħtieġa għal, u l-alternattivi biex jintlaħaq grad ogħla ta’ armonizzazzjoni f’dan il-qasam[41].

L-operaturi mitluba jkunu konformi maż-żamma tad-dejta [Artikolu 1]

Id-Direttiva tapplika għall-“fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku jew ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi” (l-Artikolu 1(1)). Żewġ Stati Membri (il-Finlandja, ir-Renju Unit) ma jeżiġux li l-operaturi ż-żgħar iżommu d-dejta għaliex, jargumentaw, l-ispejjeż kemm għall-fornitur kif ukoll għall-Istat biex isir dan ikunu ikbar mill-benefiċċji għas-sistemi tal-ġustizzja kriminali u għall-infurzar tal-liġi. Erba’ Stati Membri (il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja) jirrapportaw li stabbilew arranġamenti amministrattivi alternattivi. Filwaqt li l-operaturi l-kbar preżenti f’diversi Stati Membri jibbenefikaw mill-ekonomiji ta’ skala f’termini ta’ spejjeż, l-operaturi iżgħar fid-daqs f’uħud mill-Istati Membri għandhom it-tendenza li jistabbilixxu impriżi bi sħab jew li jagħtu x-xogħol barra lil kumpaniji li jispeċjalizzaw f’funzjonijiet ta’ żamma u ta’ rkupru sabiex inaqqsu l-ispejjeż. Tali għoti ta' xogħol barra tal-funzjonijiet tekniċi b'dan il-mod ma għandux effett fuq l-obbligu ta' dawk li jipprovdu s-servizz li jissorveljaw l-ipproċessar tal-operazzjonijiet kif suppost u li jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri ta' sigurtà meħtieġa, ħaġa li tista' tkun problematika għall-operaturi żgħar. Il-Kummissjoni se teżamina il-kwistjonijiet ta' sigurtà ta' dejta, u l-impatt fuq impriżi żgħar u ta' daqs medju, rigward l-alternattivi biex jiġi emendat il-qafas dwar iż-żamma tad-dejta.

L-aċċess għad-dejta: l-awtoritajiet, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet (Artikolu 4)

L-Istati Membri huma mitluba “jiżguraw li d-dejta miżmuma […] tiġi provduta biss lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, f’każijiet speċifiċi u skond il-liġi nazzjonali”. Jitħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali tagħhom “[i]l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jiġi ottenut l-aċċess għal dejta miżmuma skond ir-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità […] suġġetti għad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea jew tal-liġi pubblika internazzjonali, b’mod partikulari il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, kif interpretata mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem”.

Fl-Istati Membri kollha, il-qawwiet nazzjonali tal-pulizija u, ħlief fil-ġurisdizzjonijiet tal-common law (l-Irlanda u r-Renju Unit), il-prosekuturi, jista’ jkollhom aċċess għad-dejta miżmuma. Erbatax-il Stat Membru jelenkaw lis-servizzi tas-sigurtà jew tal-intelligence jew lill-militar fost l-awtoritajiet kompetenti. Sitt Stati Membri jelenkaw lill-awtoritajiet fiskali u/jew doganali, u tlieta jelenkaw lill-awtoritajiet tal-fruntieri. Stat Membru wieħed jippermetti li awtoritajiet pubbliċi oħrajn ikollhom aċċess għad-dejta jekk dawn ikunu awtorizzati għal skopijiet speċifiċi taħt leġiżlazzjoni sekondarja. Ħdax-il Stat Membru jeżiġu awtorizzazzjoni ġudizzjarja għal kull talba għal aċċess għal dejta miżmuma. Fi tliet Stati Membri tinħtieġ awtorizzazzjoni ġudizzjarja fil-maġġoranza tal-każi. Erba' Stati Membri oħra jeżiġu awtorizzazzjoni mingħand awtorità ta’ grad għoli imma mhux imħallef. F’żewġ Stati Membri, l-unika kundizzjoni jidher li hija li t-talba ssir bil-miktub.

Tabella 2: Aċċess għal dejta miżmuma dwar it-telekomunikazzjonijiet |

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti | Proċeduri u kundizzjonijiet |

Il-Belġju | L-unità ta’ koordinazzjoni ġudizzjarja, il-maġistrati inkwirenti, il-prosekutur pubbliku, il-pulizija kriminali. | L-aċċess irid jiġi awtorizzat minn maġistrat jew minn prosekutur. Meta jintalbu jagħmlu dan, l-operaturi jridu jipprovdu f’“ħin reali”, dejta dwar l-abbonati kif ukoll dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok għat-telefonati li jkunu saru fl-aħħar xahar. Id-dejta għal telefonati iktar antiki trid tkun ipprovduta mill-iktar fis possibbli. |

Il-Bulgarija[42] | Direttorati u dipartimenti speċifiċi tal-Aġenzija tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali, il-Ministeru tal-Intern, is-Servizz Militari ta’ Informazzjoni, is-Servizz tal-Pulizija Militari, il-Ministeru tad-Difiża, l-Aġenzija Investigattiva Nazzjonali; il-qorti u l-awtoritajiet ta' qabel il-ġuri taħt il-kundizzjonijiet. | L-aċċess huwa possibbli biss fuq ordni tal-President ta’ Qorti Reġjonali. |

Ir-Repubblika Ċeka | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Id-Danimarka[43] | Il-pulizija. | L-aċċess jeżiġi awtorizzazzjoni ġudizzjarja; jingħataw ordnijiet tal-qorti jekk l-applikazzjoni tissodisfa kriterji stretti dwar suspetti, neċessità u proporzjonalità. |

Il-Ġermanja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

L-Estonja[44] | Il-Bord tal-Pulizija u l-Gwardja tal-Fruntieri, il-Bord tal-Pulizija tas-Sigurtà u, għal oġġetti u komunikazzjoni elettronika, il-Bord tat-Taxxa u d-Dwana. | L-aċċess jeżiġi l-permess ta’ mħallef għal investigazzjoni preliminari L-operaturi jridu “jipprovdu [d-dejta miżmuma] f'kaijiet urġenti f'mhux iktar minn għaxar sigħat u f’każijiet oħrajn fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol [minn mindu jirċievu t-talba]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |

L-Irlanda[45] | Il-membri tal-Garda Síochána (il-pulizija) bi grad ta’ Supretendent Ewlieni jew b'rank ogħla L-uffiċjali tal-Permanent Defence Force [Forza tad-Difiża Permanenti] b'rank ta’ kulunell jew b'rank ogħla L-uffiċjali tar-Revenue Commissioners [Kummissarji tat-Taxxi] bi grad ta’ uffiċjal prinċipali jew bi grad ogħla. | It-talbiet għandhom ikunu bil-miktub. |

Il-Greċja[46] | Awtorità pubblika ġudizzjarja, militari jew tal-pulizija. | L-aċċess jeħtieġ deċiżjoni ġudizzjarja li tiddikjara li investigazzjoni b'mezzi oħra hija impossibbli jew diffiċli ħafna. |

Spanja[47] | Forzi tal-pulizija responsabbli għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' delitti serji, iċ-Ċentru tal-Intelligence Nazzjonali u l-Aġenzija Doganali. | Aċċess għal din id-dejta minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti jeħtieġ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel. |

Franza[48] | L-uffiċjali tal-pulizija u l-ġendarmi maħtura. | Il-pulizija jridu jagħtu ġustifikazzjoni għal kull talba għal aċċess għad-dejta miżmuma u jridu jfittxu awtorizzazzjoni mingħand il-persuna fil-Ministeru tal-Intern maħtura mill-Commission nationale de contrôle des interceptions de sécurité [il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Kontroll tal-Interċettazzjonijiet tas-Sigurtà]. It-talbiet għal aċċess jiġu pproċessati minn uffiċjal magħżul li jaħdem għall-operatur. |

L-Italja[49] | Il-prosekutur pubbliku; il-pulizija l-avukat tad-difiża jew għall-akkużat jew għall-persuna li qed tiġi investigata. | L-aċċess jeżiġi “ordni motivata” [traduzzjoni mhux uffiċjali] maħruġa mill-prosekutur pubbliku. |

Ċipru[50] | Il-qrati, il-prosekutur pubbliku, il-pulizija. | L-aċċess irid ikun approvat minn prosekutur jekk huwa jikkunsidra li dan jista’ jipprovdi evidenza li twettaq delitt serju. Imħallef jista’ joħroġ ordni ta’ din ix-xorta jekk ikun hemm suspett raġonevoli ta’ reat kriminali serju u jekk ikun probabbli li d-dejta tkun assoċjata miegħu. |

Il-Latvja[51] | L-uffiċjali awtorizzati f’istituzzjonijiet investigattivi ta’ qabel il-proċess; il-persuni li jwettqu xogħol investigattiv; l-uffiċjali awtorizzati fl-istituzzjonijiet tas-sigurtà tal-Istat; l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku; il-qrati. | L-uffiċjali awtorizzati, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-qrati huma mitluba jivvalutaw “l-adegwatezza u r-rilevanza” [traduzzjoni mhux uffiċjali] tat-talba, li jirreġistraw it-talba u li jiżguraw il-protezzjoni tad-dejta miksuba. Il-korpi awtorizzati jistgħu jiffirmaw ftehim ma’ operatur, eż. biex id-dejta pprovduta tiġi kkriptata. |

Il-Litwanja[52] | Il-korpi investigattivi ta’ qabel il-proċess, il-prosekutur, il-qorti (l-imħallfin) u uffiċjali tal-intelligence. | L-awtoritajiet pubbliċi awtorizzati jridu jagħmlu talba għal dejta miżmuma bil-miktub. Għall-aċċess għal investigazzjonijiet ta’ qabel il-proċess, huwa meħtieġ mandat ġudizzjarju. |

Il-Lussemburgu[53] | L-awtoritajiet ġudizzjarji (il-maġistrati inkwirenti, il-prosekutur), l-awtoritajiet responsabbli mis-salvagwardja tas-sigurtà tal-Istat, mid-difiża, mis-sigurtà pubblika u mill-prevenzjoni, mill-investigazzjoni, mill-iskoperta u mill-prosekuzzjoni tar-reati kriminali. | L-aċċess jeżiġi awtorizzazzjoni ġudizzjarja. |

L-Ungerija[54] | Il-pulizija, il-Gwardja Doganali u tal-Finanzi, l-aġenziji nazzjonali tas-sigurtà, il-prosekutur pubbliku, il-qrati. | Il-pulizija u l-Gwardja Doganali u tal-Finanzi jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-prosekutur. Il-prosekutur u l-aġenziji nazzjonali tas-sigurtà jista’ jkollhom aċċess għal dejta ta’ din ix-xorta mingħajr ordni tal-qorti. |

Malta[55] | Il-Forzi tal-Pulizija ta' Malta; Is-Servizz tas-Sigurtà | It-talbiet iridu jkunu bil-miktub. |

Il-Pajjiżi l-Baxxi[56] | L-uffiċjal tal-pulizija li qed jagħmel l-investigazzjoni | L-aċċess irid ikun b’ordni ta’ prosekutur jew ta’ mħallef inkwirenti |

L-Awstrija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

Il-Polonja[57] | Il-pulizija, l-għassiesa tal-fruntieri, l-ispetturi fiskali, l-Aġenzija tas-Sigurtà Interna, l-Aġenzija tal-Intelligence Barranija, l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Kontra l-Korruzzjoni, is-servizzi militari tal-kontrospjunaġġ, is-servizzi militari tal-intelligence, il-qrati u l-prosekutur pubbliku | It-talbiet iridu jkunu bil-miktub u fil-każ tal-pulizija, tal-għassiesa tal-fruntieri kif ukoll tal-ispetturi fiskali jridu jkunu awtorizzati mill-uffiċjal anzjan fl-organizzazzjoni. |

Il-Portugall[58] | Il-Pulizija Kriminali, il-Gwardja Nazzjonali Repubblikana, l-Uffiċċju tas-Sigurtà Pubblika, il-Pulizija Militari Kriminali, is-Servizz tal-Immigrazzjoni u tal-Fruntieri, il-Pulizija Marittima. | It-trasmissjoni ta' dejta teħtieġ awtorizzazzjoni ġudizzjarja fuq il-bażi li l-aċċess huwa kruċjali biex tinstab il-verità jew li fi kwalunkwe manjiera oħra, ikun impossibbli jew diffiċli ħafna li tinkiseb l-evidenza. L-awtorizzazzjoni ġudizzjarja hija suġġetta għan-neċessità u l-proporzjonalità tal-ħtiġijiet. |

Ir-Rumanija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

Is-Slovenja[59] | Il-pulizija, l-aġenziji tal-intelligence u tas-sigurtà, l-aġenziji tad-difiża responsabbli mill-intelligence u mill-kontrospjunaġġ u mill-missjonijiet tas-sigurtà. | L-aċċess jeżiġi awtorizzazzjoni ġudizzjarja. |

Is-Slovakkja[60] | L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, il-qrati. | It-talbiet iridu jkunu bil-miktub. |

Il-Finlandja[61] | Il-pulizija, l-għassiesa tal-fruntieri, l-awtoritajiet doganali (għal dejta miżmuma dwar l-abbonati, dwar it-traffiku u dwar il-lok). Iċ-Ċentru ta’ Reazzjoni f’Każ ta’ Emerġenza, l-Operazzjoni għal Salvataġġ fuq il-Baħar, is-Subċentru għal Salvataġġ fuq il-Baħar (għal dejta dwar identifikazzjoni u dwar il-lok f’każ ta’ emerġenza) | L-awtoritajiet kompetenti kollha jista’ jkollhom aċċess għad-dejta dwar l-abbonati mingħajr awtorizzazzjoni ġudizzjarja. Id-dejta l-oħra teżiġi ordni tal-qorti. |

L-Isvezja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

Ir-Renju Unit[62] | Il-pulizija, is-servizzi tal-intelligence, l-awtoritajiet fiskali u doganali, awtoritajiet pubbliċi oħrajn indikati fil-leġiżlazzjoni sekondarja. | L-aċċess huwa permess, bla ħsara għal awtorizzazzjoni mingħand “persuna maħtura” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u għat-test tan-neċessità u tal-proporzjonalità, f’każijiet u f’ċirkustanzi speċifiċi fejn l-iżvelar tad-dejta jkun permess jew mitlub bil-liġi. Intlaħaq ftehim mal-operaturi dwar proċeduri speċifiċi. |

Il-Kummissjoni se tevalwa l-ħtieġa għal u l-possibbiltajiet sabiex jintlaħaq grad ogħla ta’ armonizzazzjoni rigward il-fatt li l-awtoritajiet ikollhom, u għall-proċedura sabiex jinkiseb, aċċess għad-dejta miżmuma. L-alternattivi jistgħu jinkludu listi ta’ awtoritajiet kompetenti ddefiniti b’mod iktar ċar, sorveljanza indipendenti u/jew ġudizzjarja tat-talbiet għad-dejta u standard minimu għall-proċeduri sabiex l-operaturi jagħtu aċċess lill-awtoritajiet kompetenti.

