24.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/5 |
RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-1 ta' Diċembru 2011
dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14409/2011 — C7-0252/2011 — 2011/0805(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-talba tar-Repubblika tal-Kroazja sabiex issir membru tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (14409/2011 — C7-0252/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011) 667), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-Protokoll u l-Att Finali, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 74c u l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0390/2011), |
A. |
billi l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-pajjiż kandidat u l-modifiki li tinvolvi l-adeżjoni tiegħu huma stipulati fl-abbozz ta' Trattat dwar l-Adezjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u billi l-Parlament għandu jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe modifiki sostanzjali tal-abbozz ta' Trattat, |
B. |
billi l-Kummissjoni għandha tissorvelja iktar preparamenti għall-adeżjoni bir-reqqa u b'oġġettività u għandha tgħin lill-awtoritajiet Kroati jissodisfaw l-impenji u l-obbligi tagħhom kif stipulati fin-negozjati; billi l-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament informat regolarment dwar sa liema punt l-awtoritajiet Kroati jonoraw l-impenji tagħhom sabiex jassumu b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija tagħhom wara l-adeżjoni fl-1 ta' Lulju 2013, |
1. |
Japprova l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Kroazja; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Kroazja. |