7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 377/217 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl ***I
P7_TA(2011)0209
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (test kodifikat) (COM(2010)0507 – C7-0287/2010 – 2010/0260(COD))
2012/C 377 E/36
Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0507), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0287/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1) |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0089/2011), |
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif mniżżla hawn taħt; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 31.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0260
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (test kodifikat)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
L-unitajiet ta’ kejl huma essenzjali fl-użu ta’ l-istrumenti kollha ta’ kejl, sabiex jesprimu kejl jew kull indikazzjoni ta’ kwantità. L-unitajiet ta’ kejl huma użati f'bosta oqsma ta’ l-attività umana. Hemm bżonn li tiġi żgurata l-akbar ċarezza possibbli fl-użu tagħhom. Hemm bżonn li jsiru regoli għall-użu tagħhom fi ħdan l-Unjoni għal skopijiet ekonomiċi, ta’ saħħa pubblika, ta’ sigurtà pubblika, jew amministrattivi. |
(3) |
L-unitajiet ta’ kejl huma soġġetti għar-riżoluzzjonijiet internazzjonali adottati mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl (CGPM) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-Metru hekk kif iffirmata f'Pariġi nhar l-20 ta’ Mejju 1875, li għaliha jaderixxu l-Istati Membri kollha. L-«International System of Units» (SI) ġiet stabbilita b'riżultat ta’ dawn ir-riżoluzzjonijiet. |
(4) |
Jeżistu konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri. Dawn il-konvenzjonijiet u l-ftehim għandhom jiġu rispettati. |
(5) |
Fid-dawl tal-karattru lokali ta’ ċerti eżenzjonijiet li għadhom applikati fir-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-unitajiet ta’ kejl u n-numru limitat ta’ prodotti kkonċernati, iż-żamma ta’ dawn l-eżenzjonijiet ma tirriżultax f'ostaklu non-tariffarju għall-kummerċ u, bħala konsegwenza, m'hemmx il-ħtieġa li dawk l-eżenzjonijiet jintemmu. |
(6) |
Xi pajjiżi terzi ma jaċċettawx fis-swieq tagħhom prodotti mmarkati biss bl-unitajiet ta’ kejl legali stabbiliti f'din id-Direttiva; kumpanniji li jesportaw il-prodotti tagħhom f'dawn il-pajjiżi sejrin ikunu żvantaġġati jekk ma jkunux permessi indikazzjonijiet supplimentari; indikazzjonijiet supplimentari f'unitajiet ta’ kejl mhux legali għandhom għalhekk jiġu awtorizzati. |
(7) |
De telles indications supplémentaires pourraient en outre permettre l'introduction progressive et en douceur des nouvelles unités métriques susceptibles d'être établies au niveau international. |
(8) |
Madankollu, l-adozzjoni sistematika tal-utilizzazzjoni ta’ indikazzjonijiet supplementary għall-istrumenti kollha ta’ kejl, inklużi strumenti mediċi, mhux neċessarjament mixtieqa. l-Istati Membri għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta’ kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta’ kejl waħdanija. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta’ kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta’ kejl waħdanija. |
(9) |
Billi din id-Direttiva ma taffettwax it-tkomplija ta'manifattura ta’ prodotti li jinsabu fuq is-suq qabel id-data ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 80/181/KEE. Madankollu, hi taffetwa t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unitajiet ta’ kejl li ma għadhomx unitajiet legali ta’ kejl, meta prodotti u tagħmir bħal dawn huma neċċessarji sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet ta’ prodotti, tagħmir, u strumenti bħal dawn li jkunu diġà fis-suq; billi huwa għalhekk neċessarju għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ tali prodotti u tagħmir sabiex ilestu u jissostitwixxu komponenti, anke fejn ikun fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unitajiet ta’ kejl li ma jkunux għadhom unitajiet legali ta’ kejl, sabiex prodotti, tagħmir u strumenti diġà fis-suq ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw. |
(10) |
