52011DC0016




[pic] | KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 25.1.2011

KUMM(2011) 16 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

dwar il-ħidma tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment fil-perjodu minn April 2009 sa Ġunju 2010 u proposti relatati 1. Linjigwida dwar servizzi bejn il-grupp ta’ valur miżjud baxx u 2. Metodi potenzjali ta’ kif jiġu affrontati l-każijiet trijanuglari mhux tal-UE

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

dwar il-ħidma tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment fil-perjodu minn April 2009 sa Ġunju 2010 u proposti relatati 1. Linjigwida dwar servizzi bejn il-grupp ta’ valur miżjud baxx u 2. Metodi potenzjali ta’ kif jiġu affrontati l-każijiet trijanuglari mhux tal-UE

1. INTRODUZZJONI

Huwa ġeneralment aċċettat li ż-żieda fil-globalizzazzjoni tirriżulta fi problemi prattiċi kemm għall-intrapriżi multinazzjonali (MNEs) u kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali (TA) meta, għal skopijiet fiskali, jiffissaw il-prezzijiet ta’ trasazzjonijiet transkonfinali bejn intrapriżi assoċjati. Il-metodu adottat mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex issir valutazzjoni korretta tal-prezz ta’ transazzjonijiet bħal dawn huwa dak imsejjes fuq il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa (arm's length principle (ALP))[1]. Il-prinċipju ALP jissejjes fuq il-paragun bejn il-kundizzjonijiet applikati minn kumpaniji assoċjati u l-kundizzjonijiet li kieku kienu japplikaw bejn l-intraprizi indipendenti.

Madankollu, kemm l-interpretazzjoni u kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa jvarja bejn l-amministrazzjonijiet fiskali u l-amministrazzjonijiet fiskali u l-intrapriżi. Dan jista' jirriżulta f’inċertezza, iktar spejjeż u l-potenzjal ta' taxxa doppja jew anki nuqqas ta' ntaxxar. Dawn il-fatturi għandhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Biex tindirizza dan, f’Ottubru 2002[2] il-Kummissjoni waqqfet il-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment (JTPF), li huwa grupp ta’ esperti biex isib soluzzjonijiet prammatiċi għal problemi li jinbtu mill-applikazzjoni tal-prinċpju tal-kompetizzjoni ħielsa, b'mod partikolari fl-UE.

Din il-Komunikazzjoni sservi ta’ rapport dwar il-ħidma tal-JTPF għall-perjodu April 2009 sa Ġunju 2010 u tasal għal konklużjonijiet dwar il-futur tal-ħidma tal-grupp ta’ esperti.

2. Sommarju tal-Attivitajiet tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment

Fil-perjodu April 2009 sa Ġunju 2010, il-JTPF iltaqa' erba’ darbiet. Saru u ġew konklużi diskussjonijiet dwar żewġ suġġetti. Wieħed marbut mat-transazzjonijiet bejn il-grupp u l-ieħor marbut mar-riżoluzzjoni ta’ tilwim dwar it-tassazzjoni doppja meta tkun involuta fit-transazzjoni intrapriża assoċjata mhux tal-UE (każijiet trijangulari mhux tal-UE). Saru rapporti dwar kull wieħed minn dawn is-suġġetti. Ġew konklużi wkoll eżerċizzji ta' monitoraġġ biex jiġi kkalkulat il-livell ta' implimentazzjoni tal-inizjattivi preċedenti tal-JTPF. Id-diskussjonijiet li nbdew f’dak il-perjodu, imma li għadhom ma ġewx konklużi, jkopru kwistjonijiet relatati ma’ intrapriżi żgħar u medji u ma' arranġament partikolari fost il-grupp magħrufa bħala ftehimiet dwar il-kontribuzzjonijiet lejn l-ispejjeż. Il-JTPF beda jikkunsidra wkoll il-programm ta’ ħidma tiegħu fil-futur.

2.1. Il-konklużjonijiet tal-JTPF dwar is-servizzi bejn il-grupp ta’ valur miżjud baxx

Fattur partikolari taż-żieda fil-globalizzazzjoni tal-MNEs huwa t-tkabbir ta’ medda wiesgħa ta’ servizzi bejn il-grupp. Waqt li dan it-tip ta’ servizz beda jiżdied, żdiedu wkoll ir-riżorsi ta’ konformità meħtieġa biex ikun żgurat li jkun hemm konformità mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa. Kien qed jidher iktar evidenti li kienet qed tiżdied l-inċidenza ta’ tassazzjoni doppja marbuta ma’ servizzi bħal dawn.

B’mod partikolari, inġibdet l-attenzjoni li l-valutazzjoni ta’ kategorija speċifika ta’ servizzi bejn il-grupp, iktar 'il quddiem klassifikati bħala “servizzi ta' valur miżjud baxx bejn il-grupp", f'relazzjoni mal-prinċipju ta' kompetizzjoni ħielsa, kienet kawża ta’ problemi. Il-qalba tal-problema tinsab fil-potenzjal ta’ riżorsi eċċessivi li jridu jiġu ddedikati lid-dokumentazzjoni u l-verifika ta' dawn is-servizzi ta' valur baxx u l-lakuna li teżisti fil-linjigwida attwali dwar dan it-tip ta' servizzi. Għalhekk l-għan kien it-tiftix ta' iktar effiċjenza. Ir-rapport tal-JTPF fl-Appendiċi I juża strateġija doppja. L-ewwel, iqiegħed fil-kuntest l-estensjoni ta' kwalunkwe valutazzjoni li tista' tkun meħtieġa għal ċerti kategoriji ta' servizzi bejn il-grupp. It-tieni nett, ir-rapport jipprovdi gwida iktar speċifika dwar kif tista’ titwettaq valutazzjoni. L-għaqda fl-istrateġiji tirriżulta f’sett ta’ linjigwida dwar is-servizzi ta’ valur miżjud baxx bejn il-grupp.

Meta titqies il-medda wiesgħa ta’ servizzi bejn il-grupp, ir-rapport jistipula xi parametri għat-tip ta' servizzi li jibbenefikaw mill-istrateġija ssuġġerita fir-rapport.

Ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn ċerti prinċipji ta' sostenn. Pereżempju: l-ispejjeż kollha relevanti jistgħu jitnaqqsu, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika. Informazzjoni ta’ kwalità tajba u rilevanti għandha tkun disponibbli u għandu jkun hemm metodu flessibbli fir-reviżjoni ta' servizzi ta' valur miżjud baxx bejn il-grupp.

Ir-rapport ikompli biex jesplora f’iktar dettall kif dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati u jipprovdi gwida dwar kwistjonijiet li ġeneralment joħolqu diffikulta. Eżempji ta’ dawn tal-aħħar huma l-analiżi ta’ sett ta’ spejjeż; id-definizzjoni ta’ spejjeż ta’ azzjonisti u l-valutazzjoni tat-tariffi u d-dokumentazzjoni tal-prinċipju ta’ kompetizzjoni ħielsa.

Valutazzjoni li magħmula skont il-linjigwidi tista' wkoll tkun utli f'oqsma oħra relatati. Pereżempju, biex tinstab soluzzjoni għal tilwim dwar tassazzjoni doppja jew għall-kunsiderazzjoni ta’ penali marbuta mad-dokumentazzjoni dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment.

Ir-rapport jikkonkludi li l-linjigwida proposti għandhom jiffaċilitaw il-valutazzjoni ta’ ċerti servizzi bejn il-grupp. Ġie nnutat li wħud mill-elementi proposti jistgħu jiġu applikati bl-istess mod għal valutazzjoni ta' kategoriji oħra ta' servizzi. Finalment, ġiet identifikata l-ħtieġa li jkun hemm monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-linjigwida, jekk dawn jiġu appoġġati mill-Istati Membri, bħala mossa importanti fil-futur għall-JTPF.

2.2. Il-konklużjonijiet tal-JTPF dwar il-każijiet trijangulari mhux tal-UE

Il-każijiet trijangulari jinvolvu transazzjoni ta’ prezzijiet ta’ trasferiment bejn żewġ intrapriżi assoċjati fl-Istati Membri li hija partikolarment diffiċli biex tissolva minħabba intrapriża assoċjata oħra, fi stat terz, li kellha influwenza sinifikanti li tkun irriżultat f’ipprezzar li ma jkunx konformi mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa.

Tista' ssir distinzjoni bejn żewġ tipi partikolari ta' każijiet trijangulari. Dawk li jinvolvu biss intrapriżi assoċjati li jinsabu fl-Stati Membri u dawk li jinvolvu intrapriżi assoċjati li jinsabu barra l-UE. Diġà tħejja rapport dwar l-ewwel każ mill-JTPF u ġie inkorporat fil-Kodiċi ta' Mġieba rivedut sabiex l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tkun effettiva[3]. Ir-rapport tal-JTPF fl-Appendiċi II jiffoka fuq l-aħħar tip ta’ każijiet trijangulari magħrufa bħala każijiet trijangulari mhux tal-UE.

Ir-rapport jibda billi jagħti definizzjoni utli dwar it-tipi ta' każijiet tirjangulari. Imbagħad ikompli billi jesplora u jipproponi xi metodi potenzjali li jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex jiġu solvuti tilwimiet dwar tassazzjoni doppja.

Il-medda ta’ metodi potenzjali tinkludi: titjib fi u estensjoni tan-netwerk tat-trattat fiskali; ir-revoka tar-riżultati ta’ ftehim avvanzat dwar l-ipprezzar u l-applikazzjon flessibbli ta’ ċerti proċeduri marbutin mal-proċedura ta’ ftehim reċiproku.

L-ikkompletar tar-rapport huwa sinifikanti għal żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, għax jipprovdi suġġerimenti prammatiċi li jittrattaw il-kwistjoni kurrenti. It-tieni nett, għax jipprovdi bażi soda li fuqha tista' tinbena kwalunkwe diskussjoni ulterjuri dwar is-suġġġett, fid-dawl ta’ esperjenza fil-futur.

2.3. Attività ta’ monitoraġġ

Parti mill-ħidma tal-JTPF hija li tagħmel monitoraġġ u timmaniġġja l-implimentazzjoni effettiva tar-rapporti tagħha.

Minn reviżjoni tar-rapport statistiku ta’ każijiet miftuħa taħt il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, deher li għad hemm għadd kbir ta' każijiet li għadhom ma ġewx deċiżi. Ikun ta’ benefiċċju jekk ikun hemm livell ta’ dettall ikbar sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati r-raġunijiet għad-dewmien, u għalhekk, il-format tar-rapport qed jiġi rivedut.

Saret reviżjoni speċifika biex tkejjel l-impatt tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Mġieba fuq id-dokumentazzjoni tal-prezzijiet ta’ trasferiment tal-impriżi assoċjati fl-Unjoni Ewropea (EUTPD). Il-JTPF irrappurtat li l-adozzjoni tal-kodiċi hija rikonoxxuta bħala standard jew punt ta' referenza. Dan jgħodd ukoll meta l-MNEs ma jagħżlux b’mod uffiċjali li jissieħbu fil-kodiċi, peress li fil-każ tagħhom is-sħubija hija fuq bażi volontarja.

Is-suġġerimenti għat-titjib fil-kodiċi kienu jinkludu l-użu ta’ lingwa komuni fit-tħejjija tar-rapport u iktar aċċettazzjoni tal-valutazzjoni tal-ipprezzar pan-Ewropej li jistgħu jitqabblu.

Madankollu, il-konklużjoni ġenerali kienet li l-kodiċi kien jeħtieġ iktar żmien biex jiġi stabbilit qabel jiġi rivedut. Kien hemm dewmien bejn l-adozzjoni tal-kodiċi fl-2006 u l-impatt tiegħu fuq il-verifiki tal-kontabilità. Il-JTPF ħa deċiżjoni li jikkunsidra l-kwistjoni mill-ġdid wara sentejn jew tlieta, meta jsir it-tieni eżerċizzju ta’ monitoraġġ.

2.4. Aġġornament dwar il-programm ta' ħidma attwali u futur

Il-programm ta’ ħidma li jifforma l-bażi tal-mandat attwali tal-JTPF kien approvat f'Settembru 2007. Intlaħaq ftehim li għandhom jiġu eżaminati ħames suġġetti. l-ewwel, il-monitoraġġ huwa suġġett kontinwu. Żewġ rapporti kompletati, wieħed dwar it-titjib fil-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ u l-ieħor dwar is-servizzi bejn il-grupp, trattaw it-tieni u t-tielet suġġett fil-programm. Riċentement bdiet il-ħidma fuq ir-raba' u l-ħames suġġett, l-intrapriżi żgħar u medji u l-arraġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet lejn l-ispejjeż, u huwa mistenni li titlesta fl-2011.

Barra mill-programm approvat ta’ suġġetti, ġew definiti żewġ punti ta’ riserva: soluzzjoni tat-tilwimiet alternattiva (ADR) u l-valutazzjoni tar-riskju. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ[4] issottolinejat li kienet meħtieġa iktar diskussjoni fuq żewġ kwistjonijiet: it-twaqqif ta’ segretarjat indipendenti u permanenti għall-operat tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, u l-interazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ u l-Artikolu 25.5 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal- OECD (MTC). Dawn għad iridu jiġu kkunsidrati fil-futur.