Il-kamp ta’ applikazzjoni taż-żamma tad-dejta u l-kategoriji tad-dejta koperti (l-Artikoli 1(2), 3(2) u 5)

Id-Direttiva tapplika għall-oqsma ta' netwerks ta' telefonija fissa, tat-telefonija ċellulari, tal-aċċess għall-internet, tal-email bl-internet u tat-telefonija bl-internet. Hija tispeċifika (fl-Artikolu 5), il-kategoriji tad-dejta li għandhom jinżammu, prinċipalment id-dejta meħtieġa sabiex ikunu identifikati:

1. is-sors ta’ komunikazzjoni;

2. id-destinazzjoni ta’ komunikazzjoni;

3. id-data, il-ħin u t-tul ta’ komunikazzjoni;

4. it-tip ta’ komunikazzjoni;

5. it-tagħmir ta’ komunikazzjoni tal-utenti jew dak li jkun maħsub li huwa t-tagħmir tagħhom; kif ukoll;

6. il-lok fejn ikun jinsab it-tagħmir ta’ komunikazzjoni mobbli.

Hija tkopri wkoll (l-Artikolu 3(2)) it-tenattivi ta’ telefonati mingħajr suċċess, jiġifieri komunikazzjoni fejn telefonata tkun konnessa b’suċċess iżda ma tiġix imwieġba jew fejn ikun seħħ intervent mill-amministrazzjoni tan-netwerk u fejn id-dejta dwar dawk it-tentattivi tkun iġġenerata jew ipproċessata, u maħżuna jew irreġistrata mill-operaturi. Taħt id-Direttiva ma tista’ tinżamm l-ebda dejta li tiżvela l-kontenut tal-komunikazzjoni. Wara ġie ċċarat li talbiet għal tiftix, jiġifieri server logs iġġenerati billi wieħed joffri s-servizz ta' sit tat-tiftix, huma wkoll barra mill-ambitu tad-Direttiva, għaliex huma kkunsidrati bħala kontenut iktar milli dejta dwar it-traffiku[63].

Wieħed u għoxrin Stat Membru jipprovdu għaż-żamma ta' kull waħda minn dawn il-kategoriji ta' dejta fil-liġi ta' traspożizzjoni tagħhom. Il-Belġju għadu ma pprovdiex għat-tipi ta' dejta ta' telefonija li jeħtieġ jinżammu, u lanqas ma għandu pprovedimenti għal dejta relatata mal-internet. Dawk li wieġbu għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni ma kkunsidrawx li kien hemm għalfejn jiġu emendati l-kategoriji tad-dejta li għandhom jinżammu, għalkemm il-Parlament Ewropew ħareġ lill-Kummissjoni Dikjarazzjoni bil-Miktub fejn għamel talba ħalli d-Direttiva tkun estiża għal siti tat-tiftix “sabiex il-pornografija onlajn tat-tfal u r-reati sesswali jkunu indirizzati b’mod rapidu[64]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fir-rapport tiegħu dwar it-tieni azzjoni ta' infurzar, il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, argumenta li l-kategoriji stipulati fid-Direttiva għandhom jiġu kkunsidrati bħala kompleti, b'ebda obbligi ta' żamma tad-dejta addizzjonali imposti fuq l-operaturi. Il-Kummissjoni se tevalwa l-ħtieġa ta' dawn il-kategoriji ta' dejta kollha.

Il-perjodi ta’ żamma (l-Artikolu 6 u l-Artikolu 12)

L-Istati Membri huma mitluba jiżguraw irwieħhom li l-kategoriji ta’ dejta speċifikati fl-Artikolu 5 jinżammu għal perjodi ta’ mhux inqas minn sitt xhur u għal mhux iżjed minn sentejn. Il-perjodu massimu taż-żamma jista’ jkun estiż minn Stat Membru li jkun “suġġett għal ċirkostanzi partikolari li jesiġu estensjoni għal perjodu limitat”; estensjoni ta’ din ix-xorta għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni li tista’ tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara dik in-notifika jekk tapprovax jew tirrifjutax l-estensjoni. Filwaqt li l-perjodu massimu ta' żamma jista' jiġi estiż, ma hemm ebda provvediment biex il-perjodu ta' żamma jiqsar għal taħt is-sitt xhur. L-Istati Membri kollha ħlief wieħed li ttrasponew id-Direttiva japplikaw perjodu jew perjodi ta’ żamma li jaqa’ f’dawn il-limiti, u ma kien hemm l-ebda notifika lill-Kummissjoni dwar xi estensjoni. Madankollu, ma hemm l-ebda approċċ konsistenti mal-UE kollha.

Ħmistax-il Stat Membru jispeċifikaw perjodu wieħed għall-kategoriji kollha ta’ dejta: Stat Membru wieħed (il-Polonja) jispeċifika perjodu ta' żamma ta' sentejn, ieħor jispeċifika sena u nofs (il-Latvja), għaxra jispeċifikaw sena (il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju unit) u tlieta jispeċifikaw sitt xhur (Ċipru, il-Lussemburgu, il-Litwanja). Ħames Stati Membri ddefinew perjodi ta’ żamma differenti għal kategoriji ta’ dejta differenti: żewġ Stati Membri (l-Irlanda, l-Italja) jispeċifikaw sentejn għad-dejta dwar it-telefonija fissa u dik ċellulari u sena għad-dejta dwar l-aċċess għall-internet, l-email bl-internet u t-telefonija bl-internet; Stat Membru wieħed (is-Slovenja) jispeċifika 14-il xahar għad-dejta dwar it-telefonija u tmien xhur għad-dejta relatata mal-internet; Stat Membru wieħed (is-Slovakkja) jispeċifika sena għad-dejta dwar it-telefonija fissa u ċellulari, u sitt xhur għad-dejta relatata mal-internet; Stat Membru wieħed (Malta) jispeċifika sena għad-dejta dwar it-telefonija fissa, ċellulari u bl-internet, u sitt xhur għad-dejta dwar l-aċċess għall-internet u l-email bl-internet. Stat Membru wieħed (l-Ungerija) iżomm id-dejta kollha għal sena ħlief għad-dejta dwar tentattivi ta’ telefonati mingħajr suċċess li tinżamm għal sitt xhur biss. Stat Membru wieħed (il-Belġju) ma speċifika ebda perjodu ta' żamma tad-dejta għall-kategoriji ta' dejta speċifikati fid-Direttiva. Id-dettalji qegħdin fit-Tabella 3.

Tabella 3: Il-perjodi ta’ żamma speċifikati fil-liġi nazzjonali |

Il-Belġju[65] | Bejn sena u 36 xahar għal servizzi tat-telefonija "disponibbli pubblikament". Ebda provvediment għal dejta relatata mal-internet. |

Il-Bulgarija | Sena. Dejta li kien hemm aċċess għaliha tista’ tinżamm għal sitt xhur oħra jekk jintalab dan. |

Ir-Repubblika Ċeka | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Id-Danimarka | Sena |

Il-Ġermanja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

L-Estonja | Sena |

L-Irlanda | Sentejn ħad-dejta dwar it-telefonija fissa u dik ċellulari, sena għad-dejta dwar l-aċċess għall-internet, l-email bl-internet u t-telefonija bl-internet |

Il-Greċja | Sena |

Spanja | Sena |

Franza | Sena |

L-Italja | Sentejn għad-dejta dwar it-telefonija fissa u dik ċellulari, sena ħad-dejta dwar l-aċċess għall-internet, l-email bl-internet u t-telefonija bl-internet |

Ċipru | Sitt xhur |

Il-Latvja | 18-il xahar |

Il-Litwanja | Sitt xhur |

Il-Lussemburgu | Sitt xhur |

L-Ungerija | Sitt xhur għal telefonati mingħajr suċċess u sena għad-dejta l-oħra kollha |

Malta | Sena għad-dejta dwar it-telefonija fissa, ċellulari u bl-internet, sitt xhur għad-dejta dwar l-aċċess għall-internet u l-email bl-internet |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | Sena |

L-Awstrija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

Il-Polonja | Sentejn |

Il-Portugall | Sena |

Ir-Rumanija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta (Sitt xhur skont il-liġi tat-traspożizzjoni preċedenti li ġiet annullata) |

Is-Slovenja | 14-il xahar għad-dejta dwar it-telefonija u tmien xhur għad-dejta rigward l-internet |

Is-Slovakkja | Sena għad-dejta dwar it-telefonija fissa u dik ċellulari, sitt xhur għad-dejta dwar l-aċċess għall-internet, l-email bl-internet u t-telefonija bl-internet |

Il-Finlandja | Sena |

L-Isvezja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

Ir-Renju Unit | Sena |

Filwaqt li din id-diversità fl-approċċ hija permessa mid-Direttiva, isegwi li d-Direttiva tipprovdi biss ċertezza legali u prevedibbiltà limitata mal-UE kollha għall-operaturi li joperaw f’iktar minn Stat Membru wieħed u għaċ-ċittadini li d-dejta dwar il-komunikazzjonijiet tagħhom tista’ tinħażen fi Stati Membri differenti. Meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-internazzjonalizzazzjoni dejjem ikbar tal-ipproċessar tad-dejta u l-għoti barra tal-ħżin tad-dejta, għandhom jiġu kkunsidrati l-alternattivi biex ikunu armonizzati iktar il-perjodi ta’ żamma fl-UE. Bil-għan li jkun osservat il-prinċipju tal-proporzjonalità u fid-dawl ta' evidenza kwantitattiva u kwalitattiva tal-valur ta' dejta miżmuma fi Stati Membri, u x-xejriet fil-komunikazzjonijiet u teknoloġiji u fil-kriminalità u fit-terroriżmu, il-Kummissjoni se tikkunsidra tapplika perjodi differenti għal kategoriji differenti ta' dejta, għal kategoriji differenti ta' delitti serji jew ta' kumbinazzjoni tat-tnejn[66]. L-evidenza kwantitattiva li pprovdew s'issa l-Istati Membri rigward l-età tad-data miżmuma tissuġġerixxi li madwar disgħin fil-mija tad-dejta jkollha sitt xhur jew inqas u madwar sebgħin fil-mija jkollha tliet xhur jew inqas meta ssir it-talba (inizjali) għal aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (ara Taqsima 5.2).

Il-protezzjoni tad-dejta, is-sigurtà tad-dejta u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza (Artikoli 7 u 9)

Id-Direttiva teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw irwieħhom li l-operaturi jirrispettaw, bħala minimu, erba’ prinċipji tas-sigurtà tad-dejta, jiġifieri, li d-dejta miżmuma għandha tkun:

7. tal-istess kwalità u tkun suġġetta għall-istess sigurtà u protezzjoni bħal dik id-dejta fuq in-netwerk [ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi];

8. suġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati sabiex id-dejta tiġi protetta kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, jew it-telf aċċidentali jew l-alterazzjoni, jew il-ħżin, l-ipproċessar, l-aċċess jew l-iżvelar mhux awtorizzat jew illegali;

9. suġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati sabiex jiġi żgurat li tkun aċċessibli biss mill-persunal b’awtorizzazzjoni speċjali; kif ukoll;

10. minbarra dik li kien hemm aċċess għaliha u ġiet ippreservata [għall-iskop stabbilit fid-Direttiva], għandha tiġi meqruda fit-tmiem tal-perjodu taż-żamma.

F’konformità mad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta u mad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, l-operaturi huma pprojbiti milli jipproċessaw dejta miżmuma taħt id-Direttiva għal skopijiet oħrajn, sakemm id-dejta ma kinitx altrimenti tinżamm[67]. L-Istati Membri huma mitluba jaħtru awtorità pubblika waħda jew iktar sabiex tkun responsabbli mill-monitoraġġ “b’indipendenza sħiħa”, tal-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, li jistgħu jkunu l-istess awtoritajiet bħal dawk meħtieġa taħt id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta[68].

Ħmistax-il Stat Membru ittrasponew dawn il-prinċipji kollha fil-leġiżlazzjoni rilevanti. Erba' Stati Membri (il-Belġju, l-Estonja, Spanja, il-Latvja) ittrasponew tnejn jew tlieta minn dawn il-prinċipji iżda ma jipprovdux b’mod espliċitu għall-qerda tad-dejta fi tmiem il-perjodu ta’ żamma. Żewġ Stati Membri (l-Italja, il-Finlandja) jipprovdu għad-distruzzjoni tad-dejta. Mhuwiex ċar liema miżuri tas-sigurtà tekniċi u organizzattivi speċifiċi, bħal awtentikazzjoni b’saħħitha (strong authentication) u ġestjoni dettaljata tar-reġistri tal-aċċess[69] ġew applikati. Tnejn u għoxrin Stat Membru għandhom awtorità ta’ sorveljanza responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-prinċipji. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, din hija l-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji qegħdin fit-Tabella 4.

Tabella 4: Il-protezzjoni tad-dejta, is-sigurtà tad-dejta u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza |

Stat Membru | Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta u dwar is-sigurtà tad-dejta fil-liġi nazzjonali | L-awtorità ta’ sorveljanza |

Il-Belġju | L-operaturi jridu jiżguraw li t-trażmissjoni tad-dejta ma tistax tiġi interċettata minn parti terza u trid tosserva l-istandards tal-ETSI għas-sigurtà u l-interċezzjoni legali tat-telekomunikazzjonijiet[70]. Il-prinċipju tal-qerda obbligatorja tad-dejta fi tmien il-perjodu ta’ żamma ma jidhirx li ġie indirizzat. | L-Istitut għas-Servizzi Postali u t-Telekomunikazzjonijiet |

Il-Bulgarija | Il-liġi tat-traspożizzjoni tinkludi rekwiżit sabiex ikunu implimentati l-erba’ prinċipji[71]. | Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali tagħmel monitoraġġ tal-ipproċessar u l-ħżin tad-dejta sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi; Il-Kummissjoni Parlamentari fl-Assemblea Nazzjonali – tagħmel monitoraġġ tal-proċeduri għall-awtorizzazzjoni u l-aċċess għad-dejta. |

Ir-Repubblika Ċeka[72] | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Id-Danimarka | Provvediment għal erba' prinċipji. [73]. | L-Aġenzija Nazzjonali tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tat-Telekomunikazzjonijiet timmonitorja l-obbligu għall-fornituri tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi sabiex tiżgura li t-tagħmir u s-sistemi tekniċi jippermettu l-aċċess lill-pulizija għal informazzjoni dwar it-traffiku tat-telekomunikazzjonijiet. |

Il-Ġermanja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

L-Estonja | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għal tlieta mill-erba’ prinċipji. Ma hemmx dispożizzjoni espliċita għar-raba’ prinċipju għalkemm kwalunkwe persuna li l-privatezza tagħha nkisret b’attivitajiet relatati ma’ sorveljanza tista’ titlob il-qerda tad-dejta, bla ħsara għal ordni tal-qorti[74]. | L-Awtorità tas-Sorveljanza Teknika hija l-awtorità responsabbli. |

L-Irlanda[75] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tinkludi rekwiżit sabiex ikunu implimentati l-erba’ prinċipji. | L-imħallef maħtur għandu s-setgħa li jinvestiga u jirrapporta dwar jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti humiex qed ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġi tat-traspożizzjoni. |

Il-Greċja[76] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tinkludi rekwiżit sabiex ikunu implimentati l-erba’ prinċipji, b'rekwiżit ieħor għall-operaturi li jħejju u japplikaw pjan li jiżgura l-osservanza taħt maniġer nominat għas-sigurtà tad-dejta. | Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali u Awtorità għall-Privatezza tal-Komunikazzjonijiet. |

