18.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 390/75


Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2011
Ftehim KE-Kanada dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili ***

P7_TA(2011)0282

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (06645/1/2010 – C7-0100/2010 – 2009/0156(NLE))

2012/C 390 E/16

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06645/1/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili (15561/2008),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 100(2), 207(4), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a, u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0100/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8), tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0298/2010),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kanada.