Il-JTPF diġà identifika tliet kwistjonijiet oħra li jistgħu jkunu kkunsidrati għall-ħidma fil-futur. Dawn huma: l-impatt tar-reviżjonijiet riċenti tal-Artikolu 7 tal-OECD MTC, aġġustamenti ta' kumpens u aġġustamenti sekondarji.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar il-“Konvenzjonijiet tat-Taxxa Doppja u s-suq itnern: eżempji fattwali ta’ każijiet ta’ tassazzjoni doppja” f’Mejju u f’Ġunju 2010. Minn reviżjoni inizjali tat-tweġibiet huwa suġġerit li l-kwistjonijiet ta’ prezzijiet ta’ trasferiment għadhom fatturi prominenti fit-tħassib dwar it-tassazzjoni doppja. Ir-reazzjonijiet se jiġu analizzati iktar u l-JTPF jista' jkollu rwol fl-indirizzar tad-dubji li tqajmu.

3. Konklużjonijiet tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tibqa’ tal-fehma li l-grupp ta’ esperti tal-JTPF huwa riżors ta’ valur fl-indirizzar tal-problemi marbuta mal-prezzijiet ta’ trasferiment u jipprovdi soluzzjonijiet għal varjetà ta’ kwistjonijiet ta’ prezzijiet ta' trasferiment.

B’mod partikulari l-Kummissjoni tinnota li r-rapport dwar is-servizzi ta' valur miżjud baxx bejn il-grupp jindirizza b'mod dirett parti mill-ħidma li kienet ġiet identifikata mill-Kummissjoni meta waqqfet il-JTPF, jiġifieri l-kisba ta’ applikazzjoni iktar uniformi tar-regoli dwar il-prezzijiet tat-trasferimenti fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tappoġja bis-sħiħ il-konklużjonijiet u s-suġġerimenti tal-JTPF dwar is-servizzi ta' valur miżjud baxx bejn il-grupp fil-Linjigwida annessi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li l-linjigwida huma pjan direzzjonali tajjeb biex tinkiseb valutazzjoni malajr tat-tip ta’ servizzi definiti.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex japprova l-linjigwida proposti dwar is-servizzi ta’ valur miżjud baxx bejn il-grupp u tistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'ħeffa r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-Linjigwida fil-leġislazzjoni nazzjonali jew fir-regoli amministrattivi tagħhom.

Il-Kummssjoni tappoġġja wkoll bis-sħiħ il-konklużjonijiet u s-suġġerimenti tal-JTPF dwar il-każijiet trijangulari mhux tal-UE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-JTPF indirizzat u segwiet l-iżvilupp ta’ dawn il-kwistjonijiet kontemporanji. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-użu, fejn dan ikun possibbli, tal-metodi proposti u tal-konsiderazzjonijiet proċedurali fir-rapport għandhom jgħinu biex jiġu solvuti każijiet trijangulari mhux tal-UE.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill biex japprova r-rapport propost dwar il-każijiet trijangulari mhux tal-UE u tistieden lill-Istati membri biex jimplimentaw prattiċi li jkunu konformi mal-metodi u l-konsiderazzjonijiet proċedurali li jinsabu fir-rapport, fil-leġislazzjoni nazzjonali jew fir-regoli amministrattivi tagħhom.

L-Istati Membri huma mistiedna biex iħejju rapport għall-Kummissjoni darba fis-sena dwar kwalunkwe miżuri li jkunu ħadu lil hinn mill-Linjigwida u mit-tħaddim prattiku tagħhom. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni minn żmien għal żmien se tirrevedi l-Linjigwida.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tieħu nota tal-konklużjonijiet dwar l-attività ta’ monitoraġg u tistenna r-riżultati tal-punti fuq il-programm ta' ħidma attwali tal-JTPF dwar l-intrapriżi żgħar u medji u l-ftehimiet dwar il-kontribuzzjonijiet lejn l-ispejjeż.

Il-Kummissjoni temmen ukoll li l-mandat tal-JTPF għandu jiġġedded meta l-mandat attwali jispiċċa f’Marzu 2011.

Appendiċi I LINJIGWIDA DWAR IS-SERVIZZI TA’ VALUR MIŻJUD BAXX BEJN IL-GRUPP

I. Introduzzjoni

1. Il-Kapitolu VII tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), linjigwida dwar il-prezzijiet tat-trasferiment għal intrapriżi multinazzjonali (MNEs) u amministrazzjonijiet tat-taxxa jeżamina “kwistjonijiet li jqumu meta jkun qed jiġi determinat, għal skopijiet ta’ prezzijiet ta’ trasferimenti, jekk is-servizzi ġewx ipprovduti minn membru ta' grupp MNE lil membri oħra tal-istess grupp u, jekk dak ikun il-każ, fid-determinazzjoni ta’ prezzijiet, skont il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa, ta’ dawk is-servizzi bejn il-grupp". B’mod iktar wiesa’, il-kapitolu jikkunsidra jekk servizz ġiex provdut u, għal skopijiet fiskali, kemm għandu jkun il-prezz ta' bejn il-grupp għal dan is-servizz biex ikun konformi mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa.

2. Il-linjigwida tal-OECD jirrikonoxxu l-medda wiesgħa ta’ servizzi li jistgħu jiġu provduti u bl-istess mod il-medda wiesgħa ta’ benefiċċji miksuba, jew mistennija, mill-provvista ta’ dawn is-servizzi. Forum Konġunt dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment (JTPF) kien tal-opinjoni li huwa ta' benefiċċju li l-lista ta' servizzi li tinsab fil-linjigwida OECD, tiġi supplimentata. Fl-Anness 1 hemm lista ta’ servizzi komuni li jiġu pprovduti bejn il-grupp li jistgħu jkunu fl-ambitu ta' dan id-dokument, jew le.

3. Il-JTPF identifikat ċerti kwistjonijiet importanti għal kwalunkwe reviżur (it-terminu reviżur japplika għall-funzjoni ta’ reviżur li tiġi eżerċitata minn min iħallas it-taxxi jew mill-amministrazzjoni fiskali) fl-applikazzjoni tal-linjigwida, peress li jirrigwardaw is-servizzi bejn il-grupp. Il-kwistjonijiet jinkludu: iż-żieda fil-globalizzazzjoni u l-provvista ċentrali ta' servizzi relatati; iż-żieda fit-talba għar-riżorsi; il-potenzjal li l-ispejjeż jiġu "emarġinati” fis-sens li l-ebda amministrazzjoni fiskali ma taċċettahom; u kuxjenza li xi tipi ta’ provvista ta’ servizzi għandhom fattur iktar baxx ta’ riskju minn servizzi oħrajn, għalkemm jidher li dan ma kellux impatt fuq l-applikazzjoni prattika tal-linjigwida OECD mir-reviżuri.

4. Dan id-dokument jiffoka fuq l-aħjar mod biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet. Id-dokument la jfittex li jirrestrinġi d-dritt tal-amministrazzjoni fiskali li tagħmel verifika u lanqas li jfixkel intrapriża multinazzjonali (MNE) milli tesponi l-argumenti tagħha msejsa fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari tagħha biex issostni l-inklużjoni jew l-esklużjoni ta’ servizz speċifiku. Madankollu, qed jiġi antiċipat li se jkunu meħtieġa inqas verifiki kompleti tas-servizzi bejn il-grupp li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan id-dokument.

II. Ħarsa ġenerali

5. Tirfed dan id-dokument hemm is-suppożizzjoni li l-MNEs u l-amministrazzjonijiet fiskali jaġixxu in bona fide u li għandha tiġi applikata approvazzjoni mhux ekwivoka tal-prinċipji tal-OECD meta jiġu kkunsidrati s-servizzi bejn il-grupp. Għalhekk, l-enfasi tad-dokument, huwa dwar kif reviżur jista’ jikkonkludi malajr u bl-iktar mod effiċjenti li l-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa ġie applikat fil-provvista ta’ ċerti servizzi bejn il-grupp.

6. Huwa importanti li l-proposti f’dan id-dokument jiġu applikati b’mod kumulattiv peress li wara li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni iktar tard fil-proċess, jistgħu jiġu pprovduti tweġibiet sodisfaċenti għal mistoqsijiet rilevanti fil-bidu tal-proċess. Pereżempju, jista’ jkun hemm dubju leġittimu dwar il-provvista ta’ servizz li wara jiġi solvut bl-għoti ta' informazzjoni fil-parti spjegattiva. (Ara t-taqsima VI.)

7. L-elementi jew il-prinċipji ewlenin tal-metodu żviluppat f’dan id-dokument huma:

(i) L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu allokati imma l-liġi domestika mhux neċessarjament tippermetti tnaqqis totali ta' dawn l-ispejjeż.

(ii) L-eżistenza ta’ ċerti suppożizzjonijiet kritiċi importanti biex jiġi stabbilit punt ta’ tluq għal kwalunkwe reviżjoni.

(iii) L-għoti ta’ informazzjoni konċiża u ddedikata sabiex ikun hemm fehim dwar it-tip ta’ servizz provdut u l-istruttura li permezz tagħha jiġi pprovdut.

(iv) Flessibilità fid-deċiżjoni dwar l-estensjoni tar-reviżjoni meħtieġa fil-valutazzjoni tal-provvista ta’ servizzi skont l-istandard tal-kompetizzjoni ħielsa.

III. L-Ambitu tad-Dokument

8. Mhux possibbli, u lanqas huwa mixtieq, li tingħata definizzjoni eżawrjenti tas-servizzi li għalihom japplika dan id-dokument. Dan minħabba l-medda ta’ servizzi provduti bejn il-grupp u l-impatt kummerċjali differenti li s-servizzi jista’ jkollhom fil-kuntest ta’ attività kummerċjali partikolari. Barra minn hekk, kwalunkwe attentat biex tingħata dikjarazzjoni definittiva jservi biex inaqqas il-flessibilità fl-applikazzjoni tal-proposti magħmula f'dan id-dokument.

9. Madankollu, huwa possibbli li jingħataw xi parametri dwar it-tipi ta’ servizzi bejn il-grupp milquta mid-dokument, b'referenza għan-natura ġenerali tas-servizzi li għandhom jiġu inklużi jew esklużi u t-tip ta' struttura li permezz tagħha dawn is-servizzi jiġu allokati u addebitati.

10. Filwaqt li ċerti elementi ta’ dan id-dokument jistgħu jiġu applikati b’mod utli għall-medda kollha tas-servizzi bejn il-grupp, huma ffokalizzati fuq xi tipi ta’ servizzi aktar milli fuq oħrjan.

11. Is-servizzi li fuqhom jiffoka d-dokument huma t-tip ta' servizzi li l-awturi tal-kummentarji ddeskrivew b'mod varjat bħala "il-kolla li żżomm flimkien l-istruttura ta' kumpanija biex tkun ta’ appoġġ għall-funzjonijiet prinċipali tagħha" jew "ta' natura amministrattiva, awżiljari għan-negozju ta' min jirċievi" u għal darba oħra "disponibbli b'mod ġenerali u jistgħu jinxtraw faċilment". In-natura prinċipali tas-servizzi hija li filwaqt li huwa meħtieġ, huwa rutina li mhux qed jiġġenera valur miżjud għoli la lil min jipprovdih u lanqas lil min jirċivieh. L-ambitu ta' dan id-dokument jagħmel distinzjoni bejn servizzi, li għalkemm ta' valur miżjud baxx, jistgħu jiġġeneraw fatturat għoli u jistgħu jiġu inklużi f’dan il-metodu, u servizzi li għandhom valur miżjud għoli anki jekk mhux neċessarjament qed jiġġeneraw dħul għoli, u jistgħu ma jidħlux fl-ambitu ta’ dan id-dokument.

12. Dan id-dokument ma jiffukax fuq servizzi ta’ addebitar dirett, li fir-rigward tagħhom, ġeneralment il-fatti u ċ-ċirkostanzi jkunu evidenti minnhom infushom. Lanqas ma japplika għas-servizzi li intrinsikament iżidu valur għoli. X’jiġi kkunsidrat bħala valur għoli huwa relattiv għas-servizz, għal min jipprovdih u għal min jirċivieh. Madankollu, kun eċċezzjoni jekk il-metodu f'dan id-dokument jissodisfa l-ħtiġijiet tar-reviżur meta jikkunsidra tipi ta' servizzi fir-riċerka innovattiva u l-iżvilupp, fil-proprjetà intellettwali, fit-transazzjonijiet finanzjarji jew servizzi oħrjan li huma mutur sinifikanti fil-kummerċ. Bl-istess mod, l-attività li tiddependi b’mod inerenti fuq il-potenzjal li jiġi attratt livell għoli ta' kumpens assoċjat mal-espożizzjoni għal riskju għoli, mhux se tkun fil-parametri maħsuba. B’mod speċifiku, id-dokument ma jitrattax l-ftehimiet dwar il-kontribuzzjonijiet.

13. Huwa wkoll importanti li tiġi nnutata d-distinzjoni bejn addebitu dirett u l-mekkaniżmi ta’ konsejna u l-ftehimiet iktar kumplessi. M’hemmx il-ħsieb li servizz wieħed b’valur miżjud baxx ipprovdut b’mod ċentralizzat li jħallsu għalih diversi assoċjati permezz ta’ allokazzjoni identifikabbli immedjatament għandu jkun raġuni għal dubji. Għalhekk dan id-dokument jikkonċentra fuq servizzi multipli b’valur miżjud baxx li ta’ spiss ikunu pprovduti permezz ta’ kuntratt wieħed u ġeneralment jinvolvu ġabra ta' spejjeż u metodi ta’ allokazzjoni.

IV. Verifiki u Servizzi bejn il-grupp ipprovduti b’mod ċentrali

14. Huwa assolutament raġonevoli li r-reviżur ikun irid il-fiduċjal li kull provvista tas-servizzi tkun konformi mal-prinċipji OECD; l-ispejjeż kollha xierqa jkunu inklużi u l-ispejjeż mhux xierqa jkunu eskluzi u jiġi applikat il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa. Il-livell ta’ fiduċja meħtieġ u kif għandu jintlaħaq jista' jinkiseb b'metodi varji, u dan jiddependi fuq iċ-ċircostanzi partikolari tal-każ u l-metodu ġenerali tal-amministrazzjoni fiskali fir-rigward tal-verifiki dwar il-prezzijiet tat-trasferimenti.

