26.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 56/127


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
It-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro ***I

P7_TA(2011)0405

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro (COM(2010)0377 – C7-0186/2010 – 2010/0204(COD))

2013/C 56 E/23

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0377),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0186/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0076/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 278, 15.10.2010, p. 1.


It-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0204

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/… tal-Patrlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru. 1214/2011.)