2.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 296/184 |
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali ***I
P7_TA(2011)0136
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) (COM(2009)0554 – C7-0248/2009 – 2009/0165(COD))
2012/C 296 E/35
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0554), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 63, l-ewwel inċiż, punti 1(d) u 2(a), tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0248/2009), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u l-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta’ April 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar il-futur tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil (3), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tat-2 ta’ Frar 2010 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont it-termini tal-Artikolu 87(3) tar-Regola ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0085/2011), |
A. |
billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta’ sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta’ qabel flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom, |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 18, 19.1.2011, p. 85.
(3) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 10.
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
P7_TC1-COD(2009)0165
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta’ April 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Għandhom isiru numru ta’ bidliet sostantivi lid-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (3). Din id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
Politika komuni dwar l-ażil, li tinkludi Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil, hija parti kostitwenti mill-għan tal-Unjoni Ewropea li tiġi stabbilita progressivament żona ta’ libertà, ta’ sigurtà, u ta’ ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla miċ-ċirkostanzi, ifittxu leġittimament protezzjoni fl-Unjoni. |
(3) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, qabel li jaħdem sabiex tiġi stabbilita Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-istatus ta’ rifuġjati, kif emendata mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 (“Konvenzjoni ta’ Ġinevra”), u b'hekk ikun affermat il-prinċipju ta’ non-refoulement u jkun żgurat li ħadd ma jintbagħat lura għall-persekuzzjoni. |
(4) |
Il-Konklużjonijiet ta’ Tampere jipprovdu li Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil għandha tinkludi, fi żmien qasir, standards komuni għal proċeduri ġusti u effiċjenti tal-ażil fl-Istati Membri u, fi żmien twil, regoli Komunitarji li jwasslu għal proċedura komuni tal-ażil fil-Komunità Ewropea. |
(5) |
Id-Direttiva 2005/85/KE kienet miżura inizjali dwar proċeduri tal-ażil. |
(6) |
L-ewwel fażi tal-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil issa nkisbet. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2004 adotta l-Programm tal-Aja, li jistabbilixxi l-għanijiet li għandhom jiġu implimentati fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja matul il-perjodu 2005-2010. F'dan ir-rigward il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni biex tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-ewwel fażi tal-istrumenti legali u biex tippreżenta proposti għall-miżuri u strumenti tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni tagħhom qabel it-tmiem tal-2010. Skont il-Programm tal-Aja, l-għan li għandu jintlaħaq għall-ħolqien ta’ Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil huwa l-istabbiliment ta’ proċedura komuni ta’ ażil u status uniformi validu madwar l-Unjoni. |
(7) |
Fil-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil, adottat fis-16 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill Ewropew innota li għad hemm diverġenzi konsiderevoli bejn Stat Membru u ieħor dwar l-għoti tal-protezzjoni u sejjaħ għall-inizjattivi ġodda, inkluż proposta għall-istabbiliment ta’ proċedura unika ta’ ażil li tinkludi garanziji komuni, sabiex jitlesta l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil, prevista fil-Programm tal-Aja. |
(8) |
Jeħtieġ li r-riżorsi tal-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u tal-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil jiġu mobilizzati , inter alia, sabiex jipprovdu appoġġ adegwat lill-isforzi tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-istandards stabbiliti fit-tieni fażi tas-Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil, b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri li qed jaffaċċjaw pressjonijiet partikolari u sproporzjonati fuq is-sistemi ta’ ażil tagħhom, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom. Jeħtieġ ukoll li fl-Istati Membri li jirċievu għadd sproporzjonatament kbir ta’ applikazzjonijiet għall-ażil meta mqabbel mal-kobor tal-popolazzjoni tagħhom, l-appoġġ finanzjarju u l-appoġġ amministrattiv/tekniku jiġu mobilizzati minnufih skont il-Fond Ewropew għar-Rifuġjati u l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Ażil rispettivament sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. [Em. 1] |
(9) |
Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni komprensiva u effiċjenti tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjoni tal-applikanti skont it-tifsira tad-Direttiva […/…/UE] [dwar Standards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (Id-Direttiva dwar il-Kwalifika] il-qafas tal-Unjoni dwar il-proċeduri għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-kunċett ta’ proċedura unika ta’ ażil. |
(10) |
L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva hu li li jiġu żviluppati iktar standards minimi għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali bl-għan li tiġi stabbilita proċedura komuni ta’ ażil fl-Unjoni. |
(11) |
L-approssimazzjoni tar-regoli dwar il-proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandha tgħin biex tillimita l-movimenti sekondarji tal-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri, fejn tali moviment ikun ikkawżat mid-differenzi fl-oqsfa legali, u joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni ta’ Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fl-Istati Membri. |
(12) |
In-natura stess tal-istandards minimi teħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar favorevoli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li jitolbu protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, fejn tali talba tkun ikkunsidrata bħala bbażata fuq il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fis-sens ta’ Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. |
(13) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 18, 19, 21, 24 u 47 tal-Karta u għandha tiġi implimentata kif xieraq. [Em. 2] |
(14) |
Fir-rigward tat-trattament ta’ persuni li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li għalihom huma parti. |
(15) |
L-Istati Membri huma obbligati jirrispettaw għalkollox il-prinċipju ta’ non-refoulement u tad-dritt għall-ażil, li jinkludi l-aċċess għal proċedura ta’ ażil għal kwalunkwe persuna li trid titlob l-ażil u li tkun fil-ġurisdizzjoni tagħhom, fosthom dawk taħt il-kontroll effettiv ta’ korp tal-Unjoni jew ta’ korp ta’ Stat Membru. [Em. 3] |
(16) |
Huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kollha għall- protezzjoni internazzjonali jittieħdu abbażi tal-fatti u, fl-istadju ta’ prim'istanza, minn awtoritajiet li l-persunal tagħhom ikollu l-informazzjoni adegwata u jirċievi t-taħriġ meħtieġ fil-qasam ta’ kwistjonijiet ta’ ażil u ta’ rifuġjati. [Em. 4] |
(17) |
Huwa fl-interess kemm tal-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali li jiġu deċiżi kemm jista' jkun malajr l-applikazzjonijiet għall-. protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-eżaminazzjoni xierqa u kompluta. |
(18) |
Il-kunċett ta’ ordni pubbliku jista' inter alia jkopri sentenza ta’ kundanna għat-twettiq ta’ delitt gravi. |
(19) |
Fl-interess li jiġu rikonoxxuti korrettament dawk il-persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni bħala rifuġjati fis-sens tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra jew bħala persuni eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja, kull applikant għandu jkollu aċċess effettiv għall-proċeduri, għall-opportunità li jikkopera u jikkomunika sewwa mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jippreżenta l-fatti relevanti tal-każ tiegħu u għal garanziji proċedurali effikaċi sabiex isegwi l-każ tiegħu matul l-istadji kollha tal-proċedura. Barra minn hekk, il-proċedura li fiha tiġi eżaminata applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali għandha normalment tagħti lil applikant għall-inqas id-dritt li jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru sa meta tittieħed deċiżjoni finali mill-awtorità determinanti u, f'każ ta’ deċiżjoni negattiva, iż-żmien meħtieġ biex jintalab rimedju ġudizzjarju, u għat-tul ta’ żmien li qorti jew tribunal kompetenti jawtorizzaw dan, aċċess għas-servizzi ta’ interpretu sabiex ikun jista' jippreżenta l-każ tiegħu jekk jiġi intervistat mill-awtoritajiet, l-opportunità li jikkomunika ma’ rappreżentant tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u ma’ organizzazzjonijiet li jipprovdu pariri jew konsulenza lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, id-dritt ta’ notifika adegwata ta’ deċiżjoni, il-motivazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fil-fatt jew fid-dritt, l-opportunità li jikkonsulta ma’ konsulent legali jew konsulent ieħor, u d-dritt li jiġi nfurmat dwar il-pożizzjoni legali tiegħu f'mumenti deċiżivi matul il-proċedura, f'ilsien li jifhem jew li jista' raġonevolment ikun mistenni jifhem u, fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva, id-dritt għall-soluzzjoni effettiva quddiem qorti jew tribunal. [Em. 5] |
(20) |
Bl-għan li jiżguraw aċċesss effettiv għall-proċedura ta’ eżami, l-uffiċjali li jkollhom l-ewwel kuntatt ma’ persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jwettqu sorveljanza tal-fruntieri tal-art jew tal-baħar jew li jwettqu kontrolli fil-fruntieri, għandhom jirċievu istruzzjonijiet u t-taħriġ meħtieġa dwar kif jirrikonoxxu , jirreġistraw u jressqu lill-awtorità determinanti kompetenti talbiet għall-protezzjoni internazzjonali. Dawn għandhom ikunu kapaċi jipprovdu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat li huma preżenti fit-territorju, inkluż fil-fruntieri, fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta’ tranżitu tal-Istati Membri, u li jixtiequ jitolbu protezzjoni internazzjonali, bl-informazzjoni kollha relevanti dwar fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jkunu ppreżentati. Fejn dawk il-persuni jkunu preżenti fl-ilmijiet territorjali ta’ Stat Membru, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-art u jkollhom l-applikazzjonijiet tagħhom eżaminati skont din id-Direttiva. [Em. 6] |
(21) |
Barra minn hekk, garanziji proċedurali speċjali għall-applikanti vulnerabbli, bħal pereżempju minuri, minuri mhux akkumpanjati, nisa tqal, persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew atti serji oħra ta’ vjolenza , bħall-vjolenza abbażi tas-sess u prassi tradizzjonali ta’ ħsara, jew persuni b'diżabbiltà, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess effettiv tagħhom għall-proċeduri u jkunu ppreżentati l-elementi meħtieġa biex jissostanzjaw l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 7] |
(22) |
Il-miżuri nazzjonali li jittrattaw l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi u sinjali ta’ tortura jew atti serji oħra ta’ vjolenza fiżika jew mentali, inkluż atti ta’ vjolenza sesswali, fil-proċeduri koperti minn din id-direttiva għandhom inter alia jkunu bbażati fuq il-Manual on Effective Investigation and Documentation of Torture and Other Cruel, Inhuman or Degrading Treatment or Punishment (Protokoll ta’ Istanbul). |
(23) |
Bl-għan li tiġi żgurata l-ugwaljanza sustantiva bejn l-applikanti nisa u rġiel, il-proċeduri tal-eżami għandhom ikunu skont is-sess. B'mod partikolari, l-intervisti personali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmilha possibbli kemm għall-applikanti nisa kif ukoll għall-irġiel biex jitkellmu dwar l-esperjenzi tal-passat tagħhom f'każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq is-sess ma’ intervistatur tal-istess sess jekk jintalab hekk, li jkollu taħriġ speċjali dwar il-kwistjoni ta’ intervisti rigward persekuzzjoni bbażata fuq is-sess . Il-kumplessità tat-talbiet relatati mas-sess għandhom ikunu kkunsidrati sew fi proċeduri bbażati fuq il-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu, il-kunċett tal-pajjiż ta’ oriġini bla periklu jew il-kunċett tal-applikazzjonijiet sussegwenti. [Em. 8] |
(24) |
L-“aħjar interessi tat-tfal”, għandu jkun kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, skont il-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-drittijiet tat-tfal. |
(25) |
Il-proċeduri għall-eżami tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet determinanti sabiex iwettqu eżami bir-reqqa tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 9] |
(26) |
Fejn sussegwentement applikant jagħmel applikazzjoni mingħajr ma jippreżenta provi jew argumenti ġodda, ikun sproporzjonat li l-Istati Membri jkunu obbligati jwettqu mill-ġdid proċedura sħiħa ta’ eżaminazzjoni. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirrifjutaw applikazzjoni bħala inamissibbli skont il-prinċipju res judicata. |
(27) |
Ħafna applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali isiru mal-fruntiera jew f'żona ta’ tranżitu ta’ Stat Membru qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward id-dħul tal-applikant. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu għall-ammissibbiltà u/jew proċeduri ta’ eżaminazzjoni sustantivi li jagħmluha possibbli li jkunu deċiżi applikazzjonijiet magħmula fil-fruntieri jew f'żoni ta’ tranżitu f'dawn il-postijiet. |
(28) |
Konsiderazzjoni ċentrali ta’ bażi tajba għall-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu. Fejn pajjiż terz ikun jista' jiġi meqjus bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikklassifikawh bħala bla periklu u jassumu s-sigurtà tiegħu għal applikant partikolari, sakemm huwa ma jippreżentax kontraindikazzjonijiet. |
(29) |
Minħabba l-livell ta’ armonizzazzjoni milħuq dwar il-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi bħala rifuġjati, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni sabiex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu. |
(30) |