Spanja[77] | Id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tad-dejta ikopru tlieta mill-erba' prinċipji (il-kwalità u s-sigurtà tad-dejta miżmuma, l-aċċess minn persuni awtorizzati u l-protezzjoni kontra l- ipproċessar mhux awtorizzat). | L-Aġenzija tal-Protezzjoni tad-Dejta hija l-awtorità responsabbli. |

Franza[78] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tinkludi rekwiżit sabiex ikunu implimentati l-erba’ prinċipji. | Il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Informatika u tal-Libertajiet tissorvelja l-konformità mal-obbligi. |

L-Italja | Ma hemm l-ebda dispożizzjoni espliċita dwar is-sigurtà tad-dejta miżmuma, għalkemm hemm rekwiżit ġenerali għall-qerda jew għall-anonimizzazzjoni tad-dejta dwar it-traffiku u għall-ipproċessar kunsenswali tad-dejta[79]. | L-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta tagħmel monitoraġġ rigward il-konformità tal-operaturi mad-Direttiva |

Ċipru[80] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għal kull wieħed mill-erba’ prinċipji. | Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali jimmonitorja l-applikazzjoni tal-liġi tat-traspożizzjoni. |

Il-Latvja[81] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għal tnejn mill-prinċipji: il-kunfidenzjalità tad-dejta miżmuma u l-aċċess awtorizzat għaliha, u l-qerda tad-dejta fi tmiem il-perjodu ta’ żamma. | L-Ispettorat Statali tad-Dejta jissuperviżjona l-protezzjoni tad-dejta personali fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, imma mhux l-aċċess u l-ipproċessar tad-dejta miżmuma. |

Il-Litwanja[82] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji. | L-Ispettorat Statali tal-Protezzjoni tad-Dejta jissorvelja l-implimentazzjoni tal-liġi tat-traspożizzjoni, u għandu r-responsabbiltà li jipprovdi l-istatistiċi lill-Kummissjoni Ewropea. |

Il-Lussemburgu[83] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji. | L-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta |

L-Ungerija[84] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji. | Kummissarju Parlamentari għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-Libertà tal-Informazzjoni |

Malta[85] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji. | Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Dejta |

Il-Pajjiżi l-Baxxi[86] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji. | L-Aġenzija tal-Komunikazzjonijiet bir-Radju tissorvelja l-obbligi tal-fornituri tal-aċċess għall-internet u tat-telekomunikazzjonijiet; l-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta tissorvelja l-ipproċessar ġenerali tad-dejta personali; protokoll jistabbilixxi fid-dettall il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ awtoritajiet. |

L-Awstrija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Il-Polonja | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji[87]. | L-awtorità għall-protezzjoni tad-dejta |

Il-Portugall | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji[88]. | L-Awtorità Potugiża għall-Protezzjoni tad-Dejta. |

Ir-Rumanija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Is-Slovenja[89] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji. | Il-Kummissarju għall-Informazzjoni |

Is-Slovakkja[90] | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji. | L-awtorità regolatriċi u tal-ipprezzar nazzjonali fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tissorvelja l-protezzjoni tad-dejta personali. |

Il-Finlandja | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi b’mod espliċitu biss għar-rekwiżit li d-dejta tinqered fi tmiem il-perjodu ta’ żamma[91]. | L-Awtorità Regolatorja tal-Komunikazzjonijiet Finlandiża tissorvelja l-konformità tal-operaturi mar-regolamenti dwar iż-żamma tad-dejta. L-Ombudsman tal-Protezzjoni tad-Dejta jissorvelja l-legalità ġenerali tal-ipproċessar tad-dejta personali |

L-Isvezja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta. |

Ir-Renju Unit | Il-liġi tat-traspożizzjoni tipprovdi għall-erba’ prinċipji[92]. | L-Information Commissioner [il-Kummissarju għall-Informazzjoni] jissorvelja ż-żamma u/jew l-ipproċessar tad-dejta dwar il-komunikazzjonijiet (u kwalunkwe dejta personali oħra) u l-kontrolli xierqa li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-dejta. L-Interception Commissioner [il-Kummissarju għall-Interċettazzjonijiet] (imħallef anzjan attiv jew irtirat) jissorvelja l-kisba tad-dejta dwar il-komunikazzjonijiet skont ir-RIPA mill-awtoritajiet pubbliċi. L-Investigatory Powers Tribunal [it-Tribunal tas-Setgħat Investigattivi] jinvestiga l-ilmenti dwar użu ħażin tad-dejta jekk din tinkiseb taħt il-liġi ta' traspożizzjoni (RIPA). |

It-traspożizzjoni tal-Artikolu 7 mhijiex konsistenti. Id-dejta miżmuma għandha natura potenzjalment ferm personali u sensittiva u jeħtieġ li jiġu applikati standards għoljin ta’ protezzjoni tad-dejta u ta’ sigurtà tad-dejta matul il-proċess kollu, għall-ħżin, għall-irkupru u għall-użu, u b’mod konsistenti u viżibbli sabiex ikun minimizzat ir-riskju ta’ ksur tal-privatezza u tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini. Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-alternattivi għat-tisħiħ tas-sigurtà tad-dejta u tal-istandards tal-protezzjoni tad-dejta inkluż l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet ta’ privatezza sa mit-tfassil (privacy-by-design) sabiex ikun żgurat li dawn l-istandards jintlaħqu bħala parti kemm mill-ħżin kif ukoll mit-trażmissjoni. Se tikkunsidra wkoll ir-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta fir-rapport dwar it-tieni azzjoni ta' infurzar għal salvagwardji minimi u għal miżuri ta’ sigurtà tekniċi u organizzattivi[93].

L-istatistika (l-Artikolu 10)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi statistiċi annwali dwar iż-żamma tad-dejta, inklużi:

- il-każijiet fejn l-informazzjoni ngħatat lill-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali applikabbli;

- iż-żmien li jkun għadda bejn id-data li fiha nżammet id-dejta u d-data li fiha l-awtorità kompetenti talbet it-trasmissjoni tad-dejta (jiġifieri, l-età tad-dejta); kif ukoll;

- il-każijiet fejn it-talbiet ma setgħux jiġu milqugħa.

Meta talbet l-istatistiċi skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri sabiex ifornu dettalji dwar każijiet ta’ “talbiet” individwali għal dejta. Madankollu, l-istatistiċi pprovduti kienu jvarjaw fl-ambitu u fid-dettall: fit-tweġibiet tagħhom, uħud mill-Istati Membri għamlu distinzjoni bejn tipi differenti ta’ komunikazzjoni, uħud indikaw l-età tad-dejta fil-mument tat-talba, filwaqt li oħrajn ipprovdew biss statistiċi annwali bla ebda analiżi dettaljata. Dsatax-il Stat Membru[94] pprovdew statistiċi dwar in-numru ta’ talbiet għal dejta għall-2009 u/jew għall-2008; dawn kienu jinkludi lill-Irlanda, lill-Greċja, u lill-Awstrija fejn kien hemm talbiet għal dejta minkejja n-nuqqas ta’ liġi ta' traspożizzjoni, u r-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja, li l-liġi dwar iż-żamma tad-dejta tagħhom kienet annullata. Seba' Stati Membri li ttrasponew id-Direttiva ma pprovdewx statistiċi, minkejja li l-Belġju pprovda stima tal-volum ta' talbiet annwali għal dejta dwar it-telefonija (300 000).

Dejta kwantitattiva u kwalitattiva affidabbli hija kruċjali sabiex jintwerew in-neċessità u l-valur tal-miżuri ta’ sigurtà bħaż-żamma tad-dejta. Dan kien rikonoxxut fil-pjan ta’ ħidma tal-2006 sabiex titkejjel il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali[95] li kien jinkludi għan sabiex ikunu żviluppati metodi għal ġbir regolari tad-dejta f’konformità mad-Direttiva u sabiex l-istatistiċi jkunu inklużi fil-bażi tad-dejta tal-Eurostat (sakemm jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità). Ma kienx possibbli li dan l-għan jintlaħaq, peress li l-parti l-kbira tal-Istati Membri ttrasponew b’mod sħiħ id-Direttiva biss fl-aħħar sentejn u użaw interpretazzjonijiet differenti għas-sors tal-istatistiċi. Fil-proposta futura tagħha għar-reviżjoni tal-qafas dwar iż-żamma tad-dejta il-Kummissjoni, flimkien mar-reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni dwar l-istatistiċi, se tfittex li tiżviluppaw metrika u proċeduri ta’ rapportar fattibbli, li għandhom jippermettu monitoraġġ taż-żamma tad-dejta li jkun trasparenti u sinifikanti u li ma jqiegħdux piżijiet żejda fuq is-sistemi tal-ġustizzja kriminali u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

It-traspożizzjoni fil-pajjiżi taż-ŻEE

Leġiżlazzjoni dwar iż-żamma tad-dejta tinsab fis-seħħ fl-Islanda, fil-Liechtenstein u fin- Norveġja[96].

Id-deċiżjonijiet tal-Qrati Kostituzzjonali dwar il-liġijiet tat-traspożizzjoni

Il-Qorti Kostituzzjonali Rumena f’Ottubru 2009, il-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża f’Marzu 2010 u l-Qorti Kostituzzjonali Ċeka f'Marzu 2011 annullaw il-liġijiet li kienu jittrasponu d-Direttiva fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom minħabba li dawn kienu inkostituzzjonali. Il-Qorti Rumena[97] aċċettat li l-interferenza fid-drittijiet fundamentali tista’ tkun permessa fejn din tirrispetta ċerti regoli, u tipprovdi salvagwardji adegwati u suffiċjenti sabiex ikun hemm protezzjoni minn azzjoni potenzjalment artbitarja min-naħa tal-Istat. Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem[98], il-Qorti sabet li l-liġi ta' traspożizzjoni hija ambigwa fl-ambitu u fil-għan u mingħajr biżżejjed salvagwardji, u ddeċidiet li 'obbligu legali kontinwu' rigward iż-żamma tat-traffiku kollu tad-dejta għal sitt xhur kien inkompatibbli mad-drittijiet għall-privatezza u l-libertà tal-espressjoni fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża[99] qalet li ż-żamma tad-dejta ġġenerat perċezzjoni ta’ sorveljanza li setgħet tippreġudika t-tħaddim ħieles tad-drittijiet fundamentali. Hija rrikonoxxiet b’mod espliċitu li żamma tad-dejta għal użi strettament limitati u flimkien ma' sigurtà suffiċjentement għolja tad-dejta mhux bilfors tikser il-Kostituzzjoni Ġermaniża. Madankollu, il-Qorti enfasizzat li ż-żamma tad-dejta kienet tikkostitwixxi restrizzjoni tad-dritt għall-privatezza u għalhekk għandha tkun ammissibbli biss taħt ċirkostanzi limitati partikolari, u li perjodu ta' żamma ta' sitt xhur kien viċin l-ogħla livell ( 'an der Obergrenze' ) ta' x'jista' jiġi kkunsidrat proporzjonat (paragrafu 215). Id-dejta għandha tintalab biss fejn diġà kien hemm suspett ta’ reat kriminali serju jew evidenza ta’ periklu għas-sigurtà pubblika, u l-irkupru tad-dejta għandu jkun ipprojbit għal ċerti komunikazzjonijiet privileġġjati (jiġifieri, dawk konnessi ma’ ħtieġa emozzjonali jew soċjali) li huma msejsa fuq il-kunfidenzjalità. Id-dejta għandha wkoll tkun ikkodifikata b’superviżjoni trasparenti tal-użu tagħha.

Il-Qorti Kostituzzjonali Ċeka[100] annullat il-liġi ta' traspożizzjoni fuq il-bażi li, bħala miżura li kienet timpinġi fuq id-drittijiet fundamentali, il-liġi ta' traspożizzjoni ma kinitx preċiża u ċara biżżejjed fil-formulazzjoni tagħha. Il-Qorti kkritikat il-limitu għall-iskopijiet bħala dejjaq wisq meta wieħed jikkunsidra l-iskala u l-ambitu tal-ħtieġa taż-żamma tad-dejta. Hija ddeċidiet li l-awtoritajiet ta' definizzjoni kompetenti biex jaċċessaw u jużaw dejta miżmuma u l-proċeduri għal tali aċċess u użu ma kinux ċari biżżejjed fil-liġi ta' traspożizzjoni biex tkun żgurata l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta. Iċ-ċittdin privat, għahekk, ma kellux garanziji u salvagwardji biżżejjed kontra abbużi possibbli ta' poter mill-awtoritajiet pubbliċi. Ma kkritikatx lid-Direttiva innifisha u ddikjarat li din kienet tħalli spazju biċċejjed biex ir-Repubblika Ċeka tittrasponi b'konformità mal-kostituzzjoni. Madankollu, il-Qorti f' obiter dictum esprimiet dubju dwar in-neċessità, l-effikaċja u l-korrettezza taż-żamma tad-dejta dwar it-traffiku meta qed joħorġu metodi ġodda ta' kriminalità bħall-permezz tal-użu ta' SIM kards anonimi.

Dawn it-tliet Stati Membri issa qed jikkunsidraw kif jittrasponu d-Direttiva mill-ġdid. Tressqu kawżi dwar iż-żamma tad-dejta anki quddiem il-qrati kostituzzjonali tal-Bulgarija, li rriżultaw f’reviżjoni tal-liġi tat-traspożizzjoni, u ta’ Ċipru, fejn ordnijiet tal-qorti maħruġa taħt il-liġi tat-traspożizzjoni ġew ikkunsidrati bħala inkostituzzjonali, u tal-Ungerija, fejn jinsab pendenti każ li jirrigward in-nuqqas fil-liġi ta' traspożizzjoni tal-għanijiet legali tal-ipproċessar tad-dejta[101].

Fil-proposta li se tagħmel fil-futur rigward ir-reviżjoni tal-qafas dwar iż-żamma tad-dejta il-Kummissjoni se tikkunsidra l-kwistjonijiet li tqajmu mill-ġurisprudenza nazzjonali.

Infurzar kontinwu tad-Direttiva

Il-Kummissjoni tistenna li l-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-Direttiva għal kollox, jew li għadhom ma adottawx leġiżlazzjoni li tissostitwixxi l-liġi ta' traspożizzjoni annullata mill-qrati nazzjonali, jagħmlu dan mingħajr dewmien. Jekk ma jsirx hekk, il-kummissjoni tirriżerva d-dritt li tħaddem il-poteri tagħha taħt it-Trattati tal-UWE. Fil-preżent il-Qorti tal-Ġustizzja sabet li żewġ Stati Membri li għadhom ma ttrasponewx id-Direttiva (l-Awstrija u l-Isvezja) kienu kisru l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-UE[102]. F'April 2011 il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi lill-Isvezja għat-tieni darba lill-Qorti talli naqset li tosserva s-sentenza fil-Kawża C-185/09, fejn talbet li jiġu imposti penali finanzjarji taħt l-Artikolu 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, wara li l-Parlament Svediż iddeċieda li jipposponi l-adozzjoni tal-liġi ta' traspożizzjoni bi 12-il xahar. Il-Kummissjoni qed tkompli tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni fl-Awstrija li pprovdiet skeda ta' żmien għall-adozzjoni imminenti tal-liġi ta' traspożizzjoni.