Din id-Direttiva tappoġġa l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern permezz tal-livell ta’ armonizzazzjoni ta’ unitajiet ta’ kejl li hija tippreskrivi. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi tas-suq fir-rigward ta’ din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha, notevolment fir-rigward tal-possibbiltà ta’ ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u armonizzazzjoni oħra meħtieġa sabiex jintegħlbu dawk l-ostakli. |
(11) |
Huwa xieraq li l-Kummissjoni tkompli ssegwi bil-qawwa, fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ pajjiżi terzi inkluż il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku, l-aċċettazzjoni, fis-swieq ta’ pajjiżi terzi, ta’ prodotti ttikettati biss b'unitajiet SI. |
(12) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-unitajiet legali ta’ kejl fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva li għandhom jintużaw sabiex jesprimu l-kwantitajiet għandhom ikunu:
(a) |
dawk li jinsabu fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I; |
(b) |
dawk li jinsabu fil-Kapitolu II ta’ l-Anness I biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri. |
Artikolu 2
1. L-obbligi taħt l-Artikolu 1 għandhom x'jasqsmu ma’ l-istrumenti ta’ kejl użati, kejl meħud u indikazzjonijiet tal-kwantità espressi f'unitajiet ta’ kejl.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa l-użu ta’ l-unitajiet ta’ kejl fil-qasam tat-trasport bl-arja u bil-baħar u traffiku fuq il-linji tal-ferroviji, għajr dawk magħmula obbligatorji bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, li ġew stabbiliti fil-konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri.
Artikolu 3
1. Għall-fini ta’ din id-Direttiva «indikazzjoni supplementari» tfisser indikazzjoni waħda jew aktar ta’ kwantità espressa f'unitajiet ta’ kejl li ma jinsabux fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I li jakkumpanjaw l-indikazzjoni ta’ kwantità espressa f'unità ta’ kejl li tinsab f'dak il-Kapitolu.
2. L-użu ta’ indikazzjonijiet supplimentari għandu jiġi awtorizzat.
Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istrumenti ta’ kejl ikun fihom indikazzjonijiet ta’ kwantità f'unità legali ta’ kejl waħda.
3. L-indikazzjoni espressa f'unità ta’ kejl li tinsab fil-Kapitolu I tal-Anness I għandha tippredomina. B'mod partikolari, l-indikazzjonijiet espressi f'unitajiet ta’ kejl li ma jinsabux f'dak il-Kapitolu 1 għandhom jiġu espressi f'karattri mhux ikbar minn dawk ta’ l-indikazzjoni korrispondenti f'unitajiet ta’ kejl li jinsabu fil-Kapitolu I tal-Anness I.
Artikolu 4
L-użu ta’ unitajiet ta’ kejl li mhumiex jew li ma għadhomx aktar legali għandu jiġi awtorizzat għal:
(a) |
prodotti u tagħmir diġà fis-suq u/jew li qiegħed fis-servizz fl-20 ta’ Diċembru 1979; |
(b) |
komponenti u partijiet ta’ prodotti u ta’ tagħmir meħtieġa sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet tal-prodotti u tat-tagħmir imsemmija fil-punt (a). |
Madanakollu, l-użu ta’ unitajiet legali ta’ kejl jista’ jkun meħtieġ għal indikaturi ta’ strumenti ta’ kejl.
Artikolu 5
Il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-każ ta’ indikazzjonijiet supplimentari għandhom jiġu eżaminati aktar, u jekk meħtieġ jittieħdu l-miżuri adottati bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/34/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (5).
Artikolu 6
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi tas-suq relatati ma’ din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-kummerċ internazzjonali u għandha tippreżenta rapport dwar dawk l-iżviluppi, akkumpanjat minn proposti fejn ikun il-każ, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-Kummissjoni tkun infurmata, f'ħin tajjeb li jippermettilha illi tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta’ liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva li huma jkollhom il-ħsieb li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 8
Id-Direttiva 80/181/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 9
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 31.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.
(3) ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 106, 28.4.2009, p. 7.