15. Fl-indirizzar ta’ dawn id-dubji, dan id-dokument jissuġġerixxi metodi alternattivi li permezz tagħhom jista' jinkiseb livell xieraq ta' fiduċja li ġie applikat il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa. Bl-istess mod irid jinstab bilanċ bejn ir-riżorsi disponibbli, il-piż tal-konformità u l-livell potenzjali tal-aġġustament.

16. Jidher b’mod ċar li verifika kompleta ta’ każ partikulari se tissodisfa l-ħtiġijiet ta' kwalunkwe reviżur imma l-metodu żviluppat f'dan id-dokument ifittex li jsib mod iktar faċli biex jintlaħaq l-istess għan fil-maġġoranza tal-każijiet li, fl-ambitu ta' dan id-dokument, huma l-iktar komuni.

17. Bl-użu ta’ metodu kompletament differenti minn verifika kompleta, xi amministrazzjonijiet fiskali nidew eżerċizzji bil-għan li jibnu relazzjoni mal-intrapriża multinazzjonali (MNE) Ir-riżultat mixtieq huwa li jkun hemm iktar komprensjoni tal-perspettiva ta' xulxin u tinbena l-fiduċja. Il-mekkaniżmu biex dan jinkiseb huwa permezz ta’ djalogu kontinwu bejn l-amministrazzjonijiet fiskali u l-MNEs, li ma jibbażax ruħu fuq il-verifiki. Għalhekk, pereżempju, fil-kuntest ta’ servizzi bejn il-grupp ipprovduti fuq bażi ċentralizzata, amministrazzjoni fiskali tista’ (barra l-qafas ta' verifika) titlob għal spjegazzjoni dwar kif l-intrapriża multinazzjonali topera s-sistema tagħha. L-MNE tidħol fi djalogu miftuh mal-amministrazzjoni fiskali biex tiżgura li jkun hemm fehim sħiħ tal-qafas, imsaħħaħ jekk meħtieġ minn informazzjoni kontemporanja. Huwa wkoll rakkomandat li l-aġġornamenti jsiru permezz ta' laqgħat regolari. Jista' jkun li bħala riżultat l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jikkunsidraw li lati partikolari tan-negozju tal-MNE huma konformi u għalhekk ta’ riskju baxx. Imma, jekk sussegwentement xi verifika tiġi kkunsidrata xierqa, allura jkun jista' jsir iffukar fuq l-oqsma li qajmu t-tħassib. Barra minn hekk, jista’ jkun li ċerti mistoqsijiet fundamentali (pereżempju, jekk servizz ġiex ipprovdut) ma jiġux ittestjati, ħlief forsi permezz ta' affermazzjoni, ibbażata fuq il-livell ta' fiduċja u kunfidenza li tkun inbniet fir-relazzjoni bejn l-amministrazzjoni fiskali u l-MNE.

18. Madankollu, waqt li tingħata konferma li dan il-metodu msemmi hawn fuq għadu mhux żviluppat b'mod wiesa' madwar l-Ewropa u li metodu li jissejjes fuq verifika sħiħa mhux se jtejjeb is-sitwazzjoni attwali, il-qafas tal-linjigwida li ġejjin huwa rrakkomandat meta tkun meħtieġa eżaminazzjoni tal-provvista ta’ servizzi bejn il-gruppi pprovduti b’mod ċentralizzat.

V. Suppożizzjonijiet Kritiċi

19. Dawn huma:

20. Is-servizzi kkonċernati huma transazzjonijiet kummerċjali ta’ riskju baxx, ta’ valur miżjud baxx.

21. Servizz provdut jirrispetta l-istandard OECD ta' kompetizzjoni ħielsa, b’mod partikolari s-servizzi kkonċernati jingħataw u min jirċevihom jkun provdut b'valur ekonomiku jew kummerċjali.

22. MNE għandha tħaddem is-sistema ta’ tmexxija u ta’ proċeduri ta’ verifika tagħha stess u kwalunkwe servizz ipprovdut għandu jkun suġġett għal dak il-proċess ta' tmexxija.

23. Informazzjoni ta’ kwalità tajba għandha tiġi pprovduta meta mitluba.

24. Huwa aċċettat li s-suppożizzjonijiet kritiċi kollha jew uħud minnhom imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu ttestjati waqt li l-proċess ikompli.

VI. Narrattiva

25. Fid-dawl tal-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ, il-livell u l-għarfien tiegħu tal-MNE kkonċernata, reviżur jista’ jadotta metodi differenti meta jitlob informazzjoni korroborattiva li fil-fehma tiegħu hija biżżejjed biex tikkonferma li servizz li ngħata jikkonforma mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa. Huwa kruċjali li jkun hemm aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità tajba sabiex tittieħed deċiżjoni infurmata. Dan id-dokument jipproponi li l-għoti ta’ narrattiva tissodisfa tajjeb ir-rekwiżit ta' informazzjoni.

26. Minħabba n-natura ta’ rutina u l-valur miżjud baxx tas-servizzi, in-narrattiva għandha tagħti biżżejjed fiduċja lir-reviżur li mill-perspettiva tal-fornitur, is-servizz ingħata u mill-perspettiva ta' min jirċevieh, is-servizz jipprovdilu valur ekonomiku u kummerċjali - u kieku kien indipendenti - kien iħallas għall-attività jew jipprovdi lilu nnifsu bis-servizz. Għalhekk, il-kwistjoni ta’ jekk is-servizz ġiex provdut m’għandhiex tkun kwistjoni kontenzjuża.

27. Il-kontenut eżatt u l-estensjoni tan-narrattiva jistgħu jvarjaw imma huwa kkunsidrat li narrattiva komprensiva tikkonsisti minn dokument modest. Huwa partikolarment importanti li jinżamm bilanċ bejn il-livell tal-informazzjoni mitluba, in-natura ta’ livell baxx ta’ riskju tas-servizzi indirizzati u l-piż potenzjali tal-konformità. Skont kif ikun xieraq, se jiġu trattati s-suġġetti mhux eżawrjenti li ġejjin jew parti minnhom:

28. Bħala parti minn eżerċizju ta’ verifika sanitarja biex il-provvista ta’ servizzi titpoġġa fil-kuntest, jistgħu jintalbu xi proporzjonijiet indikattivi (pereżempju spejjeż għal servizzi fil-grupp meta mqabbla mal-ispejjeż globali tal-operat jew il-livell ta’ fatturat mill-provvista ta’ servizzi bejn il-grupp meta mqabbel mad-dħul globali). Dawn il-proporzjonijiet għandhom jiġu interpretati fil-kuntest tan-natura tal-kummerċ tal-kumpanija assoċjata.

29. L-ispjegazzjoni tal-provvista ta’ servizz fil-kuntest globali tan-negozju tal-MNE sabiex tinftihem aħjar il-motivazzjoni għall-fornitur u għal min jirċievi s-servizz. Pereżempju, permezz tal-ekonomiji tal-iskala jista' jkun li jkun iktar effiċjenti għal sussidjarja li jkollha s-servizzi tal-ħlas tal-pagi jew is-servizzi tar-riżorsi umani pprovduti b'mod ċentrali. Min-naħa l-oħra jista’ jkun li fis-sens ekonomiku jkun aħjar li jkun hemm aċċess "fuq talba” għal servizzi tal-IT.

30. Rikonċiljazzjoni tal-politika dominanti tal-MNE fil-qasam tal-prezzijiet ta’ trasferiment mas-servizzi li fil-fatt ġew pprovduti b’mod ċentrali.

31. Reġistru tat-tipi ta’ servizzi pprovduti u lil min.

32. Dettalji tal-benefiċċju jew il-benefiċċju mistenni għal min jirċievi s-servizz. Il-benefiċċju miksub minn ċerti servizzi huwa evidenti minnu nnifsu (pereżempju, il-ħlas tal-paga). Fil-każ ta’ servizzi oħrajn, fejn il-benefiċċju ma jkunx daqshekk evidenti, jista’ jkun hemm il-ħtieġa ta’ kumment spjegattiv ulterjuri. Pereżempju jekk jeżistu servizzi ta’ attività promozzjonali madwar id-dinja, dak is-servizz kif ikun ta' benefiċċju għal sussidjarja waħda?

33. Eżempju tal-istruttura li permezz tagħha jitwasslu s-servizzi. Jista’ jkun hemm entità ċentrali waħda li tipprovdi s-servizzi jew alternattivament, sussidjarji differenti li jipprovdu servizzi speċifiċi fi ħdan il-grupp. Min-naħa l-oħra, tista’ tintuża taħlita taż-żewġ sistemi, u l-interazzjoni bejn dawk iż-żewġ sistemi tkun trid tiġi mifhuma

34. Deskrizzjoni tal-istandard tal-grupp b’relazzjoni mal-metodu ta’ verifika tiegħu u l-applikazzjoni tiegħu għas-servizzi. Pereżempju, id-definizzjoni ta’ spejjeż diretti u indiretti għall-inklużjoni fil-ġabra ta’ spejjeż; salvagwardji li jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti ta’ metodu ta’ allokazzjoni għal servizz partikolari; l-iżgurar li s-servizzi ma jiġux duplikati.

35. Deskrizzjoni ta’ kif tkun mibnija ġabra ta’ spejjeż.

36. Deskrizzjoni tal-metodi ta’ allokazzjoni(jiet)

37. Il-ġustifikazzjoni skont il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa tar-rata tal-awment applikat jew alternattivament, ir-raġuni għaliex ma tkunx ġiet applikata rata ta’ profitt

38. Reġistru dwar kif issir il-kontabilità tas-servizzi biex tinkludi s-sistema ta’ fatturazzjoni, id-dati tal-ħlas, il-metodi ta’ ħlas u kwalunkwe baġit meta mqabbel mal-aġġustamenti reali.

39. Deskrizzjoni ta’ kif l-amalgamazzjonijiet jew l-akkwisti ta’ kumpaniji jiġu inkorporati fis-sistema tal-provvista tas-servizzi.

40. Fehim dwar kif servizzi ġodda jiġu integrati fis-sistema u kif jiġi mitmum servizz.

41. Kif jiġu ttrattati s-servizzi li jingħataw fuq talba.

42. Kif isiru l-manutenzjoni u l-aġġornament tas-sistema tal-provvista ta’ servizzi.

43. Dokumentazzjoni li tista’ tiġi pprovduta..

44. L-informazzjoni ta’ hawn fuq tista’ tkun disponibbli u pprovduta b’modi varji. Evidentement jeħtieġ li tiġi pprovduta narrattiva apposta bil-miktub. Parti mill-informazzjoni tista’ tingħata verbalment, jekk ikun xieraq. Jista’ jkun ukoll il-każ li l-eżaminazzjoni tal-kuntratti bil-miktub tixħet dawl fuq il-kuntest iktar wiesa' u tipprovdi l-parti l-kbira tal-informazzjoni fi kwalunkwe narrattiva. Kull wieħed mill-metodi jew taħlita ta’ wħud, huma validi. Huwa importanti li r-riżultat ikun fehim ta' kif taħdem kwalunkwe sistema ta' provvista ta' servizz.

45. Wara li tinkiseb narrattiva, l-istadju li jmiss huwa li jiġi kkunsidrat liema, jekk ikun il-każ, spjegazzjoni iktar dettaljata hija meħtieġa u kif għandha tiġi pprovduta.

VII. Oqsma Speċifiċi

46. In-narrattiva tagħti ħarsa ġenerali u tipprovdi wkoll livell ta' dettall. Xi oqsma huma iktar importanti minn oħrajn meta tkun trid tintlaħaq deċiżjoni motivata u tiġi offruta gwida ulterjuri:

VII.1. Is-servizz ġie pprovdut?

47. Huwa fattur importanti li r-reviżur ikun sodisfatt li mill-perspettiva ta’ min jagħti s-servizz, is-servizz ikun ingħata u mill-perspettiva ta' min jirċievi s-servizz, is-servizz jipprovdi valur ekonomiku u kummerċjali li jtejjeb il-pożizzjoni kummerċjali tiegħu u min jirċievi s-servizz kieku kien iħallas għall-attività jew inkella kien jipprovdi s-servizzi hu stess.

48. Mhux dejjem huwa possibbli li jinġiebu provi li ħadd ma jista’ jmerihom li joħolqu rabta bejn assoċjat partikolari u l-benefiċċju miksub minn servizz partikolari. Għandha tingħata interpretazzjoni raġjonevoli msejsa fuq il-provi disponibbli ssostanzjati minn dikjarazzjonijiet ta’ MNE. Wieħed għandu jżomm f’moħħu l-prinċipju li l-ispejjeż kollha jistgħu jiġu allokati u għalhekk, jekk jinħass li spiża ta’ servizz ma’ tkunx tista’ tiġi attribwita għal assoċjat partikolari, trid tiġi allokata lil ieħor suġġett għal-liġi domestika rispettiva li jista' jkun li ma tippermetti tnaqqis sħiħ ta' dawk l-ispejjeż.

49. Kif imsemmi iktar 'il fuq, il-grad ta’ ċertezza li reviżur jeħtieġ biex jaċċetta li l-provvista ta’ servizz hija konformi mal-istandard tal-kompetizzjoni ħielsa, tvarja minn każ għal ieħor. Meta jiġu kkunsidrati n-natura ta’ rutina, il-provvista komuni u l-valur miżjud baxx tas-servizzi flimkien man-narrattiva ta’ spjegazzjoni u ta’ appoġġ, il-verifika tal-provvista tat-tip ta’ servizz indirizzat mil-linjigwida f’dan id-dokument m’għandhiex tkun kwistjoni kontenzjuża.