L-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet ta’ din id-Direttiva ma tistax tistabbilixxi garanzija ta’ sigurtà assoluta għaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż. Fin-natura stess tagħha, il-valutazzjoni li tkun il-bażi tal-indikazzjoni tista' tieħu kont biss taċ-ċirkostanzi ċivili, legali u politiċi ġenerali f'dak il-pajjiż u tikkunsidra jekk l-awturi tal-persekuzzjoni, tat-tortura jew ta’ trattament jew kastig inuman jew degradanti humiex suġġetti għal sanzjonijiet fil-prattika meta jinstabu responsabbli fil-pajjiż konċernat. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li, fejn l-applikant juri li jkun hemm raġunijiet validi sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih. |
(31) |
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet kollha abbażi tas-sustanza, jiġifieri jivvalutaw jekk l-applikant ikkonċernat jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] ħlief fejn din id-Direttiva tkun tipprovdi mod ieħor, partikolarment meta wieħed ikun jista' jiżgura li pajjiż ieħor ikun sejjer jagħmel l-eżami jew jipprovdi protezzjoni effikaċi . B'mod partikolari, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jivvalutaw is-sustanza ta’ applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali fejn pajjiż ta’ ażil preċedenti jkun ta lill-applikant l-istatus ta’ rifuġjat jew inkella protezzjoni aċċessibbli u effikaċi u l-applikant jiġi ammess mill-ġdid f'dan il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jimxu b'dan il-mod biss f'każijiet meta l-applikant inkwistjoni ma jkunx fil-periklu fil-pajjiż terz konċernat. [Em. 10] |
(32) |
L-Istati Membri m'għandhomx ukoll ikunu obbligati li jivvalutaw is-sustanza ta’ applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali fejn l-applikant, minħabba konnessjoni suffiċjenti ma’ pajjiż terz kif definit mil-liġi nazzjonali, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li jfittex protezzjoni f'dak il-pajjiż terz, u jkun hemm bażijiet għall-kunsiderazzjoni li applikant se jkun ammess jew ammess mill-ġdid f'dak il-pajjiż. L-Istati Membri għandhom jipproċedu biss fuq din il-bażi meta dan l-applikant partikolari jkun protett fil-pajjiż terz konċernat. Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji ta’ applikanti, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji komuni għall-konsiderazzjoni jew indikazzjoni mill-Istati Membri ta’ pajjiżi terzi bħala bla periklu. ▐ [Em. 11] |
(33) |
Fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jibbenefikaw mill- protezzjoni internazzjonali jkunu debitament informati dwar il-possibbiltà ta’ rikonsiderazzjoni tal-istatus tagħhom u jkollhom l-opportunità sabiex jagħtu l-fehma tagħhom qabel mal-awtoritajiet ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni motivata dwar l-irtirar tal-istatus tagħhom. |
(34) |
Ikun jirrifletti prinċipju bażiku tal-liġi tal-Unjoni li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta’ applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali u fir-rigward tal-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja ikunu suġġetti għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal. |
(35) |
Skont l-Artikolu 72 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma tolqotx l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet li jaqgħu fuq l-Istati Membri fir-rigward taż-żamma tal-liġi u l-ordni u tas-salvagwardja tas-sigurtà interna. |
(36) |
Din id-Direttiva ma tittrattax dwar dawk il-proċeduri bejn l-Istati Membri li huma regolati mir- Regolament (UE) Nru […/… ][li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali depożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (Ir-Regolament ta’ Dublin)]. |
(37) |
L-applikanti li għalihom japplika r-Regolament (UE) Nru […/…] [ir-Regolament ta’ Dublin] għandhom igawdu minn aċċess għall-prinċipji u garanziji prinċipali stabbiliti f'din id-Direttiva u għall-garanziji speċjali skont dak ir-Regolament. |
(38) |
L-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi valutata f'intervalli regolari. |
(39) |
Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. |
(40) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(41) |
L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva 2005/85/KE. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġej mid-Direttiva 2005/85/KE. |
(42) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu stabbiliti standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva …/…/UE [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) |
“il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra” tfisser il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 li għandha x'taqsam mal-istatus tar-rifuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967; |
(b) |
“applikazzjoni” jew “applikazzjoni" għal protezzjoni internazzjonali” tfisser talba magħmula minn ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat għal protezzjoni minn Stat Membru, li tista' tinftiehem li tfittex stat ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja, u li ma titlobx espliċitament tip ieħor ta’ protezzjoni, barra mill-iskop tad-Direttiva […/…/EU] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], li tista' ssir applikazzjoni separata għaliha; |
(c) |
“applikant” jew “applikant għall- protezzjoni internazzjonali” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li għamel applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tagħha deċizjoni finali tkun għadha ma tteħditx; |
(d) |
“applikant bi bżonnijiet speċjali” tfisser applikant li minħabba età, sess, orjentament sesswali, identità sesswali, diżabbiltà, mard fiżiku jew mentali jew konsegwenzi ta’ tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali għandu bżonn garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u jirrispetta l-obbligi skont din id-Direttiva; [Em. 13] |
(e) |
“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni dwar jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat jingħatawx status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva […/…/EU] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] u li ma jkunx soġġett aktar għal rimedju fil-qafas tal-Kapitolu V ta’ din id-Direttiva irrispettivament jekk tali rimedju għandux l-effett li jippermetti applikanti jibqgħu fl-Istati Membri konċernati sal-eżitu tagħha; |
(f) |
“awtorità determinanti” tfisser kwalunkwe korp semi-ġudizzjarju jew amministrattiv fi Stat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali, u kompetenti sabiex jieħu, fl-istadju ta’ prim'istanza, deċiżjonjiet f'tali każijiet, suġġett għall-Anness I; |
(g) |
“rifuġjat” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2 (d) of KEDirettiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; |
(h) |
“persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2 (f) tad-Direttiva […/…/UE] [ id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; |
(i) |
“protezzjoni internazzjonali” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala refuġjat jew bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja; |
(j) |
“status ta’ rifuġjat” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala rifuġjat; |
(k) |
“status ta’ protezzjoni sussidjarja” ifisser l-għarfien minn Stat Membru ta’ ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat bħala persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja; |
(l) |
“minuri” ifisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat taħt l-età ta’ 18-il sena; |
(m) |
“minuri mhux akkumpanjat” ifisser minuri kif definit fl-Artikolu 2 (l) tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; |
(n) |
“rappreżentant” tfisser persuna maħtura mill-awtoritajiet kompetenti biex taġixxi bħala tutur legali sabiex tgħin u tirrappreżenta minuri mhux akkumpanjat bil-għan li tiżgura l-aħjar interessi tat-tfal u teżerċita kapaċità legali għall-minuri fejn ikun meħtieġ; |
(o) |
“irtirar ta’ protezzjoni internazzjonali” tfisser id-deċiżjoni minn awtorità kompetenti li tirrevoka, twaqqaf jew tirrifjuta li ġġedded status ta’ rifuġjat jew protezzjoni sussidjarja ta’ persuna skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; |
(p) |
“tibqa' fl-Istat Membru” tfisser li tibqa' fit-territorju, inklużi l-fruntiera jew iż-żoni ta’ transitu tal-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali jew li fih tkun saret jew qiegħda tiġi eżaminata tali applikazzjoni. |
(q) |
“fatti u ċirkustanzi ġodda” tfisser fatti li jappoġġjaw is-sustanza tat-talba, li jistgħu jikkontribwixxu għar-rieżami ta’ deċiżjoni preċedenti. [Em. 15] |
Artikolu 3
Ambitu ta’ applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-applikazzjonijiet kollha għall- protezzjoni internazzjonali magħmula fit-territorju, inklużi dawk magħmula fil-fruntiera fl-ilmijiet territorjali jew fiż-żoni ta’ transitu, tal-Istati Membri u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika f'każijiet ta’ rikjesti għall-ażil diplomatiku jew territorjali preżentati quddiem ir-rappreżentanzi ta’ Stati Membri.
3. , l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva fi proċeduri sabiex jiġu deċiżi applikazzjonijiet għal kull tip ta’ protezzjoni internazzjonali li jaqgħu barra l-ambitu tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].
Artikolu 4
Awtoritajiet responsabbli
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw, għall-proċeduri kollha, awtorità determinanti li tkun responsabbli li tagħmel eżaminazzjoni adegwata tal-applikazzjonijiet skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-awtorità għandha numri biżżejjed ta’ persunal kompetenti u speċjalizzati għad-dispożizzjonijiet tagħha għat-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan il-limiti ta’ żmien preskritti. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal taħriġ inizjali u ta’ segwitu għall-applikazzjonijiet ta’ eżaminazzjoni tal-persunal u jieħdu deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni internazzjonali.
2. It-taħriġ imsemmi fil-paragrafu 1 jikkonċerna, b'mod speċjali:
(a) |
ir-regoli sustantivi u proċedurali dwar il-protezzjoni internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem stipulati fl-istrumenti internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż il-prinċipji tan-non-refoulement u tan-non-diskriminazzjoni; |
(b) |
l-applikanti bi bżonnijiet speċjali, kif definiti fl-Artikolu 2(d); [Em. 16] |
(c) |
sess, orjentament sesswali, trawma u sensibilizzazzjoni dwar l-età , filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-minuri mhux akkumpanjati ; [Em. 17] |
(d) |
l-użu tal-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini; |
(e) |
tekniki dwar l-intervisti, inkluż il-komunikazzjoni bejn kulturi differenti; |
(f) |
identifikazzjoni u dokumentazzjoni ta’ sinjali u sintomi ta’ tortura; |
(g) |
valutazzjoni tal-evidenza, inkluż il-prinċipju tal-benefiċju tad-dubju; |
(h) |
kwistjonijiet ta’ każistiki relevanti mal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. |
3. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li awtorità oħra tkun responsabbli għall-finijiet li ġejjin l-ipproċessar ta’ każijiet skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament ta’ Dublin].
4. Fejn awtorità tiġi nominati skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta’ dik l-awtorità ikollu l-għarfien adegwat u jirċievi t-taħriġ meħtieġ sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu meta jimplementa din id-Direttiva. [Em. 18]
5. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali magħmula fi Stat Membru lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor li jwettqu kontrolli tal-fruntiera jew tal-immigrazzjoni għandhom ikunu trattati mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun saret l-applikazzjoni.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet iktar favorevoli
L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu fis-seħħ standards aktar favorevoli għal proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali, sa fejn dawk l-istandards ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.
KAPITOLU II
PRINĊIPJI U GARANZIJI BAŻIĊI
Artikolu 6
Aċċess għall-proċedura
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-irċevuta u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5,6,7 u 8, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jsiru personalment u/jew f'post indikat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna li tixtieq tapplika għall-protezzjoni internazzjonali għandha opportunità effettiva biex tippreżenta applikazzjoni ma’ awtorità kompetenti malajr kemm jista' jkun. Meta l-applikanti ma jkunux jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom personalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant legali jkun jista' jippreżenta l-applikazzjoni tagħhom f'isimhom. [Em. 19]
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull adult li jkollu kapaċità legali jkollu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali f'ismu stess.
4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li applikazzjoni tkun tista' ssir minn applikant f'isem id-dipendenti tiegħu. F'dawn il-każijiet l-Istati Membri għandhom jiżguraw li adulti dipendenti jagħtu l-kunsens tagħhom għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni f'isimhom, u fin-nuqqas ta’ dan għandhom ikollhom l-opportunità li jagħmlu applikazzjoni f'isimhom stess.
Il-kunsens għandu jkun mitlub fiż-żmien li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni jew, mhux aktar tard minn meta titwettaq intervista personali mal-adult dipendenti. Qabel ma jkun mitlub kunsens, kull adult fost dawn il-persuni għandu jkun informat fil-privat dwar il-konsegwenzi proċedurali rilevanti u dwar id-dritt tiegħu li jagħmel applikazzjoni separata għall-protezzjoni internazzjonali.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minur għandu d-dritt li jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew f'ismu – jekk skont il-liġi nazzjonali jitqies bħala kapaċi li jressaq proċedimenti – jew permezz tar-rappreżentant legali tiegħu jew ta’ rappreżentant awtorizzat ta’ dan tal-aħħar . Fil-każijiet l-oħra kollha għandu japplika l-paragrafu 6. [Em. 20]
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet xierqa referuti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (4) għandhom id-dritt li jippreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'isem il-minuri mhux akkumpanjat jekk, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni individwali tas-sitwazzjoni personali tiegħu, dawn l-entitajiet huma tal-opinjoni li l-minuri jista' jkollu ħtiġijiet ta’ protezzjoni skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].