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS I
KAPITOLU I
UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(a)
1. UNITAJIET SI U L-MULTIPLI U S-SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM
1.1. unitajiet SI bażi
Kwantità |
Unità |
|
Isem |
Simbolu |
|
Tul |
metru |
m |
Piż |
kilogramm |
kg |
Ħin |
sekonda |
s |
Kurrent Elettriku |
ampere |
A |
Temperatura termodinamika |
kelvin |
K |
Ammont ta' sustanza |
mole |
mol |
Intensità ta' luminosità |
candela |
cd |
Definizzjonijiet ta' l-unitajiet SI bażi:
Unità ta’ tul
Metru huwa t-tul tal-mogħdija tad-dawl f’vakwu matul 1/299 792 458 sekondi.
(Is-sbatax –il CGPM - (1983) - l-1 Riżoluzzjoni).
Unità tal-massa
Il-kilogramm hija l-unità tal-massa; huwa ugwali għall-massa tal-prototip internazzjonali tal-kilogramm.
(It-Tielet CGPM - 1901 - paġna 70 tar-rapport tal-konferenza).
Unità tal-ħin
Is-sekonda hija t-tul ta' żmien ta' 9 192 631 770 perjodi tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn żewġ livelli iperfini u l-ground state ta' l-atomu ta' caesium-133.
(It-Tlettax-il CGPM - 1967 - riżoluzzjoni 1).
L-Unità tal-kurrent ta' l-elettriku
L-ampere huwa dak il-kurrent kostanti li jekk miżmum f'żewġ tulijiet dritti paralleli infiniti, ta' sezzjoni trasversali tonda negliġibbli u mpoġġija metru 'l bogħod mill-ieħor f'vakwu, jipproduċi bejn iż-żewġ materjali kondutturi forza ugwali għal 2 × 10-7 newton għal kull metru ta' tul.
(Kumitat Internazzjonali għall-Piż u l-Kejl (CIPM) - 1946 - Riżoluzzjoni 2 - approvata mid-disa' CGPM - 1948).
L-Unità tat-temperatura termodinamika
Il-kelvin, unità ta' temperatura termodinamika, hija l-frazzjoni ta' 1/273,16 tat-temperatura termodinamika tat-triple point ta' l-ilma.
Din id-definizzjoni tirreferi għal ilma li għandu l-kompożizzjoni isotopika ddefinita mir-relazzjoni bejn l-ammonti ta' sustanza li ġejjin: 0,00015576 mole ta' 2H kull mole ta' 1H, 0,0003799 mole ta' 17O kull mole ta' 16O u 0,0020052 mole ta' 18O kull mole ta' 16O.
(It-Tlettax-il CGPM - 1967 - Riżoluzzjoni 4 u tlieta u għoxrin CGPM - 2007 - Riżoluzzjoni 10).
L-Unità ta' ammont ta' sustanza
Il-mole hija l-ammont ta' sustanza ta' sistema li fiha entitajiet elementari daqs kemm hemm atomi f'0,012 kg ta' carbon 12.
Meta l-mole hija użata, l-entitajiet elementari għandhom jiġu speċifikati u jistgħu jkunu atomi, molekuli, jonji, elettroni, jew partikuli oħra jew gruppi speċifiċi ta' tali partikuli.
(L-Erbatax-il CGPM - 1971 - riżoluzzjoni 3)
L-Unità ta' intensità tal-luminosità
Il-candela hija l-intensità tal-luminosità, f'direzzjoni partikolari, ta' sors li jemetti raġġi monokromatiċi bi frekwenza ta' 540 × 1012 hertz u li l-intensità ta' radjanti f'dik id-direzzjoni hija ta' (1/683) watt per steradian.
(Is-Sittax -il CGPM - 1979 - riżoluzzjoni 3).
1.1.1. Isem speċjali jew simbolu ta' l-unità ta' temperatura mnissla SI biex tkun espressa t-temperatura f'Celsius
Kwantità |
Unità |
|
Isem |
Simbolu |
|
Temperatura f'Celsius |
Grad Celsius |
°C |
Temperatura Celsius t hija definita bħala d-differenza t = T – T0 bejn iż-żewġ temperaturi termodinamiċi T u T0 fejn T0 = 273,15 K. Intervall jew differenza ta' temperatura jista' jiġi espress jew f'kelvins jew fi gradi Celsius. L-unità «grad Celsius» hija ugwali għall-unità "kelvin".