VII.2. Ġabriet ta’ spejjeż

50. Qasam li ġeneralment iqajjem xi tħassib huwa il-kontenut kwantitattiv u kwalitattiv ta’ ġabra ta’ spejjeż.

51. Kwalunkwe reviżur ikun irid livell ta' fiduċja, li jvarja skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, li l-ispejjeż kollha xierqa jkunu fil-ġabra ta’ spejjeż u l-ispejjeż mhux xierqa jkunu esklużi. Qabel tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-awment u allokazzjoni, jeħtieġ li jkuż żgurat li jiġu esklużi l-ispejjeż tal-azzjonisti u l-ispejjeż relatati ma' servizzi li jiġu addebitati direttament (jiġifieri, l-ispejjeż totali bi tnaqqis tal-ispejjeż tal-azzjonisti u tal-addebiti diretti jirriżulta fl-ispejjeż li jridu jiġu allokati). Huwa importanti wkoll li jkun hemm fehim tan-natura tal-ispejjeż li jibqgħu fil-ġabra ta' spejjeż. L-ispejjeż jistgħu jkunu magħmula minn spejjeż diretti u indiretti kif ukoll minn kwalunkwe spejjeż xierqa ta’ tħaddim tal-intrapriża kollha kemm hi (pereżempju, superviżorji, ġenerali u amministrattivi) u dan sakemm ma jkunux ġew inklużi fil-kategoriji ta’ spejjeż.

52. Din it-taqsima tal-linjigwida tagħti ħarsa ġenerali lejn metodi suġġeriti għall-verifika ta’ ġabra ta’ spejjeż, b’livell differenti ta’ dettall. It-taqsima tikkunsidra b’iktar dettall xi aspetti speċifiċi involuti fil-verifika ta’ ġabra ta’ spejjeż.

53. Il-metodi huma ffokalizzati fuq il-kisba ta’ bilanċ bejn livell xieraq ta’ kunfidenza u l-livell meħtieġ ta’ dettall. Kull wieħed mill-metodi deskritti jista’ jittieħed waħdu jew ma’ oħrajn u jistgħu wkoll jintużaw metodi oħrajn li huma validi bl-istess mod fl-ilħuq ta’ ftehim dwar il-kontenut ta’ ġabra ta’ spejjeż.

54. Reviżur jista’ jagħżel li jagħmel valutazzjoni ta’ livell għoli ta’ ġabra ta’ spejjeż billi jivvaluta l-integrità tas-sistemi ta’ kontabilità u ta’ verifika. Metodu bħal dan jitlob li jiġu mifhuma tajjeb is-sistemi li fuqhom l-MNE sserraħ biex tivverfika l-integrità tal-ġabra ta’ spejjeż tagħha. Għandhom ikunu meħtieġa spjegazzjonijiet tal-kriterji ta' verifika, tal-istandard użat fl-applikazzjoni ta' dawk il-kriterji, u r-raġunijiet wara l-livelli tal-awment u l-metodi ta’ allokazzjoni li ġew applikati. Dan il-metodu għandu rabtiet ċar mad-djalogu kurrenti dwar l-MNE imsemmi hawn fuq.

55. Jista’ jkun li reviżur ieħor, biex jikseb il-livell ta’ fiduċja li jkun jeħtieġ, jagħżel li jagħmel verifika tal-ispejjeż ulterjuri b’selezzjoni jew b’mod każwali. Dan il-metodu huwa estensjoni tal-ewwel wieħed, fis-sens li għadu meħtieġ li jkun hemm fehim ġenerali tal-proċeduri użati fil-ħolqien ta’ ġabra ta’ spjejjeż, iżda huwa kkunsidrat xieraq ukoll li jkun hemm riċerka limitata ulterjuri.

56. Min-naħa l-oħra, reviżur jista' jikkunsidra li huwa xieraq li jkun hemm iktar dettall minn dak suġġerit fiż-żewġ metodi msemmijin hawn fuq. F’dak il-każ, ikun meħtieġ li jkun hemm deskrizzjoni iktar fit-tul dwar kif titħaddem il-ġabra ta' spejjeż. Madankollu, it-twettiq ta’ verifika sħiħa tal-ġabra ta’ spejjeż għandha tkun eċċezzjoni, fil-kuntest ta’ dan id-dokument. Minkejja dan, barra fehim ġenerali, tista' ssir talba għal iktar dettall f'xi oqsma relevanti.

57. Skont liema mill-metodi ta' hawn fuq jaqbel l-iktar mal-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ, l-informazzjoni kollha li ġejja, jew parti minnha, dwar il-ġabra ta' spejjeż tista' tintalab u dan sakemm ma tkunx tinsab diġà f’xi narrattiva:

58. L-istandard tal-verifika tal-kumpanija/grupp li huwa applikat għall-ġabra ta’ spejjeż pereżempju limiti materjali; l-istandard tal-provi.

59. Spjegazzjoni tal-metodu tal-kontabilità tal-ispejjeż użat fl-attribuzzjoni diretta u indiretta tal-ispejjeż fil-ġabra. Fejn jeżistu ċentri ta’ provvista ta’ servizzi varji tkun meħtieġa deskrizzjoni dwar kif l-ispejjeż jiġu trattati.

60. Il-bażi li fuqha l-ispejjeż identifikati bħala spejjeż ta’ azzjonisti kienu b’mod speċifiku esklużi mill-ġabra ta’ spejjeż. Minħabba raġunijiet ta’ kompletezza jista’ jkun li titressaq analiżi separata ta’ dawn l-ispejjeż.

61. Deskrizzjoni u analiżi tal-intestaturi fil-ġabra ta' spejjeż (eżempju IT, kontabilità, Riżorsi Umani).

62. L-oriġini ta’ kwalunkwe awment applikat u l-identifikazzjoni ta’ spejjeż allokati mingħajr qliegħ.

63. Deskriżżjoni u analiżi tal-ispejjeż allokati. Hawnhekk id-dettall ikun ta’ importanza partikolari fejn l-ispejjeż ta’ servizzi li jingħataw madwar id-dinja jiġu attribwiti għal assoċjati individwali.

64. Rikonċiljazzjoni tat-total tal-ġabra ta' spejjeż mat-total ta' spejjeż allokati biex ikun garantit li l-ispejjeż allokati ma jkunux ikbar mill-ispejjeż totali.

VII.3. Fatturazzjoni

65. Qed tinġibed l-attenzjoni lejn dawk li jisthħu jkunu deskritti bħala aspettattivi leġittimi fit-twettiq ta' analiżi kritika ta' kwalunkwe ġabra ta' spejjeż.

66. Spiss, il-fatturi ma jkunux disponibbli meta l-ispejjeż attribwiti jkunu spejjeż diretti jew indiretti mqassma internament. F’dawk iċ-ċirkostanzi tkun meħtieġa spejgazzjoni tal-loġika u l-proċess li ġie applikat biex intlaħqu l-ispejjeż attribwiti. Fin-nuqqas ta’ figura assoluta, jeħtieġ li tingħata opinjoni biex jiġi valutat jekk hux xieraq li spiża partikolari tiġi inkluża fil-ġabra ta’ spejjeż u li l-ammont kun riflessjoni ġusta tal-ispiża li tkun saret.

67. Meta jkun hemm il-fatturi, dawn ġeneralment jirriflettu taħlita ta' spejjeż esterni ta' terzi u kif ukoll spejjeż interni magħqudin f'fattura finali. L-ispiża finali tiġi rappreżentata korrettement b'fattura waħda finali minkejja li dik il-fattura tkun ir-riżultat ta' spejjeż fatturati preċedentement minn diversi entitatjiet li jikkontribwixxu għas-servizz finali provdut. Pereżempju, l-assoċjat A meta jipprovdi appoġġ ta’ rutina fit-IT jista’ jagħti b’subappalt xi elementi ta’ dak l-appoġġ lill-assoċjat B. L-assoċjat B jista’ jerġgħa jagħti b’subappalt lil terz indipendenti C. Il-fattura li tidher fil-ġabra ta’ spejjeż ta’ A tkun dik provduta mill-assoċjat B. F’dan il-każ, filwaqt li huwa meqjus raġonevoli li fattura tista’ tintalab u l-oriġini tagħha jiġi traċċat, huwa irraġonevoli li jkun mistenni li tingħata lista dettaljata tal-elementi kollha ta' fattura minn B għal C u possibiliment anki lil hinn. Dan minħabba l-fatt li fattura magħmula minn intrapriża indipendenti lil oħra, ġeneralment ma tindikax (u mhux neċessarjament ikun possibbli li tiġi pprovduta) lista tal-qsim tal-oriġini u tal-elementi kollha ta' dik il-fattura.

VII.4. Spejjeż tal-azzjonisti

68. Fil-liġijiet nazzjonali, fil-proċeduri amministrattivi u fil-każistika m’hemmx ħafna definizzjonijiet jew informazzjoni oħra dwar l-attivitajiet li jikkostitwixxu spiża ta’ azzjonisti.

69. Il-linjigwida tal-OECD jirreferu għal ċerti attivitajiet li jikkostitwixxu attivitajiet ta’ azzjonist. Fl-Anness 2 hemm lista mhux eżawrejnti li tinkludi elementi eżistenti tal-OECD u servizzi addizzjonali li l-JTPF irriveda u identifika bħala dawk li regolarment jiġu kklassifikati bħala spejjeż tal-azzjonisti. Il-klassifika tiddependi dejjem fuq il-fatti speċifiċi taċ-ċirkostanzi.

70. Madankollu, hemm test fundamentali ta' riferiment li jista’ jiġi applikat meta jiġi deċiż jekk spiża hix fil-fatt spiża marbuta mal-azzjonisti.

71. Dan l-estratt mill-Paragrafu 7.9 tal-linjigwida tal-OECD jagħti pożizzjoni ċara dwar din il-kwistjoni: “F'għadd żgħir ta’ każijiet, l-attività bejn il-grupp tista’ titwettaq b'relazzjoni mal-membri tal-grupp anki jekk dawk il-membri tal-grupp ma jkunux jeħtieġu dik l-attività (u ma jkunux lesti li jħallsu għaliha kieku kienu intrapriżi indipendenti). Attività bħal din tkun eżerċitata minn membru tal-grupp (ġeneralment il-kumpanija ewlenijai jew il-kumpanija reġjonali possedenti) sempliċement minħabba l-kapital li jkollu f’wieħed jew aktar mill-membri tal-grupp, jiġifieri fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonista. Din it-tip ta’ attività ma tiġġustifikax li jsir addebitu lill-kumpaniji li qed jirċievu”.

72. Jeħtieġ opinjoni meta attività mhux biss tillibera minn dmir ta' azzjonist imma tipproduċi wkoll benefiċċju addizzjonali. Membru tal-Bord ta’ kumpanija ewlenija jista’ jaqdi d-dmirijiet marbuta mal-interessi kapitali tal-kumpanija ewlenija f'membri oħra tal-grupp. Dik l-attività normalment tiġi klassifikata bħala spiża tal-azzjonisti. Ladarba spiża tal-azzjonisti tiġi identifikata, mhux xieraq li tiġi addebitata direttament jew indirettament fil-ġabra ta' spejjeż.

73. Madankollu, fit-twettiq ta’ dawk id-dmirijiet, inizjalment għal skopijiet tal-azzjonisti, jista’ jkun li l-Membru tal-Bord iwettaq dmirijiet b’mod li jiġi fornit servizz addizzjonali u jingħata benefiċċju lil hinn mill-interessi kapitali tal-kumpanija ewlenija.

74. F’dak il-każ, wieħed irid jistaqsi jekk fil-fatt ġiex provdut servizz addizzjonali. Fit-tweġiba għal din il-mistoqsija, iridu jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin: il-grupp kollu qed jieħu benefiċċju; jew il-benefiċċju huwa attribwit biss għal xi sussidjarja, kif qed jinqasmu l-ispejjeż u qed jiġi applikat tajjeb il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa? It-tweġiba tinsab fil-qsim tal-ispejjeż, parzjalment lill-kumpanija ewlenija u parzjalment lis-sussidjarji. Dak il-qsim isir skont it-tip ta’ settur industrijali, it-tip ta’ kumpanija u s-serviz provdut li mbagħad iwassal għall-konklużjoni li l-uniku metodu vjabbli huwa l-metodu li jitratta kull każ b'mod individwali.

VII.5. Metodi ta' allokazzjoni

75. Hemm żewġ kummenti rilevanti fil-linjigwida tal-OECD, dwar il-metodi ta’ allokazzjoni, li huma:

“Kull metodu ta’ addebitu indirett għandu jkun sensittiv għall-fatturi kummerċjali tal-każ indivdiwali (pereżempju, l-metodu ta’ allokazzjoni jagħmel sens fiċ -ċirkostanzi), ikollu salvagwardji kontra l-manipulazzjoni u jsegwi prinċipji sodi ta’ kontabilità u jkun kapaċi jipproduċi addebiti jew qsim ta' spejjeż li jkunu proporzjonati mal-benefiċċji attwali jew raġonevolment mistennija għal min jirċievi s-servizz” (OECD 7.23).

“Sabiex jiġi sodisfatt il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa, il-metodu ta’ allokazzjoni magħżul għandu jwassal għal riżultat li jkun konsistenti ma' dak li intrapriżi paragunabbli kieku jkunu lesti li jaċċettaw." (OECD 7.24)

76. L-applikazzjoni ta’ metodu ta’ allokazzjoni awtoevidenti għall-provvista ta’ servizz singolu m’għandux joħloq problemi bla bżonn għar-reviżur, pereżempju, is-servizz tal-ħlas tal-pagi mqassam skont il-kwantità ta' impjegati.

