22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 51/164


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
L-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ***I

P7_TA(2011)0349

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (test kodifikat) (COM(2011)0189 – C7-0095/2011 – 2011/0080(COD))

2013/C 51 E/34

Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0189),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0095/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0272/2011),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stipulat hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;


(1)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 154.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


It-Tlieta 13 ta’ Settembru 2011
P7_TC1-COD(2011)0080

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Settembru 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (Kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/92/UE.)