1.2. Unitajiet imnisslin SI
1.2.1. Regola ġenerali għal unitajiet SI imnisslin
Unitajiet imnisslin b'mod koerenti mill-unitajiet bażi SI u unitajiet SI supplimentari huma mogħtija bħala espressjonijiet alġebrajiċi fil-forma ta' prodotti ta' powers tal-unitajiet bażi SI u/jew unitajiet SI supplimentari b'fattur numeriku ugwali għal 1.
1.2.2. Unitajiet SI imnisslin b' ismijiet u simboli speċjali
Kwantità |
Unità |
Espressjoni |
||
Isem |
Simbolu |
F'unitajiet SI oħra |
F'termini ta' l-unitajiet SI bażi jew supplimentari |
|
Angolu pjan |
radjan |
rad |
|
m · m–1 |
Angolu solidu |
steradjan |
sr |
|
m2 · m–2 |
Frekwenza |
hertz |
Hz |
|
s-1 |
Forza |
newton |
N |
|
m · kg · s-2 |
Pressjoni, stress |
pascal |
Pa |
N · m-2 |
m-1 · kg · s-2 |
Energija, work; kwantità ta' sħana |
joule |
J |
N · m |
m2 · kg · s-2 |
Saħħa (1), fluss radjanti |
watt |
W |
J · s-1 |
m2 · kg · s-3 |
Kwantità ta' elettriku, karg ta' l-elettriku |
coulomb |
C |
|
s · A |
Potenzjal ta' l-elettriku, differenza fil-potenzjal, forza elettromotiva |
volt |
V |
W · A-1 |
m2 · kg · s-3 · A-1 |
Reżistenza ta' l-elettriku |
ohm |
Ω |
V · A-1 |
m2 · kg · s-3 · A-2 |
Konduttività |
siemens |
S |
A · V-1 |
m-2 · kg-1 · s3 · A2 |
Kapaċitanza |
farad |
F |
C · V-1 |
m-2 · kg-1 · s4 · A2 |
Fluss Manjetiku |
weber |
Wb |
V · s |
m2 · kg · s-2 · A-1 |
Densità tal-fluss manjetiku |
tesla |
T |
Wb · m-2 |
kg · s-2 · A-1 |
Inductance |
henry |
H |
Wb · A-1 |
m2 · kg · s-2 · A-2 |
Fluss luminuż |
lumen |
lm |
cd · sr |
cd |
Illuminanza |
lux |
lx |
lm · m-2 |
m-2 · cd |
Attività (ta' radionuclide) |
becquerel |
Bq |
|
s-1 |
Doża assorbita, energija specifika mqassma, kerma, indici tad-doża assorbita |
gray |
Gy |
J · kg-1 |
m2 · s-2 |
Doża ekwivalenti |
sievert |
Sv |
J · kg-1 |
m2 · s-2 |
Attivita' katalitika |
katal |
kat |
|
mol s-1 |
Unitajiet imnisslin mill-unitajiet SI bażi jistgħu jiġu espressi f'termini ta' unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.
B'mod partikolari unitajiet SI imnisslin jistgħu jiġu espressi permezz ta' ismijiet speċjali u simboli mogħtija fit-tabella ta' hawn fuq; per eżempju l-unità SI tal-viskożità dinamika tista' tiġi mfissra bħala m-1 · kg · s-1 jew N · s · m-2 jew Pa · s.
1.3. Prefissi u s-simboli tagħhom użati sabiex jingħataw ċerti multipli u submultipli deċimali
Il-Fattur |
Il-Prefiss |
Is-Sinjal |
1024 |
yotta |
Y |
1021 |
zetta |
Z |
1018 |
exa |
E |
1015 |
peta |
P |
1012 |
tera |
T |
109 |
giga |
G |
106 |
mega |
M |
103 |
kilo |
k |
102 |
hekto |
h |
101 |
deka |
da |
10-1 |
deci |
d |
10-2 |
centi |
c |
10-3 |
milli |
m |
10-6 |
mikro |
μ |
10-9 |
nano |
n |
10-12 |
piko |
p |
10-15 |
femto |
a |
10-18 |
atto |
f |
10-21 |
zepto |
z |
10-24 |
yocto |
y |
L-ismijiet u s-simboli tal-multipli u s-submultipli deċimali ta' l-unità tal-massa huma iffurmati billi jiġu mehmuża prefissi mal-kelma "gramm" u s-simboli tagħhom mas-simbolu "g".