77. Il-provvista ta’ iktar minn servizz wieħed taħt kuntratt uniku tista’ teħtieġ li jitwaqqfu diversi metodi differenti ta’ allokazzjoni. Ir-raġunijiet applikati waqt id-deċiżjoni dwar metodu ta' allokazzjoni jkunu differenti skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi. Madankollu, ikun hemm inkonsistenza jekk jiġi applikat metodu differenti ta' allokazzjoni għal dawk li jirċievu l-istess servizz.

78. Il-punt ta' riferiment huwa li kwalunkwe metodu ta’ allokazzjoni jista’ jkun ġustifikat u huwa applikat b’mod konsistenti (u jiġi revedut fuq bażi regolari). Jeħtieġ li jkun hemm bilanċ bejn il-preċiżjoni tal-metodu u l-piż li jinħoloq jekk ikun hemm insistenza fuq metodu kumpless li jippermetti biss titjib marġinali fuq metodu li huwa operattivament applikat b’iktar faċilità.

79. Il-metodu prammatiku spjegat hawn fuq huwa li indipendentement minn liema metodu ta’ allokazzjoni tittieħed deċiżojni dwaru, dan għandu jkun ġustifikat u applikat b’mod konsistenti.

80. Filwaqt li l-applikazzjoni ta' kwalunkwe metodu ta’ allokazzjoni partikolari tiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari, il-metodi li ġejjin huma dawk l-iktar użati:

81. IT: għadd ta’ kompjuters

82. Software għall-ġestjoni tan-negozju (pereżempju SAP): għadd ta’ liċenzji

83. Riżorsi Umani: għadd ta’ impjegati

84. Saħħa u s-sikurezza: għadd ta’ impjegati

85. Żvilupp tal-Immaniġġjar: għadd ta’ impjegati

86. Taxxi, Kontabilità, etc: fatturat jew id-daqs tal-karta tal-bilanċ

87. Servizzi tal-kummerċjalizzazzjoni: fatturat

88. Immaniġġjar tal-vetturi: għadd ta’ karrozzi

89. Wieħed għandu jinnota li jistgħu jintużaw ukoll metodi ta’ allokazzjoni iktar kumplessi.

90. Jista’ jkun il-każ li storikament kien intlaħaq ftehim dwar metodu ta' allokazzjoni li jirrifletti l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ħielsa u b’konsegwenza, il-prezz. Mhux l-intenzjoni li dawn il-linjigwida jkunu jeħtieġu reviżjoni awtomatika ta’ dak li diġà huwa stabbilit.

VII.6. “Servizzi fuq talba” (OECD 7.16-7.17)

91. Qasam ieħor li jista’ jkun jeħtieġ iktar ħsieb, huwa t-trattament ta' dak li b'mod varjata jissejħu "kuntratti fuq talba", kuntratti għall-provvediment ta' kwantità speċifika" ("call off contracts" ) jew "kuntratti ta’ disponibilità” (“stand by contracts"). F’sitwazzjonijiet ta' terzi persuni, huwa normali li jsiru arranġamenti biex servizz jintuża kif u meta meħtieġ. L-implikazzjonijiet ta’ dan huma tlieta. Jekk isir addebitu sempliċement għall-potenzjal ta’ aċċess għal servizz, liema addebitu ulterjuri, jekk ikun il-każ, għandu jsir jekk is-servizz ikun mitlub u liema huma l-fergħat jekk is-servizz ma jintużax f'sena partikolari?

92. L-ewwel nett, jeħtieġ li jkun hemm infrastruttura mwaqqfa li toffri u tissodissfa l-impenji ta’ ftehim fuq talba (on call arrangement). F’ċerti każijiet jista’ jkun raġjonevoli li jsir addebitu li jkopri l-ispejjeż tal-infrastruttura u l-awment. Bl-istess mod, f'każijiet oħrajn jista' jkun raġonevoli li utent iħallas tariffa għall-aċċess potenzjali għal dik l-infrastruttura imma l-ebda tariffa ulterjuri meta tiġi attivata l-provvista tas-servizz fuq talba. Dan jista’ jitqabbel mas-sitwazzjoni fejn jintalab servizz speċifiku li jmur lil hinn mis-servizz standard fuq talba. F’dak il-każ huwa xieraq li tiġi applikata tariffa separata u jsir addebitu dirett.

93. Jista’ jkun li membru ta’ grupp ma jkunx jeħtieġ servizz fuq talba f’sena partikolari imma dak il-fatt m’għandux ifisser li mhux se jakkwista is-servizz għas-sena ta’ wara. Lanqas ma jfisser awtomatikament li se jkollu d-dritt għat-tnaqqis tat-tariffa annwali minħabba li f’sena partikolari s-servizz ma ntużax. It-tariffa tiddependi iktar fuq ir-riskju kif perċepit mill-fornitur u d-dispożizzjoni tal-utent għar-riskju minn sena għal oħra.

VII.7. Tariffa li tirifflett l-kompetizzjoni ħielsa

94. Kif spiss intqal, il-prezzijiet tat-trasferimenti huma arti mhux xjenza preċiża u din id-dikjarazzjoni tippermetti li jkun hemm ċertu grad ta' diskrezzjoni dwar il-livell ta' provi li huma meħtieġa biex jiġi valutat prezz ta' trasferiment u biex jiġi żgurat li metodu partikolari jkun stima raġonevoli tal-prezz skont il-kompetizzjoni ħielsa OECD 1.12-1.13 u1.68-1.69).

VII.8. Il-metodoloġija

95. Jista’ jkun il-każ li storikament kien intlaħaq ftehim dwar metodoloġija differenti minn dawk deskritti fil-linjigwida OECD u li jirrifletti l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ħielsa u b’konsegwenza, il-prezz (OECD1.68). Mhux l-intenzjoni li dawn il-linjigwida jħarbtu dan il-metodu.

96. Jekk jista’ jinstab faċilment prezz paragunabbli tas-suq ħieles (CUP) xieraq għall-provvista ta’ servizz partikolari, dak għandu jkun is-soluzzjoni l-iktar faċli. Pereżempju, meta s-servizz li jkun qed jiġi trattat ikun twassal lil partijiet terzi indipendenti jew servizz simili ingħata minn parti terza.

97. Madankollu, fil-każ ta’ servizzi bejn il-grupp, huwa iktar spiss li ma jkunux jistgħu jiġu individwati prezzijiet paragunabbli tas-suq ħieles. Filwaqt li ġeneralment kwalunkwe mill-metodi l-oħra tal-OECD jistgħu jkunu validi għar-reviżjoni tal-konformità ta’ provvista ta’ servizz mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa, dan id-dokument jissottolinea li metodu msejjes fuq l-ispejjeż għandu jkun l-iktar metodu komunement użat (OECD 7.31).

VII.9. Kunsiderazzjonijiet dwar l-awment

98. Peress li s-servizzi ta' valur miżjud baxx li qed jiġu eżaminati f'dan id-dokument huma attreanti tipikament biss fil-każ ta’ awment żgħir, huwa relattivament iktar importanti li tiġi stabbilita bażi ta’ spejjeż xierqa.

99. Meta tiġi determinata bażi ta' spejjeż għal servizz partikolari, allura jkun xieraq li jiġi kkunsidrat l-ammont ta' awment, jekk xieraq, li għandu jiġi applikat għal dawk l-ispejjeż. Il-linjigwida tal-OECD jirrikonoxxu li mhux dejjem huwa l-każ li jiġi applikat awment (OECD 7.33 u 7.36). Fil-fatt, il-linjigwida jmorru lil hinn billi jissuġġerixxu li għalkemm, bħala prinċipju, l-awment jista' jkun xieraq, l-analiżi ta' kemm jaqbel il-benefiċċju meta mqabbel mal-ispejjeż tista' tagħti riżultat li l-amministrazzjoni fiskali tqis li mhux se ssegwi l-każ lil hinn mill-ispejjeż ta' allokazzjoni. (OECD 7.37).

100. Fil-każijiet meta huwa xieraq li jsir awment, dan normalment ikun awment modest u mill-esperjenza jidher li awmenti ġeneralment aċċettati jaqgħu bejn it-3% u l-10%, spiss madwar 5%. Madankollu, dan huwa suġġett għall-fatti u ċ-ċirkostanzi li jistgħu jippermettu li jkun hemm awment differenti.

101. Il-karattru tas-servizzi indirizzati f’dawk il-linjigwida jissuġġerixxu analiżi fil-fond ta’ ħames fatturi ta’ tqabbil, inkluża l-analiżi tal-funzjoni, flimkien ma' eżerċizzju ta’ valutazzjoni ta’ kwalifika li jkopri l-eżami kwantitattiv u kwalitattiv tal-elementi potenzjali li jistgħu jitqabblu sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit awment xieraq jista’ jkun metodu li jeħtieġ ħafna riżorsi. Għalhekk, jista’ jiġi previst li reviżur jikkunsidra sistema ta’ tiftix ta’ informazzjoni li hi inqas impenjattiva biex jivvaluta l-awment propost. Madankollu, din is-sistema ta’ tiftix inqas impenjattiva trid tgħaddi mit-test tal-kompetizzjoni ħielsa. Sa ċertu punt reviżur jista’ jikkunsidra l-lista mhux eżawrjenti li ġejja meta jkun qed jasal għall-pożizzjoni finali tiegħu:

102. Ir-raġunament bażiku u l-evidenza li fuqha serraħ il-fornitur meta stabbilixxa l-awment.

103. L-esperjenza u l-għarfien tar-reviżur fil-każijiet tipiċi li ltaqa' magħhom fejn l-awment kien aċċettat għat-tip ta’ servizzi li għalihom jirreferu l-linji gwida.

104. Il-kumpilazzjoni kollha ta’ evidenza li hija disponibbli minn riċerka tal-istatistika.

105. Prattika u esperjenzi ppubblikati pereżempju minn xi amministraturi fiskali

106. Xi drabi jiġi applikat l-istess awment f’medda ta’ servizzi provduti f’kuntratt wieħed. Dan huwa aċċettabbli jekk ikun jista’ jiġi stabbilit li s-servizzi partikolari kieku attiraw l-istess awment u jkun antiċipat li kwalunkwe varjazzjoni għandha tkun minima.

VIII. Dokumentazzjoni

107. Il-linjigwida tal-OECD (Para.5.4) jagħmlu referenza għal prinċipji ta’ mmaniġġar prundenti li kieku għandhom imexxu l-proċess ta’ kunsiderazzjoni dwar jekk prezz ta' trasferiment hux xieraq għal skopijiet fiskali u l-estensjoni ta' kwalunkwe livell meħtieġ ta' dokumentazzjoni ta’ sostenn il-prezzijiet ta’ trasferimenti.

108. Dan huwa rifless fil-paragrafu 2.3.1 tar-rapport tal-JTPF dwar id-Dokumentazzjoni tal-UE dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment (EUTPD):

"Il-“prinċipju ta' mmaniġġjar prudenti”, imsejjes fuq prinċipji ekonomiċi, jimplika li t-tip ta’ evidenza li tkun xierqa fir-rigward ta' transazzjoni ta' valur għoli tista' tkun differenti ħafna mit-tip ta' evidenza li tkun xierqa fir-rigward ta' transazzjoni fejn il-valur totali huwa sinifikatament iżgħar".

109. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju għas-servizzi li fuqhom jikkonċentraw dawn il-linjigwida, jista' jkun li ma teżistix dokumentazzjoni u lanqas ftehimiet bil-miktub. Madankollu, in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni bil-miktub m’għandux ikun fattur deċiżiv jew benefiċċju fiċ-ċaħda tal-provvista tas-servizz, iżda għandu jkun element fi kwalunkwe skema globali ta’ fatti li fuqhom tittieħed deċiżjoni (OECD 7.18).

110. Huwa loġiku li tiġi kkunsidrata n-natura kumulattiva ta’ dan il-metodu - l-indirizz ta’ servizzi ta’ rutina, l-aċċettazzjoni ta’ ċerti suppożizzjonijiet kritiċi, il-provvista ta’ narrattiva u l-ispjegazzjonijiet ta’ ġabra ta’ spejjeż - fis-sens li l-iskop għall-preżentata ta’ dokumenti ta’ sostenn ikun diġà ġie rispettat.

111. Madankollu, jista’ jkun utli li wieħed itenni x’għandu jkun il-kontenut ta’ dokumentazzjoni utili u proporzjonata:

112. Narrattiva kif spjegata hawn fuq.

113. Ftehimiet bil-miktub.

114. Ġabra ta’ spejjeż kif spjegata hawn fuq..

115. Ġustifikazzjoni tal-metodoloġija OECD applikata.

116. Verifika tal-prezz skont il-kompetizzjoni ħielsa li ġie applikat.

117. Is-sistema ta’ fatturazzjoni u l-fatturi - ara n-narrattiva.

118. Għandu jiġi nnutat li l-informazzjoni minn għajn waħda (pereżempju, ftehim bil-miktub) tista’ tkopri l-informazzjoni meħtieġa minn għajn oħra (pereżmpju, in-narrattiva). L-użu estensiv ta’ sistemi kompjuterizzati jipprovi wkoll l-opportunità li jingħata dettall fuq livell ta' sommarju li jista' jkun li jevita l-ħtieġa li tingħata dokumentazzjoni primarja iktar estensiva.

IX. Kunsiderazzjonijiet Ex Post

119. Qed jiġi rakkomandat li għal skopijiet ta’ referenza fil-futur u fl-aħħar ta' dan il-proċess, in-narrattiva tieħu l-forma ta' nota fil-fajl flimkien ma' xi arranġament għal aġġornamenti regolari.

