/* KUMM/2011/0042 finali */ RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Studju dwar l-Artikolu 45(2) tal-Istatut
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 1.2.2011 KUMM(2011) 42 finali RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Studju dwarl-Artikolu 45(2) tal-Istatut RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Studju dwarStudju dwar l-Artikolu 45(2) tal-Istatut INTRODUZZJONI Fis-16 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tagħmel studju dwar l-implimentazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet tar-Regolament Komuni li jiffissa l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 45(2) tal-Istatut. Fil-kuntest tar-riforma tal-Istatut, il-Kunsill iddeċieda li, fil-futur, kull uffiċjal għandu jkun kapaċi jaħdem b’tielet lingwa. Bil-għan li tiġi implimentata din id-deċiżjoni, l-Artikolu 45(2) tal-Istatut jistabbilixxi konnessjoni diretta bejn l-obbligu li tintwera l-kapaċità ta' ħidma b’tielet lingwa u l-kisba tal-ewwel promozzjoni wara r-reklutaġġ. L-istituzzjonijiet stabbilixxew id-dispożizzjonijiet komuni għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-uffiċjali li l-ewwel promozzjoni tagħhom tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ April 2006[1]. Dawn jipprevedu b’mod partikolari l-aċċess għat-taħriġ tal-uffiċjali fit-tielet lingwa. Dawn jipprovdu li, għall-promozzjonijiet kollha li jidħlu fis-seħħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2008, il-livell meħtieġ jikkorrispondi għal-livell 4 tat-taħriġ lingwistiku interistituzzjonali (ekwivalenti għal-livell A2 tal-qafas komuni ta’ referenza tal-Kunsill tal-Ewropa), waqt li għall-promozzjonijiet li jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, il-livell meħtieġ huwa l-livell 6 (ekwivalenti għal-livell B2 tal-qafas komuni ta’ referenza tal-Kunsill tal-Ewropa). L-istruttura tal-istudju hija bbażata fuq tmien mistoqsijiet li saru fit-talba tal-Kunsill. L-istudju jirrigwarda l-istituzzjonijiet kollha. F’dan ir-rigward, kull istituzzjoni pprovdiet id-dejta utli relatata mal-impjegati tagħha. Id-dejta li tinsab fl-istudju b'hekk hija relatata mal-istituzzjonijiet kollha, ħlief għal ċerti statistiċi li l-provenjenza tagħhom hija b'hekk indikata. Id-dejta tirrigwarda s-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2009 ħlief fejn huwa indikat mod ieħor. IL-PERSUNI KKONċERNATI MINN DIN ID-DISPOżIZZJONI Huma potenzjalment ikkonċernati mill-obbligu li juru l-kapaċità tagħhom li jaħdmu b’tielet lingwa qabel promozzjoni: - l-uffiċjali kollha tal-istituzzjoni attivi fl-1 ta’ Mejju 2004 u li jkunu għadhom ma ġewx promossi għall-ewwel darba wara r-reklutaġġ sal-1 ta’ Mejju 2006, u - l-uffiċjali kollha rreklutati sa mill-1 ta’ Mejju 2004. It-tabella hawn isfel turi n-numru potenzjalment ikkonċernat skont l-Istituzzjoni