Fejn unità imnissla hija espressa bħala frazzjoni, il-multipli u s-submultipli deċimali tagħha jistgħu jingħataw billi jiġi mehmuż il-prefiss ma' l-unitajiet fin-numeratur jew fid-denominatur, jew f'dawn iż-żewġ partijiet.
Prefissi komposti, jew aħjar prefissi ffurmati mit-tqegħid ħdejn xulxin ta' diversi prefissi imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jintużaw.
1.4. Ismijiet speċjali awtorizzati u simboli tal-multipli u submultipli deċimali tal-Unitajiet SI
Kwantità |
Unità |
||||
Isem |
Simbolu |
Valur |
|||
Volum |
litri |
1 jew L (2) |
1 l = 1 dm3 = 10-3 m3 |
||
Massa |
tunnellati metriċi |
t |
1 t = 1 Mg = 103 kg |
||
Pressjoni, stress |
bar |
Bar (3) |
1 bar = 105 Pa |
||
|
2. UNITAJIET LI HUMA DEFINITI FUQ IL-BAŻI TA' L-UNITAJIET SI IŻDA LI MHUMIEX MULTIPLI JEW SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM
Kwantità |
Unità |
||||
Isem |
Simbolu |
Valur |
|||
Angolu plan |
|
1 rivoluzzjoni = 2 π rad |
|||
grad (*) jew gon (*) |
gon (*) |
1 gon = π/200 rad |
|||
grad |
° |
1° = π/180 rad |
|||
minuta tal-angolu |
′ |
1′ = π/10 800 rad |
|||
sekonda ta' l-angolu |
″ |
1″ = π/648 000 rad |
|||
Ħin |
minuta |
min |
1 min = 60 s |
||
siegħa |
h |
1 h = 3 600 s |
|||
ġurnata |
d |
1 d = 86 400 s |
|||
|
3. UNITAJIET UŻATI MA' L-SI, LI L-VALUR TAGĦHOM HUWA MIKSUB B'MOD SPERIMENTALI
Kwantità |
Unità |
||||
Isem |
Simbolu |
Definizzjoni |
|||
Enerġija |
volt elettroniku |
eV |
Il-volt elettroniku huwa l-enerġija kinetika miksuba minn elettron li jgħaddi minn differenza potenzjali ta' 1 V f'vakwu |
||
Piż |
unità ta' piż atomiku sħiħ |
u |
L-unità tal-piż atomiku sħiħ hija ugwali għall-1/12 tal-piż ta' atomu tan-nuklide 12C. |
||
|
4. UNITAJIET U ISMIJIET TA' L-UNITAJIET PERMESSI F'OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS
Kwantità |
Unità |
||||
Isem |
Simbolu |
Valur |
|||
Vergency ta' sistemi ottikali |
dioptre (*) |
|
1 dioptre = 1 m-1 |
||
Massa tal-ħagar prezzjuż |
karat metriku |
|
1 karat metriku = 2 × 10-4 kg |
||
Area ta' l-art agrikola u art għall-bini |
are |
a |
1 a = 102 m2 |
||
Massa għal kull unità ta' tul tal-yarn u l-ħjut tat-tessili |
tex (*) |
tex (*) |
1 tex = 10-6 kg m-1 |
||
Pressjoni tad-demm u ta’ fluidi oħra tal-ġisem |
millimetru ta’ merkurju |
mm Hg (*) |
1 mm Hg = 133,322 Pa |
||
Cross-sectional area effettiva |
barn |
b |
1 b = 10-28 m2 |
||
|
5. UNITAJIET KOMPOSTI
Kombinazzjonijiet ta' l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu I jiffurmaw unitajiet komposti.