120. B'kontinwament tat-tema ta' użu effiċjenti tar-riżorsi, ikun kontroproduttiv jekk jiġi injorat dak li ġie stabbilit f'reviżjoni preċedenti. Jista’ jintlaħaq ftehim dwar proċedura ta’ rappurtar eċċezzjonali fejn japplika l-istatus quo, forsi bis-suppożizzjoni ta’ allinjament mill-ġdid xieraq tal-prezzijiet, sakemm xi amministrazzjoni fiskali ma tiġix notifikata diversament.

121. Amministrazzjoni fiskali għandha tikkunsidra l-iskambju ta’ informazzjoni li jkun xieraq u intrapriża multinazzjonali tista’ tikkunsidra li jkun vjabbli li tiddedika xi taqsima ta' kwalunkwe politika EUTPD li jista’ jkollha għal dan il-qasam partikolari.

122. B’konformità mal-Kodiċi ta’ Mġieba dwar l-EUTPD, l-Istati Membri m'għandhomx jimponu penali marbuta mad-dokumentazzjoni meta min iħallas it-taxxa jikkonforma mal-għoti ta' informazzjoni msemmija hawn fuq, in bona fede , b’mod raġonevoli u fi żmien raġonevoli.

123. Reviżjoni tista’ tirriżulta f’aġġustament. Jekk l-aġġustament ikun konsegwenza taċ-ċaħda ta' spiża partikolari, ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni għandhom ikunu ċari sabiex l-ispiża tkun tista' tiġi allokata u jinżamm il-prinċipju li l-ispejjeż kollha huma allokabbli.

124. Aġġustament jista’ mbagħad ikun il-bażi ta' proċedura bi ftehim reċiproku skont id-DTA u/jew il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ. F’dak il-każ, ikun xieraq li tinġibed l-attenzjoni tal-Awtoritajiet Kompetenti lejn il-fatt li l-linjigwida jridu jiġu applikati. Fin-nuqqas ta’ xi elementi ġodda, jista’ jkun ġustifikat li jiġi aċċettat aġġustament mingħajr stħarriġ ulterjuri.

X. Konklużjonijiet

125. Il-JTPF jikkonkludi li l-linjigwida li ġejjin għandhom jiffaċilitaw il-valutazzjoni u l-aċċettazzjoni li l-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa ġie applikat fil-maġġoranza tal-każijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' dawn il-linjigwida.

126. Il-JTPF jirrikonoxxi li dan ir-rapport huwa ffukat b'mod speċifiku fuq is-servizzi ta' valur miżjud baxx iżda wħud mis-suppożizzjonijiet u l-elementi kritiċi jistgħu japplikaw bl-istess mod għal servizzi iktar kumplessi ta’ valur miżjud għoli. .

127. Il-JTPF se jwettaq regolarment monitoraġġ tal-effett ta’ dawn il-linjigwida u b’mod partikolari biex jiżgura li l-awmenti msemmija jibqgħu rilevanti.

128. ANNESS 1: Lista ta’ servizzi komuni li jiġu pprovduti bejn il-grupp li jistgħu jew ma jistgħux jaqgħu fl-ambitu ta' dan id-dokument.

A. Servizzi ta’ teknoloġija informatika (TI), pereżempju:

A.1. il-ħolqien, l-iżvilupp u l-immaniġġjar ta’ sistema ta’ informazzjoni;

A.2. l-istudju, l-iżvilupp, l-installazzjoni u l-manutenzjoni perjodika/straordinarja tas-software;

A.3. l-istudju, l-iżvilupp, l-installazzjoni u l-manutenzjoni perjodika/straordinarja tas-sistema tal-hardware;

A.4. il-provvista u t-trasmissjoni tad-dejta; kif ukoll

A.5. is-servizzi ta’ assistenza.

B. Servizzi ta’ riżorsi umani, pereżempju:

B.1. attivatjiet leġislattivi, kontrattwali, amministrattivi, ta' sigurtà soċjali u fiskali marbuta mal-immaniġġjar ordinarju u straordinarju tal-impjegati;

B.2. l-għażla u l-impjegar tal-ħaddiema;

B.3 l-assistenza fid-definizzjoni tal-linja tal-karriera;

B.4. l-assistenza fid-definizzjoni tal-iskemi ta’ kumpens u ta’ benefiċċji (inklużi pjanijiet li jagħtu l-possibilità lill-impjegati li jakkwistaw ishma fil-kumpanija);

B.5. id-definizzjoni tal-proċess ta' valutazzjoni tal-impjegati;

B.6 it-taħriġ tal-impjegati;

B.7. id-disponibilità ta’ impjegati għal perjodu limitat;

B.8. koordinazzjoni tal-kondiviżjoni tal-impjegati fuq bażi termporanja jew permanenti; u l-immaniġġjar tal-impjegati żejda.

C. Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, pereżempju:

C.1. l-istudju, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni;

C.2. l-istudju, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-promozzjoni tal-bejgħ;

C.3. l-istudju, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-kampanji ta' reklamar;

C.4. riċerka tas-suq;

C.5. l-iżvilupp u l-immaniġġjar tal-websajt fl-Internet;

C.6. il-pubblikazzjoni ta’ rivisti li jingħataw lill-klijenti tas-sussidjarja (anki jekk ikunu jirrigwardaw il-grupp kollu).

D. Servizzi legali, pereżempju:

D.1. għajuna fl-abbozzar u r-reviżjoni ta’ kuntratti u ftehimiet;

D.2. konsultazzjonijiet legali kontinwi;

D.3. abbozzar u appaltar tal-opinjonijiet legali u fiskali;

D.4. għajnuna biex jiġu rispettati l-obbligi legali;

D.5. għajnuna f'kawżi ġudizzjarji kontenzjużi;

D.6. immaniġġjar ċentralizzat tar-relazzjoni mal-kumpaniji ta' assigurazzjoni u s-sensara tagħhom;

D.7. pariri fiskali;

D.8. studji dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment; kif ukoll

D.9. ħarsien tal-proprjetà intanġibbli.

E. Servizzi tal-kontabilità u amministrattivi, pereżempju:

E.1. għajnuna fil-preparazzjoni tal-baġit u tal-pjanijiet ta’ ħidma, iż-żamma tar-reġistri u l-kontabilità obbligatorji;

E.2. għajnuna fil-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji perjodiċi, annwali u karti tal-bilanċ jew rapporti tal-kontabilità (differenti mir-rapport finanzjarju kkonsolidat);

E.3 għajnuna biex ikun hemm konformità mal-obbligi fisakli, bħall-formoli tal-prospett tat-taxxa, l-ikkalkular u l-ħlas tat-taxxi, etc.; l-iproċessar tal-informazzjoni;

E.4. verifika tal-kontabilità tas-sussidjarja; u l-immaniġġjar tal-proċess ta' fatturazzjoni.

F. Servizzi tekniċi, pereżempju:

F.1. Għajnuna fir-rigward tal-impjant, il-makkinarju, it-tagħmir, il-proċessi, etc.

F.2. l-ippjanar u l-eżekuzzjoni ordinarja u straordinarja tal-attivitajiet ta’ manutenzjoni tal-post tax-xogħol u tal-impjant;

F.3. l-ippjanar u l-eżekuzzjoni ordinarja u straordinarja tal-attivitajiet ta’ ristrutturar tal-post tax-xogħol u tal-impjant;

F.4. it-trasferiment tal-għarfien tekniku;

F.5. il-provvista ta’ linjigwida għall-innovazzjoni tal-prodotti;

F.6. l-ippjanar tal-produzzjoni biex tiġi minimizzata l-kapaċità u d-domanda tintlaħaq b’mod effiċjenti;

F.7. għajnuna fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-ispiża kapitali;

F.8. il-monitoraġġ tal-effiċjenza; kif ukoll

F.9 servizzi ta' inġinerija

G. Servizzi tal-kontroll tal-kwalità, pereżempju:

G.1. il-provvista ta’ politiki ta’ kwalita u standards tal-produzzjoni u l-provvista ta' servizzi;

G.2. għajnuna fil-ksib ta’ ċertifikati ta’ kwalità (pereżempju, ISO 9000); kif ukoll

G.3. l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ sodisfazzjoni tal-klijenti.

H. Servizzi oħra:

H.1. servizzi ta' strateġija u ta' żvilupp kummerċjali fil-każ li jkun hemm rabta ma' sussidjarja eżistenti jew li għadha tkun se tiġi stabbilita;

H.2. sigurtà tal-kumpanija;

H.3. riċerka u żvilupp;

H.4. immaniġġjar tal-proprjetà u tal-faċilitajiet;

H.5. serviżżi loġistiċi;

H.6. immaniġġjar tal-inventarju;

H.7. parir dwar l-istrateġija ta' trasport u ta' distribuzzjoni;

H.8. servizzi ta’ magazzinaġġ;

H.9. servizzi ta’ akkwist u ta’ ksib tal-materja prima;

H.10. immaniġġjar tat-tnaqqis tal-ispejjeż;

H.11. servizzi ta’ ppakkjar.

ANNESS 2: Lista mhux eżawrjenti u mhux preskrittiva ta’ spejjeż tal-azzjonisti (it-test bil-korsiv huwa ripetizzjoni tal-linjigwida OECD).

Mid-diskussjoni li saret waqt il-laqgħa tal-JTPF ta’ Marzu 2009, jista’ jiġi konkluż li, b’mod ġenerali, l-ispejjeż elenkati f’din it-tabella jistgħu jiġu kkunsidrati bħala spejjeż imġarrba għall-benefiċċju tal-kumpanija ewlenija. Madankollu, il-JTPF ikkonkluda li l-analiżi se tkun teħtieġ dejjem li jitqajmu l-kwistjonijiet li ġejjin, fir-rigward ta’ kull spiża elenkata: qed ikun hemm benefiċċju għall-grupp kollu, qed ikun hemm benefiċċju għall-kumpanija ewlenija biss, għandha tiġi allokata lis-sussidjarji, jew għandha tiġi kkunsidrata li hija ta’ benefiċċju għal sussidjarja waħda biss? Għaldaqstant, l-uniku metodu li jista' jittieħed huwa l-metodu li jiġi eżaminat kull każ individwalment.

Deskrizzjoni tal-ispejjeż li għandhom jiġu kkunsidrati spejjeż tal-azzjonisti | Kummenti |

a. | Spejjeż ta’ attivitajiet marbuta mal-istruttura ġuridika tal-kumpanija ewlenija nnifisha, bħal (ara l-linjigwida OECD paragrafu 7.10a) | Ġeneralment spiża tal-azzjonisti imma ara iktar 'l isfel |

a.1. | spejjeż tal-laqgħa tal-azzjonisti tal-kumpanija ewlenija, inklużi l-ispejjeż tal-pubbliċità | Spejjeż tal-azzjonisti |

a.2. | spejjeż tal-ħruġ ta’ ishma tal-kumpanija ewlenija | Spejjeż tal-azzjonisti |

a.3. | spejjeż tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija ewlenija li hija assoċjata mad-dmirijiet statutorji ta’ direttur bħala membru tal-bord tad-diretturi. | Ir-Rapport OECD tal-1984 jammeti li l-membri tal-bord jistgħu jwettqu attivitajiet li huma ta' benefiċċju għas-sussidjarji sabiex parti waħda biss tal-ispejjeż marbuta mal-bord tad-diretturi tkun ikkunsidrata spejjeż tal-azzjonisti. Dan jista’ jkun il-każ meta wieħed jew iktar mid-diretturi jkollhom kwalifiki u kapaċitajiet li jmorru lil hinn mis-sempliċi funzjoni ta’ parteċipazjoni u jinkludu għarfien u kompetenzi li huma rilevanti għall-attività tas-sussidjarji. Konklużjonijiet tal-JTPF: Huwa dejjem xieraq li jintuża metodu li jevalwa kull każ b’mod individwali għax direttur jew membru tal-bord jista’ jwettaq attivitajiet (parzjalment jew totalment) għal benefiċċju speċifiku ta’ (xi) sussidjarja(i) u għalhekk jista’ jkun hemm ħtieġa ta' allokazzjoni. |

a.4. | sppejjeż għall-konformità tal-kumpanija ewlenija mal-liġijiet fiskali (prospetti tat-taxxa, il-kontabilità, etc.) | Spejjeż tal-azzjonisti |

b. | spejjeż marbuta mar-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-kumpanija ewlenija, inklużi r-rapporti ta' konsolidazzjoni (ara l-linjigwida tal-OECD paragrafu 7.10b) | Spejjeż tal-azzjonisti |

b.1. | Spejjeż għar-rapport finanzjarju konsolidat tal-kumpanija ewlenija; | Spejjeż tal-azzjonisti |

b.2. | Spejjeż għar-rapport finanzjarju konsolidat tal-grupp; | Konklużjonijiet tal-JTPF: Spejjeż iffukati: l-ispejjeż kollha meħtieġa għall-konsolidazzjoni f’kull livell. Jista’ jkun li l-ispejjeż ikunu relatati mal-kumpanija ewlenija jew mas-sussidjarja u f’dak il-każ, min jieħu benefiċċju? Jista’ jkun hemm benefiċċju parallel għas-sussidjarji imma l-konsolidazzjoni hija attività tal-grupp. Xi membri spjegaw li fil-prattika l-ispejjeż lokali tas-sussidjarji ma jingħaddux lill-kumpanija ewlenija peress li iqum wisq biex jiġu identifikati u iżolati dawn l-ispejjeż |