KUNSILL | 248 | 187 | 225 | 128 | 255 | 289 | 1332 | 156 | 1488 | KUMMISSJONI | 3612 | 674 | 1416 | 1245 | 1400 | 1146 | 9493 | 857 | 10350 | Franċiż | 52 % | 53 % | 52 % | 43 % | 50 % | Ingliż | 18 % | 20 % | 24 % | 21 % | 20 % | Ġermaniż | 9 % | 5 % | 8 % | 12 % | 9 % | Spanjol | 8 % | 7 % | 6 % | 7 % | 8 % | Olandiż | 7 % | 10 % | 3 % | 4 % | 6 % | Taljan | 4 % | 3 % | 5 % | 6 % | 4 % | Oħrajn | 2% | 2% | 2% | 7% | 3 % | Total | 100 % | 100 % | 100 % | 100 % | 100 % | B’hekk għandu jiġi kkonstatat li l-Franċiż u l-Ingliż jirrappreżentaw kważi 70% tal-lingwi kollha. Madankollu, saru applikazzjonijiet għal taħriġ fil-lingwi Komunitarji kollha. UFFIċJALI LI KISBU L-EWWEL PROMOZZJONI TAGħHOM, MATUL IL-PERJODU TRANżITORJU, MINGħAJR MA KISBU L-LIVELL 6 Matul il-perjodu tranżitorju li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2008, 961 uffiċjal ingħataw promozzjoni mingħajr ma kienu laħqu l-livell 6 tal-kors interistituzzjonali tal-lingwi . Il-mezzi ta’ prova matul il-perjodu tranżitorju kienu tlieta: 1. ir-rikonoxximent ta’ ċertifikat/diploma mill-EPSO (ekwivalenti għal-livell 4 jew ogħla); 2. li wieħed ikun għadda minn test organizzat mill-EPSO (fil-livell 4); 3. li wieħed ikun għadda minn kors tal-lingwa interistituzzjonali jew kors ieħor (fil-livell 4). Fost it-tliet mezzi ta' prova, matul il-perjodu tranżitorju, 48% mill-uffiċjali li wrew il-kapaċità tagħhom fil-livell 4 għażlu li jsegwu kors interistituzzjonali tal-lingwi. L-uffiċjali l-oħrajn għażlu li jagħmlu test tal-EPSO jew li jiksbu rikonoxximent ta’ ċertifikat, li jfisser li huma diġà jkunu jafu biżżejjed it-tielet lingwa. Mezzi ta’ prova magħżula mill-uffiċjali li jkunu kisbu l-ewwel promozzjoni tagħhom matul il-perjodu tranżitorju : KUNSILL | 58 | 76% | 13 | 17% | 5 | 7% | 76 | KUMMISSJONI | 276 | 40% | 250 | 37% | 158 | 23% | 684 | Istituzzjonijiet Oħrajn | 40 | 83% | 6 | 13% | 2 | 4% | 48 | P.E. | 147 | 122 | 269 | Kunsill | 108 | 92 | 200 | Kummissjoni | 1672 | 907 | 2579 | Qorti tal-Ġustizzja | 42 | 28 | 70 | Qorti tal-Awdituri | 60 | 24 | 84 | KESE | 24 | 45 | 69 | Kumitat tar-Reġjuni | 17 | 21 | 38 | Total | 2070 | 1239 | 3309 | Jirriżulta li 2070 uffiċjal ġew promossi wara li laħqu l-livell 6 permezz tat-taħriġ tal-lingwa matul il-perjodu tranżitorju u 1239 uffiċjal addizzjonali ġew promossi wara li laħqu l-livell 6 bis-saħħa ta' taħriġ tal-lingwa matul is-sena 2009. UFFIċJALI LI L-PROMOZZJONI TAGħHOM ġIET IMDEWMA MINħABBA LI M’GħADDEWX MINN TEST TAL-LINGWA[5] L-għoti ta’ promozzjonijiet fid-diversi istituzzjonijiet isir b’mod separat. Pereżempju, fil-Parlament u l-Kummissjoni tintuża sistema ta’ akkumulazzjoni ta’ punti: l-uffiċjali jingħataw promozzjoni meta jilħqu l-livell ta' promozzjoni. B’tali sistema huwa b’hekk possibbli li jiġu identifikati l-uffiċjali li jkunu laħqu l-livell, iżda li jkunu