7.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 377/188


It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011
Ftehim dwar miżuri tal-Istat tal-port li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat ***

P7_TA(2011)0192

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar Miżuri Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat (05571/2011 – C7-0068/2011 – 2010/0389(NLE))

2012/C 377 E/31

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05571/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat (05571/2011),

wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0068/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0142/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehim;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippromwovi b'mod attiv l-iffirmar, ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat fil-kuntest ta’ ftehimiet kummerċjali, ta’ Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs), ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija tas-Sajd u tal-politika tal-Unjoni għall-iżvilupp;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lid-Direttur-Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO).