|
22.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 51/188 |
L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
L-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija ***I
P7_TA(2011)0376
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija (COM(2010)0726 – C7-0407/2010 – 2010/0363(COD))
2013/C 51 E/53
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0726), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0407/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2011 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0273/2011), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Japprova l-istqarrija konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni; |
|
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 108.
L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2010)0363
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1227/2011.)
L-Erbgħa 14 ta’ Settembru 2011
ANNESS
Il-Parlament Ewropew/Il-Kunsill/Il-Kummissjoni
Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Pieni
Il-Kummissjoni se tkompli bil-ħidma tagħha dwar it-tisħiħ tas-sistemi ta' pieni fis-settur finanzjarju u għandha l-ħsiebli tressaq proposti dwar kif jissaħħu s-sistemi nazzjonali ta' pieni b'mod konsistenti fil-kuntest tal-inizjattivi leġislattivi li jmiss fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Il-pieni li għandhom jiġu adottati f'dan ir-Regolament se jirriflettu d-deċiżjonijiet finali meħuda mil-leġislatur dwar il-proposti tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.