għadhom ma wrewx il-kompetenza tagħhom fit-tielet lingwa u li minħabba f’hekk il-promozzjoni tagħhom tkun ġiet imdewma. Min-naħa l-oħra, f’ċerti istituzzjonijiet oħra, bħall-Kunsill, ma teżistix sistema ta’ punti. L-uffiċjali li ma jissodisfawx l-obbligu impost mill-Artikolu 45(2) jinsabu fil-lista ta' "persunal promovibbli" (uffiċjali li għandhom l-anzjanità mitluba biex ikunu jistgħu jiġu promossi) iżda jiġu mwarrba awtomatikament mill-benefiċċju tal-promozzjoni mingħajr ma tkun saret evalwazzjoni tal-merti tagħhom. In-numru ta’ uffiċjali jista’ jiġi kkalkolat faċilment iżda mhux possibbli li wieħed ikun ċerti li dawn kienu jiġu promossi kieku kienu jissodisfaw il-kundizzjoni tal-Artikolu 45(2) minħabba li l-promozzjonijiet jingħataw wara l-evalwazzjoni kumparattiva tal-merti. Istituzzjonijiet oħrajn għandhom sistemi oħra differenti. B’hekk mhuwiex possibbli li ssir analiżi totalment kumparabbli fir-rigward tal-promozzjonijiet “imdewma”. It-tabella hawn isfel b’hekk turi n-numru ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ promozzjoni jew in-numru ta’ każijiet ta’ persunal li twarrab minn fuq lista ta' persuni għall-promozzjoni, għal kull sena. 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | Total | P.E. | 0 | 4 | 4 | 9 | 17 | Kunsill | 0 | 17 | 9 | 19 | 45 | Kummissjoni | 17 | 20 | 30 | 106 | 173 | Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 12 | 12 | Qorti tal-Awdituri | 0 | 0 | 2 | 2 | 2[6] | KESE | 0 | 3 | 0 | 3 | 6 | Kumitat tar-Reġjuni | 3 | 1 | 2 | 5 | 9[7] | Total | 20 | 45 | 47 | 156 | 268 | RIżORSI U MEZZI ALLOKATI BIEX JIġU INDIRIZZATI L-ħTIġIJIET SPEċIFIċI FIL-QASAM TAT-TAħRIġ GħALL-FINIJIET LI JINKISBU L-KWALIFIKI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 45(2) TAL-ISTATUT, INKLUżI L-ISKEDI TAL-IMPLIMENTAZZJONI (ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET ġODDA TAL-LINGWA, TALBIET INTEGRATI FL-OFFERTA DIġÀ EżISTENTI TA’ KORS TAL-LINGWA, Eċċ.) L-istituzzjonijiet essenzjalment jużaw il-korsijiet interistituzzjonali tal-lingwi eżistenti. Peress li kienu diġà ġew proposti korsijiet ta’ lingwa bażiċi fl-2004 fit-23 lingwa uffiċjali, ma ġewx żviluppati korsijiet interistituzzjonali ġodda wara l-introduzzjoni tal-istatut il-ġdid, iżda n-numru ta’ gruppi żdied. Għat-23 lingwa uffiċjali, huma offruti korsijiet mil-livell 1 sal-livell 6 fi Brussell u fil-Lussemburgu. Għandu jiġi enfasizzat li t-tagħlim ta’ tielet lingwa ma jsirx biss għall-iskop ta’ promozzjoni iżda wkoll minħabba l-bżonnijiet tas-servizz. Il-ħolqien tal-Artikolu 45(2) ħoloq biss raġuni individwali addizzjonali biex tiġi promossa politika ta’ diversità fil-lingwistika fi ħdan l-istituzzjonijiet. Fid-dawl tal-għażla tal-lingwi, il-biċċa l-kbira ta' dawn il-korsijiet kienu jseħħu anki fin-nuqqas tal-Artikolu 45(2). Anki fil-kuntest tal-Artikolu 45(2), l-għażla