2.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 296/173 |
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE - Għargħar fl-2010 fil-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja u r-Rumanija
P7_TA(2011)0129
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE, skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2011)0010 – C7-0023/2011 – 2011/2021(BUD))
2012/C 296 E/28
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0010 – C7-0023/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (minn hawn il quddiem “ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006”), u b'mod partikolari l-punt 26 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (2), |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0114/2011), |
1. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
2. |
Ifakkar li l-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jipprevedi li fejn hemm skop għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis dan meta tkun qed tagħmel il-proposta meħtieġa; |
3. |
Jinnota li l-Kummissjoni, bil-fatt li qed titlob għal impenji u ħlasijiet addizzjonali biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea f’dan l-istadju bikri tas-sena, ma sabet l-ebda possibilità la għar-ridistribuzzjoni u l-anqas għar-riallokazzjoni fi ħdan u bejn l-intestaturi kkonċernati; |
4. |
Jinsab lest li jikkunsidra s-sitwazzjoni ġenerali tal-ħlasijiet fil-kuntest tar-riżultat tal-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-2010; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà tal-UE skont il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
(It-test ta’ dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2011/286/UE.)