IR-RWOL TAD-DEJTA MIżMUMA FIL-ġUSTIZZJA KRIMINALI U FL-INFURZAR TAL-LIġI

Din it-taqsima tagħti sommarju tal-funzjonijiet tad-dejta miżmuma kif deskritti mill-Istati Membri fil-kontributi tagħhom għall-evalwazzjoni.

Il-volum tad-dejta miżmuma li kellhom aċċess għaliha l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Il-volum kemm tat-traffiku tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll tat-talbiet għal aċċess għad-dejta qed jiżdied. L-istatistiċi li pprovdew 19-il Stat Membru għall-2008 u/jew għall-2009 jindikaw li, b’mod ġenerali fl-UE, kull sena tressqu iktar minn żewġ miljun talba għal dejta, b’varjanza sinifikanti bejn l-Istati Membri, minn inqas minn 100 fis-sena (Ċipru) għal iktar minn miljun (il-Polonja). Skont informazzjoni dwar it-tip ta' dejta mitluba li pprovdew tnax-il Stat Membru għall-2008 jew għall-2009, l-iktar tip ta’ dejta li tintalab ta’ spiss kienet relatata mat-telefonija ċellulari (ara t-Tabelli 5, 8 u 12). L-istatistiċi ma jindikawx l-għan preċiż li għalih tressqet kull talba. Ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja u l-Polonja ddikjaraw li fil-każ ta' dejta dwar it-telefonija ċellulari, l-awtoritajiet kompetenti kellhom jissottomettu l-istess talba lil kull wieħed mill-operaturi ewlenin tat-telefonija ċellulari, u li għaldaqstant in-numru attwali ta' talbiet għal kull każ kienu ħafna inqas milli jissuġġerixxu l-istatisitċi.

Ma hemm l-ebda spjegazzjoni ovvja għal dan in-nuqqas ta' qbil, għalkemm id-daqs tal-popolazzjoni, it-tendenzi prevalenti fil-kriminalità, il-limiti għall-iskopijiet, il-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-ispejjeż biex tinkiseb id-dejta lkoll huma fatturi rilevanti.

L-età tad-dejta miżmuma li sar aċċess għaliha

Fuq il-bażi ta' elenku statistiku li pprovdew l-Istati Membri[103] għall-2008 (ara s-sommarju fit-Tabella 5 u iktar dettalji fl-Anness)madwar disgħin fil-mija tad-dejta li kellhom aċċess għaliha l-awtoritajiet kompetenti f'dik is-sena kellha sitt xhur jew inqas u madwar sebgħin fil-mija kellha tliex xhur jew inqas meta saret it-talba inizjali għall-aċċess.

Tabella 5: Ħarsa ġenerali lejn l-età tad-dejta miżmuma li kien hemm aċċess għaliha f'disa' Stati Membri li pprovdew elenku bit-tip ta' dejta fl-2008 |

L-età | Telefonija fissa | Telefonija ċellulari | Dejta dwar l-internet | L-aggregat |

Inqas minn 3 xhur | 61% | 70% | 56% | 67% |

Bejn 3 u 6 xhur | 28% | 18% | 19% | 19% |

Bejn 6 xhur u 12-il xahar | 8% | 11% | 18% | 12% |

Iktar minn sena | 3% | 1% | 7% | 2% |

Skont il-parti l-kbira tal-Istati Membri, l-użu ta’ dejta miżmuma li għandha iktar minn tliet xhur u anke sitt xhur huwa inqas frekwenti imma tista' tkun kruċjali; l-użu tagħha kellu t-tendenza li jaqa’ fi tliet kategoriji. L-ewwel, dejta relatata mal-internet għandha t-tendenza li tintalab iktar tard minn forom oħrajn ta’ evidenza matul l-investigazzjonijiet kriminali. Analiżi tad-dejta dwar telefonija fuq netwerks fissi u dwar telefonija ċellulari ta’ spiss tiġġenera informazzjoni potenzjali li tirriżulta f’iktar talbiet għal dejta iktar antika. Pereżempju, jekk matul investigazzjoni instab isem fuq il-bażi ta’ dejta dwar telefonija fuq netwerks fissi jew dwar telefonija ċellulari, l-investigaturi jistgħu jkunu jridu jidentifikaw l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) li kienet qed tuża din il-persuna u jistgħu jkunu jridu jidentifikaw ma’ min kienet f’kuntatt din il-persuna tul ċertu perjodu ta’ żmien permezz ta’ dan l-indirizz tal-IP. F’xenarju ta’ din ix-xorta, huwa probabbli li l-investigaturi jitolbu dejta li tippermetti li jiġu rintraċċati anki komunikazzjonijiet ma’ indirizzi tal-IP oħrajn u l-identitajiet tal-persuni li jkunu użaw dawk l-indirizzi tal-IP.

It-tieni, l-investigazzjonijiet ta’ delitti partikolarment serji, ta’ sensiela ta’ delitti, tal- kriminalità organizzata u ta’ inċidenti terroristiċi għandhom it-tendenza li jistrieħu fuq dejta miżmuma iktar antika, fatt li jirrifletti t-tul ta’ żmien meħud sabiex jiġu ppjanati dawn ir-reati, biex jiġu identifikati x-xejriet ta' komportament kriminali u r-relazzjonijiet bejn il-kompliċi f'delitt u sabiex tiġi stabbilita l-intenzjoni kriminali. L-attivitajiet konnessi ma' delitti ta' finanzi kumplessi ħafna drabi jiġu skoperti wara ħafna xhur. It-tielet, u eċċezzjonalment, l-Istati Membri talbu wkoll dejta dwar it-traffiku miżmuma fi Stat Membru ieħor, li normalment jista' jirrilaxxa din id-dejta biss b’awtorizzazzjoni ġudizzjarja bi tweġiba għal ittra rogatorja maħruġa minn imħallef fl-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba. Din it-tip ta’ assistenza legali reċiproka tista’ tkun proċess li jieħu fit-tul, li jispjega għaliex uħud mid-dejta mitluba kellha iktar minn sitt xhur.

It-talbiet transkonfinali għad-dejta miżmuma

L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali jistgħu jinvolvu evidenza jew xhieda minn, jew avvenimenti li seħħew f’iktar minn Stat Membru wieħed. Skont l-istatistiċi pprovduti mill-Istati Membri, inqas minn 1 % tat-talbiet kollha għal dejta miżmuma kienu jikkonċernaw dejta miżmuma fi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi indikaw li huma jippreferu jitolbu dejta mingħand operaturi domestiċi, li setgħu ħażnu d-dejta rilevanti, iktar milli jniedu proċedura ta’ assistenza legali reċiproka li tista’ tieħu ħafna żmien mingħajr ma tagħti garanzija li l-aċċess għad-dejta se jingħata. Id-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi[104] tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li tistabbilixxi skadenzi għall-għoti ta’ informazzjoni wara talba mingħand Stat Membru ieħor, mhijiex applikabbli għaliex id-dejta miżmuma hija kkunsidrata bħala informazzjoni miksuba b’impożizzjoni, li taqa’ barra mill-ambitu tal-istrument. Madankollu, l-ebda Stat Membru jew awtorità tal-infurzar tal-liġi ma għamel talba sabiex skambju transkonfinali ta’ din ix-xorta jiġi ffaċilitat iktar.

Il-valur tad-dejta miżmuma f’investigazzjonijiet u fi prosekuzzjonijiet kriminali

Filwaqt li n-numru assolut ta' rapporti dwar it-talbiet għad-dejta mhux neċessarjament jirriflettu l-valur tad-dejta f'investigazzjonijiet kriminali individwali, l-Istati Membri ġeneralment irrappurtaw li ż-żamma tad-dejta kienet mill-inqas ta' valur, u f'ċerti każi indispensabbli[105], għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, inkluża l-protezzjoni tal-vittmi u l-ħelsien ta' dawk li jinstabu innoċenti fi proċedimenti kriminali. Il-kundanni li jirnexxu huma bbażati fuq dikjarazzjonijiet ta’ ħtija, dikjarazzjonijiet tax-xhieda jew evidenza forensika. Kien irrapportat li d-dejta miżmuma dwar it-traffiku kienet meħtieġa sabiex ikunu kkuntattjati xhieda ta’ inċident li kieku ma kinux jiġu identifikati, u sabiex tkun ipprovduta evidenza, jew informazzjoni ħalli tkun stabbilita l-kumpliċità f’delitt. Ċerti Stati Membri[106] sostnew ukoll li l-użu tad-dejta miżmuma għen sabiex tiġi stabbilita l-innoċenza ta’ persuni li kienu suspettati li wettqu delitti mingħajr ma ntużaw metodi oħrajn ta’ sorveljanza, bħal interċezzjonijiet jew tiftix fid-djar, li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala iktar intrużivi.

Ma hemm l-ebda definizzjoni ġenerali ta’ “kriminalità serja” fl-UE, u għaldaqstant ma hemm l-ebda statistika tal-UE dwar l-inċidenza tal-kriminalità serja jew tal-investigazzjonijiet jew tal-prosekuzzjonijiet tal-kriminalità serja, għalkemm tiġi ppubblikata regolarment dejta dwar il-kriminalità u l-ġustizzja. Il-volum aggregat tat-talbiet għal dejta miżmuma, kif ġie rrapportat minn 19-il Stat Membru li fornew xi tip ta' dejta għall-2009 u/jew għall-2008 kien ta’ madwar 2.6 miljun. Meta pparagunat mal-iktar statistiċi reċenti dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali disponibbli għal dawn id-19-il Stat Membru – li jirreferu għad-delitti kollha rrapurtati, mhux delitti serji biss – jista' jingħad li kien hemm ftit iktar minn żewġ talbiet talba għal kull uffiċjal tal-pulizija fis-sena, jew madwar 11-il talba għal kull 100 delitt irreġistrat[107].

Fuq il-bażi tal-istatistiċi u tal-eżempji pprovduti, li jorbtu l-użu tad-dejta storika miżmuma dwar il-komunikazzjonijiet man-numru ta’ kundanni, ta’ persuni lliberati mill-akkużi, ta’ każijiet li ma jitkomplewx u ta’ delitti pprevenuti, jistgħu jinġibdu numru ta’ konklużjonijiet dwar ir-rwol u l-valur tad-dejta miżmuma għall-investigazzjoni kriminali.

Il-bini tat-traċċi tal-evidenza

L-ewwel, id-dejta miżmuma tippermetti l-bini ta’ traċċi ta’ evidenza li jwasslu għal reat. Hija tintuża sabiex issir distinzjoni bejn, jew jiġu kkorraborati forom oħra ta’ evidenza dwar l-attivitajiet u l-konnessjonijiet bejn persuni suspettati. Id-dejta dwar il-lok b’mod partikolari intużat, kemm mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kif ukoll mill-akkużati, sabiex il-persuni suspettati jiġu esklużi mix-xeni tad-delitti u sabiex ikunu vverifikati l-alibi. Din l-evidenza għalhekk tista’ tneħħi lil persuni minn taħt investigazzjonijiet kriminali, biex b’hekk tkun eliminata l-ħtieġa għal investigazzjonijiet iktar intrużivi jew tista’ twassal biex persuni jiġu lliberati mill-akkużi waqt il-proċessi. Il-Belġju semma' l-kundanna fl-2008 ta' dawk li kkommettew il-ħtif ta' impġjegat tal-qorti kriminali ta' Antwerp, fejn id-dejta dwar il-lok li kienet torbot l-attivitajiet fi tlett ibliet separati kienet deċiżiva sabiex tikkonvinċi lill-ġurija bil-kompliċità tagħhom. F’każ ieħor, dak ta’ omiċidju relatat ma’ tajfa ta’ motoċiklisti fl-2007, id-dejta dwar il-lok mit-telefowns ċellulari tat-trasgressuri pprovat li kienu f’dawk l-inħawi meta seħħ l-omiċidju u dan wassal għal ammissjoni parzjali[108]. Skont il-Belġju, l-Irlanda u r-Renju unit, ċerti delitti li jinvolvu komunikazzjoni minn fuq l-internet jistgħu jiġu investigati biss permezz taż-żamma tad-dejta: pereżempju, theddid ta’ vjolenza espress f’chat rooms ta’ spiss ma jħalli l-ebda traċċa ħlief id-dejta dwar it-traffiku fiċ-ċiberspazju. Tapplika sitwazzjoni simili fil-każ ta' reati li jsiru minn fuq it-telefon. L-Ungerija u l-Polonja semmew każ ta' frodi kontra nies anzjani fl-aħħar tal-2009 u l-bidu tal-2010 li sar permezz ta' telefonati fejn it-trasgressuri għamluha ta' membri tal-familja li kellhom bżonn jisselfu l-flus u li setgħu jiġu identifikati biss permezz ta' dejta tat-telefonija miżmuma.

Il-bidu ta’ investigazzjonijiet kriminali

It-tieni, kien hemm każijiet fejn, fin-nuqqas ta’ evidenza forensika jew ta’ xhud li jkun ra l-fatti, l-uniku mod biex tinbeda investigazzjoni kriminali kien li tiġi kkonsultata d-dejta miżmuma. Il-Ġermanja semmiet l-eżempju tal-omiċidju ta’ uffiċjal tal-pulizija, fejn l-attakkant kien ħarab fil-vettura tal-vittma, li abbandunaha iktar tard. Kien possibbli li jiġi stabbilit li mbagħad huwa ċempel għal mezz alternattiv ta’ trasport. Ma kien hemm l-ebda evidenza forensika jew ta’ xhud li ra l-fatti dwar l-identità tal-qattiel, u l-awtoritajiet straħu fuq id-disponibbiltà ta’ din id-dejta dwar it-traffiku sabiex setgħu jkomplu bl-investigazzjoni. F'każi ta' abbuż sesswali tat-tfal relatat mal-internet, iż-żamma tad-dejta kienet indispensabbli għas-suċċess tal-investigazzjonijiet. Flimkien ma' tekniki investigattivi oħra id-dejta miżmuma tgħin fl-identifikazzjoni ta' konsumaturi tal-materjal fuq l-abbuż tat-tfal[109], u tassisti biex jiġu identifikati u salvati vittmi tfal. Ir-Repubblika Ċeka rrappurtat li mingħajr aċċess għal dejta miżmuma relatata mal-internet kien ikun impossibbli li jinfetħu investigazzjonijiet bħala parti mill-'Operation Vilma' f'netwerk ta' utenti u disseminaturi ta' pronografija tat-tfal. Fil-livell tal-UE, l-effikaċja tal-Operation Rescue (li hija ffaċilitata mill-Europol) fil-protezzjoni tat-tfal kontra l-abbuż kienet imxekkla minħabba li n-nuqqas ta' leġiżlazzjoni ta' traspożizzjoni rigward iż-żamma tad-dejta ma ppermettiex lil ċerti Stati Membri li jinvestigaw membri ta' netwerk pedofilu internazzjonali estensiv billi jiżaw l-indirizzi IP, li setgħu kienu ilhom maħżuna sa sena.