7. L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu fil-liġi nazzjonali
(a) |
il-każijiet li fihom minuri jista' jagħmel applikazzjoni f'ismu stess; |
(b) |
il-każijiet li fihom l-applikazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjat ikollha tiġi preżentata minn rappreżentant kif previst fl-Artikolu 21 (1)(a). |
▐ [Em. 21]
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera, puliżija u awtoritajiet tal-immigrazzjoni, u persunal ta’ faċilitajiet ta’ detenzjoni jkollhom istruzzjonijiet u jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex jirrikonoxxu, jirreġistraw u jressqu l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali Jekk dawn l-awtoritajiet huma nnominati bħala awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 1, l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-obbligu tar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni. F'każijiet oħra, l-istruzzjonijiet għandhom jeħtieġu li l-applikazzjoni tintbagħat lill-awtorità kompetenti għal din ir-reġistrazzjoni flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti. [Em. 22]
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li x'aktarx ikunu indirizzati minn persuna li tixtieq tagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jkunu kapaċi li jagħtu parir lil dik il-persuna dwar kif u fejn hija tkun tista' tagħmel tali applikazzjoni u/jew jistgħu jesiġu li dawn l-awtoritajiet jgħaddu l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti.
9. Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun irreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan 72 siegħa mill-mument li persuna tkun esprimit x-xewqa tagħha li tapplika għall-protezzjoni internazzjonali skont is-subparagrafu 1 tal-paragrafu 8.
Artikolu 7
Informazzjonu u konsulenza f'punti ta’ qsim bejn il-fruntieri u faċilitajiet ta’ detenzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-proċeduri li jridu jkunu segwiti sabiex issir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun disponibbli f':
(a) |
punti ta’ qsim bejn il-fruntieri, inkluż żoni ta’ transitu, fi fruntieri esterni; u |
(b) |
faċilitajiet ta’ detenzjoni. |
2. L-Istati Membri għandhom jiprovdu għall-arranġamenti ta’ interpretazzjoni sabiex jiżguraw komunikazzjoni bejn persuni li jixtiequ japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali u l-gwardji tal-fruntieri jew persunal tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza u/jew rappreżentanza legali lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jkollhom aċċess malajr għall-punti ta’ qsim bejn il-fruntieri, inklużi ż-żoni ta’ transitu, u faċilitajiet ta’ detenzjoni ▐. [Em. 23]
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli li jkopru l-preżenza ta’ dawn l-organizzazzjonijiet f'oqsma li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu , sakemm ma jillimitawx l-aċċess tal-applikanti għall-pariri u l-konsulenza . [Em. 24]
Artikolu 8
Id-dritt tal-applikant li jibqa' fl-Istat Membru matul iż-żmien li fih tiġi eżaminata l-applikazzjoni
1. L-applikanti għandhom jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru, għall-fini tal-proċedura biss, sa meta l-awtorità determinanti tkun ħadet id-deċiżjoni finali, anke f'każijiet meta applikant jappella, u għall-perjodu ta’ żmien li qorti jew tribunal kompetenti jawtorizzaw dan . Dan id-dritt li jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru m'għandux jikkostitwixxi intitolament għall-permess ta’ residenza. [Em. 25]
2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss fejn, persuna tagħmel applikazzjoni sussegwenti kif deskritt fl-Artikolu 34 (7) jew fejn dawn iċedu jew jestradixxu, skont il-każ, persuna lejn Stat Membru ieħor konformament ma’ obbligi f'konformita' mad-Deċiżjoni kwadru 2002/584/ĠAI tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (5) jew diversament, jew lejn pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant ikkonċernat, jew lejn qrati jew tribunali kriminali internazzjonali.
3. Stat Membru jista' jestradixxi applikant f'pajjiż terz skont il-paragrafu 2 biss meta ▐ deċiżjoni ta’ estradizzjoni mhux se tirriżulta f'refoulement diretta jew indiretta fi vjolazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Membru jew ma tesponix lill-applikant għal trattament inuman jew degradanti meta jasal fil-pajjiż terz . [Em. 26]
Artikolu 9
Rekwiżiti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet
1. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali la jiġu miċħuda u lanqas esklużi milli jiġu eżaminati għar-raġuni biss li ma kinux saru malajr kemm jista' jkun.
2. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali l-ewwel għandhom ikunu eżaminati biex jiġi ddeterminat jekk l-applikanti jikkwalifikawx bħala rifuġjati. Jekk le, dawn għandhom ikunu eżaminati biex jiġi ddeterminat jekk humiex applikanti eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet mill-awtorità determinanti dwar applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali jiġu meħuda wara eżami adegwat. Għal dik il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li
(a) |
l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati u d-deċiżjonijiet jiġu meħuda individwalment, oġġettivament u imparzjalment; |
(b) |
tiġi miksuba informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħall-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), ▐ l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil , u organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li teżisti fil-pajjiżi ta’ origini tal-applikanti u, fejn meħtieġ, f'pajjiżi li għaddew minnhom, u li tali informazzjoni ssir disponibbli għall-persunal responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet u mit-teħid ta’ deċiżjonijiet u, fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra din l-informazzjoni biex tittieħed deċiżjoni, lill-applikant u lill-konsulent legali tiegħu; [Em. 27] |
(c) |
il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet ikollu l-konoxxenza tal-istandards relevanti applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar l-ażil u dwar ir-rifuġjati kif ukoll tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkun lesta l-programmi ta’ taħriġ inizjali u ta’ segwitu msemmija fl-Artikolu 4(1) ; [Em. 28] |
(d) |
il-persunal li jeżamina l-applikazzjonijiet u li jieħu d-deċiżjonijiet jingħata istruzzjonijiet u jkollu l-possibbiltà li jitlob parir, meta jkun meħtieġ, minn esperti dwar kwistjonijiet partikolari, bħal pereżempju kwistjonijiet mediċi, kulturali, reliġjużi, dwar it-tfal , is-sess jew l-orjentament sesswali . [Em. 29] |
(e) |
l-applikant u l-konsulent legali tiegħu jkollhom aċċess għall-informazzjoni mogħtija mill-esperti msemmija fil-punt (d). [Em. 30] |
4. L-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V għandhom, permezz tal-awtorità determinanti jew tal-applikant jew diversament, ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b), li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw it-traduzzjoni ta’ dokumenti relevanti għall-eżami ta’ applikazzjonijiet.
Artikolu 10
Rekwiżiti għal deċiżjoni mill-awtorità determinanti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali jingħataw bil-miktub.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, fejn applikazzjoni tiġi miċħuda jew aċċettata , fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat u/jew tal-protezzjoni sussidjarja, ir-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt jiġu ddikjarati b'mod ċar fid-deċiżjoni u tiġi mogħtija bil-miktub informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva meta tinħareġ id-deċiżjoni u ffirmata mir-riċevitur kif jirċeviha . [Em. 31]
▐ [Em. 32]
3. Għall-finijiet tal-Artikolu 6(3)(4),u kull meta l-applikazzjoni tkun ibbażata fuq l-istess raġunijiet, l-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni waħda, li tkopri d-dipendenti kollha.
4. Il-paragrafu 3 m'għandux japplika għall-każijiet fejn l-iżvelar ta’ ċirkustanzi partikolari ta’ persuna lill-membri tal-familja tagħha tistà tipperikola l-interessi ta’ dik il-persuna, inklużi każijiet li jinvolvu persekuzzjoni bbażata fuq sess , orjentament sesswali, identità sesswali u/jew età. F'każijiet bħal dawn, deċiżjoni separata għandha tinħareġ lill-persuna kkonċernata. [Em. 33]
Artikolu 11
Garanziji għall-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali
1. Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu III, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l l-applikanti kollha għall-protezzjoni internazzjonali igawdu l-garanziji li gejjin:
(a) |
għandhom jiġu informati f'ilsien li jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu bil-proċedura li jkollha tiġi segwita u bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom matul il-proċedura u l-konsegwenzi eventwali f'każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tagħhom u ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet. Għandhom jiġu informati dwar il-perjodu ta’ żmien, kif ukoll dwar il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex jissodisfaw l-obbligu tal-preżentazzjoni tal-elementi msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva […/…/KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika ]. Din l-informazzjoni għandha tingħatalhom fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet garantiti f'din id-Direttiva u jikkonformaw mal-obbligi deskritti fl-Artikolu 12; [Em. 34] |
(b) |
għandhom jirċievu s-servizzi ta’ interpretu sabiex jippreżentaw il-każ tagħhom quddiem l-awtoritajiet kompetenti meta dan ikun meħtieġ. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bħala meħtieġ l-għoti ta’ dawn is-servizzi għall-inqas meta l-awtorità determinanti ssejjaħ lill-applikant sabiex jiġi intervistat kif imsemmi fl-Artikoli 13, 14, 15, 16 u 31 u meta ma tkunx tista' tiġi żgurata komunikazzjoni adegwata mingħajr dawn is-servizzi. F'dan il-każ u f'każijiet oħra fejn l-awtoritajiet kompetenti jsejħu lill-applikant, dawn is-servizzi għandhom jiġu mħallsa minn fondi pubbliċi; |
(c) |
ma għandhiex tiġi miċħuda lilhom l-opportunità li jikkomunikaw mal-UNHCR jew ma’ kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tipprovdi parir jew konsulenza legali lill-persuni li jfittxu ażil skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dak l-Istat Membru; |
(d) |
għandhom jingħataw notifika fi żmien raġonevoli tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għall- protezzjoni internazzjonali. Jekk l-applikant ikun qiegħed jiġi rappreżentat legalment minn konsulent legali jew konsulent ieħor, l-Istati Membri jistgħu jagħzlu li jinnotifikaw lil dan bid-deċiżjoni minflok lill-applikant għall- proċedura internazzjonali; |
(e) |
għandhom jiġu infurmati dwar ir-riżultat tad-deċiżjoni mill-awtorità determinanti f'ilsien li jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija jifhmu meta ma jkunux assistiti jew rappreżentati minn konsulent legali jew konsulent ieħor. L-informazzjoni provduta għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tiġi kontestata deċiżjoni negattiva skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2). [Em. 35] |
2. Fir-rigward tal-proċeduri previsti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti kollha igawdu garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1(b), (c) u (d) ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 12
Obbligi tal-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali
1. L-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom ikunu meħtieġa jgħinu, sal-punt li jistgħu meta jitqiesu l-kapaċitajiet fiżiċi u psikoloġiċi tagħhom, fil-kjarifika tas-sitwazzjoni u jiżvelaw lill-awtoritajiet kompetenti l-identità u n-nazzjonalità tagħhom u elementi oħra li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. Jekk ma jkollhomx passaport validu jew dokument minflok il-passaport, l-applikanti għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw biex jinkiseb dokument tal-identità. Sakemm l-applikanti jitħallew jibqgħu fl-Istat Membru taħt protezzjoni internazzjonali matul il-kunsiderazzjoni tal-applikazzjoni, m'għandhomx ikunu meħtieġa jkollhom kuntatt mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom jekk ikun hemm raġuni għalfejn wieħed jibża' li tkun se sseħħ persekuzzjoni minn dak l-Istat. L-Istati Membri jistgħu jimponu lill-applikant obbligi oħra biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti sa fejn dawn l-obbligi huma meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni. [Em. 36]
2. B'mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li
(a) |
l-applikanti ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti jew jidhru personalment quddiemhom mill-iktar fis possibbli jew fi żmien partikolari; |
(b) |
l-applikanti ikollhom jagħtu dokumenti fil-pussess tagħhom li jkunu relevanti għall-eżami tal-applikazzjoni, bħall-passaporti tagħhom; |
(c) |
l-applikanti jkunu meħtieġa jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-post tar-residenza jew bl-indirizz attwali tagħhom u b'kull tibdil ta’ dan mill-aktar fis possibbli. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-applikant għandu jaċċetta kull komunikazzjoni fil-post ta’ residenza jew fl-indirizz l-aktar reċenti li huwa kien indika għal dan il-għan; |
(d) |
l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jfittxu l-applikant u l-affarijiet li jġorr miegħu, sakemm it-tfittxija titwettaq minn persuna tal-istess sess li tkun sensittiva għall-età u għall-kultura tal-applikant u tkun tirrispetta għalkollox il-prinċipju tad-dinjità tal-bniedem u tal-integrità fiżika u mentali ; [Em. 37] |
(e) |
l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu ritratt tal-applikant; u |
(f) |
l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirreġistraw l-istqarrijiet orali tal-applikant, sakemm dan ikun preċedentement ġie informat b'dan. |
Artikolu 13
Intervista personali
1. Qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtorità determinanti, l-applikant għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista personali dwar l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali b'lingwa li jifhem ma’ persuna li tkun, taħt il-liġi nazzjonali, kompetenti sabiex tmexxi tali intervista. L-intervisti dwar l-ammissibilità ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u dwar is-sustanza tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jitwettqu mill-persunal tal-awtorità determinanti. [Em. 38]
Fejn persuna tkun għamlet applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f'isem id-dipendenti tagħha, kull adult li l-applikant jirrilata miegħu għandu jingħata l-opportunità biex jesprimi l-opinjoni tiegħu fil-privat u li jkun intervistat dwar l-applikazzjoni tiegħu.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali dawk il-każijiet li fihom minuri għandu jingħata l-opportunità ta’ intervista personali , filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi u l-bżonnijiet speċjali tat-tifel jew tifla . [Em. 39]
2. L-intervista personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni tista' titneħħa meta:
(a) |
l-awtorità determinanti tkun kapaċi li tieħu deċiżjoni pożittiva fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat abbażi tal-prova disponibbli; jew |
(b) |
l-awtorità determinanti tkun tal-fehma li l-applikant mhuwiex f'sikktu jew kapaċi sabiex jiġi intervistat minnħabba ċirkostanzi persistenti li fuqhom huwa ma jkollux kontroll. F'dubju, l-awtorità determinanti għandha tikkonsulta espert mediku biex tistabbilixxi jekk il-kundizzjoni hijiex temporanja jew permanenti. [Em. 40] |
Fejn l-awtorità determinanti ma tipprovdix l-opportunità għal intervista personali lill-applikant skont il-punt (b), jew fejn applikabbli, lid-dipendenti, l-awtorità determinanti għandha tippermetti lill-applikant jew id-dipendenti jitolbu data ġdida għall-intervista personali u jippreżentaw aktar informazzjoni.[Em. 41]
▐ [Em. 42]
3. In-nuqqas ta’ intervista personali skont il-paragrafu 2(b) ma għandhiex tinċidi negattivament fuq id-deċiżjoni tal-awtorità determinanti.