tal-lingwa trid tkun relatata mal-interessi tas-servizz. Il-korsijiet interistituzzjonali tal-lingwi huma organizzati fuq il-bażi ta’ 3 sessjonijiet fis-sena b’tul medju ta’ 60 siegħa (livell bażiku jista’ jiġi akkwistat kull sessjoni): - il-korsijiet ta’ darbtejn fil-ġimgħa minn Marzu sa Lulju (siegħa u 50 minuta kull sessjoni); - il-korsijiet ta’ darbtejn fil-ġimgħa minn Settembru sa Jannar (siegħa u 50 minuta kull sessjoni); - il-korsijiet intensivi tas-sajf f’Lulju u f’Awwissu (erba’ sigħat kuljum); Is-segwitu tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 45(2) f’kull istituzzjoni ġeneralment isir minn żewġ uffiċjali AST li jiddedikaw bejn 15 u 50% mill-ħin tax-xogħol tagħhom għal dan il-kompitu. Barra minn hekk, tliet uffiċjali/aġenti kuntrattwali tal-EPSO huma ddedikati għall-analiżi taċ-ċertifikati u l-organizzazzjoni tat-testijiet tal-lingwa għal dawk li ma jsegwux il-korsijiet tal-lingwi interistituzzjonali[8]. L-organizzazzjoni tal-korsijiet interistituzzjonali ssir minn 16-il membru tal-persunal[9]. Il-proporzjon tal-korsijiet segwiti bil-prijorità tal-Artikolu 45(2) huwa ta’ 19,7%. Wieħed b’hekk jista’ jikkalkula li l-persunal li jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-korsijiet minħabba l-Artikolu 45(2) jikkonsisti fi 3 uffiċjali/aġenti kuntrattwali[10] u, fuq il-bażi tat-tabella segwenti, l-ispiża għall-perjodu mill-2004 sal-2009 hija ta’ madwar EUR3 130 000[11]. L-ispiża annwali f’EUR għall-korsijiet tal-lingwa interistituzzjonali kollha, inklużi dawk għall-finijiet tal-Artikolu 45(2) (19,7%): Spiża annwali tal-korsijiet interistituzzjonali tal-lingwi | 2004 * | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | Total 2004-2009 | BRUSSELL[12] | 701.142 | 1.915.782 | 2.201.553 | 2.049.209 | 2.760.097 | 2.558.344 | 12.186.127 | IL-LUSSEMBURGU[13] | 185.818 | 569.148 | 624.427 | 683.351 | 851.415 | 794.597 | 3.708.756 | Total | 886.960 | 2.484.930 | 2.825.980 | 2.732.560 | 3.611.512 | 3.352.941 | 15.894.883 | * il-perjodu 30.04.04-31.12.04 jinkludi kors wieħed ta’ kull ġimgħa Għandu jiġi osservat li minbarra l-korsijiet interistituzzjonali, diversi istituzzjonijiet organizzaw korsijiet interni kif ukoll korsijiet f’postijiet oħra apparti Brussell u l-Lussemburgu indirizzati prinċipalment lejn l-uffiċjali li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex juru l-ħila meħtieġa. NUMRU MEDJU TA’ SIGħAT TA’ XOGħOL BI ħLAS IDDEDIKATI MILL-UFFIċJALI GħAT-TħEJJIJA TAT-TEST TAT-TIELET LINGWA. L-uffiċjali kkonċernati mit-tielet lingwa jipparteċipaw t’total medju ta’ 100 siegħa ta’ korsijiet interistituzzjonali tal-lingwi sabiex juru l-għarfien tagħhom tat-tielet lingwa. Ma nistgħux nikkalkulaw il-korsijiet organizzati internament mill-istituzzjonijiet. Din iċ-ċifra tinkludi 200 siegħa bħala medja għal dawk li segwew kors u hija negliġibbli