Fl-investigazzjoni taċ-ċiberkriminalità, indirizz tal-IP ta’ spiss ikun l-ewwel informazzjoni. L-awtorità tal-infurzar tal-liġi, permezz tal-irkupru tad-dejta dwar it-traffiku, tista’ tidentifika lill-abbonat wara l-indirizz tal-IP, qabel ma tiddetermina jekk tistax tiġi varata investigazzjoni kriminali. Barra minn hekk, dan jagħti possibbiltà lill-pulizija biex iwissu lil vittmi potenzjali ta’ attakki ċibernetiċi: fejn il-pulizija jirnexxielhom jaqbdu server ta’ kmand u kontroll (command-and-control server) użat mill-operaturi ta’ Botnets (netwerks ta’ kompjuters kompromessi jew kompjuters żombi li jintużaw biex iwettqu attivitajiet, fosthom reati elettroniċi, ta’ sikwit mingħajr ma jkunu jafu l-utenti tal-kompjuters kompromessi stess), huma jkunu jistgħu jaraw biss l-indirizzi tal-IP konnessi ma’ dak is-server; imma billi jkollhom aċċess għad-dejta miżmuma, il-pulizija jkunu jistgħu jidentifikaw u jwissu lill-vittmi potenzjali li jkollhom dawk l-indirizzi tal-IP.

Id-dejta miżmuma hija parti integrali mill-investigazzjoni kriminali

It-tielet, filwaqt li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-qrati fil-maġġoranza tal-Istati Membri ma jżommux statistiċi dwar it-tip ta' evidenza li kienet kruċjali għall-konferma tal-kundanni jew il-ħelsien, id-dejta miżmuna hija integrali għall-investigazzjoni kriminali u l-prosekuzzjoni fl-UE. Ċerti Stati Membri qalu li mhux dejjem setgħu jiżolaw l-impatt tad-dejta miżmuma fuq is-suċċess ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali, minħabba li l-qrati jikkunsidraw l-evidenza kollha ppreżentata lilhom u rarament isibu biċċa waħda ta' evidenza li kienet konklużiva[110]. Il-Pajjiżi l-Baxxi rrapportaw li, minn Jannar sa Lulju 2010, id-dejta storika dwar it-traffiku kienet fattur deċiżiv f’24 sentenza tal-qorti. Il-Finlandja rrappurtat li f'56% mit-3405 talbiet, id-dejta miżmuma kienet jew 'importanti' jew 'essenzjali' għall-iskoperta u/jew il-prosekuzzjoni ta' kawżi kriminali. Ir-Renju Unit ipprovda dejta li ppruvat tikkwantifika l-impatt taż-żamma tad-dejta fuq il-prosekuzzjonijiet kriminali; huwa rrapporta li, għal tlieta mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tiegħu, id-dejta miżmuma intużat fil-parti l-kbira jekk mhux fl-investigazzjonijiet kollha li rriżultaw fi prosekuzzjoni kriminali jew f’kundanna.

L-iżviluppi teknoloġiċi u l-użu ta’ SIM cards imħallsin minn qabel

L-infurzar tal-liġi jeħtieġ li jimxi pari passu mal-iżviluppi teknoloġiċi li jintużaw sabiex jitwettaq delitt jew sabiex tingħata għajnuna ħalli jitwettaq delitt. Iż-żamma tad-dejta hija fost l-għodod ta’ investigazzjoni kriminali meħtieġa sabiex l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu armati ħalli jindirizzaw l-isfidi kontemporanji tal-kriminalità fid-diversità, fil-volum u fil-veloċità tagħhom b’mod li jista’ jiġi ġestit u li jkun effiċjenti fl-infiq. Numru ta’ forom dejjem iktar komuni ta’ komunikazzjoni jaqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva. In-Netwerks Privati Virtwali (VPN), pereżempju fl-universitajiet jew fil-korporazzjonijiet il-kbar, jippermettu li diversi utenti jkollhom aċċess għall-internet permezz ta’ mogħdija waħda billi jintuża l-istess indirizz tal-IP. Madankollu, bħalissa qed tiġi introdotta teknoloġija ġdida li tippermetti li jiġu attribwiti indirizzi lil utenti individwali tal-VPN.

Il-proporzjon tal-utenti tat-telefonija ċellulari li jużaw servizzi mħallsin minn qabel ivarja min-naħa għall-oħra tal-UE. Uħud mill-Istati Membri sostnew li s-SIM cards anonimi u mħallsin minn qabel, speċjalment meta jinxtraw fi Stat Membru ieħor, jistgħu jintużaw ukoll minn dawk involuti f’attività kriminali bħala mezz sabiex jevitaw li jiġu identifikati f’investigazzjoni kriminali[111]. Sitt Stati Membri (id-Danimarka, Spanja, l-Italja, il-Greċja, is-Slovakkja, il-Bulgarija) adottaw miżuri li jeżiġu r-reġistrazzjoni ta’ SIM cards imħallsin minn qabel. Dawn u Stati Membri oħrajn (il-Polonja, Ċipru, il-Litwanja) argumentaw favur miżura mifruxa mal-UE kollha għal reġistrazzjoni mandatorja tal-identità tal-utenti tas-servizzi mħallsin minn qabel. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza dwar l-effikaċja ta’ dawk il-miżuri nazzjonali. Il-limiti potenzjali ġew enfasizzati, pereżempju fil-każijiet ta’ serq ta’ identità jew fejn SIM card tinxtara minn parti terza jew minn utent li jagħmel roaming b’card mixtrija f’pajjiż terz. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni mhijiex konvinta li f’dan l-istadju jeħtieġ li tittieħed azzjoni f’dan il-qasam fuq il-livell tal-UE.

L-IMPATT TAż-żAMMA TAD-DEJTA FUQ L-OPERATURI U FUQ IL-KONSUMATURI

L-operaturi u l-konsumaturi

F’dikjarazzjoni konġunta lill-Kummissjoni, ħames assoċjazzjonijiet prinċipali tal-industrija ddikjaraw li l-impatt ekonomiku tad-Direttiva kien wieħed “sostanzjali” [traduzzjoni mhux uffiċjali] jew “enormi għal operaturi iżgħar fid-daqs” [traduzzjoni mhux uffiċjali] għaliex id-Direttiva tħalli “marġni wiesa’ għal manuvri”[112] [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Tmien operaturi ppreżentaw estimi tan-nefqa li jvarjaw ħafna f'termini ta' spiża kapitali u operazzjonali għall-osservanza tad-Direttiva. Dawn l-affermazzjonijiet jistgħu jiġu kkonfermati minn indikazzjonijiet tal-livelli ta’ rimborż tal-ispejjeż tal-operaturi kif ġew irrapportati minn erbgħa mill-Istati Membri (ara t-Tabella 6).

Studju li sar qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva f'ħafna mill-Istati Membri sab li l-ispiża biex tkun stabbilita sistema għaż-żamma tad-dejta għal fornitur tas-servizzi tal-internet li jaqdi nofs miljun klijent hija ta’ madwar EUR 375 240 fl-ewwel sena u minn hemm 'il quddiem EUR 9 870 spejjez operazzjonali fix-xahar[113], u l-ispejjeż biex tkun stabbilita sistema għall-irkupru tad-dejta jammontaw għal EUR 131 190, bl-ispejjeż operattivi jammontaw għal EUR 28 960 fix-xahar. Madankollu, il-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża fis-sentenza tagħha tat-2 ta' Marzu 2010 sabet li l-impożizzjoni tal-obbligu tal-ħżin ma kienx "b'mod partikolari eċċessivament ta' piż għall-fornituri tas-servizz [lanqas] sproporzjonat rigward il-piżijiet finanzjarji tal-impriżi bħala riżultat tal-obbligu tal-ħżin'[114]. L-ispejjeż tal-ħżin għal kull unit ta' dejta huma negattivament relatati mad-daqs tal-operatur u l-livell ta' standardizzazzjoni adottata minn Stat Membru għal interazzjoni mal-operaturi[115].

Il-maġġoranza tal-operaturi, fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ma setgħux jikkwantifikaw l-impatt tad-Direttiva fuq il-kompetizzjoni, il-prezzijiet bl-imnut fuq il-konsumaturi jew l-investiment f'infrastruttua u servizzi.

M'hemmx evidenza ta' xi effett kwantifikabbli jew sostanzjali li d-Direttiva għandha fuq il-prezzijiet għall-konsumatur tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; ma kienx hemm kontribuzzjonijiet mir-rappreżentanti tal-konsumaturi fil-konsultazzjoni pubblika tal-2009. Sondaġġ li sar fil-Ġermanja f'isem organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili indika li l-konsumaturi kellhom l-intenzjoni li f'ċerti ċirkostanzi jbiddlu l-komportament tagħhom ta' komunikazzjoni u jevitaw l-użu ta' komunikazzjoinjiet elettroniċi, madankollu ma teżisti ebda evidenza biex tikkorrobora li saret xi bidla fil-komportament fi kwalunkwe Stat Membru kkonċernat jew fl-UE inġenerali[116].

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tanalizza l-impatt ta' tibdil futur fid-Direttiva fuq l-industrija u fuq il-konsumaturi, inkluż, possibbilment, permezz ta' sondaġġ speċifiku tal-Eurobarometer biex tiskandalja l-perċezzjonijiet tal-pubbliku.

Ir-rimborż tal-ispejjeż

Id-Direttiva ma tirregolax ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru mill-operaturi bħala riżultat tar-rekwiżit taż-żamma tad-dejta. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinftiehemu bħala li huma:

11. nefqa operattiva , jiġifieri spejjeż operattivi jew spejjeż rikorrenti li jkunu relatati mat-tħaddim tan-negozju, ma’ apparat, ma’ komponent, ma’ biċċa tagħmir jew ma’ faċilita; kif ukoll;

12. nefqa kapitali , jiġifieri infiq li joħloq benefiċċji futuri, jew l-ispiża biex jiġu żviluppati jew ipprovduti partijiet mhux ta’ konsum għall-prodott jew għas-sistema, li tista’ tinkludi l-ispiża tal-ħaddiema u l-ispejjeż tal-faċilità bħall-kera u l-utilitajiet.

L-Istati Membri kollha jiżuraw xi forma ta' rimborż jekk id-dejta tkun mitluba fil-kuntest ta' proċedura kriminali fil-qorti. Żewġ Stati Membri rrapportaw li huma jirrimborżaw kemm in-nefqa operattiva kif ukoll dik kapitali. Sitta jirrimborżaw biss in-nefqa operattiva. Ma ġiet notifikata ebda forma oħra ta' rimborż lill-Kummissjoni. Id-dettalji qegħdin fit-Tabella 6.

Tabella 6: L-Istati Membri li jirrimborżaw l-ispejjeż |

Stat Membru | Nefqa operattiva | Nefqa kapitali | Spejjeż annwali ta’ rimborż (EUR miljun) |

Il-Belġju | Iva | Le | 22 (2008) |

Il-Bulgarija | Le | Le | - |

Ir-Repubblika Ċeka | Id-Direttiva ma ġietx trasposta[117]. |

Id-Danimarka | Iva | Le | - |

Il-Ġermanja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

L-Estonja | Iva | Le | - |

L-Irlanda | Le | Le | - |

Il-Greċja | Le | Le | - |

Spanja | Le | Le | - |

Franza | Iva | Le | - |

L-Italja | - | - | - |

Ċipru | Le | Le | - |

Il-Latvja | Le | Le | - |

Il-Litwanja | Iva, jekk it-talba tkun ġustifikata. | Le | - |

Il-Lussemburgu | Le | Le | - |

L-Ungerija | Le | Le | - |

Malta | Le | Le | - |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | Iva | Le | - |

L-Awstrija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

Il-Polonja | Le | Le | - |

Il-Portugall | Le | Le | - |

Ir-Rumanija | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

Is-Slovenja | Le | Le | - |

Is-Slovakkja | Le | Le | - |

Il-Finlandja | Iva | Iva | 1 |

L-Isvezja | Id-Direttiva ma ġietx trasposta |

Ir-Renju Unit | Iva | Iva | 55 (irrimborżati b’kollox għal spejjeż li saru matul tliet snin) |

Minn dak li ngħad iktar ’il fuq jista’ jiġi konkluż li d-Direttiva ma laħqitx għal kollox l-għan tagħha li tistabbilixxi kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi kollha fl-UE. Il-kummissjoni għalhekk se tikkunsidra l-possibbiltajiet sabiex ikunu minimizzati l-ostakoli għall-funzjonament tas-suq intern billi jiġi żgurat li l-operaturi jiġu rrimborżati b’mod iktar konsistenti għall-ispejjeż li jkollhom talli jikkonformaw irwieħhom mar-rekwiżiti taż-żamma tad-dejta, b’attenzjoni partikolari għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.

L-IMPLIKAZZJONIJIET TAż-żAMMA TAD-DEJTA GħAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI

Id-drittijiet fundamentali għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-dejta personali

Iż-żamma tad-dejta, tikkostitwixxi limitu għad-dritt għal ħajja provata u l-protezzjoni ta' dejta personali li fl-UE huma drittijiet fundamentali[118]. Limitazzjoni ta’ din ix-xorta, skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandha tkun "prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta’ dawk id-drittijiet bla ħsara għall-prinċipju ta’ proporzjonalità”, u tkun iġġustifikata kif ikun meħtieġ u fejn jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-UE jew tiġi sodisfatta l-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn. Fil-prattika dan ifisser li kwalunkwe limitazzjoni trid[119]:

13. tkun formulata f'manjiera ċara u prevedibbli;

14. tkun metieġa li tilħaq objettiv ta' interess ġenerali jew li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn;

15. għandha tkun fi proporzjon mal-għan mixtieq; kif ukoll;

16. tippreżerva l-essenza tad-drittijiet fundamentali kkonċernati.

L-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirrikonoxxi wkoll li l-interferenza minn awtorità pubblika tad-dritt ta’ persuna għall-privatezza tista’ tkun iġġustifikata, kif ikun meħtieġ, fl-interess tas-sigurtà nazzjonali, tas-sikurezza pubblika jew tal-prevenzjoni tal-kriminalità[120]. L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika u l-premessi għad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta jirrepetu dawn il-prinċipji li jirfdu l-approċċ tal-UE għaż-żamma tad-dejta.

Sussegwentement, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem żviluppat il-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti minn kwalunkwe limitu għad-dritt għall-privatezza. Dawn is-sentenzi huma ta’ rilevanza għal jekk id-Direttiva għandhiex tiġi emendata, partikolarment f’termini tal-kundizzjonijiet għall-aċċess għal dejta miżmuma u għall-użu tagħha.

Kwalunkwe limitu għad-dritt għall-privatezza jrid ikun preċż u jippermetti l-prevedibbiltà.

Fil-kawża Österreichischer Rundfunk, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li kwalunkwe interferenza fil-liġi rigward id-dritt għall-privatezza trid tkun 'ifformulata b'biżżejjed preċiżjoni li tippermetti liċ-ċittadin jaġġusta l-imġieba tiegħu skont dan...[sabiex tkun konformi mal-] ħtieġa tal-prevedibbiltà.'

Kwalunkwe restrizzjoni għad-dritt għall-privatezza trid tkun strettament meħtieġa b’salvagwardji minimi.