4. Irrispettivament mill-Artikolu 25(1), l-Istati Membri, meta jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali, jistgħu jieħdu kont tal-fatt li l-applikant naqas milli jidher għall-intervista personali sakemm huwa ma kellux raġunijiet tajbin għan-nuqqas li jidher.
Artikolu 14
Rekwiżiti għal intervista personali
1. Intervista personali għandha normalment issir mingħajr il-preżenza ta’ membri tal-familja sakemm l-awtorità determinanti ma tikkunsidrax bħala meħtieġ, sabiex isir eżami adegwat, li jkun hemm membri oħra tal-familja preżenti.
2. Intervista personali għandha ssir taħt kondizzjonijiet li jiżguraw kunfidenzjalità adegwata.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-intervisti personali jitmexxew taħt kondizzjonijiet li jippermettu li l-applikanti jippreżentaw ir-raġunijiet għall-applikazzjonijiet tagħhom b'mod komprensiv. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista tkun kwalifikata, imħarrġa u kompetenti sabiex tieħu kont taċ-ċirkostanzi personali u ġenerali attinenti għall-applikazzjoni, inkluż l-oriġini kulturali, sess , orjentament sesswali, identità sesswali jew il-vulnerabbiltà tal-applikant; [Em. 43] |
(b) |
kull meta jkun possibbli, jipprovdu li l-intervista mal-applikant tkun imwettqa minn persuna tal-istess sess jekk l-applikant ikkonċernat jitlob dan; |
(c) |
jagħżlu interpretu kompetenti li jkun kapaċi jiżgura komunikazzjoni adegwata bejn l-applikant u l-persuna li tmexxi l-intervista u li jkun marbut b'kodiċi ta’ kondotta li jiddefinixxi d-drittijiet u d-dmirijiet tal-interpretu . Mhuwiex meħtieġ li l-komunikazzjoni ssir fl-ilsien li jippreferi l-applikant jekk ikun hemm ilsien ieħor li huwa jifhem u li bih huwa jkun kapaċi jikkomunika b'mod ċar. Kull meta jkun possibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu interpretu tal-istess sess jekk l-applikant jitlob dan; [Em. 44] |
(d) |
jiżguraw li l-persuna li tagħmel l-intervista dwar is-sustanza ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ma tilbisx uniformi; |
(e) |
jiżguraw li l-intervisti mal-minuri jsiru b'mod li jifhmuhom it-tfal u minn persuna bl-għarfien neċessarju tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet tal-minuri . [Em. 45] |
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-preżenza, waqt intervista personali, ta’ terzi persuni.
Artikolu 15
Il-kontenut ta’ intervista personali
Meta ssir intervista personali dwar is-sustanza ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha tiżgura li l-applikant għandu opportunità adegwata biex jippreżenta l-elementi meħtieġa biex jissustanzja l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 4 (1) u (2) tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-mistoqsijiet indirizzati lill-applikant huma relevanti għall-valutazzjoni ta’ jekk l-applikant għandux bżonn protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; |
(b) |
l-applikant għandu opportunità adegwata biex jagħti spjegazzjoni dwar l-elementi meħtieġa biex jissustanzja l-applikazzjoni li jistgħu jkunu nieqsa u/jew kull inkonsistenza jew kuntradizzjoni fl-istqarrijiet tiegħu. |
Artikolu 16
Traskrizzjoni u rapport tal-intervisti personali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir traskrizzjoni ta’ kull intervista personali.
2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-approvazzjoni tal-applikant dwar il-kontenut tat-traskrizzjoni fl-aħħar tal-intervista personali. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant ikollu l-opportunità li jagħmel kummenti u/jew jipprovdi kjarifi dwar kull traduzzjoni mhux korretta jew kunċetti żbaljati li jidhru fit-traskrizzjoni.
3. Fejn applikant jirrifjuta li japprova l-kontenut tar-rapport, ir-raġunijiet ta’ dan ir-rifjut għandhom jitniżżlu fil-file tal-applikant.
Ir-rifjut ta’ applikant li japprova l-kontenut tar-rapport ma għandux jimpedixxi lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li jsir rapport bil-miktub ta’ intervista personali, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni essenzjali dwar l-applikazzjoni, kif ippreżentat mill-applikant. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-traskrizzjoni tal-intervista personali hija annessa mar-rapport.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess f'waqtu għat-traskrizzjoni u, fejn applikabbli, għar-rapport tal-intervista personali qabel ma l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni.
Artikolu 17
Rapporti mediċi-legali
1. L-Istati Membri għandhom jippermetti lill-applikanti, fuq talba, li jkollhom eżaminazzjoni medika mwettqa sabiex jappoġġja stqarrijiet fir-rigward tal-persekuzzjoni jew dannu serju tal-passat. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-applikanti perjodu raġonevoli biex jissottomettu ċetifikat mediku lill-awtorità determinanti.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, f'każijiet fejn hemm raġunijiet raġonevoli biex jiġi kkunsidrat li l-applikant isoffri minn diżordni ta’ stress post-trawmatiku, l-awtorità determinanti, soġġetta għall-kunsens tal-applikant, għandha tiżgura li titwettaq eżaminazzjoni medika.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-arranġamenti relevanti sabiex jiżguraw li l-kompetenza medika imparzjali u kkwalifikata ssir disponibbli għall-għan tal-eżami mediku li ssir referenza għalih fil-paragrafu 2 u li jintgħażel l-inqas eżami mediku invażiv meta l-applikant ikun minuri . [Em. 46]
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu regoli u arranġamenti addizjonali għall-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tas-sintomi ta’ tortura u forom oħra ta’ vjolenza fiżika, sesswali jew psikoloġika, relevanti għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li jintervistaw l-applikanti skont din id-Direttiva jircievu t-taħriġ skont l-identifikazzjoni tas-sintomi tat-tortura.
6. Ir-riżultati tal-eżaminazzjonijiet mediċi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità determinanti flimkien ma’ elementi oħra tal-applikazzjoni. B'mod partikolari, dawn għandhom jiġu kkunsidrati meta jkun stabbilit jekk l-istqarrijiet tal-applikant humiex kredibbli u suffiċjenti.
Artikolu 18
Dritt għal konsulenza dwar l-aspetti proċedurali u legali u għal għajnuna u rappreżentanza legali [Em. 47]
1. L-applikanti għall-proċedura internazzjonali għandhom jingħataw l-opportunità biex jikkonsultaw b'mod effettiv konsulent legali jew ieħor, ammessi jew permessi taħt liġi nazzjonali, dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet għall- għall-protezzjoni internazzjonali, fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż wara d-deċiżjoni negattiva.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħataw għajnuna legali bla ħlas meta dawn jiġu mitluba, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jipprovdu konsulenza bla ħlas dwar aspetti proċedurali u legali fil-proċeduri skont il-Kapitolu III. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, l-għoti tal-informazzjoni dwar il-proċedura lill-applikant fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu , il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa, inkluż waqt l-intervista personali, u l-ispjegazzjonijiet tar-raġunijiet fil-fatt u fid-dritt fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva. Din il-konsulenza tista' tingħata minn entità mhux governattiva jew minn professjonisti kwalifikati. [Em. 48] |
(b) |
jipprovdu assistenza legali u rappreżentanza bla ħlas fil-proċeduri skont il-Kapitolu V. Dan għandu jinkludi, mill-inqas, il-preparazzjoni tad-dokumenti proċedurali meħtieġa u l-parteċipazzjoni fis-seduta quddiem qorti jew tribunal tal-prim istanza f'isem l-applikant. [Em. ma tikkonċernax il-lingwi kollha] |
3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu fil-liġi nazzjonali tagħhom li l-għajnuna legali u/jew ir-rappreżentanza bla ħlas tkun mogħtija:
(a) |
biss lil dawk li ma jkollhomx riżorsi suffiċjenti; u/jew |
(b) |
biss għas-servizzi pprovduti minn konsulenti legali jew konsulenti oħra speċifikament nominati mil-liġi nazzjonali sabiex jgħinu u/jew jirrappreżentaw applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. [Em. 50] |
Fir-rigward tal-proċeduri provduti fil-Kapitolu V, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu disponibbli bla ħlas biss l-assistenza legali lill-applikanti sakemm assistenza bħal din tkun meħtieġa biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza legali mogħtija skont dan il-paragrafu ma tkunx arbitrarjament ristretta. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu assistenza u/jew rappreżentanza legali bħal din biss jekk ikun hemm prospettiva suffiċjenti ta’ suċċess skont kif ivvalutata mill-qorti. [Em. 51]
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar il-modalitajiet għall-preżentazzjoni u għall-ipproċessar tat-talbiet għall-għajnuna legali.
5. L-Istati Membri għandhom jippermettu u jiffaċilitaw organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jipprovdu assistenza legali u/jew rappreżentanza bla ħlas għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fi proċeduri pprovduti fil-Kapitolu III u/jew Kapitolu V. [Em. 52]
6. L-Istati Membri jistgħu wkoll:
(a) |
jimponu limiti ta’ flus u/jew ta’ żmien fuq l-għoti ta’ għajnuna legal u/jew rappreżentanza bla ħlas sakemm dawn il-limiti ma jirrestrinġux arbitrarjament l-aċċess għall-għajnuna legali u/jew għar-rappreżentanza; |
(b) |
jiddisponu li, fir-rigward ta’ ħlasijiet u spejjeż oħra, it-trattament tal-applikanti ma jkunx aktar favorevoli mit-trattament li jkun ġeneralment mogħti liċ-ċittadini tagħhom f'materji ta’ għajnuna legali. |
7. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li jiġu rimborsati b'mod sħiħ jew parzjali għal kwalunkwe spejjeż mogħtija jekk u meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun konsiderevolment tjiebet jew jekk id-deċiżjoni tal-għoti ta’ dawn il-beneficcji kienet meħuda abbażi ta’ informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.
Artikolu 19
L-ambitu tal-għajnuna u r-rappreżentanza legali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulent legali jew konsulent ieħor, li jkun ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali, u li jgħin jew jirrappreżenta applikant għall-protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali, għandu jgawdi aċċess għal l-informazzjoni li tinsab fil-file tal-applikant li fuqu hemm jew se jkun hemm deċiżjoni.
