8.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 131/140 |
It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011
Magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibilità ***I
P7_TA(2011)0452
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà (COM(2010)0362 – C7-0171/2010 – 2010/0195(COD))
2013/C 131 E/21
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0362), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0171/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Settembru 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2011 li japprova il-pożizzjoni tal-Parlament, skont it-termini tal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0080/2011), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 48, 15.2.2011, p. 134.
It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011
P7_TC1-COD(2010)0195
Pożizzjoni tal-Parlament Ewpropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Ottubru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2011/88/UE).