Fil-kawża Copland vs Ir-Renju Unit li kienet tikkonċerna l-monitoraġġ tat-telefonati, tal-korrispondenza bl-email u tal-użu tal-internet ta’ persuna mill-Istat, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sostniet li restrizzjoni ta’ din ix-xorta għad-dritt għall-privatezza tista’ tiġi kkunsidrata bħala meħtieġa biss jekk tkun ibbażata fuq leġiżlazzjoni domestika rilevanti[121]. F’S. u Marper v Ir-Renju Unit, li kienet tikkonċerna ż-żamma tal-profili tad-DNA jew tal-marki tas-swaba’ ta’ kwalunkwe persuna meħlusa mill-akkużi li wettqet delitt jew li l-proċeduri fil-konfront tagħha twaqqfu qabel kwalunkwe kundanna, il-Qorti sostniet li restrizzjoni ta’ din ix-xorta għad-dritt għall-privatezza tista’ tkun iġġustifikata biss jekk twieġeb għal ħtieġa soċjali imperattiva jekk tkun proporzjonata għall-għan mixtieq u jekk ir-raġunijiet imressqa mill-awtorità pubblika sabiex tiġġustifikaha jkunu rilevanti u suffiċjenti[122]. Il-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-dejta kienu jeżiġu li ż-żamma tad-dejta tkun proporzjonata b’relazzjoni mal-iskop tal-ġbir, u li l-perjodu tal-ħżin ikun wieħed limitat[123]. Għat-tapping tat-telefonati, għas-sorveljanza sigrieta u għall-ġbir ta’ intelligence bil-moħbi “[kien] essenzjali […] li jkun hemm regoli ċari u dettaljati li jirregolaw l-ambitu u l-applikazzjoni tal-miżuri, kif ukoll salvagwardji minimi li jikkonċernaw, fost l-oħrajn, it-tul, il-ħżin, l-użu, l-aċċess ta’ partijiet terzi, il-proċeduri sabiex ikunu ppreservati l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta u l-proċeduri għall-qerda tagħha, biex b’hekk ikunu pprovduti biżżejjed garanziji kontra r-riskju ta’ abbuż u ta’ arbitrarjetà” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

Kwalunkwe limitu għad-dritt għall-privatezza jrid ikun proporzjonat għall-interess ġenerali

Bl-istess mod, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fid-deċiżjoni tagħha dwar il-kawża Schecke & Eifert li kienet tikkonċerna l-pubblikazzjoni fuq l-internet tar-riċeventi kollha ta’ sussidji agrikoli[124], sabet li ma kienx jidher li l-leġiżlatura tal-UE kienet ħadet passi xierqa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn ir-rispett tal-kontenut essenzjali tad-dritt għall-privatezza u l-interess ġenerali (it-trasparenza) kif ġie rikonoxxut mill-UE. B'mod partikolari il-Qorti sabet li l-leġiżlaturi ma kinux ikkunsidraw metodi oħra li jkunu iktar konsistenti mal-objettiv filwaqt li jkun hemm inqas interferenza mad-dritt tal-benefiċjarji tas-sussidji għar-rispett lejn il-ħajja privata tagħhom u l-protezzjoni tad-dejta personali. Bħala riżultat, il-Qorti sostniet li l-leġiżlaturi kienu marru 'lil hinn mil-limiti tal-proporzjonalità, minħabba li 'limitazzjoni rigward il-protezzjoni tad-dejta personali trid tapplika biss safejn hu strettament meħtieġ.'

Kritika għall-prinċipju taż-żamma tad-dejta

Għadd ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kitbu lill-Kummissjoni fejn argumentaw li ż-żamma tad-dejta, fil-prinċipju, hija restrizzjoni inġustifikata u mhux meħtieġa għad-dritt għall-privatezza tal-individwi. Huma jikkunsidraw li ż-żamma “komprensiva u indiskriminatorja” [traduzzjoni mhux uffiċjali] mhux kunsenswali tad-dejta dwar it-traffiku, dwar il-lok u dwar l-abbonati tat-telekomunikazzjonijiet tal-individwi hija restrizzjoni illegali għad-drittijiet fundamentali. Wara kawża li tressqet quddiem il-qrati fi Stat Membru (l-Irlanda) minn grupp tad-drittijiet ċivili, il-kwistjoni tal-legalità tad-Direttiva għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja[125]. Barra minn hekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta esprima dubji rigward il-ħtieġa tal-miżura.

Is-sejħiet għal regoli dwar is-sigurtà tad-dejta u dwar il-protezzjoni tad-dejta iktar b’saħħithom

Ir-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar it-tieni azzjoni ta' infurzar argumenta li l-ksur tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u tal-libertà tal-espressjoni kien inerenti fil-ħżin ta’ kwalunkwe dejta dwar it-traffiku. Huwa kkritika ċerti aspetti tal-implimentazzjoni nazzjonali, b’mod partikolari r-reġistrazzjoni tad-dejta, il-perjodi ta’ żamma, it-tip ta’ dejta miżmuma u l-miżuri ta’ sigurtà tad-dejta. Il-Grupp ta’ Ħidma rrapporta każijiet fejn inżammu dettalji tal- kontenut ta’ komunikazzjonijiet relatati mal-internet, li huwa barra mill-ambitu tad-Direttiva, inklużi l-indirizzi ta’ destinazzjoni tal-IP u l-URL tal-websajts, l-intestatura tal-emails u l-lista ta’ riċeventi fil-qasam “cc”. Għalhekk, huwa talab li jkun hemm kjarifika li l-kategoriji huma eżawrjenti, u li l-ebda obbligu addizzjonali ta’ żamma tad-dejta ma għandu jkun impost fuq l-operaturi.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta asserixxa li d-Direttiva “naqset milli tarmonizza l-leġiżlazzjoni nazzjonali” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u li l-użu tad-dejta miżmuma mhuwiex limitat b’mod strett għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja[126]. Huwa ddikjara li strument tal-UE li jikkonsisti f'regoli dwar iż-żamma obbligatorja tad-dejta, fil-każ li tintwera l-ħtieġa, għandu wkoll ikun jikkonsisti f'regoli dwar l-aċċess ta' dawk li jinfurzaw il-liġi u dwar użu ulterjuri. Huwa talab lill-UE sabiex tadotta qafas leġiżlattiv komprensiv li mhux biss jimponi obbligi fuq l-operaturi sabiex iżommu d-dejta, imma wkoll jirregola kif l-Istati Membri jużaw id-dejta għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, sabiex tinħoloq “ċertezza legali għaċ-ċittadini” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

B’mod ġenerali, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta argumentaw li ż-żamma tad-dejta fiha nfisha timplika riskju ta’ ksur potenzjali tal-privatezza, li d-Direttiva ma tindirizzax fuq livell tal-UE, imma minflok teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw irwieħhom li jiġu osservati r-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta. Filwaqt li ma hemm l-ebda eżempju konkret ta’ ksur serju tal-privatezza, ir-riskju ta’ ksur tas-sigurtà tad-dejta se jibqa’ u jista’ jikber bl-iżviluppi fit-teknoloġija u fit-tendenzi fil-forom ta’ komunikazzjonijiet, irrispettivament minn jekk id-dejta tinħażinx għal skopijiet kummerċjali jew ta’ sigurtà, fi ħdan jew barra mill-UE, sakemm ma jiġux stabbiliti iktar salvagwardji.

KONKLUżJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Dan ir-rapport enfasizza numru ta’ benefiċċji u ta’ oqsma għal titjib tas-sistema attwali taż-żamma tad-dejta fl-UE. L-UE adottat id-Direttiva fi żmien ta’ allert kbir minħabba attakki terroristiċi imminenti. Il-valutazzjoni tal-impatt li bi ħsiebha tagħmel il-Kummissjoni jipprovdi opportunità li ssir analiżi taż-żamma tad-dejta fl-UE fil-konfront tat-testijiet tan-neċessità u tal-proporzjonalità, rigward u fl-interessi tas-sigurtà interna, tal-funzjonament mingħajr problemi tas-suq intern u tat-tisħiħ tar-rispett għall-privatezza u għad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali. Il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-qafas dwar iż-żamma tad-dejta għandha tibni fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin.

L-UE għandha tappoġġja u tirregola ż-żamma tad-dejta bħala miżura għas-sigurtà

Diversi Stati Membri huma tal-fehma li r-regoli tal-UE dwar iż-żamma tad-dejta jibqgħu neċessarji bħala għodda għall-infurzar tal-liġi, il-protezzjoni tal-vittmi u s-sistemi tal-investigazzjoni kriminali. L-evidenza fil-forma ta' statistiċi u eżempji, li pprovdew l-Istati Membri hija f'ċerti aspetti limitata iżda minkejja dan tixhed għar-rwol importanti li għandha ż-żamma tad-dejta għall-investigazzjoni kriminali. Din id-dejta tipprovdi informazzjoni u evidenza siewja fil-prevenzjoni u fil-prosekuzzjoni tad-delitti u biex tkun żgurata l-ġustizzja kriminali. L-użu tagħha rriżulta f’kundanni għal reati kriminali li, mingħajr iż-żamma tad-dejta, setgħu ma jiġu solvuti qatt. Irriżultat ukoll fil-ħelsien ta' persuni innoċenti. Ir-regoli armonizzati f’dan il-qasam jiżguraw li l-għodda taż-żamma tad-dejta tkun effettiva biex tiġi miġġielda l-kriminalità, li l-industrija jkollha ċ-ċertezza legali f’suq intern li jiffunzjona mingħajr problemi, u li l-livelli għoljin tar-rispett għall-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta personali jkunu applikati b’mod konsistenti mal-UE kollha.

It-traspożizzjoni ma kinitx l-istess għal kulħadd

Il-leġiżlazzjoni ta' traspożizzjoni hija fis-seħħ fi 22 Stat Membru. Il-libertà wiesgħa li tħalliet f'idejn l-Istati Membri biex jadottaw il-miżuri ta' żamma taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tagħmel il-valutazzjoni tad-Direttiva dear iż-Żamma tad-Dejta ferm problematika. Hemm differenzi konsiderevoli bejn il-liġi ta' traspożizzjoni fl-oqsma tal-limitazzjoni tal-iskop, l-aċċess għad-dejta, il-perjodi ta’ żamma, il-protezzjoni tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta u l-istatistiċi. Tliet Stati Membri kisru d-Direttiva peress li l-leġiżlazzjoni ta' traspożizzjoni tagħhom ġiet annullata mill-qrati kostituzzjonali rispettivi tagħhom. Żewġ Stati Membri oħrajn għad iridu jittrasponu. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri kollha sabiex tagħti għajnuna ħalli tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva. Se tkompli wkoll bir-rwol tagħha li tinforza l-liġi tal-UE, fl-aħħar mill-aħħar billi tuża l-proċeduri ta’ ksur jekk dan ikun mitlub.

Id-Direttiva la armonizzat b’mod sħiħ l-approċċ għaż-żamma tad-dejta u lanqas ħolqot kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi kollha

Id-Direttiva żgurat li ż-żamma tad-dejta issa ssir fil-parti l-kbira tal-Istati Membri. Id-Direttiva ma tagħtix fiha nfisha garanzija li d-dejta miżmuma qed tinħażen, tiġi rkuprata u użata f'konformità sħiħa mad-dritt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Ir-responsabbiltà biex ikunu żgurati dawn id-drittijiet hija tal-Istati Membri. Id-Direttiva fittxet biss armonizzazzjoni parzjali tal-approċċi għaż-żamma tad-dejta; għalhekk, mhuwiex sorprendenti li ma hemm l-ebda approċċ komuni, kemm f’termini ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva, bħal limitu għall-iskopijiet jew perjodi ta’ żamma, kif ukoll f’termini ta’ aspetti li jaqgħu barra mill-ambitu, bħar-rimborż tal-ispejjeż. Madankollu, 'lil hinn mill-grad ta' varjazzjoni li espliċitament tipprovdi għaliha d-Direttiva, id-differenzi fl-applikazzjoni nazzjonali taż-żamma tad-dejta ippreżentaw ħafna diffikultajiet għall-operturi.

L-operaturi għandhom jiġu rrimborżati għall-ispejjeż li jagħmlu b’mod iktar konsistenti

Qed ikompli l-istat ta’ nuqqas ta’ ċertezza legali għall-industrija. L-obbligu li tinżamm u tiġi rkuprata d-dejta jirrappreżenta spiża sostanzjali għall-operaturi, speċjalment operaturi iżgħar fid-daqs, u l-operaturi jiġu affettwati u rimborżati b’mod differenti f’uħud mill-Istati Membri meta pparagunati ma’ oħrajn, għalkemm ma hemm l-ebda evidenza li s-settur tat-telekomunikazzjonijiet b’mod ġenerali ġie affettwat ħażin minħabba d-Direttiva. Il-Kummissjoni se tikkunsidra modi kif jiġi pprovdut rimborż konsistenti għall-operaturi.

Tiġi żgurata l-proporzjonalità fil-proċess mill-bidu sal-aħħar tal-ħżin, tal-irkupru u tal-użu

Il-Kummissjoni se tiżgura li kwalunkwe proposta futura dwar iż-żamma tad-dejta tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u tkun xierqa biex jintlaħaq l-għan li tkun miġġielda l-kriminalità serja u t-terroriżmu u li ma tmurx 'il hinn minn dak li hu meħtieġ biex dan isir. Se tirrikonoxxi li kwalunkwe eżenzjoni jew limitazzjoni rigward il-protezzjoni ta' dejta personali għandha tapplika biss safejn huwa meħtieġ. Se tikkunsidra fil-fond l-implikazzjonijiet għall-effikaċja u għall-effiċjenza tas-sistema tal-infurzar tal-liġi u tal-ġustizzja kriminali, għall-privatezza u għall-ispejjeż għall-amministrazzjoni pubblika u għall-operaturi ta’ regolamentazzjoni iktar stretta tal-ħżin, tal-aċċess għal u tal-użu tad-dejta miżmuma. B’mod partikolari, fil-valutazzjoni tal-impatt għandhom jiġu eżaminati l-oqsma li ġejjin:

- konsistenza fil-limitazzjoni tal-iskop taż-żamma tad-dejta u fit-tipi ta’ delitti sabiex ikun possibbli l-aċċess għal dejta miżmuma u l-użu tagħha;

- iktar armonizzazzjoni tal-perjodi ta’ żamma mandatorja tad-dejta, u possibbilment it-tqassir tagħhom;

- tkun żgurata superviżjoni indipendenti tat-talbiet għal aċċess u għas-sistema globali taż- żamma tad-dejta u l-aċċess tagħha applikati fl-Istati Membri kollha;

- jiġu limitati l-awtoritajiet li jkunu awtorizzati jkollhom aċċess għad-dejta;

- jitnaqqsu l-kategoriji tad-dejta li għandhom jinżammu;

- gwida dwar miżuri tekniċi u sigurtà organizzattiva għal aċċess tad-dejta, inkużi l-proċeduri ta’ trasferiment;

- gwida dwar l-użu tad-dejta inkluża l-prevenzjoni tal-estrazzjoni tad-dejta; kif ukoll;

- jiġu żviluppati metrika u proċeduri ta’ rapportar fattibbli sabiex ikunu ffaċiliti t-tqabbil tal-applikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ strument futur.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll jekk approċċ tal-UE għall-preservazzjoni tad-dejta jistax jikkomplementa ż-żamma tad-dejta u jekk iva kif għandu jsir dan.