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni fejn l-iżvelar ta’ informazzjoni jew ta’ sorsi jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali, għas-sigurtà tal-organizzazzjonijiet jew tal-persuna jew persuni li jipprovdu l-informazzjoni jew għas-sigurtà tal-persuna jew persuni li għalihom tirriferi l-informazzjoni jew fejn l-interessi investigattivi relattivi għall-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew ir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Istati Membri jkunu kompromessi. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jagħtu aċċess għall-informazzjoni jew sorsi kkonċernati mill-inqas lill-konsulent legali jew konsulent li għadda minn kontroll ta’ sigurtà, sakemm l-informazzjoni tkun relevanti għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni jew t-teħid ta’ deċiżjoni biex tkun irtirata l-protezzjoni internazzjonali; |
(b) |
jagħmlu aċċess għall-informazzjoni jew għas-sorsi kkunċernati disponibbli għall-awtoritajiet imsemmija fil-Kapitolu V. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulent legali jew konsulent ieħor li jgħin jew jirrappreżenta applikant għall-protezzjoni internazzjonali ikollu aċċess għal postijiet magħluqa, bħal faċilitajiet ta’ detenzjoni u żoni ta’ transitu, sabiex jikkonsulta ma’ dak l-applikant.
L-Istati Membri jistgħu biss jillimitaw il-possibilità ta’ żjarat lill-applikanti f'żoni magħluqa fejn tali limitazzjoni tkun, skont il-liġi nazzjonali, oġġettivament meħtieġa għas-sigurtà, għall-ordni pubbliku jew għat-tmexxija amministrattiva taż-żona jew sabiex jiġi żgurat eżami effikaċi tal-applikazzjoni, sakemm l-aċċess għall-konsulent legali jew konsulent ieħor ma jkunx, bħala riżultat ta’ dan, serjament limitat jew magħmul impossibbli.
3. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikant li jġib miegħu għall-intervista personali konsulent legali jew konsulent ieħor, ammess jew permess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali , jew professjonist ikkwalifikat . [Em. 53]
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jkopru l-preżenza ta’ konsulenti legali jew ta’ konsulenti oħra waqt l-intervisti kollha fil-proċedura, mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 21(1)(b).
L-Istati Membri jistgħu jesiġu l-preżenza tal-applikant fl-intervista personali anke jekk huwa jkun rappreżentat skont il-liġi nazzjonali minn tali konsulent legali jew konsulent ieħor u jistgħu jesiġu li l-applikant jirrispondi personalment għall-mistoqsijiet li jsiru.
L-assenza ta’ konsulent legali jew konsulent ieħor ma għandhiex timpedixxi lill-awtorità determinanti milli tintervista personalment lill-applikant, mingħajr ħsara lill-Artikolu 21 1(b).
Artikolu 20
Applikanti bi bżonnijiet speċjali
1. Bi qbil mal-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/UE] [li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil] (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza), l-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom proċeduri li jippermettu li jiġi vverifikat, minn meta tiġi ddepożitata applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, jekk l-applikant għandux bżonnijiet partikolari, kif ukoll li tiġi indikata n-natura ta’ dawn il-bżonnijiet. [Em. 54]
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-applikanti bi bżonnijiet speċjali huma mogħtija l-opportunità biex jippreżentaw l-elementi ta’ applikazzjoni sħiħa kemm jista' jkun u bl-evidenza kollha disponibbli. Fejn meħtieġ, għandhom jingħatawlhom estensjonijiet ta’ żmien li jippermettilhom biex jissottomettu l-evidenza jew jieħdu passi oħra meħtieġa fil-proċedura.
3. F'każijiet fejn l-awtorità determinanti tikkunsidra li applikant kien soġġett għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali kif deskritt fl-Artikolu 21 tad-Direttiva […/…/UE] [Id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza], l-applikant għandu jingħata biżżejjed żmien u appoġġ relevanti biex jipprepara għall-intervista personali dwar is-sustanza tal-applikazzjoni tiegħu. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-applikanti li ma semmewx mill-ewwel l-orjentament sesswali tagħhom. [Em. 55]
4. L-Artikoli 28 (6) u (7) m’għandhomx ikunu applikabbli għall-applikanti imsemmija f’paragrafu 3ta' dan l-Artikolu.
5. Bi qbil mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, l-applikanti li jkollhom bżonnijiet speċjali għandhom jingħataw assistenza legali bla ħlas fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva. [Em. 56]
Artikolu 21
Garanziji għal minuri mhux akkumpanjati
1. Fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 13, 14 u 15, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jieħdu mizuri immedjatament sabiex jiżguraw li l-minuri mhux akkumpanjat ikun rappreżentat u assistit minn rappreżentant fir-rigward tal-preżentazzjoni u l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun imparzjali u jkollu l-kompetenza meħtieġa fil-qasam tal-kura tat-tfal. Dan ir-rappreżentant jista' jkun ukoll ir-rappreżentant li ssir referenza għalih id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza]; [Em. ma tikkonċernax il-lingwi kollha] |
(b) |
jiżguraw li r-rappreżentant jingħata l-opportunità li jinforma lill-minuri mhux akkumpanjat dwar is-sinifikat u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tal-intervista personali u, fejn ikun kunsiljabbli, kif jipprepara ruħu għall-intervista personali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rappreżentant u/jew konsulent legali jew konsulent ieħor ammess bħala tali taħt il-liġi nazzjonali jew professjonist ikkwalifikat ikunu preżenti f'dik l-intervista u jkollhom opportunità li jsaqsu mistoqsijiet jew jagħmlu kummenti, fi ħdan il-qafas stabbilit mill-persuna li tagħmel l-intervista. [Em. 58] |
L-Istati Membri jistgħu jesiġu l-preżenza tal-minuri mhux akkumpanjat fl-intervista personali, anke jekk ir-rappreżentant ikun preżenti.
▐ [Em. 59]
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
(a) |
jekk minuri mhux akkumpanjat ikollu intervista personali rigward l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 13, 14 u 15 dik l-intervista personali titmexxa minn persuna li jkollha l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet ta’ persuni minuri; [Em. 60] |
(b) |
ikun uffiċjal li jkollu l-għarfien meħtieġ tal-bżonnijiet speċjali u tad-drittijiet ta’ persuni minuri li jipprepara d-deċiżjoni mill-awtorità determinanti dwar l-applikazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjat. [Em. 61] |
3. Soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18, il-minuri mhux akkumpanjati flimkien mar-rappreżentant maħtur tagħhom, fir-rigward tal-proċeduri kollha previsti f'din id-Direttiva, għandhom jingħataw konsulenza legali bla ħlas fir-rigward tal-aspetti proċedurali u legali u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas . [Em. 62]
4. L-Istati Membri jistgħu jużaw eżamijiet mediċi biex jiddeterminaw l-età tal-minuri mhux akkumpanjati fi ħdan il-qafas tal-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, fejn wara l-istqarrijiet ġenerali tiegħu jew evidenza relevanti oħra, l-Istati Membri għad għandhom dubji dwar l-età tiegħu. F'każ li jippersistu dubji wara l-eżami mediku, kull deċiżjoni għandha dejjem tittieħed għall-ġid tal-minuri mhux akkumpanjat. [Em. 63]
Kull eżami mediku għandu jitwettaq fir-rispett sħiħ tad-dinjità tal-individwu, b'għażla tal-eżamijiet l-aktar affidabbli u l-inqas invażivi u jsir minn esperti mediċi kwalifikati u imparzjali . [Em. 65]
F'każijiet fejn jiġu użati eżamijiet mediċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
il-minuri mhux akkumpanjati jiġu informati qabel l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali, u f'ilsien li huma jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu, bil-possibbiltà li l-età tagħhom tiġi determinata permezz ta’ eżami mediku. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-metodu tal-eżami u l-konsegwenzi eventwalment possibbli tar-riżultat tal-eżami mediku għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif ukoll dwar il-konsegwenzi ta’ rifjut min-naħa tal-minuri mhux akkumpanjat milli joqgħod għal eżami mediku; [Em. 66] |
(b) |
il-minuri mhux akkumpanjati u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jagħtu l-kunsens tagħhom sabiex isir eżami li jiddetermina l-età tal-minuri konċernati; u |
(c) |
id-deċiżjoni li tiġi miċħuda applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn minuri mhux akkumpanjat li jkun irrifjuta li joqgħod għal eżami mediku ma għandhiex tkun ibbażata ▐ fuq dak ir-rifjut. [Em. 67] |
Il-fatt li minuri mhux akkumpanjat ikun irrifjuta li joqgħod għal tali eżami mediku ma għandhux iżomm lill-awtorità determinanti milli tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali.
5. L-Artikolu 28 (6) u (7), l-Artikolu 30 (2) (c) u l-Artikolu 36 m'għandhomx japplikaw għall-minuri mhux akkumpanjati.
6. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu ta’ importanza primarja għall-Istati Membri meta jimplementaw dan l-Artikolu.
Artikolu 22
Detenzjoni
1. L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f'detenzjoni għar-raġuni biss li huwa jkun applikant għall- protezzjoni internazzjonali. Ir-raġunijiet u l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni kif ukoll il-garanziji disponibbli għall-applikanti detenuti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom huma konformi mad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza].
2. Fejn applikant għall- protezzjoni internazzjonali jinżamm f'detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm possibbiltà ta’ reviżjoni ġudizzjarja mgħaġġla skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza].
Artikolu 23
Detenzjoni ta’ minuri
Id-detenzjoni ta’ minuri għandha tkun strettament projbita fiċ-ċirkostanzi kollha. [Em. 68]
Artikolu 24
Proċedura f'każ ta’ rtirar tal-applikazzjoni
1. Safejn l-Istati Membri jipprovdu għall-possibbiltà tal-irtirar espliċitu tal-applikazzjoni taħt il-liġi nazzjonali, meta applikant b'mod espliċitu jirtira l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li ▐ twaqqaf l-eżami u tispjega lill-applikant il-konsegwenzi tal-irtirar . [Em. 69]
2. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li l-awtorità determinanti tista' tiddeċiedi li twaqqaf l-eżami mingħajr ma tadotta deċiżjoni. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti għandha tinserixxi nota fil-file tal-applikant.
Artikolu 25
Proċedura f'każ ta’ rtirar impliċitu jew ta’ abbandun tal-applikazzjoni
1. Meta jkun raġonevolment ġustifikabbli li jiġi kkunsidrat li applikant għall-protezzjoni internazzjonali b'mod impliċitu rtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni li jew twaqqaf l-eżami jew tirrifjuta l-applikazzjoni abbażi tal-fatt li l-applikant ma stabbilixxiex dritt għall-istatus ta’ rifuġjat skont id-Direttiva[…/…/UE ] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], jekk hu/hi flimkien mar-raġunijiet imsemmija hawn fuq:
— |
irrifjuta li jikkoopera, jew |
— |
ħarab illegalment, jew |
— |
probabbilment m'għandux dritt għal protezzjoni internazzjonali, jew |
— |
huwa ta’ oriġini minn jew għamel tranżitu minn pajjiż terz sikur skont l-Artikolu 37. [Em. 103] |
L-Istati Membri jistgħu jassumu li l-applikant ikun impliċitament irtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu għall- protezzjoni internazzjonali partikolarment meta jiġi aċċertat li:
(a) |
huwa naqas milli jirrispondi għal talbiet sabiex jipprovdi informazzjoni essenzjali għall-applikazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva […/…/UE][id-Direttiva dwar il-Kwalifika] jew ma deherx għal intervista personali kif previst fl-Artikoli 13, 14, 15 u 16, sakemm l-applikant ma jġibx prova fi zmien raġonevoli li n-nuqqas tiegħu kien dovut għal ċirkostanzi li fuqhom huwa ma kellux kontroll; |
(b) |
hu jkun ħarab jew telaq mingħajr awtorizzazzjoni mill-post fejn hu kien jgħix jew fejn kien miżmum, mingħajr ma kkuntattja l-awtorità kompetenti fi żmien raġonevoli, jew hu ma kkonformax fi żmien raġonevoli mal-obbligi ta’ rappurtar jew obbligi oħrajn ta’ komunikazzjoni. |
Għall-finijiet tal-implementazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti ta’ żmien jew linji ta’ gwida.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant li jerġa' jirrapporta lill-awtorità kompetenti wara li tittieħed deċiżjoni ta’ twaqqif kif imsemmi fil-paragrafu 1, ikollu d-dritt li jitlob li jerġa' jinfetaħ il-każ tiegħu. Matul proċedura tal-ażil tista' tiġi ppreżentata talba waħda biss biex jerġa' jinfetaħ il-każ. [Em. 70]
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali persuna ma tiġix espulsa kuntrarjament għall-prinċipju tan-non-refoulement.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-awtorità determinanti terġa' taqbad u tkompli l-eżami mill-istadju fejn kien twaqqaf.
3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament ta’ Dublin].
