|
22.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 51/174 |
L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: AT/AT&S (Awstrija)
P7_TA(2011)0369
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/008 AT/AT&S mill-Awstrija) (COM(2011)0339 – C7-0160/2011 – 2011/2125(BUD))
2013/C 51 E/46
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0339 – C7-0160/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u partikolarment il-punt 28 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu stipulata fil-punt 28 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0279/2011), |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex dawn jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol, |
|
B. |
billi l-ambitu tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, |
|
C. |
billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista’ jkun malajr u b’mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG, |
|
D. |
billi l-Awstrija talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 167 sensja (li 74 minnhom intgħażlu biex jiġu megħjuna) fl-impriża AT&S speċjalizzata fil-manifattura ta’ bordijiet ta' ċirkwiti stampati fid-distrett ta’ Leoben fir-reġjun tal-Lvant ta’ Styria ta' Fuq, |
|
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament FEG, |
|
1. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza f'dan is-sens il-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni tal-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG; jittama li jsir aktar titjib fil-proċedura fil-qafas tar-rieżamijiet imminenti tal-FEG u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibilità tal- FEG; |
|
2. |
Ifakkar fl-impenn li ħadu l-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jiġi pprovdut appoġġ individwali ta’ darba u limitat fiż-żmien intiż biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jkollu l-FEG biex il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; |
|
3. |
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fix-xogħol tal-ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja; jenfasizza aktar li l-miżuri ffinanzjati mill-FEG għandhom iwasslu għal impjieg fit-tul; itenni li għajnuna mill-FEG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji jew setturi; |
|
4. |
Jinnota li l-informazzjoni pprovduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta’ dik id-data anki fir-rapporti annwali tagħha; |
|
5. |
Jilqa' l-fatt li, wara talbiet ripetuti mill-Parlament, għall-ewwel darba l-baġit tal-2011 juri approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ta' EUR 47 608 950 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni ddedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħiq tal-objettivi ta’ politika diversi; |
|
6. |
Japprova d-Deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/008 AT/AT&S mill-Awstrija)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/653/UE.)