b.3. | spejjeż għall-applikazzjoni u għall-konformità ma' konsolidazzjoni fiskali transkonfinali. Il-leġislazzjoni fiskali ta’ xi wħud mill-Istati Membri jipprovdu l-konsolidazzjoni fiskali transkonfinali li teħtieġ li l-kumpanija ewlenija tiġbor informazzjoni mis-sussidjarji u tikkonforma ma' rekwiżiti formali bħall-aġġustamenti fiskali tal-kontabilità tas-sussidjarji barranin biex tkun tista' ssir komputazzjoni tad-dħul konsolidat għal skopijiet ta’ taxxa fuq il-kumpaniji. Dawn l-ispejjeż jiġġarbu għall-benefiċċju esklussiv tal-kumpanija ewlenija; | Spejjeż tal-azzjonisti Minkejja li f’ċirkostanzi rari l-kumpanija sussidjarja tista’ tirċievi benefiċċju mill-konsolidazzjoni, bħat-tneħħija ta’ taxxi finali li, f’kundizzjonijiet oħrajn, japplikaw fil-pajjiż fejn tinsab il-kumpanija ewlenija fuq ħlasijiet magħmula mill-kumpanija ewlenija. |

b.4. | spejjeż għall-verifika tal-kumpanija ewlenija | Spejjeż tal-azzjonisti |

c. | Spejjeż tal-ġbir ta’ fondi għall-akkwist tal-ishma tagħha [tal-kumpanija ewlenija] (ara l-linji gwida OECD paragrafu 7.10c) | Spejjeż tal-azzjonisti |

d. | Spejjeż ta’ attivitajiet ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll (monitoraġġ) marbuta mal-immaniġġjar u l-ħarsien tal-investimenti fl-ishma, sakemm parti indipendenti tkun lesta li tixtri jew li taġixxi għaliha nnifisiha: | Ġeneralment ikkunsidrati spejjeż tal-azzjonisti |

d.1. | Spejjeż tal-verifika tal-kontabilità ta' sussidjarja mill-kumpanija ewlenija, jekk dan isir esklużivament fl-interessi tal-kumpanija ewlenija; | Spejjeż tal-azzjonisti Madankollu, jekk il-verifika ssir ukoll fl-interessi tas-sussidjarja, l-attività ssir parzjalment servizz bejn il-grupp: dan huwa l-każ meta l-verifika tkun mandatorja skont il-liġi tal-istat fejn tkun ġiet iffurmata s-sussidjarja, meta jiġi ppubblikat r-rapport tal-verifika flimkien mar-rapport finanzjarju tas-sussidjarja jew jiġi ppublikat fuq il-websajt tas-sussidjarja jew, b’mod ġenerali, ikun użat mis-sussidjarja (pereżempju, mogħti lil bank meta kumpanija sussidjarja titlob self jew jiġi użat mit-tmexxija tas-sussidjarja innifisha). |

d.2. | Spejjeż għall-abbozzar u l-verifika tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja skont il-prinċipji tal-kontabilità fl-Istati tal-kumpanija ewlenija (pereżempju US GAAP) | Spejjeż tal-azzjonisti, sakemm din l-attività ma jkollhiex effett pożittiv fuq l-attività tas-sussidjarja waħidha u mhux biss għax hija parti minn grupp. Dan jista’ jkun il-każ meta r-rapport finanzjarju, li jkun ġie abbozzat bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-kontabilità tal-kumpanija ewlenija, jintuża mill-kumpanija ewlenija fl-għoti ta' servizi lis-sussidjarja, bħall-analiżi tas-suq, l-ibbaġitjar, etc... |

d.3. | Spejjeż tal-informazzjoni teknoloġika | Konklużjonijiet tal-JTPF: Dawk l-ispejjeż rarament jiġġarbu għall-benefiċċju esklussiv tal-kumpanija ewlenija. Għaldaqst tant huwa meħtieġ metodu li jikkunsidra kull każ b’mod individwali. |

d.4. | Spejjeż għar-reviżjoni ġenerali tal-prestazzjoni tal-affiljati jekk dan ma jkunx marbut mad-dispożizzjonijiet tas-servizzi ta’ konsultazzjoni tas-sussidjarji | Konklużjoni tal-JTPF: Dawk l-ispejjeż jistgħu jiġġarbu esklussivament għall-kumpanija ewlenija u f'dak il-każ ikunu biss spejjeż tal-azzjonisti, madankollu f'ħafna każijiet dan jista' jgħin biex jittejjeb l-immaniġġjar tas-sussiddjarja u għalhekk jeħtieġu allokazzjoni |

e. | Spejjeż biex jiġi organizzat mill-ġdid il-grupp, biex jinxtraw membri ġodda jew biex tingħalaq taqsima | Konklużjonijiet tal-JTPF: Bħalissa l-OECD qed tiddiskuti r-ristrutturazzjoni tan-negozju u l-konklużjonijiet futuri tal-OECD jistgħu jkunu ta’ għajnuna. Ġie suġġerit metodu li jittratta kull każ b’mod individwali minħabba li l-entità ristrutturata tista’ tikseb ukoll benefiċċju dirett. Kummenti tal-OECD: L-OECD tinnota li t-test f’TPG 7.12 huwa “spejjeż għall-analiżi tal-kwistjoni ta’ jekk għandux jiġi oranizzat mill-ġdid il-grupp, jekk jiġux akkwistati membri ġodda, jew jekk għandhiex tingħalaq taqsima” u dak huwa ambitu sinifikattivament iżgħar. L-opinjoni tal-OECD hija li l-ispejjeż tal-istrutturar m’għandhomx jiġu trattati bħala tħassir ta’ kapital, terminazzjoni ta' kuntratti ta’ impjiegi, etc, bħala spejjeż tal-azzjonisti jew bħala servizz, imma għandu jiġi eżaminat kull każ biex jiġi determinat liema entità għandha ġġarrabb l-ispejjeż, b’mod partikolari skont id-drittijiet u assi oħra tal-partijiet. Qed isiru xi diskussjonijiet fl-abbozz ta’ diskussjoni tal-OECD dwar l-aspetti tal-prezzijiet tat-trasferimenti marbuta mar-ristrutturazzjoni tan-negozji li tagħhom entità fi ħdan grupp ta’ intrapriżi multinazzjonali għandha ġġarrab l-ispejjeż ta' ristrutturazzjoni u l-OECD tipprova tikkonkludi li, skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ, tista’ tkun l-entità ristrutturata, entità oħra fil-grupp li tibbenefika minn rilokazzjoni tal-attività, il-kumpanija ewlenija, diversi entitatjiet fil-grupp, etc |

f. | Spejjeż tar-reġistrazzjoni fil-Borża tal-kumpanija ewlenija u l-ispejjeż tal-attivitajiet marbuta mar-reġistrazzjoni fis-suq tal-ishma tal-kumpanija ewlenija, fis-snin wara l-ewwel reġistrazzjoni (pereżempju, il-preparazzjoni tad-dokumenti meħtieġa mil-korp ta’ sorveljanza tas-suq tal-ishma). | Spejjeż tal-azzjonisti |

g. g.1. | Spejjeż tar-relazzjonijiet tal-investituri tal-kumpanija ewlenija spejjeż għall-konferenzi stampa u komunikazzjonijiet oħra ma’ (i) l-azzjonisti tal-kumpanija ewlenija (ii) analisti finanzjarji, (iii) fondi u (iv) partijiet interessati oħra tal-kumpanija ewlenija; | Spejjeż tal-azzjonisti |

h. | L-istudju u l-implimentazzjoni tal-istruttura kapitali tas-sussidjarji | Metodu li jittratta kull każ b'mod individwali |

i. | Spejjeż għaż-żieda tal-kapital fl-ishma tas-sussidjarji | Metodu li jittratta kull każ b'mod individwali |

j. | Attività oħra li tiġi identifikata bħala attività tal-azzjonisti: Attivitajiet marbuta mal-adozzjoni u l-infurzar ta’ regoli statutorji u regoli ta’ mġieba fir-rigward tat-"tmexxija ta' kumpanija" mill-kumpanija ewlenija jew mill-grupp kollu | Spejjeż tal-azzjonisti |

Appendiċi II RAPPORT DWAR IL-KAŻIJIET TRIJANGULARI MHUX TAL-UE

PREAMBOLU

129. Skont id-diskussjoni li saret fil-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment (JTPF) fil-laqgħat tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2007, u tal-21 ta’ Frar 2008, kien hemm talba biex sottogrupp jiddiskuti iktar il-kwistjoni tal-każijiet trijangulari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment. Is-sottogrupp iltaqa' fi Brussell fil-15 ta’ Jannar 2008, fid-29 ta’ April 2008, fit-8 ta’ Lulju 2008 u fit-23 ta’ Jannar 2009.

130. Dan ir-rapport huwa msejjes fuq il-ħidma tas-sottogrupp, kif ġie rrapurtat fil-laqgħa plenarja ta' Marzu 2009.

131. Dan ir-rapport tal-JTPF jipprovdi xi suġġerimenti mhux preskrittivi fir-rigward tas-soluzzjoni ta' tilwimiet dwar il-każijiet marbuta mal-prezzijiet ta’ trasferiment fil-każ ta’ prezzijiet ta’ trasferiment trijangulari mhux tal-UE, kif definit minn hawn 'il quddiem, mingħajr preġudizzju ta’ jekk dawn il-każijiet humiex koperti jew le, parzjalment jew kompletament mill-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ.

132. Mhix l-intenzjoni li l-attività tal-Awtoritajiet Kompetanti (AK) f’każijiet trijangulari mhux tal-UE tipprovdi iktar ċertezza milli f’każijiet trijangulari tal-UE u lanaqs li d-definizzjoni mhux tal-UE tiċħad l-aċċess għall-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ sempliċement għax ikun hemm involut stat mhux tal-UE.

DEFINIZZJONI TA’ KAżIJIET TRIJANGULARI (FIL-KUNTEST TAL-PROċDURA AMIKEVOLI (MAP))

133. Bil-għan li tingħata għajnuna biex id-diskussjoni tal-JTPF tkun iffokalizzata, ġie suġġerit li tiġi adottata definizzjoni ta’ każijiet trijangulari li hija intiża biex la tkun wiesgħa ħafna u lanqas limitata ħafna. Din id-definizzjoni adottata tiddupplika lil dik inkluża fir-rapport dwar il-każijiet trijangulari tal-UE.

134. Għall-iskop ta’dan id-dokument, każ triangolari huwa każ fejn żewġ Stati Membri fi proċedura amikevoli (MAP) ma jistgħux isolvu għal kollox it-tassazzjoni doppja li tirriżulta minn każ ta’ prezzijiet ta’ trasferiment meta jiġi applikat il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa minħabba li impriża assoċjata [kif definita fil-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ] li tinsab fi Stat terz u identifikata kemm mill-awtoritajiet kompetenti tal-UE (elementi ta’ evidenza) kellha influwenza sinjifikanti fil-kontribut għal riżultat li mhwuiex kompetizzjoni ħielsa f’katina ta’ tranżazzjonijiet rilevanti jew relazzjonijiet kummerċjali/finanzjarji u hija rikonoxxuta bħala tali mill-kontribwent fiskali li sofra t-tassazzjoni doppja u qed jitlob il-proċedura amikevoli (MAP).

135. Tista' ssir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ każijiet:

136. każijiet fejn il-kumpaniji assoċjati kkonċernati jkunu jinsabu fl-UE (minn issa 'l quddiem msejħa każijiet trijangulari tal-UE);

137. każijiet fejn il-kumpanija assoċjata, li tkun ġiet identifikata bħala l-għajn ta’ riżultati mhux skont il-kompetizzjoni ħielsa f’katina ta’ tranżazzjonijiet rilevanti jew relazzjonijiet kummerċjali/finanzjarji, tkun tinsab barra l-UE (minn issa ‘l quddiem imsejħa każijiet trijangulari mhux tal-UE).

METODI POTENZJALI TA’ KIF JIġU AFFRONTATI L-KAżIJIET TRIJANUGLARI MHUX TAL-UE

In-netwerk tat-trattati

Titjib u estensjoni tan-netwerk tat-trattati

138. Fin-nuqqas ta’ Ftehim dwar it-Tassazzjoni Doppja (DTA) jew meta DTA ma jkunx fih Dispożizzjoni dwar Ftehim Amikevoli (MAP), m’hemmx proċess ċar biex tiġi ffaċilitata t-tneħħija tat-tassazzjoni doppja. Għalhekk, biex ikun hemm rimedju għal din is-sitwazzjoni, huwa kkunsidrat vitali li jkun hemm netwerk estensiv ta' trattati bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Istati mhux membri tal-UE, li jkun fih Artikolu MAP effettiv.

Dħul tal-Artikolu 25(5) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa (MTC)

139. Il-proċedura amikevoli (MAP) f’ħafna mill-Ftehimiet dwar it-Tassazzjoni Doppja attwali ma teħtieġx li l-Awtoritajiet Kompetenti (CAs) jilħqu ftehim li jneħħi t-tassazzjoni doppja imma biss li jagħmlu l-aħjar sforżi tagħhom biex isolvu l-każ. Meta, wara li jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom, l-Awtoritajiet Kompetenti ma jaslux għal ftehim, jista’ jkun hemm impożizzjoni doppja jew taxxa li ma tkunx skont it-trattati fiskali. Din is-sitwazzjoni hija għajn kbir ta’ dubju għal min iħallas it-taxxa u għall-Awtoritajiet Kompetenti. Żviluppi riċenti fil-ħidma tal-OECD fl-Artikolu 25(5) tal-MTC jipprovdu l-għażla ta' arbitraġġ obbligatorju.