Artikolu 26
L-irwol tal-UNHCR
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-UNHCR:
(a) |
jkollha aċċess għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, inklużi dawk miżmuma f'detenzjoni u f'żoni ta’ ajruporti jew ta’ transitu f'portijiet; |
(b) |
jkollha aċċess għal informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall-protezzjoni internazzjonali dwar il-kors tal-proċedura u dwar id-deċiżjonijiet meħuda, sakemm l-applikant jaqbel li dan isir; |
(c) |
tippreżenta l-fehmiet tagħha, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet superviżorji tagħha taħt l-Artikolu 35 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, lil kull awtorità kompetenti dwar applikazzjonijiet individwali għall- protezzjoni internazzjonali f'kull stadju tal-proċedura. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal organizzazzjoni li taħdem fit-territorju tal-Istat Membru konċernat f'isem l-UNHCR skont ftehim ma’ dak l-Istat Membru.
Artikolu 27
Ġbir ta’ informazzjoni dwar każijiet individwali
Għall-finijiet tal-eżami ta’ każijiet individwali, l-Istati Membri ma għandhomx:
(a) |
jiżvelaw informazzjoni dwar applikazzjonijiet individwali għall- protezzjoni internazzjonali, jew il-fatt li tkun saret applikazzjoni, lill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju; |
(b) |
jiksbu kwalunkwe informazzjoni mill-persuna jew persuni allegatament l-awtur jew awturi tal-persekuzzjoni jew dannu serju b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati ▐ bil-fatt li saret applikazzjoni mill-applikant ikkonċernat, u li jhedded l-integrità fiżika tal-applikant u tad-dipendenti tiegħu, jew il-libertà u s-sigurtà tal-membri tal-familja tiegħu li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini. [Em. 71] |
KAPITOLU III
PROĊEDURI TA' PRIM'ISTANZA
TAQSIMA I
Artikolu 28
Proċedura ta’ eżaminazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijet għall- protezzjoni internazzjonali permezz ta’ proċedura ta’ eżaminazzjoni skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali proċedura tkun konkluża mill-aktar fis possibbli, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedura tkun konkluża fi żmien 6 xhur wara l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni.
L-Istati Membri jistgħu jestendu l-limitu ta’ żmien għall-perjodu li ma jeċċediex 6 xhur oħra f'każijiet individwali li jinvolvu kwistjonijiet kkumplikati ta’ fatt u ta’ dritt.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn deċiżjoni ma tistax tittieħed fil-perjodu ta’ żmien li ssir referenza għalih fis-subparagrafu 1 tal-paragrfau 3, l-applikant ikkonċernat għandu:
(a) |
jiġi informat bid-dewmien; u |
(b) |
jirċievi, fuq talba tiegħu, informazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u l-medda ta’ żmien li fih tkun mistennija li tingħata d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu. |
Il-konsegwenzi tan-nuqqas li tiġi adottata deċiżjoni fil-limiti ta’ żmien provduti fil-paragrafu 3 għandha tkun iddeterminata skont il-liġi nazzjonali.
5. L-awtoritajiet determinanti jistgħu jipprijoritizzaw eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II: [Em. 73]
(a) |
fejn l-applikazzjoni aktarx tkun iġġustifikata; |
(b) |
fejn l-applikant ikollu bżonnijiet speċjali , partikolarment minuri mhux akkumpanjati ; [Em. 74] |
(c) |
f'każijiet oħra bl-eċċezzjoni tal-applikazzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 6. |
6. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li tiġi mgħaġġla proċedura ta’ eżaminazzjoni konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II jekk:
(a) |
l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu u fil-preżentazzjoni tal-fatti, qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex relevanti għall-eżami dwar jekk huwa jikkwalifikax jew le bħala rifuġjat jew bħala persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva […/…/UE] [Id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; jew |
(b) |
l-applikant ma jikkwalifikax, b'mod ċar, bħala rifuġjat jew għall-istatus ta’ rifuġjat fi Stat Membru taħt id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; jew [Em. 105] |
(c) |
l-applikant ikun ġej minn pajjiż ta’ oriġini bla periklu fis-sens ta din id-Direttiva, jew |
(d) |
l-applikant inganna lill-awtoritajiet billi ppreżenta informazjoni jew dokumenti foloz jew billi żamm għalih informazzjoni jew dokumenti relevanti fir-rigward tal-identità u/jew tan-nazzjonalità tiegħu li setgħu kellhom impatt negattiv fuq id-deċiżjoni; jew |
(e) |
probabbilment b'malafede iddistruġġa jew iddispona minn dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar li seta' għen sabiex tiġi stabbilita l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu; jew |
(f) |
l-applikant għamel b’mod ċar sottomissjonijiet inkonsistenti, kontradittorji, improbabbli, insuffiċjenti jew rappreżentanzi foloz li jrendu t-talba tiegħu mhux konvinċenti b’mod ċar fir-rigward tal-fatti kien suġġett għall-persekuzzjoni kif imsemmi fid-Direttiva …/…/UE] (id-Direttiva dwar il-Kwalifika); jew [Em. 75] |
(g) |
l-applikant issottometta applikazzjoni sussegwenti li b’mod ċar ma tqajjem l-ebda element ġdid relevanti fir-rigward taċ-ċirkustanzi tiegħu jew tas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu; jew [Em. 107] |
(h) |
l-applikant naqas milli jagħmel applikazzjoni tiegħu qabel mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli, meta kellu l-opportunità li jagħmel dan; jew [Em. 108] ▐ [Em. 76] |
(i) |
l-applikant ikun qiegħed jippreżenta applikazzjoni biss sabiex jittardja jew ifixkel l-infurzar ta’ deċiżjoni preċedenti jew imminenti li tirriżulta fl-espulsjoni tiegħu. |
(j) |
l-applikant naqas, mingħajr raġuni tajba, milli jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jikkoopera fl-eżami tal-fatti tal-każ tiegħu u fl-iffissar tal-identità tiegħu kif riferut fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva […/…/UE] [id-Diretiiva dwar il-Kwalifiki] jew l-Artikolu 12(1) u (2)(a), (b) u (c) u l-Artikolu 25(1) ta’ din id-Direttiva; jew [Em. 109] |
(k) |
l-applikant daħal fit-territorju tal-Istat Membru b’mod illegali jew tawwal b’mod illegali ż-żjara tiegħu, u mingħajr raġuni tajba, jew ma ppreżentax ruħu lill-awtoritajiet u/jew ma ssottomettiex applikazzjoni għall-ażil kemm jista’ jkun malajr, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tad-dħul tiegħu; jew [Em. 110] |
(l) |
għal raġunijiet serji l-applikant jista’ jitqies bħala ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru, jew l-applikant ikun ġie mkeċċi bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika u tal-ordni pubblika skont il-liġi nazzjonali. [Em. 77] |
7. F'każijiet ta’ applikazzjonijiet mhux iġġustifikati, kif issir referenza għalihom fl-Artikolu 29, fejn kull ċirkustanza mniżżla fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu tapplika, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni bħala bla bażi b'mod ċar wara eżaminazzjoni adegwata u kompluta.
8. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni fil-proċedura ta’ prim'istanza skont il-paragrafu 6.
9. Il-fatt li applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet sottomessa wara dħul irregolari fit-territorju jew fil-fruntiera, inklużi ż-żoni ta’ tranżitu, kif ukoll in-nuqqas ta’ dokumenti mad-dħul jew l-użu ta’ dokumenti falsifikati, m'għandhux per se jimplika rikors awtomatiku għall-proċedura ta’ eżami mgħaġġel. [Em. 78]
Artikolu 29
Applikazzjonijiet bla bażi
▐ L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw biss applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala bla bażi biss jekk l-awtorità determinanti tkun stabbilixxiet li l-applikant ma jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. [Em. 79]
TAQSIMA II
Artikolu 30
Applikazzjonijet inammissibbli
1. Apparti l-każijiet fejn applikazzjoni ma tkunx eżaminata skont ir-Regolament (UE) [Nru …/…] [ir-Regolament ta’ Dublin], l-Istati Membri mhumiex meħtieġa li jeżaminaw jekk l-applikant jikkwalifikax għall-protezzjoni internazzjonali skont id- Direttiva …/…/UE [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fejn applikazzjoni hi kkunsidrata inammissibbli skont dan l-Artikolu.
2. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli biss jekk:
(a) |
l-istatus ta’ rifuġjat ikun ġie mogħti minn Stat Membru ieħor; |
(b) |
pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta’ ażil għall-applikant, skont l-Artikolu 32; |
(c) |
pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu għall-applikant, skont l-Artikolu 37; |
(d) |
l-applikant ippreżenta applikazzjoni identika wara li tkun ingħatat deċiżjoni finali; |
(e) |
dipendent tal-applikant jippreżenta applikazzjoni, wara li huwa kien ta l-kunsens tiegħu skont l-Artikolu 6(4) sabiex il-każ tiegħu jkun parti minn applikazzjoni mressqa f'ismu, u ma jkunx hemm fatti relatati mas-sitwazzjoni tad-dipendenti li jiġġustifikaw applikazzjoni separata. |
Artikolu 31
Regoli speċjali dwar l-intervista tal-ammissibbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tar-raġunijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 30 fiċ-ċirkustanzi partikolari tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni li tikkunsidra applikazzjoni inammissibbli. Għal dak l-għan, l-awtorità determinanti għandha twettaq intervista personali dwar l-inammissibbiltà tal-applikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoni biss skont l-Artikolu 35 f'każijiet ta’ applikazzjonijiet sussegwenti. [Em. 80]
2. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament ta’ Dublin].
3. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjal tal-persunal tal-awtorità determinanti li jmexxi l-intervista dwar l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni ma jkunx liebes uniformi. [Em. 81]
Artikolu 32
Il-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil
Pajjiż jista' jkun kunsidrat bħala l-ewwel pajjiż ta’ ażil għal applikant partikolari għall- protezzjoni internazzjonali jekk:
(a) |
huwa kien ġie rikonoxxut f'dak il-pajjiż bħala rifuġjat u huwa għadu jista' jirrikorri għal dik il-protezzjoni; jew |
(b) |
huwa jgawdi, diversament, protezzjoni effettiva f'dak il-pajjiż, inkluż il-benefiċċju mill-prinċipju tan-non-refoulement; [Em. 82] |
sakemm huwa jerġa' jitħalla jidħol f'dak il-pajjiż.
Fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil għaċ-ċirkostanzi partikolari ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-Artikolu 37 (1).
L-applikant huwa awtorizzat jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-ewwel pajjiż ta’ ażil minħabba li l-imsemmi l-ewwel pajjiż ta’ ażil ma jkunx sikur fis-sitwazzjoni partikolari tiegħu. [Em. 83]
▐ [Em. 84]
TAQSIMA III
▐ [Em. 85]
Artikolu 33
Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu
1. Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ din id-Direttiva jista', wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun kunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:
(a) |
l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta’ dak il-pajjiż; jew |
(b) |
l-applikant ikun persuna apolida u kien, preċedentement, abitwalment residenti f'dak il-pajjiż; |
(c) |
u ma ppreżenta l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu fis-sens tal-kwalifikazzjoni tiegħu bħala rifuġjat jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja skont id-[Direttiva …/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]. |
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu.
TAQSIMA IV
Artikolu 34
Applikazzjoni sussegwenti
1. Fejn persuna li applikat għall- protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru tagħmel sottomissjonijiet ulterjuri jew applikazzjoni sussegwenti fl-istess Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jeżamina dawn is-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-elementi tal-applikazzjoni sussegwenti fil-kuntest tal-eżami tal-applikazzjoni preċedenti jew fil-kuntest tal-eżami tad-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi riveduta jew appellata safejn l-awtorità determinanti tista’ tieħu kont ta’ u tikkunsidra l-elementi kollha li fuqhom ikunu bażati s-sottomissjonijiet ulterjuri jew l-applikazzjoni sussegwenti f'dan il-kuntest. [Em. 87]
2. Għall-għan li tittieħed deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 30 (2) (d) l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-proċedura speċifika kif issir referenza għaliha fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn persuna tagħmel applikazzjoni sussegwenti għall- protezzjoni internazzjonali:
(a) |
wara li l-applikazzjoni preċedenti tiegħu kienet ġiet irtirata taħt l-Artikolu 24; |
(b) |
wara li ttieħdet deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni preċedenti. |
3. Applikazzjoni sussegwenti għall- protezzjoni internazzjonali għandha tkun suġġetta l-ewwel għal eżami preliminari dwar jekk, wara li l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irtirata jew wara li tkun intlaħqet id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) dwar din l-applikazzjoni, tfaċċawx jew ġewx preżentati mill-applikant elementi jew konklużjonijiet ġodda relatati mal-eżami jekk huwa jikkwalifikax jew le bħala rifuġjat jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika].