għal dawk li wrew għarfien ta’ tielet lingwa b’xi mod ieħor. Il-korsijiet tal-lingwa standard interistituzzjonali huma ġeneralment organizzati b’tali mod li jimminimizzaw l-impatt fuq ix-xogħol ta’ kuljum tal-uffiċjali, jiġifieri, kmieni filgħodu, matul l-ikel jew filgħaxija. F’bost każijiet, il-persunal fil-prattika jaħdem sigħat addizzjonali sabiex ikun jista' kemm kemm jamministra xogħolu u jsegwi korsijiet tal-lingwa. NUMRU TOTALI TA’ UFFIċJALI OBBLIGATI LI JURU L-GħARFIEN TAT-TIELET LINGWA U N-NUMRU TA’ UFFIċJALI LI MA KINUX IRRISPETTAW DAK L-OBBLIGU SAL-1 TA’ JANNAR 2009 (LIVELL 4). Fl-1 ta’ Jannar 2009, il-popolazzjoni totali tal-uffiċjali potenzjalment ikkonċernati mill-obbligu li juru li jafu tielet lingwa laħqet l-14 635 (ara t-taqsima 2). Il-kumplament tal-popolazzjoni fl-1 ta’ Jannar 2009 li kienu għadhom ma wrewx l-għarfien tagħhom kienu jammontaw għal 3 560. Fost dawk l-uffiċjali, 47 ma ġewx promossi matul il-perjodu ta' tranżizzjoni peress li ma wrewx li laħqu l-livell 4. Dawk is-47 uffiċjal issa għandhom juru li laħqu l-livell 6. Istituzzjoni | Numru totali ta’ uffiċjali li għad iridu juru li għandhom tielet lingwa fl-1 ta’ Jannar 2009 | Numru ta’ uffiċjali li kien għadhom ma ġewx promossi sal-1 ta’ Jannar 2009 minħabba li ma wrewx li għandhom il-livell 4 | % | P.E. | 418 | 4 | 0,96% | Kunsill | 267 | 9 | 3,37% | Kummissjoni | 2275 | 30 | 1,32% | Qorti tal-Ġustizzja | 212 | 0 | 0,00% | Qorti tal-Awdituri | 49 | 2 | 4,08% | KESE | 288 | 0 | 0,00% | Kumitat tar-Reġjuni | 51 | 2 | 3,92% | Total | 3.560 | 47 | 1,32% | NUMRU TA’ UFFIċJALI LI JUżAW, FIL-KUNTEST TAL-FUNZJONIJIET TAGħHOM, IT-TIELET LINGWA AKKWISTATA BIEX JIKSBU PROMOZZJONI. L-istituzzjonijiet m’għandhomx għodda awtomatizzati li jippermettulhom jikkwalifikaw l-użu mill-uffiċjali, fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħhom, tat-tielet lingwa akkwistata biex jiksbu promozzjoni. Madankollu għandu jiġi indikat li l-għażla tat-tielet lingwa għandha ssir waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-servizz u tal-istituzzjoni. L-Ingliż u l-Franċiż jirrappreżentaw 70% mit-talbiet ta' taħriġ li saru bil-prijorità tal-Artikolu 45(2) sal-31 ta’ Diċembru 2009 (ara t-taqsima 3). It-tagħlim tal-lingwi l-oħrajn ukoll jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tas-servizz f’oqsma partikolari. KONKLUżJONI L-aktar lingwi li jintagħżlu bħala t-tielet lingwa huma l-Franċiż (50%) u l-Ingliż (20%). Ftit aktar minn nofs l-uffiċjali kienu diġà jafu tielet lingwa, kif urew permezz ta’ ċertifikati jew testijiet organizzati mill-EPSO. In-nofs l-ieħor tal-uffiċjali għażlu l-korsijiet interistituzzjonali tal-lingwi bħala mezz biex juru l-kapaċità tagħhom li jaħdmu bit-tielet lingwa. L-ispejjeż għall-istituzzjonijiet kienu jammontaw għal madwar 20% mill-baġit ta' taħriġ tal-lingwa u bħala medja għal 100 siegħa xogħol li tqattgħu fil-korsijiet tal-lingwa. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-ispejjeż kienu jirriżultaw ukoll fin-nuqqas ta' dispożizzjoni bħall-Artikolu 45(2). Il-biċċa l-kbira tal-uffiċjali setgħu juru l-kapaċità tagħhom li jaħdmu bit-tielet lingwa u kienu ftit dawk l-uffiċjali li l-promozzjoni tagħhom ġiet imdewma minħabba li ma wrewx li jafu tielet lingwa. [1] Skont l-Artikolu 11 tal-Anness XIII tal-Istatut, l-obbligu l-ġdid previst mill-Artikolu 45(2) ma japplikax għall-promozzjonijiet li jidħlu fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2006. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-uffiċjali li jkunu għaddew minn xi kompetizzjonijiet ta’ ġuristi-lingwisti, tradutturi jew interpreti awtomatikament jissodisfaw il-kundizzjoni dwar il-kapaċità ta’ ħidma b’tielet lingwa. [2] Il-parti l-kbira tal-persunal li jsegwu kors tal-lingwa biex juru l-ħiliet tagħhom li jaħdmu bit-tielet lingwa, jagħżlu kors tal-lingwa interistituzzjonali. Dan jagħmel il-ġbir ta' dejta iktar faċli minħabba li l-organizzazzjoni tal-korsijiet ta' lingwa interistituzzjonali hija ċċentralizzata. Madankollu, ta’ min ifakkar li jeżistu korsijiet oħra tal-lingwa li l-Kummissjoni mhijiex qed tqis f'din l-analiżi. [3] Mejju 2004 – Diċembru 2008 [4] Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiddistingwi bejn il-parteċipanti li jsegwu l-korsijiet bi prijorità abbażi tal-Artikolu 45(2), u dawk li jkollhom raġuni oħra. [5] Jew nuqqas li tingħata prova ta’ kompetenza b’xi mezz ieħor. [6] Fil-Qorti tal-Awdituri, dawn huma l-istess persuni għas-sena 2008 u 2009 [7] Fil-Kumitat tar-Reġjuni n-numru ta’ uffiċjali kkonċernati b’kollox kien ta’ 9 b’kollox peress li 2 uffiċjali kienu fl-istess sitwazzjoni bħala promovibbli fl-2009 mingħajr ma ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 45(2) fl-2008. [8] Bl-għajnuna ta’ kumitat ta’ evalwazzjoni magħmul minn tliet membri permanenti ġejjin mill-istituzzjonijiet u 46 konsulenti tal-lingwa li jiġu kkonsultati permezz ta’ proċeduri miktuba għall-evalwazzjoni taċ-ċertifikati. Il-kumitat jiltaqa’ sitt darbiet fis-sena. [9] Għandu jiġi nnutat li minbarra l-persunal fil-livell ċentralizzat, nikkalkulaw li għandhom jingħaddu 0,1 AST għal kull DĠ/servizz fil-livell deċentralizzat biex jamministraw ir-rekwiżiti statutorji tat-tielet lingwa. [10] 19,7% minn 16-il persuna. [11] 19,7% mill-ispiża totali għall-korsijiet matul il-perjodu 2004-2009. [12] NB: L-ispiża annwali tinkludi 4 korsijiet semiintensivi, 4 korsijiet intensivi (Frar-Lulju-Awwissu-Settembru) u 2 korsijiet li jsiru darbtejn fil-ġimgħa (Marzu-Lulju u Settembru-Jannar). [13] NB: L-ispiża tinkludi kors wieħed semiintensiv (Frar), kors wieħed intensiv (Lulju-Awwissu) u żewġ korsijiet li jsiru darbtejn fil-ġimgħa (Marzu-Lulju u Settembru-Jannar).