IL-KAPITOLU II
L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(b), AWTORIZZATI GĦAL UŻU SPEĊIFIKU BISS
Settur ta’ applikazzjoni |
Unità |
||
Isem |
Valur approssimat |
Simbolu |
|
Sinjali tat-traffiku, kejl ta’ distanza u veloċità |
mil |
1 mil = 1 609 m |
mil |
jarda |
1 jarda = 0,9144 m |
jarda |
|
pied |
1 pied = 0,3048 m |
pied |
|
pulzier |
1 pulzier = 2,54 × 10-2 m |
pulzier |
|
Tqassim ta’ birra draught u ċidru; ħalib f’reċipjenti li jingħataw lura |
pinta |
1 pinta = 0,5683 × 10-3 m3 |
pinta |
Transazzjoni f’metalli prezzjużi |
uqija troj |
1 uqija troj = 31,10 × 10-3 kg |
uqija troj |
L-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.
(1) Ismijiet speċjali għal unità ta' power; l-isem volt-ampere (simbolu ‘VA’) meta użat sabiex ifisser s-saħħa apparenti ta' kurrent ta' l-elettriku li jalterna, u var (simbolu ‘var’) meta huwa żat sabiex ifisser is-saħħa elettrika reattiva. Il-‘var’ mhux inkluż fir-riżoluzzjonijiet tal- CPGM.
(2) Iż-żewġ simboli "l" u «"L" jistgħu jintużaw għall-unità tal-litru. (Is-Sittax-il CGPM (1979), riżoluzzjoni 5).
(3) Unità imniżżla fil-ktejjeb tal-Bureau Internazzjonali tal-Piżijiet u Kejl bħala fost l-unitajiet li għandhom jiġu permessi b'mod temporanju.
Nota: |
Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' unitajiet u simboli li jinsabu fit-Tabella 1.4. |
(4) Il-karattru (*) wara l-isem jew is-simbolu ta' l-unità jindika li ma jidhirx fil-listi mħejjija mill-CGPM, CIPM jew BIPM. Dan japplika għall-Anness kollu
(5) Ma jeżisti l-ebda simbolu internazzjonali.
Nota: |
Il-prefissi elenkati fi 1.3 jistgħu jiġu użati biss flimkien ma' l-ismijiet "grad" jew "gon" u s-simbolu "gon". |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS II
Parti A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 8)
Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 85/1/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 89/617/KEE |
|
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/103/KE |
|
Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2009/3/KE |
|
Parti B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 8)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
80/181/KEE |
30 ta’ Ġunju 1981 |
1 ta’ Ottubru 1981 |
85/1/KEE |
1 ta’ Lulju 1985 |
— |
89/617/KEE |
30 ta’ Novembru 1991 |
— |
1999/103/KE |
8 ta’ Frar 2001 |
— |
2009/3/KE |
31 Diċembru 2009 |
1 Jannar 2010 |
L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 80/181/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(a) u (b) |
Artikolu 1(a) u (b) |
Artikolu 1(ċ) u (d) |
— |
Artikolu 2(a) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(b) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 3 (1) |
Artikolu 3 (1) |
Artikolu 3 (2) |
Artikolu 3 (2), l-ewwel paragrafu |
Artikolu 3 (3) |
Artikolu3 (2), it-tieni paragrafu |
Artikolu 3 (4) |
Artikolu 3 (3) |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu sentenza ta’ introduzzjoni |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu sentenza ta’ introduzzjoni |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu l-ewwel inċiż |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu, punt (a) |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu it-tieni indent |
Artikolu 4 l-ewwel paragrafu, punt (b) |
Artikolu 4 it-tieni paragrafu |
Artikolu 4 it-tieni paragrafu |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 6a |
Artikolu 5 |
Artikolu 6b |
Artikolu 6 |
Artikolu 7(a) |
— |
Artikolu 7(b) |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
— |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Anness, Kapitolu I, pt. 1.-1.2 |
Anness I, Kapitolu 1, pt.1.-1.2 |
Anness, Kapitolu I, pt.1.2.2 |
Anness I, Kapitolu I, pt.1.2.1 |
Anness, Kapitolu I, pt.1.2.3 |
Anness I, Kapitolu I, pt.1.2.2 |
Anness, Kapitolu I, pt.1.3 - 5 |
Anness I, Kapitolu I, pt.1.3 - 5 |
Anness, Kapitolu II |
Anness I, Kapitolu II |
Anness, Kapitoli III u IV |
— |
— |
Anness II |
— |
Anness III |