31.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 153/166


It-Tlieta 15 ta’ Novembru 2011
Il-koordinazzjoni ta' salvagwardji meħtieġa mill-kumpanniji (Artikolu 54 TFUE) ***I

P7_TA(2011)0477

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (riformolazzjoni) (COM(2011)0029 – C7-0037/2011 – 2011/0011(COD))

2013/C 153 E/24

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0029),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skontu l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0037/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 50(1) u (2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tal-15 ta' Marzu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali (2)

wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7–0348/2011),

A.

billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludix xi emendi sostantivi minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr xi bidla fis-sostanza tagħhom,

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari stabbilita minn hawn 'il quddiem, fejn se jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk biħsiebha temenda l-proposta sostanzjalment jew tissostiwixxiha b'xi test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 113.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


It-Tlieta 15 ta’ Novembru 2011
P7_TC1-COD(2011)0011

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Novembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (Riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/30/UE.)