B'referenza għal-lista ta' kontroll rigward id-drittijiet fundamentali u l-approċċ għall-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja[127], tal-Kummissjoni se tikkunsidra kull wieħed minn dawn l-oqsma skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u r-rekwiżit tal-prevedibbiltà. Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll li jkun hemm konsistenza mar-reviżjoni tal-qafas għall-protezzjoni tad-dejta tal-UE[128].

Il-passi li jmiss

Fid-dawl ta' din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni se tipproponi reviżjoni tal-qafas attwali dwar iż-żamma tad-dejta. Se toħloq numru ta' alternattivi f'konsultazzjoni maż-żamma tal-ordni, il-ġudikatura, l-industrija u gruppi tal-konsumaturi, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Se tirriċerka perċezzjonijiet pubbliċi ulterjuri dwar iż-żamma tad-dejta u l-impatt tagħha fuq il-komportament. Dak li jirriżulta se jikkontribwixxi għal valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi ta' politika li jiġu identifikati li se tipprovdi l-bażi għall-proposta tal-Kummissjoni.

Anness: Statistiċi addizzjonali dwar iż-żamma tad-dejta dwar it-traffiku

Noti għall-Anness

1. L-età tad-dejta tfisser iż-żmien li jkun għadda bejn id-data li fiha nżammet id-dejta u d-data li fiha l-awtorità kompetenti talbet it-trasmissjoni tad-dejta.

2. Dejta relatata mal-internet tfisser dejta rigward l-aċċess għall-internet, email bl-internet u telefonija bl-internet.

3. Statistiċi għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja u l-Polonja huma suġġetti għal caveat (ara Taqsima 5.1).

Statistiċi sottomessi mill-Istati Membri għall-2008

Tabella 7: Talbiet għal dejta dwar it-traffiku miżmuma skont l-età, fl-2008 |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Ebda tqassim bl-età pprovdut | 3093 |

Il-Polonja | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Ebda tqassim bl-età pprovdut | 2821 |

Is-Slovakkja | Mhux ipprovdut |

Il-Finlandja | 9134 | 1144 | 448 | 214 | 268 | 4008 |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Tip ta' dejta/ Stat Membru | Telefonija fissa | Telefonija ċellulari | Relatati mal-internet | Total |

Il-Belġju | Mhux ipprovdut |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

Ir-Repubblika Ċeka | 4983 (131) | 125040 (2276) | 1537 (83) | 131560 (2490) |

Id-Danimarka | 192 (0) | 3273 (5) | 134 (0) | 3599 (5) |

Il-Ġermanja | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 12684 (931) |

L-Estonja | 4114 (1519) | 376 (7) | Mhux ipprovdut | 4490 (1526) |

L-Irlanda | 5317 (16) | 5873 (48) | 2905 (33) | 14095 (97) |

Il-Greċja | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 584 |

Spanja | 4448 (0) | 40013 (0) | 9117 (0) | 53578 (0) |

Franza | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 503437 |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

Ċipru | 3 (0) | 31 (5) | 0 (0) | 34 (5) |

Il-Latvja | 1602 (90) | 14238 (530) | 1052 (76) | 16892 (696) |

Il-Litwanja | 765 (72) | 84550 (5657) | Mhux ipprovdut | 85315 (5729) |

Il-Lussemburgu | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

Malta | 29 (0) | 748 (120) | 92 (13) | 869 (133) |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 85000 |

L-Awstrija | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 3093 |

Il-Polonja | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 2821 |

Is-Slovakkja | Mhux ipprovdut |

Il-Finlandja | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 4008 |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Ir-Renju Unit | 90747 (0) | 329421 (0) | 50054 (0) | 470222 (0) |

Total | 1392281 |

Tabella 9: Talbiet għal dejta dwar it-traffiku tan-netwerk tat-telefonija fissa miżmuma li kienet trasmessa, bl-età, fl-2008 |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Mhux ipprovdut |

Il-Polonja | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Mhux ipprovdut |

Is-Slovakkja | Mhux ipprovdut |

Il-Finlandja | Mhux ipprovdut |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Mhux ipprovdut |

Il-Polonja | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Mhux ipprovdut |

Is-Slovakkja | Mhux ipprovdut |

Il-Finlandja | Mhux ipprovdut |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

L-Estonja | Mhux ipprovdut |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

Il-Lussemburgu | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Mhux ipprovdut |

Il-Polonja | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Mhux ipprovdut |

Is-Slovakkja | Mhux ipprovdut |

Il-Finlandja | Mhux ipprovdut |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovakkja | Ebda tqassim bl-età pprovdut | 5214 |

Ir-Renju Unit | Mhux ipprovdut |

Tip ta' dejta/ Stat Membru | Telefonija fissa | Telefonija ċellulari | Relatati mal-internet | Total |

Il-Belġju | Mhux ipprovdut |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

Ir-Repubblika Ċeka | 13843 (934) | 256074 (9141) | 10354 (371) | 280271 (10446) |

Id-Danimarka | 133 (0) | 3771 (10) | 162 (1) | 4066 (11) |

Il-Ġermanja | Mhux ipprovdut |

L-Estonja | 6422 (2279) | 902 (21) | 1086 (468) | 8410 (2768) |

L-Irlanda | 4542 (16) | 5239 (20) | 1502 (56) | 11283 (92) |

Il-Greċja | Mhux ipprovdut |

Spanja | 5055 (0) | 56133 (0) | 8902 (0) | 70090 (0) |

Franza | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 514813 |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

Ċipru | 0 (0) | 23 (3) | 14 (0) | 40 (3) |

Il-Latvja | 1672 (218) | 22796 (102) | 1628 (240) | 26096 (560) |

Il-Litwanja | 1321 (0) | 51573 (6237) | 19579 (343) | 72473 (6580) |

Il-Lussemburgu | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

Malta | 156 (10) | 3693 (882) | 174 (10) | 4023 (902) |

Il-Pajjiżi l-Baxxi | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Mhux ipprovdut |

Il-Polonja | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 1048318 |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 1918 (48) |

Is-Slovakkja | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 5214 (157) |

Il-Finlandja | Ebda tqassim bit-tip ta' dejta pprovdut | 4070 |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Ir-Renju Unit | Mhux ipprovdut |

Total | 2051082 (1069885) |

Tabella 14: Talbiet għal dejta rigward in-netwerk tat-telefonija fissa miżmuma li kienet trasmessa, bl-età, fl-2009 |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Mhux ipprovdut |

Il-Polonja | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Mhux ipprovdut |

Is-Slovakkja | Mhux ipprovdut |

Il-Finlandja | Mhux ipprovdut |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Ir-Renju Unit | Mhux ipprovdut |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Mhux ipprovdut |

Il-Polonja | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Mhux ipprovdut |

Is-Slovakkja | Mhux ipprovdut |

Il-Finlandja | Mhux ipprovdut |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Ir-Renju Unit | Mhux ipprovdut |

Il-Bulgarija | Mhux ipprovdut |

L-Italja | Mhux ipprovdut |

L-Ungerija | Mhux ipprovdut |

L-Awstrija | Mhux ipprovdut |

Il-Polonja | Mhux ipprovdut |

Il-Portugall | Mhux ipprovdut |

Ir-Rumanija | Mhux ipprovdut |

Is-Slovenja | Mhux ipprovdut |

Is-Slovakkja | Mhux ipprovdut |

Il-Finlandja | Mhux ipprovdut |

L-Isvezja | Mhux ipprovdut |

Ir-Renju Unit | Mhux ipprovdut |

Total | 12684 |22945 |3512 |2575 |92 |93 |0 |1 |41902 | |

[1] Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54-63

[2] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-użu ħażin u l-użu anonimu kriminali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi [traduzzjoni mhux uffiċjali], L-2 908 laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni - Brussell, is-27 u t-28 ta’ Novembru 2008

[3] It-tweġibiet ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni (http://ec.europa.eu/home-affairs/news/consulting_public/consulting_0008_en.htm_

[4] Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovenja, ir-Renju Unit. L-Isvezja rrappurtat ukoll diversi każi ta' delitti serji speċifiċi li fihom id-dejta storika, li kienet disponibbli minkejja n-nuqqas tal-obbligu taż-żamma tad-dejta, kienet kruċjali biex jiġu żgurati l-kundanni.

[5] Dan il-grupp ta’ esperti kien stabbilit taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/324/KE, ĠU L 111, 23.04.2008, p. 11-14. Il-Kummissjoni ltaqgħet mal-grupp b’mod regolari. Id-dokumenti dwar pożizzjoni tiegħu huma ppubblikati fuq http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/police/doc_police_intro_en.htm

[6] Ir-Rapport 01/2010 dwar it-tieni azzjoni konġunta ta’ infurzar: Il-konformità fuq il-livell nazzjonali tal-fornituri tat-telekomunikazzjonijiet u ta' dawk li jipprovdu servizz tal-internet mal-obbligi mitluba mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar iż-żamma tad-dejta dwar it-traffiku fuq il-bażi legali tal-Artikoli 6 u 9 tad-Direttiva 2002/58/KE dwar il-Privatezza Elettronika u d-Direttiva 2006/24/KE dwar iż-Żamma tad-Dejta li temenda d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (WP 172), 13.07.2010, aċċessibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/wpdocs/2010_en.htm.

[7] Il-Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta’ Individwi dwar Ipproċessar ta’ Data [Dejta] Personali kien stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

[8] Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) ( ĠU L 201, 31/07/2002, p. 0037 – 0047 ).

[9] L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 1–8);

[10] L-Artikolu 11 tad-Direttiva jipprovdi: “Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/58/KE: ‘1a. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal data speċifikament meħtieġa mid-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika sabiex tinżamm għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva’.”

[11] Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 jistaqsi jekk “id-Direttiva [dwar iż-żamma tad-dejta] kinitx maħsuba sabiex tidderoga mill-obbligu ġenerali [li] titħassar id-dejta dwar it-traffiku meta tintemm il-komunikazzjoni elettronika jew li tiġi ordnata ż-żamma ta’ dik id-dejta kollha li l-fornituri diġà kellhom is-setgħa li jaħżnu għall-iskopijiet tan-negozju tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

[12] QEĠ, C-301/6 L-Irlanda vs Il-Parlament u Il-Kunsill, Ġabra [2009] p. I-00593.

[13] L-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità (http://conventions.coe.int/Treaty/en/Treaties/Html/185.htm).

[14] Sors: Il-Kunsill tal-Ewropa.

[15] Dan ġie rikonoxxut ukoll mill-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża fis-sentenza fejn annullat il-liġi Ġermaniża li trasponiet id-Direttiva (ara Taqsima 4.9) (Bundesverfassungsgericht, 1 BvR 256/08 tat-2 ta' Marzu 2010, para. 208).

[16] Il-ħamsa u għoxrin Stat Membru li nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-traspożizzjoni tad-Direttiva huma l-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u r-Renju Unit. Il-Belġju informa lill-Kummissjoni li abbozz ta' liġi li jikkompleta t-traspożizzjoni għadu quddiem il-Parlament.

[17] Id-Deċiżjoni Nru 1258 mit-8 ta’ Ottubru 2009 tal-Qorti Kostituzzjonali Rumena, Romanian Official Monitor Nru 789, tat-23 ta' Novembru 2009; is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża (Bundesverfassungsgericht) 1 BvR 256/08, tat-2 ta’ Marzu 2010; Official Gazette tal-1 ta' April 2011, Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali tat-22 ta' Marzu dwar id-dispożizzjonijiet tat-taqsima 97 paragrafi 3 u 4 tal-Att Nru 127/2005 Koll. dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi u li temenda ċerti atti relatati, u d-Digriet Nru. 485/2005 Koll. Dwar iż-żamma u t-trasmissjoni tad-dejta lill-awtoritajiet kompetenti.

[18] L-Artikolu 126(1) tal-Liġi tat-13 ta' Ġunju 2005 dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi. .

[19] L-Artikolu 250a (2) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (emendata) tal-2010.

[20] L-Artikolu 1 tad-Digriet dwar iż-Żamma tad-Dejta.

[21] Subtaqsima 110(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

[22] L-Artikolu 6 tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet (Żamma tad-Dejta) tal-2011.

[23] Tali delitti huma definiti fl-aRtikolu 4 tal-Liġi 2225/1994; L-Artikolu 1 tal-Liġi 3917/2011.

[24] L-Artikolu 1(1) tal-Liġi 25/2007.

[25] L-atti li jirregolaw l-użu tad-dejta miżmuma, rispettivament, għar-reati kriminali, għall-prevenzjoni ta’ atti ta’ terroriżmu u għall-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali huma kif ġej: huma l-Artikolu L.34-1(II), CPCE, Liġi Nru. 2006-64 tat-23 ta' Jannar 2006 u Liġi Nru. 2009-669 tat-12 ta' Ġunju 2009.

[26] L-Artikolu 132(1) tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

[27] L-Artikolu 4(1) tal-Liġi 183(I)/2007

[28] L-Artikolu 71(1) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

[29] L-Artikolu 65 tal-Liġi X-1835

[30] L-Artikolu 1(1) tal-Liġi tal-24 ta' Lulju 2010.

[31] Għall-għan ġenerali taż-żmma tad-dejta l-Artikolu 159/1 tal-Att C/2003, kif emendat mill-Att CLXXIV/2007; għal aċċess mill-pulizija, l-Artikolu 68 tal-Att XXXIV/1994; għall-aċċess mill-Uffiċċju Nazzjonali tat-Taxxa u d-Dwana, Artikolu 59, Act CXXII/2010.

[32] L-Artikolu 20(1) tal-Avviż Legali 198/2008.

[33] L-Artikolu 126 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

[34] L-Artikolu 180a tal-Liġi dwar it-Telekomunikazzjonijiet tas-16 ta’ Lulju 2004 kif ġiet emendata bl-Artikolu 1 tal-Att tal-24 ta’April 2009.

[35] L-Artikolu 3(1) tal-Liġi 32/2008.

[36] L-Artikolu 170a(1) tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

[37] L-Artikolu 59a (6) tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

[38] L-Artikolu 14a (1) tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

[39] Ir-Regolamenti (Direttiva tal-KE) dwar iż-Żamma tad-Dejta tal-2009 (2009 Nru 859).

[40] Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-20 ta' Mejju 2003 fil-Kawżi Konġunti C-465/00, C-138/01 u C-139/01 (Referenza għal deċiżjoni preliminari tal-Verfassungsgerichtshof u Oberster Gerichtshof): Rechnungshof (C-465/00) v Österreichischer Rundfunk et al u bejn Christa Neukomm (C-138/01), Joseph Lauermann (C-139/01) u Österreichischer Rundfunk (Protezzjoni tal-individwi rigward l-ipproċessar ta' dejta personali — Direttiva 95/46/KE — Protezzjoni tal-ħajja privata — Żvelar ta' dejta dwarid-dħul ta' impjegati ta' korpi suġġetti għal kontroll mir-Rechnungshof).

