|
11.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 165/110 |
Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2011
Strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ***III
P7_TA(2011)0535
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (PE-CONS 00057/2011 – C7-0377/2011 – 2009/0060A(COD))
2013/C 165 E/24
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament u tal-Kunsill (PE-CONS 00057/2011 – C7-0377/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0194), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari (2) dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2011)0178), |
|
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(13) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 69 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A7-0402/2011), |
|
1. |
Japprova t-test konġunt; |
|
2. |
Jiddikjara li fi spirtu ta' kompromess, jinsab lest li jaċċetta l-pakkett ta' kompromess peress illi l-perjodu ta' żmien li fadal għall-istrumenti attwali hu kemxejn qasir; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jittejjeb aktar it-test tal-istrument DCI/BAM, b'mod partikolari fir-rigward tal-allokazzjonijiet finanzjarji f'deċiżjonijiet strateġiċi, fejn hu importanti li l-ko-leġiżlaturi jinżammu fuq l-istess livell; jenfasizza li dan ir-riżultat ma joħloqx preċedent għal negozjati futuri dwar l-istrumenti ta' finazjament esterni wara l-2013; jiddikjara, li skont il-kriterji definiti fl-Artikolu 290(1) fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sejjer jinsisti fuq l-użu tal-atti delegati kull meta jkunu involuti fuq il-finanzjament u l-ipprogrammar fir-rigward ta' dawn l-istrumenti; |
|
3. |
Jikkonferma d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Testi adottati tal-21.10.2010, P7_TA(2010)0379.
(2) Testi adottati tat-3.2.2011, P7_TA(2011)0032.
(3) ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 11.
Il-Ħamis 1 ta’ Diċembru 2011
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-użu tal-Atti Delegati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF) futur għall-2014-2020
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Baġit għall-Ewropa 2020 (COM(2011)0500 (1)), b'mod partikolari fir-rigward tal-użu propost tal-atti delegati fl-istrumenti futuri ta' finanzjament estern u jistennew il-proposti leġislattivi, li għandhom ikunu debitament ikkunsidrati.
(1) Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha: Baġit għall-Ewropa 2020, (COM(2011)0500), tiddikjara li: "Barra minn hekk, il-bażijiet legali futuri għall-istrumenti differenti se jipproponu l-użu estensiv ta’ atti delegati biex jippermettu li jkun hemm aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-politiki matul il-perjodu ta’ finanzjament, filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi taż-żewġ fergħat tal-leġislatur." kif ukoll "Qiegħed jitqies biex jiżdied l-iskrutinju demokratiku tal-għajnuna esterna. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għal ċerti aspetti tal-programm, mhux biss jitpoġġew il-koleġislaturi fuq livell ekwu iżda tiġi ggarantita wkoll aktar flessibbiltà fl-ipprogrammar. Għall-FEŻ, qiegħed jiġi propost li l-iskrutinju jinġab fuq l-istess livell mad-DCI, filwqat li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ dan l-istrument".