4. Jekk, wara l-eżami preliminari msemmi fil-paragrafu 3, jitfaċċaw jew jiġu preżentati mill-applikant elementi jew konklużjonijiet ġodda li jżidu sostanzjalment il-probabbiltà li l-applikant jikkwalifika bħala rifuġjat jew persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja taħt id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], l-applikazzjoni għandha tiġi eżaminata ulterjorment skont il-Kapitolu II.
5. L-Istati Membri jistgħu, konformement mal-liġi nazzjonali, jeżaminaw ulterjorament applikazzjoni sussegwenti fejn ikun hemm raġunijiet oħra li jindikaw għaliex proċedura għandha tiġi istitwita mill-ġdid.
▐ [Em. 88]
6. Il-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu tista' tkun applikabbli wkoll fil-każ ta’ dipendenti li jippreżenta applikazzjoni, wara li huwa kien ta l-kunsens tiegħu skont l-Artikolu 6(4), li l-każ tiegħu ikun parti minn applikazzjoni magħmula f'ismu. F'dan il-każ l-eżami preliminari msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jikkonsisti fl-eżami jekk hemmx xi fatti relatati mas-sitwazzjoni tad-dipendenti li jiġġustifikaw applikazzjoni separata.
7. Jekk wara l-proċedura rigward l-applikazzjoni inizjali tkun intemmet skont il-paragrafu 2 , il-persuna kkonċernata tippreżenta applikazzjoni ġdida għall-protezzjoni internazzjonali fl-istess Stat Membru qabel ma tkun rinforzata deċiżjoni ta’ ritorn, u dik l-applikazzjoni l-ġdida ma twassalx għal eżaminazzjoni ulterjuri skont dan l-Artikolu, dak l-Istat Membru jista': [Em. 113]
(a) |
jagħmel eċċezzjoni lid-dritt li jibqa' fit-territorju, sakemm l-awtorità determinanti hija sodisfatta li deċiżjoni ta’ ritorn mhux se twassal għall-refoulement diretta jew indiretta fi ksur tal-obbligi internazzjonali u Komunitarji ta’ dak l-Istat Membru; u/jew |
(b) |
jipprovdi li l-applikazzjoni hi soġġetta għall-proċeura ta’ inamissibbiltà skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 30; u/jew |
(c) |
jipprovdu li proċedura ta’ eżaminazzjoni tkun mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6) (i). |
Fil-każijiet li ssir referenza għalihom fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mil-limiti taż-żmien ġeneralment applikabbli fil-proċeduri ta'ammissibbiltà u/jew mgħaġġla, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
8. Fejn persuna li fir-rigward tagħha trid tiġi nfurzata deċiżjoni ta’ trasferiment skont ir-Regolament (UE) [Nru …/…] [ir-Regolament ta’ Dublin] tagħmel rappreżentazzjonijiet addizjonali jew applikazzjoni sussegwenti fl-Istat Membru li jitrasferixxi, dawk ir-rappreżentazzjonijiet jew applikazzjonijiet sussegwenti għandhom ikunu eżaminati mill-Istat Membru responsabli, kif definit f'dak ir-Regolament, skont din id-Direttiva.
Artikolu 35
Regoli proċedurali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appikanti għall-protezzjoni internazzjonali li l-applikazzjoni tagħhom tkun suġġetta għal eżami preliminari skont l-Artikolu 34 igawdu l-garanziji previsti fl-Artikolu 11 (1).
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli fil-liġi nazzjonali dwar l-eżami preliminari skont l-Artikolu 34. Dawk ir-regoli jistgħu, inter alia:
(a) |
jobbligaw lill-applikant konċernat sabiex jindika l-fatti u jissostanzja l-prova li jiġġustifikaw proċedura ġdida; |
(b) |
jippermettu li titwettaq eżaminazzjoni preliminari fuq il-bażi unika ta’ sottomissjonijiet miktuba mingħajr intervista personali, bl-eċċezzjoni tal-każijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 34 (6). |
Il-kondizzjonijiet ma għandhomx jagħmlu impossibbli l-aċċess, fir-rigward tal-applikanti, għal proċedura ġdida u ma għandhomx jirriżultaw fit-tneħħija effettiva jew f'limitazzjoni serja ta’ dan l-aċċess.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) |
l-applikant jiġi informat b'mod adegwat bl-eżitu tal-eżami preliminari u, f'każ li l-applikazzjoni ma tkunx sejra tiġi eżaminata ulterjorment, bir-raġunijiet u bil-possibbiltajiet ta’ rikors għal appell jew għal reviżjoni tad-deċiżjoni; |
(b) |
fil-każ li tkun tapplika waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 34(3) l-awtorità determinanti għandha teżamina ulterjorment l-applikazzjoni sussegwenti konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II mill-aktar fis possibbli. |
TAQSIMA V
Artikolu 36
Proċeduri fuq il-fruntiera
1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal proċeduri, konformement mal-prinċipji u mal-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II, ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, fuq il-fruntiera jew f'żoni ta’ tranżitu tal-Istat Membru dwar:
(a) |
l-ammissibbiltà ta’ applikazzjoni , skont l-Artikolu 30, magħmula f'postijiet bħal dawn; u/jew [Em. 89] |
(b) |
is-sustanza ta’ applikazzjoni fi proċedura mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6). |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċeduri previsti fil-paragrafu 1 tittieħed fi żmien raġonevoli. Meta deċiżjoni ma tkunx ittieħdet fi żmien erba' ġimgħat, l-applikant għandu jitħalla jidħol fit-territorju tal-Istat Membru sabiex l-applikazzjoni tiegħu tiġi proċessata konformement mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva. Il-fatt li l-applikanti jinżammu mal-fruntiera tal-Istati Membri jew fiż-żoni ta’ tranżitu ta’ dawn tal-aħħar huwa ekwivalenti għal detenzjoni skont l-Artikolu 22. [Em. 90]
3. Fil-każijiet ta’ wasliet li jinvolvu numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni apolidi li jippreżentaw applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali fuq il-fruntiera jew f'żona ta’ tranżitu, li jagħmluha prattikament impossibbli li jiġu applikati hemmhekk dawk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dawk il-proċeduri jistgħu jiġu wkoll applikati fejn u sa meta dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi jkunu normalment akkommodati f'postijiet qrib il-fruntiera jew iż-żona ta’ tranżitu.
TAQSIMA VI
Artikolu 37
Il-kunċett ta’ pajjiżi terzi ▐ bla periklu
▐
1. Pajjiż terz jista' jkun kunsidrat bħala pajjiż terz bla periklu biss ▐ fejn persuna li tkun qed tfittex il-protezzjoni internazzjonali tiġi trattata bi qbil mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet li ġejjin fil-pajjiż terz ikkonċernat :
(a) |
il-ħajja u l-libertà ma jkunux mhedda minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali jew l-opinjoni politika; |
(b) |
m'hemmx riskju ta’ dannu serju kif definit fid-[Direttiva …/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika]; |
(c) |
jiġi rispettat il-prinċipju tan-non-refoulement skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra; |
(d) |
tkun rispettata l-projbizzjoni tal-espulsjoni ta’ persuna, bi ksur tad-dritt tal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman jew degradanti kif stabbilit fid-dritt internazzjonali; |
(e) |
teżisti l-possibilità li jintalab l-istatus ta’ refuġjat jew forma kumplimentari oħra tal-protezzjoni komparabbli għal dik mogħtija skont [Direttiva …/… UE] [ id-Direttiva dwar il-Kwalifika] u, jekk jingħata tali status jew protezzjoni, biex tingħata protezzjoni komparabbli ma’ dik mogħtija skont dik id-Direttiva; |
(f) |
ikun irratifika u josserva d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra mingħajr limitazzjonijiet ġeografiċi; |
(g) |
għandu stabbilita proċedura ta’ ażil preskritta mil-liġi; u |
(h) |
ikun ġie indikat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont il-paragrafu 2. |
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jadottaw jew jemendaw lista komuni ta’ pajjiżi terzi li għandhom ikunu kkunsidrati bħala pajjiżi terzi bla periklu gall-finijiet tal-paragrafu 1.
3. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-modalitajiet għall-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 u r-regoli li jeħtieġu:
(a) |
konnessjoni bejn il-persuna li tfittex protezzjoni internazzjonali u l-pajjiż terz ikkonċernat li abbażi tagħha jkun raġonevoli li dik il-persuna tmur f'dak il-pajjiż; |
(b) |
regoli dwar il-metodoloġija li biha l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ruħhom li l-kunċett tal-pajjiz terz bla periklu jista' jiġi applikat għal xi pajjiż partikolari jew għal xi applikant partikolari. Tali metodoloġija għandha tinkludi l-konsiderazzjoni, każ b'każ, tas-sikurezza tal-pajjiż għal applikant partikolari; |
(c) |
regoli konformi mad-dritt internazzjonali, li jippermettu eżami individwali li jiddetermina jekk pajjiż terz konċernat huwiex bla periklu għal applikant partikolari u li, bħala minimu, għandu jippermetti lill-applikant jikkontesta l-applikazzjoni tal-kunċett tal-pajjiż terz bla periklu fuq il-bażi li l-pajjiż terz huwa ta’ periklu għaċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu. L-applikant għandu jkun permess li jikkontesta l-eżistenza ta’ konnessjoni bejnu u l-pajjiż terz skont il-punt (a) ; |
4. Meta jimplementaw deċiżjoni bażata ▐ fuq dan l-Artikolu, l-Istati Membri konċernati għandhom ▐ jinformaw lill-applikant dwar dan ▐.
5. Fejn il-pajjiż terz bla periklu ma jippermettix id-dħul mill-ġdid tal-applikant għall-ażil, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għal proċedura konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi deskritti fil-Kapitolu II.
6. L-Istati Membri m’għandhomx jaħtru listi nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu u lanqas listi nazzjonali ta’ pajjiżi terzi bla periklu. [Em. 91]
KAPITOLU IV
PROĊEDURI GĦALL-IRTIRAR TAL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 38
Irtirar tal-protezzjoni internazzjonali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun jista' jinbeda eżami sabiex tiġi irtirata l-protezzjoni internazzjonali ta’ persuna partikolari meta jitfaċċaw elementi jew konklużjonijiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet għar-rikonsiderazzjoni tal-validità tal-istatus tiegħu ta’ protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 39
Regoli proċedurali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra li tirtira l-protezzjoni internazzjonali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolida skont l-Artikolu 14 jew Artikolu 19 tad-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], il-persuna konċernata għandha tgawdi mill-garanziji li ġejjin:
(a) |
li tkun informata bil-miktub li l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tikkunsidra mill-ġdid il-kwalifikazzjoni tagħha għall- protezzjoni internazzjonali u r-raġunijiet għal tali rikonsiderazzjoni; u |
(b) |
li tingħata l-opportunità sabiex tippreżenta, f'intervista personali skont l-Artikolu 11 (1) (b) u l-Artikoli 1314 u 15 jew f'dikjarazzjoni bil-miktub, raġunijiet għaliex ma għandhiex tiġi rtirata l-protezzjoni internazzjonali. |
Addizzjonalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-kuntest ta’ tali proċedura:
(a) |
l-awtorità kompetenti tkun tista' tikseb informazzjoni preċiża u aġġornata minn sorsi varji, bħal, skont il-każ, mill-UNHCR u l-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil, rigward is-sitwazzjoni ġenerali li tkun attwalment teżisti fil-pajjiżi tal-oriġini tal-persuni konċernati; u |
(b) |
fejn tiġi miġbura informazzjoni dwar każ individwali għall-finijiet tar-rikonsiderazzjoni tal-protezzjoni internazzjonali, din ma tiġix ottenuta mill-awtur jew awturi ta’ persekuzzjoni jew periklu serju b'mod li jirriżulta li tali awtur jew awturi jiġu informati direttament bil-fatt li l-persuna konċernata tkun benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li jkollu l-istatus tiegħu qiegħed jiġi kunsidrat mill-ġdid, jew li jipperikola l-integrità fiżika tal-persuna u tad-dipendenti tagħha, jew il-libertà u sigurtà tal-membri tal-familja tagħha li jkunu għadhom jgħixu fil-pajjiż tal-oriġini. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirtira l-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali tiġi mogħtija bil-miktub. Ir-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt għandhom jiġu dikjarati fid-deċiżjoni u l-informazzjoni dwar kif tiġi kontestata d-deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.
3. Ladarba l-awtorità kompetenti tkun ħadet id-deċiżjoni sabiex tirtira l-protezzjoni internazzjonali, l-Artikolu 18, paragrafu 2, l-Artikolu 19, paragrafu 1 u l-Artikolu 26 għandhom ikunu ugwalment applikabbli.
4. B'deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-protezzjoni internazzjonali tintemm bil-liġi jekk il-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali irrinunzja b'mod inekwivoku r-rikonoxximent tiegħu bħala benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali.