[41] Dwar l-adozzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni fejn issuġġeriet li għandha tiġi kkunsidrata l-lista ta' delitti fil-Mandat ta' Arrest Ewropew. (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew and the surrender procedures between Member States. U l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri. )

[42] L-Artikolu 250b (1) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (emendata) tal-2010 (awtoritajiet);. l-Artikolu 250b (1), 250c (1) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (emendata) tal-2010 (aċċess).

[43] Il-Kapitolu 71, tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

[44] Is-subtaqsima 112(2) u (3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (dwar l-awtoritajiet u l-proċedura); Is-subtaqsima 111(9) (kundizzjonijiet) tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

[45] L-Artikolu 6 tal-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet (Żamma tad-Dejta) tal-2009.

[46] L-Artikoli 3 u 4 tal-Liġi 2225/94

[47] L-Artikolu 6-7 tal-Liġi 25/2007.

[48] L-Artikoli 60-1 u 60-2 tal- Code de procédure pénale [il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali] (l-awtoritajiet); l-Artikolu L.31-1-1 (il-kundizzjonijiet).

[49] L-Artikolu 132(3) tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.

[50] L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 4(4) tal-Liġi 183(I)/2007.

[51] L-Artikolu 71(1) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (l-awtoritajiet); ir-Regolament tal-Kabinett Nru 820 (il-proċeduri).

[52] L-Artikolu 77(1) u (2) tal-Liġi X-1835; rapport orali lill-Kummissjoni.

[53] L-Artikolu 5-2(1) u 9(2), Liġi tal- 24 ta' Lulju 2010 (l-awtoritajiet); l-Artikolu 67-1 tal- Code d ’ instruction criminelle [tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali] (il-kundizzjonijiet).

[54] L-Artikoli 68(1) u 69(1)(c)(d) tal-Att XXXIV 1994; l-Artikolu 9/A(1) tal-Att V 1972; l-Artikoli 71(1), (3), (4), 178/A(4), 200, 201, 268(2) tal-Att XIX 1998; l-Artikoli 40(1), 40(2), 53(1), 54(1)(j) tal-Att CXXV 1995.

[55] L-Artikolu 20(1), 20(3) tal-Avviż Legali 198/2008.

[56] L-Artikolu 126ni tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

[57] L-Artikolu 179(3) tal-Liġi dwar it-Telekomunikazzjonijiet tas-16 ta’ Lulju 2004 kif emendata bl-Artikolu 1 tal-Att tal-24 ta’ April 2009.

[58] L-Artikoli 2 (1), 3(2) u 9 tal-Liġi 32/2008.

[59] L-Artikolu 107c tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi; L-Artikolu 149b tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali; l-Artikolu 24(b) tal-Att dwar l-Aġenzija tal-Intelligence u tas-Sigurtà; l-Artikolu 32 tal-Att dwar id-Difiża.

[60] L-Artikolu 59a (8) tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

[61] L-Artikolu 35(1), 36 tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi; l-Artikolu 31-33 tal-Att dwar il-Pulizija; l-Artikolu 41 tal-Att dwar l-Għassiesa tal-Fruntieri.

[62] L-Artikolu 25 tal-Iskeda 1 tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tas-Setgħat Investigattivi (RIPA - Regulation of Investigatory Powers Act) tal-2000; l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar iż-Żamma tad-Dejta. L-Artikolu 22(2) tar-RIPA jistabbilixxi l-iskopijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet jistgħu jiksbu d-dejta.

[63] L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-dejta relatati ma' siti tat-tiftix, tal-4 ta' April 2008.

[64] Dikjarazzjoni bil-Miktub skont ir-Regola 123 tar-Regoli tal-Proċedura dwar il-ħolqien ta’ sistema Ewropea ta’ twissija bikrija (EWS) kontra l-pedofili u dawk li jagħtu fastidju sesswali, 19.4.2010, 0029/2010.

[65] L-Artikolu 126(2) tal-Liġi tat-13 ta' Ġunju 2005 dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi.

[66] Il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar iż-żamma tad-dejta fl-2005 kienet tipprovdi għal perjodu ta' żamma ta' sena għal dejta dwar it-telefonija u sitt xhur għal dejta dwar l-internet.

[67] L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE.

[68] L-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE.

[69] Awtentikazzjoni b’saħħitha (strong authentication) tinvolvi mekkaniżmi ta’ awtentikazzjoni doppji bħal password flimkien ma’ bijometrika jew password flimkien ma’ token sabiex tkun żgurata l-preżenza fiżika tal-persuna inkarigata mill-ipproċessar tad-dejta dwar it-traffiku. Ġestjoni dettaljata tar-reġistri tal-aċċess tinvolvi r-rintraċċar dettaljat tal-operazzjonijiet tal-aċċess u tal-ipproċessar permezz taż-żamma tar-reġistri li jirreġistraw l-identità tal-utent, il-ħin tal-aċċess u l-fajls li sar aċċess għalihom.

[70] L-Artikolu 6, Digriet Irjali tad-9 ta' Jannar 2003.

[71] L-Artikolu 4 (1) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (emendata) tal-2010.

[72] L-Artikoli 87(3) u 88 tal-Att 127/2005 kif emendat bl-Att 247/2008; Taqsima 2 tal-Att 336/2005; Taqsima 3(4) tal-Att 485/2005; Taqsima 28(1) tal-Att 101/2000.

[73] L-Att dwar l-Ipproċessar tad-Dejta Personali; Ordni Eżekuttiva Nru. 714 tas-26 ta' Ġunju 2008 dwar Il-Forniment

[74] Subtaqsima 111(9) tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi; Subtaqsima 122(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

[75] Taqsimiet 4, 11 u 12 tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet (Żamma tad-Dejta) tal-2009.

[76] L-Artikolu 6 tal-Liġi 3917/2011.

[77] L-Artikolu 8 tal-Liġi 25/2007, l-Artikolu 38(3) Liġi Ġenerali tat-Telekomunikazzjonijiet. Il-Liġi (Artikolu 9) tirreferi għall-eċċezzjoni rigward id-drittijiet ta' aċċess u tħassir preskritti fil-Liġi Organika 15/1999 rigward protezzjoni tad-dejta (Artikoli 22 u 23).

[78] L-Artikolu D.98-5 tas-CPCE; l-Artikolu L-34-1(V) tas-CPCE; l-Artikolu 34 tal-Att Nru 78-17; l-Artikolu 34-1 tas-CPCE; l-Artikolu 11, tal-Liġi Nru. 78-17 tas-6 ta' Jannar 1978.

[79] L-Artikoli 123 u 126 tal-Kodiċi dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.

[80] L-Artikoli 14 u 15 tal-Liġi 183(I)/2007.

[81] L-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 71(6-8), Il-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

[82] L-Artikoli 12(5), 66(8) u (9) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi kif emendata fl-14 ta’ Novembru 2009.

[83] L-Artikolu 1(5) tal-Liġi tal-24 ta' Lulju 2010.

[84] L-Artikolu 157 tal-Att C/2003, kif emendat mill-Att CLXXIV/2007; l-Artikolu 2 tad-Digriet 226/2003; u l-Att LXIII/1992 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.

[85] L-Artikoli 24, 25 tan-Nota Legali 198/2008; l-Artikolu 40(b) tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (Kap. 440).

[86] L-Artikolu 13(5) tal-Att dwar it-Telekomunikazzjonijiet; It-titolu twil tal-protokoll għall-kooperazzjoni huwa Samenwerkingsovereenkomst tussen Agentschap Telecom en het College bescherming persoonsgegevens met het oog op de wijzigingen in de Telecommunicatiewet naar aanleiding van de Wet bewaarplicht telecommunicatiegegevens.

[87] L-Artikoli 180a u 180e tal-Att dwar it-Telekomunikazzjonijiet.

[88] L-Artikoli 7(1), (5) u 11 tal-Liġi 32/2008; l-Artikoli 53 u 54 tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali.

[89] L-Artikoli 107a(6) u 107c tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

[90] L-Artikolu 59a tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi; l-Artikolu S33 tal-Att Nru 428/2002 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

[91] L-Artikolu 16(3) tal-Att dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi;

[92] L-Artikolu 6 tar-Regolament dwar iż-Żamma tad-Dejta.

[93] L-Opinjoni 3/2006 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (WP119); ir-Rapport 01/2010.

[94] Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u r-Renju Unit,

[95] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2006)437– 'L-iżvilupp ta’ strateġija tal-UE komprensiva u koerenti sabiex titkejjel il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali: Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2006 – 2010'.

[96] Il-liġi ta' traspożizzjoni fl-Islanda hija l-Att dwar it-Telekomunikazzjonijiet 81/2003 (kif emedat f'April 2005); fil-Liechtenstein huwa l-Att dwar it-Telekomunikazzjonijiet tal-2006. Fin-Norveġja, il-liġi ta' traspożizzjoni kienet approvata fil-5 ta' Apil 2011, u l-liġi bħalissa qed tistenna l-Kunsens Irjali.

[97] Sentenza Nru 1258 mit-8 ta' Ottubru 2009 tal-Qorti Kostituzzjonali Rumena,

[98] QEDB, Rotarju v ir-Rumanija 2000, Sunday Times v Renju Unit 1979 u l-Prinċep Hans-Adam tal-Liechtenstein v. ir-Rumanija 2001.

[99] Bundesverfassungsgericht, 1 BvR 256/08, para 1 – 345.

[100] Sentenza tal-qorti kostituzzjonali Ċeka tat-22 ta' Marzu dwar l-Att Nru 127/2005 u d-Digriet Nru 485/2005; ara b'mod partikolari paragrafi 45-48, 50-51 u 56

[101] Qorti Suprema Amministrattiva Bulgara, Deċiżjoni Nru 13627, tal-11 ta' Diċembru 2008; Qorti Suprema ta' Ċipru, Kawża ta' Appell Nri 65/2009, 78/2009, 82/2009 u 15/2010-22/2010, tal-1 ta' Frar 2011; Ilment kostituzzjonali fl-Ungerija tressaq mil-Unjoni Ungeriża għal-Libertajiet Ċivili fit-2 ta' Ġunju 2008.

[102] Kawża C-189/09 u Kawża C-185/09, rispettivament.

[103] Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Ċipru, il-Latvja, Malta, ir-Renju Unit.

[104] Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni [tal]-iskambju ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet [tal]-infurzar tal-liġi [tal]-Istati Membri [tal]-Unjoni Ewropea, ĠU L 386, 29/12/2006. p. 89-100 u ĠU L 200, 01/08/2007. p. 637-648.

[105] Ir-Repubblika Ċeka tikkunsidra ż-żamma tad-dejta bħala 2kompletament indispensabbli f'għadd kbir ta' każi", l-Ungerija qalet li kienet "indispensabbli fl-attivitajiet regolari ta' [aġenziji tal-infurzar tal-liġi] Is-Slovenja ddikjarat li mingħajr iż-żamma tad-dejta l-operazzjoni tal-"aġenziji tal-infurzar tal-liġi tkun paralizzata"; aġenzija tal-pulizija fir-Renju Unit iddeskriviet id-disponibbiltà tad-dejta dwar it-traffiku bħala "assolutament kruċjali...fl-investigazzjoni tat-theddida tat-terroriżmu u l-kriminalità serja".

[106] Il-Ġermanja, il-Polonja, is-Slovenja, ir-Renju Unit.

[107] Fl-2007, kien hemm 1,7 miljun uffiċjali tal-pulizija fl-UE-27, li minnhom 1,2 miljun kienu fid-19-il Stat Membru li pprovdew statistiċi dwar talbiet għal dejta miżmuma; fl-2007 kien hemm 29,2 miljun delitti rreġistrati mill-pulizija fl-UE, li minnhom 24 miljun kienu rreġistrati fid-19-il Stat Membru li pprovdew statistiċi. (Sors: l-Eurostat, 2009).

[108] National Policing Improvement Agency [Aġenzija Nazzjonali għat-Titjib ta’ Ħidmet il-Pulizija ] (UK), The Journal of Homicide and Major Incident Investigation [Il-Ġurnal tal-Investigazzjoni tal-Omiċidji u tal-Inċidenti Ewlenin], Volum 5, Ħarġa 1, Rebbiegħa 2009, p. 39-51.

[109] Il-proġett ' Measurement and analysis of p2p activity against paedophile content ', appoġġat mill-programm Internet iktar Sigur, ipprovda informazzjoni preċiża dwar attività ta' pedofelija fis-sistema eDonkey peer-to-peer, li għenet l-identifikazzjoni ta' 178 000 utent (minn 89 miljun utent skrinjati) li talbu għal materjal ta' pedofelija.

[110] Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka u l-Litwanja

[111] Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-użu ħażin u l-użu anonimu kriminali tal-komunikazzjonijiet elettroniċi [traduzzjoni mhux uffiċjali].

[112] http://www.gsmeurope.org/documents/Joint_Industry_Statement_on_DRD.PDF

[113] Wilfried Gansterer & Michael Ilger, Data retention – The EU Directive 2006/24/EC from a Technological Perspective [Iż-żamma tad-dejta – Id-Direttiva tal-UE 2006/24/KE minn perspettiva teknoloġika ], Wien: Verlag Medien und Recht, 2008

[114] Bundesverfassungsgericht, 1 BvR 256/08 tat-2 Marzu 2010, para. 299.

[115] http://www.etsi.org/website/technologies/lawfulinterception.aspx

[116] Is-sondaġġ sar minn Forsa u kien ikkummissjonat minn AK Vorratsdatenspeicherung. http://www.vorratsdatenspeicherung.de/images/forsa_2008-06-03.pdf

[117] Qabel ma ġiet annullata l-liġi Ċeka li tittrasponi, ir-Repubblika Ċeka kien jirrimborża kemm in-nefqa operazzjonali kif ukoll kapitali u rrapportat EUR6,8 miljuni f'rimborżi għall-2009.

[118] L-Artikolu 7 u l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83, 30.3.2010, p. 389) jiggarantixxi li kull persuna għandha d-dritt “għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha”. L-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 83, 30.3.2010, p. 1) ukoll jinkludi d-dritt ta’ kull persuna “għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha”.

[119] Ara l-lista ta' kontroll tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali għall-proposti leġiżlattivi kollha fil-Kominikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2010) 573/4, 'Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea'.

[120] L-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertaijiet Fundamentali (ETS Nru 5), Il-Kunsill tal-Ewropa, 4.11.1950

[121] Copland v ir-Renju Unit, Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Strasburgu t-3 ta' April 2007, p.9

[122] Marper v ir-Renju Unit, Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Strasburgu, 4.12.2007, p.31

[123] Marper, p. 30.

[124] C-92/09, Volker u Markus Schecke GbR v Land Hessen u C-93/09, Eifert v Land Hessen u Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernahrung, 9.11.10.

[125] Fil-5 ta’ Mejju 2010, il-High Court Irlandiża laqgħet it-talba ta' Digital Rights Ireland Limited għal rinviju quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

[126] Diskors minn Peter Hustinx waqt il-konferenza “Kif għandna nimplimentaw id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta [Taking on the Data Retention Directive]”, it-3 ta’ Diċembru 2010.

[127] Ara r-referenza hawn fuq għall-komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; 'Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja', COM(2010)385, 20.07.2010;

[128] COM (2010) 609, 4.11.2010.