140. Skont il-paragrafu 64 tal-Kummentarju tal-OECD dwar din id-dispożizzjoni, il-paragrafu 5 tal-Artikolu 25 " ...huwa [għalhekk] estensjoni tal-proċedura amikevoli (MAP) li sservi biex ittejjeb l-effettività ta' dik il-proċedura billi tiżgura li meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim dwar kwistjoni jew għadd ta' kwistjonijiet li jostakolaw is-soluzzjoni tal-każ, il-każ xorta jista' jiġi solvut billi dawk il-kwistjonijiet jinġiebu quddiem l-arbitraġġ...".

141. Għalhekk, sakemm id-DTAs bilaterali jinkludu klawżola bħal din, l-effettività tal-MAP tissaħħaħ.

142. Ikun ukoll ta’ għajnuna jekk l-Istati Membri tal-UE jkunu jistgħu jindikaw jekk waqt in-negozjati jew ir-reviżjoni tat-trattati fiskali tagħhom humiex se jipproponu li jinkludu l-Artikolu 25(5) tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OEDC .

143. Ġew diskussi wkoll xi apsetti prattiċi tal-inklużjoni tal-Artikolu 25(5) ġdid. Kien ikkunsidrat li, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 25(5) tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OEDC fit-trattati fiskali bilaterali, l-Awtoritajiet Kompetenti jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-implimentazzjoni, fin-nuqqas ta' regoli ċari (pereżempju, kif titwaqqaf kummissjoni konsultattiva, kif jintagħżlu l-membri, kif jinqasmu l-ispejjeż, il-lingwa li trid tintuża, kif jintagħżel punt f’għadd ta’ punti, etc). Dan jista’ jwassal għal proċeduri twal li jinkludu r-riskju li fl-aħħar nett jiġi deċiż li l-Artikolu 25(5) jitħalla barra mill-proċess tal-arbitraġġ. Madankollu, il-mudell tal-metodu ta’ applikazzjoni (“mudell dwar il-proċess amikevoli fl-arbitraġġ”) li huwa inkluż bħala Anness fil-aġġornament tal-OECD tal-Kummentarju dwar l-Artikolu 25 jista’ jkun utli f’dan ir-rigward.

Soluzzjoni li tittratta kull każ separatament

144. Tressqu l-metodi ta’ soluzzjonijiet li ġejjin imma qed jiġi enfasizzat li huma l-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każi partikolar li finalment jiddeterminaw jekk is-soluzzjoni proposta hix xierqa.

Soluzzjoni tal-kwistjoni skont il-prospettiva: Ftehimiet bil-quddiem dwar il-Prezzijiet (APA)

145. Wieħed mill-metodi jista’ jkun li jsir APA marbut mat-trażazzjonijiet biex jiġi evitat li tqum il-kwistjoni fis-snin ta' wara. Barra minn hekk bil-konklużjoni ta’ APA, l-Awtoritajiet Kompetenti jiftehmu li japplikaw ir-riżultat tal-APA għas-snin preċedenti li fihom kien hemm proċeduri MAP pendenti permezz ta' ftehim informali li jikkunsidra l-possibilitajiet permessi taħt il-liġi domestika.

146. Dwar il-kwistjoni ta’ retroattività, is-sottogrupp imsemmi fil-punt 8.3 tal-linjigwida għall-APAs fl-UE, inkluda bħala anness għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-ħidma tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment fil-qasam tal-evitar tat-tilwim u l-proċeduri ta’ soluzzjoni u dwar il-Linjigwida għal Ftehimiet bil-quddiem dwar il-Prezzijiet fl-UE (COM (2007) 71 finali) tas-26 ta’ Frar 2007, li tiddikjara dan li ġej:

“8.3. Retroattività

58. Ir-retroattività - meta hija possibbli fil-liġi domestika - tista’ tiġikkunsidrata meta permezz tagħha jiġu solvuti tilwimiet jew titneħħa l-possibilità lijkun hemm tilwim f’perjodi avvanzati.

Ir-retroattività għandha tkun biss riżultat sekondarju tal-APA u għandha ssir biss fejn huwa xieraq għall-fatti tal-każ. Sabiex ir-retroattività tkun xierqa, il-fatti u ċirkostanzi simili għal dawk fl-APA kellhom jeżistu wkoll għal perjodi preċedenti.

Ir-retroattività tal-APA għandha tiġi applikata biss bil-kunsens ta’ min iħallas it-taxxa.

Amministrazzjoni fiskali tista’ tagħmel rikors għal miżuri domestiċi jekk, bħala parti mill-proċess APA, issir taf b'informazzjoni li taffettwa t-tassazzjoni ta' perjodi preċedenti. Imma l-amministrazzjonijiet fiskali għandhom jinfurmaw lil min iħallas it-taxxa dwar l-intenzjoni li tittieħed kwalunkwe azzjoni bħal din sabiex min iħallas it-taxxa jkollu l-opportunità li jagħti spjegazzjoni għal kwalunkwe inkonsistenza li jidher li jkun hemm, qabel ma ssir valutazzjoni fiskali mill-ġdid fir-rigward tal-perjodi preċedenti.”

Għal iktar konsiderazzjoni, ara l-paragrafu 77 tar-rapport APA.

Artikolu 25(3) tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OEDC

147. L-Artikolu 25(3) tal-OECD MTC, fejn dan ġie imdaħħal fit-trattati rilevanti bejn il-partijiet, jista’ jiġi interpretat b’mod li jestendi l-ambitu tal-Artikolu 25 fis-soluzzjoni ta’ tilwim marbuta mal-aġġustament tal-prezzijiet tat-trasferimenti fil-każ ta’ każijiet trijangulari mhux tal-UE rigward prezzijiet ta’ trasferimenti u jipprovdi l-għażla li jkun hemm metodu bi tliet partijiet biex tiġi eliminata t-tassazzjoni doppja. Madankollu, mhux id-DTCs kollha jsegwu l-lingwa tal-MTC biex jiffaċilitaw din l-interpretazzjoni.

148. F’dawk il-każijiet, jista’ jkun hemm il-possibilità li jiġi konkluż protokoll separat u speċifiku (bilaterali/multilaterali)/konvenzjoni (addizzjonali) biex jiġu risolti każijiet bħal dawn. Madankollu, l-approvazzjoni ta’ dan il-protokoll/konvenzjoni (addizzjonali) tista’ tkun teħtieġ adozzjoni permezz ta’ kmamar leġislattivi - li jista’ jkun li jieħdu ammont konsiderevoli ta’ żmien.

L-estensjoni tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ għal Stat terz

149. Jista’ jkun vjabbli li ssir analiżi ta’ kull każ individwali dwar jekk id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ jistgħux jiġu estiżi għal Stat Terz, fuq il-bażi tal-Artikoli 35 u 36 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġijiet tat-trattati, bl-assunzjoni li l-Istat Terz aċċetta dawn id-drittijiet jew obbligi. L-Awtoritajiet Kompetenti jixtiequ jikkunsidraw l-użu ta' dan l-istrument biex jinvolvu pajjiż terz fil-proċedimenti. Din l-estensjoni tkun vinkolanti biss fuq l-Awtoritajiet Kompetenti involuti fil-każ speċifiku.

150. L-Artikoli 35 u 36 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġijiet tat-trattati jistipulaw hekk:

“Artikolu 35: Trattati li jipprovdu għal obbligi għal Stati terzi

Ikun hemm obbligu għal Stat terz minn dispożizzjoni ta’ trattat jekk il-partijiet għat-trattat ikollhom l-intenzjoni li d-dispożizzjoni tkun il-mezz li permezz tiegħu jiġi stabbilit l-obbligu u l-Istat terz jaċċetta dak l-obbligu b’mod espress bil-miktub.

L-Artikolu 36: Trattati li jipprovdu għal drittijiet għal Stati terzi

Ikun hemm dritt għal Stat terz minn dispożizzjoni ta’ trattat jekk il-partijiet għat-trattat ikollhom l-intenzjoni li d-dispożizzjoni tagħti dak id-dritt jew lill-Istat terz jew lill-grupp ta’ Stati li tagħhom jagħmel parti, jew lill-Istati kollha, u l-Istat terz jaċċetta. L-aċċettazzjoni tiegħu tiġi preżunta sakemm tiġi indikata l-intenzjoni kuntrarja, sakemm it-trattat ma jiddisponix mod ieħor.

Stat li jeżerċita dritt skont il-paragrafu 1 għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tiegħu kif stipulat fit-trattat jew kif stabbilit b'konformità mat-trattat."

Konsiderazzjonijet proċedurali

Ir-rwol ta’ min iħallas it-taxxa

151. Il-JTPF jirrikonoxxi l-irwol prinċipali ta’ min iħallas it-taxxi fil-każijiet trijangulari mhux tal-UE.

152. Minkejja li l-MAP hija, fis-sustanza, proċedura bejn l-amministrazzjonijiet fiskali, minħabba n-natura speċifika tal-każijiet trijangulari, jista’ jkun hemm il-ħsieb ta’ iktar involviment ta’ min iħallas it-taxxa fil-MAP, pereżempju billi jipprovdi iktar informazzjoni mitluba jew punti ta’ kjarifika ta’ fatti.

153. F’dan il-kuntest jista’ jingħad ukoll li primarjament huwa min iħallas it-taxxa li jrid jidentifika r-relazzjoni(jiet) kummerċjali/finanzjarji li jirriżultaw mit-tassazzjoni doppja. Min iħallas it-taxxa jeħtieġ li jipprovdi analiżi komprensiva tal-fatti kollha relevanti u jippreżenta raġunijiet imsejsa fuq evidenza li fuqhom l-Istati kontraenti għandhom jibdew il-proċedura xierqa. L-adozzjoni ta’ kunċetti fil-kodiċi ta’ mġieba tal-Unjoni Ewropea dwar dokumentazzjoni dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment għal intrapriżi assoċjati (EUTPD) tista’ tkun ta’ għajnuna.

154. Hekk kif ikun possibbli, min iħallas it-taxxa għandu jinforma lill-Awtorità Kompetenti li hemm involuta/involuti parti oħra/partijiet oħrajn fi stat terz mhux Stat Membru tal-UE. Fil-fatt mingħajr informazzjoni bħal din, is-soluzzjoni tal-każ ma tkunx possibbli minħabba l-iskadenzi differenti. Huwa fl-interess kemm tal-amministraturi fiskali u anki ta' min iħallas it-taxxa li tittieħed pożizzjoni ta' koperazzjoni biex tintlaħaq soluzzjoni malajr. Dan jimplika li jkun hemm skambju ta’ informazzjoni u konsenja ta' dokumenti fil-ħin opportun mill-partijiet interessati kollha (inklużi l-amministraturi fiskali).

Azzjonijiet ikkoordinati bejn l-Awtoritajiet Kompetenti fl-UE

155. F’każ trinjangulari identifikat mhux tal-UE, huwa kruċjali li jkun hemm il-parteċipazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti mhux fl-UE sabiex titneħħa t-tassazzjoni doppja. L-awtoritajiet kompetenti fl-UE għandhom jifthemu dwar kif għandu jiġi diskuss il-każ u min huwa l-iktar xieraq biex jagħmel il-kuntatt inizjali mal-Awtorità Kompetanti xierqa mhux fl-UE, u dan sabiex titnieda proċedura li timplimenta l-proċess MAP b'mod effiċjenti.

Estensjoni tat-terminu ta’ sentejn

156. Fejn dan ikun xieraq, biex l-Awtoritajiet Kompetenti involuti jkollhom biżżejjed żmien biex jaslu għal soluzzjoni xierqa u aċċettabbli, tista’ tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 7, jiġifieri bi ftehim reċiproku, u bi ftehim mal-intrapriżi assoċjati kkonċernati, il-limiti ta’ sentejn fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 7 jistgħu jiġu estiżi. Jekk tiġi applikata din il-possibilità/soluzzjoni, huwa rakkomandat ħafna li l-partijiet jiftehmu minn qabel dwar it-tul tal-estensjoni tat-terminu ta’ sentejn, u mhux jiftehmu dwar estensjoni mhux definita. B’dan il-mod, jitħarsu d-drittijiet ta' min iħallas it-taxxa u l-awtoritajiet fiskali jkunu jistgħu jfittxu soluzzjoni ekwitabbli minkejja li dan isir fuq perjodu ta' żmien itwal minn normali skont l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ.

KONKLUżJONI

157. Il-JTPF jemmen li, fid-dawl tal-esperjenza prattika miksuba s’issa, id-diskussjoni żviluppat sa fejn kien possibbli. Madankollu, minħabba xi żviluppi fil-futur, hekk kif il-pajjiżi u n-negozji jiksbu iktar esperjenza fis-suġġett, dan il-punt jista’ jerġa' jitpoġġa fil-programm ta’ ħidma tal-JTPF.

158.

[1] Il-prinċipju tal-kompetizzjoni ħielsa jinsab fl-Artikolu 9 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa. L-OECD żviluppat ukoll Linjigwida dwar il-prezzijiet tat-trasferiment għal impriżi multinazzjonali u amministrazzjonijiet fiskali.’

[2] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali: ‘Lejn suq intern mingħajr xkiel – Strateġija biex l-impriżi jkollhom bażi fiskali korporattiva komuni u konsolidata għall-attivitajiet tagħhom madwar l-UE’ COM(2001) 582 finali, 23.10.2001 p. 21

[3] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fuq il-ħidma tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet tat-Trasferiment fil-perjodu Marzu 2007 sa Marzu 2009 u proposta relatata għal Kodiċi ta’ Mġieba rivedut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ (90/436/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 COM(2009) 472 finali, p. 7 u 10.

[4] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fuq il-ħidma tal-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet tat-Trasferiment fil-perjodu Marzu 2007 sa Marzu 2009 u proposta relatata għal Kodiċi ta’ Mġieba rivedut għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ (90/436/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 COM(2009) 472 finali, p. 9.