KAPITOLU V
PROĊEDURI TA' APPELL
Artikolu 40
Id-dritt għal rimedju effettiv
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għall- protezzjoni internazzjonali ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra dawn li ġejjin:
(a) |
deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni tagħhom għall- protezzjoni internazzjonali, inkluża deċiżjoni:
|
(b) |
rifjut li jinfetaħ mill-ġdid l-eżami ta’ applikazzjoni wara li tkun ġiet rinunzjata skont l-Artikoli 24 u 25; |
(c) |
deċiżjoni li tirtira l-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 39. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni rikonoxxuti mill-awtorità determinanti bħala eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja jkollhom id-dritt għall-soluzzjoni effettiva kif issir referenza għaliha fil-paragrafu 1 kontra deċiżjoni li tiġi kkunsidrata applikazzjoni bla bażi fir-rigward tal-istatus ta’ rifuġjat. Il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għad-drittijiet u l-benefiċċji garantiti lill-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja skont id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika] fl-istennija tar-riżultat tal-proċeduri ta’ appell.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rimedju effettiv li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 jipprovdi eżaminazzjoni sħiħa ta’ kemm il-fatt kif ukoll tal-punti tad-dritt, inkluż eżaminazzjoni ex nunc tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva […/…/KE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], ta’ mill-inqas fi proċeduri ta’ appell quddiem qorti jew tribunal tal-prim'istanza.
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta’ żmien minimi u regoli meħtieġa oħra għall-applikant sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. [Em. 92]
L-Istati Membri għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien minimu ta’ ħamsa u erbgħin jum ta’ xogħol li matulhom l-applikanti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju effettiv. Għall-applikanti suġġetti għall-proċedura mgħaġġla msemmija fl-Artikolu 28(6), l-Istati Membri għandhom jipprevedu limitu ta’ żmien minimu ta’ tletin jum ta’ xogħol. Il-limiti ta’ żmien m'għandhomx jagħmlu l-aċċess impossibbli jew eċċessivament diffiċli tal-applikanti għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu reviżjoni ex officio tad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 36. [Em. 93]
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, ir-rimedju provdut fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkollu l-effett li jħalli l-applikanti jibqgħu fl-Istat Membru kkonċernat fl-istennija tar-riżultat.
6. Fil-każ ta’ deċiżjoni meħuda fil-proċedura mgħaġġla skont l-Artikolu 28 (6) u ta’ deċiżjoni li applikazzjoni tkun ikkunsidrata inammissibbli skont l-Artikolu 30 (2) (d), u jekk, f’tali każijiet, id-dritt li tibqa' fl-Istat Membru fl-istennija tar-riżultat tar-rimedju mhuwiex previst taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, qorti jew tribunal għandu jkollhom is-setgħa biex jiddeċiedu jekk l-applikant jistax jibqa' jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant ikkonċernat jew billi jaġixxi minn jeddu. [Em. 94]
Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 36.
7. L-Istati Membri għandhom iħallu lill-applikant jibqa' fit-territorju fl-istennija tar-riżultat tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 6. Tista' ssir eċċezzjoni għal applikazzjonijiet sussegwenti li ma jwasslux għal eżami ulterjuri skont l-Artikoli 34 u 35, jekk tkun ittieħdet deċiżjoni ta’ ritorn skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2008/115/KE, u għal deċiżjonijiet fil-proċedura skont l-Artikolu 37 jekk dan ikun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. [Em. 117]
8. Il-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament ta’ Dublin].
9. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu termini ta’ żmien għall-qorti jew tribunal skont il-paragrafu 1 sabiex tiġi eżaminata d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti.
10. Fejn applikant ikun ġie mogħti status li joffri l-istess drittijiet u benefiċċji taħt il-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni bħall-istatus ta’ rifuġjat taħt id-Direttiva […/…/UE] [id-Direttiva dwar il-Kwalifika], l-applikant jista' jkun kunsidrat li jkollu rimedju effettiv fejn qorti jew tribunal jiddeċiedi li r-rimedju skont il-paragrafu 1 ikun inammissibbli jew mingħajr il-probabbiltà li jirnexxi minħabba n-nuqqas ta’ interess min-naħa tal-applikant li jkomplew l-proċedimenti.
11. L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali l-kondizzjonijiet li taħthom jista' jiġi assunt li l-applikant impliċitament irrinunzja jew abbanduna r-rimedju tiegħu skont il-paragrafu 1, flimkien mar-regoli dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 41
Kontestazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi
Din id-Direttiva ma tolqotx il-possibbiltà, għall-awtoritajiet pubbliċi, li jikkontestaw id-deċiżjonijiet amministrattivi u/jew ġudizzjarji kif previst fil-liġi nazzjonali.
Artikolu 42
Il-kunfidenzjalità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet li jimplementaw din id-Direttiva jkunu marbuta bil-prinċipju tal-kunfidenzjalità, kif definit fil-liġi nazzjonali, fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni li jottjenu fil-kors tax-xogħol tagħhom.
Artikolu 43
Kooperazzjoni
L-Istati Membru għandhom kull wieħed minnhom jaħtru punt ta’ kuntatt nazzjonali u jikkomunikaw l-indirizz tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazjoni lill-Istati Membri l-oħra kollha.
L-Istati Membri għandhom, f'għaqda mal-Kummissjoni, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex tiġi stabbilita kooperazzjoni diretta u bdil ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 44
Rapport
Mhux aktar tard mill- […], il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-ispiża finanzjarja ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kull emenda li tkun meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha u d-data finanzjarja meħtieġa sabiex jitfassal dan ir-rapport. Wara li tippreżenta r-rapport, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri mill-anqas kull sentejn . [Em. 95]
Artikolu 45
Traspożizzjoni
L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli sa mhux iktar tard minn […]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mal-Artikolu 28 (3) sa (6) []. Minn hemm ’il quddiem għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. [Em. 96]
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha tiġi magħmula u kif tali dikjarazzjoni għandha tiġi mfassla.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali kopert minn din id-Direttiva u tabella li tindika l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Artikolu 46
Dispożizzjonijiet tranżitorji
L-Istati Membi għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti fis-subparagrafu 1 tal-Artikolu 45 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall- proċedura internazzjonali wara l- […] u fir-rigward tal-proċeduri għall-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali li jkunu mibdija wara l- […]. L-applikazzjonijiet ppreżentati qabel […] u l-proċeduri għall-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat mibdija qabel […] għandhom ikunu governati mil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont id-Direttiva 2005/85/KE.
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti fis-subparagrafu 2 tal-Artikolu 45 dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentati wara […]. L-applikazzjonijiet ippreżentati qabel […].għandhom ikunu governati mil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont id-Direttiva 2005/85/KE.
Artikolu 47
Revoka
Id-Direttiva 2005/85/KE hi mħassra bis-seħħ minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45 ta’ din id-Direttiva], mingħajr preġudizzju tal-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward għall-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 48
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal- pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli […] għandhom japplikaw minn [jum wara d-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45].
Artikolu 49
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi […]
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 18, 19.1.2011, p. 85.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011.
(3) ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13.
(4) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(5) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
(6) Sentejn mid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS I
Definizzjoni tal-“awtorità determinanti”
Meta timplementa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Irlanda tista', safejn ikunu għadhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Refugee Act 1996 (kif emendat), tikkonsidra li:
— |
“l-awtorità determinanti” prevista fl-Artikolu 2 (f) ta’ din id-Direttiva, safejn ikun konċernat l-eżami dwar jekk l-applikant għandu jew, skont il-każ, ma għandux jiġi dikjarat bħala rifuġjat, għandha tfisser l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet ta’ Rifuġjati; u |
— |
“deċiżjonijiet fl-istadju ta’ prim'istanza” previsti fl-Artikolu 2 (f) ta’ din id-Direttiva għandhom jinkludu rakkommandazzjonijiet tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet ta’ Rifuġjati dwar jekk applikant għandu jew, skont il-każ, ma għandux jiġi dikjarat bħala rifuġjat. |
L-Irlanda tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda li ssir lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(1) tar-Refugee Act 1996 (kif emendat).
▐ [Em. 85]
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS II
Parti A
Direttiva Mħassra
(imsemmija fl-Artikolu 47)
Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE |
Parti B
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 48)
Direttiva |
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
2005/85/KE |
L-ewwel data tal-għeluq l-1 ta’ Diċembru 2007 It-tieni data tal-għeluq l-1 ta’ Diċembru 2008 |
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI (1)
Direttiva 2005/85/KE |
Id-Direttiva preżenti |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 (a) |
Artikolu 2 (a) |
Artikolu 2 (b) |
Artikolu 2 (b) |
Artikolu 2 (c) |
Artikolu 2 (c) |
— |
Artikolu 2 (d) |
Artikolu 2 (d) |
Artikolu 2 (e) |
Artikolu 2 (e) |
Artikolu 2 (f) |
Artikolu 2 (f) |
Artikolu 2 (g) |
— |
Artikolu 2 (h) |
— |
Artikolu 2 (i) |
Artikolu 2 (g) |
Artikolu 2 (j) |
— |
Artikolu 2 (k) |
— |
Artikolu 2 (l) |
Artikolu 2 (h) |
Artikolu 2 (m) |
Artikolu 2 (i) |
Artikolu 2 (n) |
Artikolu 2 (j) |
Artikolu 2 (o) |
Artikolu 2 (k) |
Artikolu 2 (p) |
Artikolu 3 (1) |
Artikolu 3 (1) |
Artikolu 3 (2) |
Artikolu 3 (2) |
Artikolu 3 (3) |
— |
Artikolu 3 (4) |
Artikolu 3 (3) |
Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 4 (2) |
Artikolu 4 (2) |
Artikolu 4 (3) |
Artikolu 4 (3) |
Artikolu 4 (4) |
— |
Artikolu 4 (5) |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 (1) |
— |
— |
Artikolu 6 (1) |
— |
Artikolu 6 (2) |
Artikolu 6 (2) |
Artikolu 6 (3) |
Artikolu 6 (3) |
Artikolu 6 (4) |
— |
Artikolu 6 (5) |
— |
Artikolu 6 (6) |
Artikolu 6 (4) |
Artikolu 6 (7) |
Artikolu 6 (5) |
— |
— |
Artikolu 6 (8) |
— |
Artikolu 6 (9) |
— |
Artikolu 7 (1) sa (3) |
Artikolu 7 (1) |
Artikolu 8 (1) |
Artikolu 7 (2) |
Artikolu 8 (2) |
— |
Artikolu 8 (3) |
Artikolu 8 (1) |
Artikolu 9 (1) |
— |
Artikolu 9 (2) |
Artikolu 8 (2) (a) |
Artikolu 9 (3) (a) |
Artikolu 8 (2) (b) |
Artikolu 9 (3) (b) |
Artikolu 8 (2) (c) |
Artikolu 9 (3) (c) |
— |
Artikolu 9 (3) (d) |
Artikolu 8 (3) |
Artikolu 9 (4) |
Artikolu 8 (5) |
Artikolu 9 (5) |
Artikolu 9 (1) |
Artikolu 10 (1) |
Artikolu 9 (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10 (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9 (2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 9 (3) |
Artikolu 10 (3) |
— |
Artikolu 10 (4) |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 (1) |
Artikolu 13 (1) |
Artikolu 12 (2) (a) |
Artikolu13 (2) (a) |
Artikolu 12 (2) (b) |
— |
Artikolu 12 (2) (c) |
— |
Artikolu 12 (3) |
Artikolu 13 (2) (b) |
Artikolu 12 (4) sa (6) |
Artikolu 13 (3) sa (5) |
Artikolu 13 (1) u (2) |
Artikolu 14 (1) u (2) |
Artikolu 13 (3) (a) |
Artikolu 14 (3) (a) |
— |
Artikolu 14 (3) (b) |
Artikolu 13 (3) (b) |
Artikolu 14 (3) (c) |
— |
Artikolu 14 (3) (d) |
— |
Artikolu 14 (3) (e) |
Artikolu 13 (4) |
Artikolu 14 (4) |
Artikolu 13 (5) |
— |
— |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
— |
— |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 15 (1), (2) u (3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 18 (1), (2) u (3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 15 (3) (a) |
— |
Artikolu 15 (3) (b) |
Artikolu 18 (3) (a) |
Artikolu 15 (3) (c) |
Artikolu 18 (3) (b) |
Artikolu 15 (3) (d) |
— |
Artikolu 15 (3) it-tieni subparagrafu |
— |
|
Artikolu 18 (3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 15 (4) |
Artikolu 18 (4) |
— |
Artikolu 18 (5) |
Artikolu 15 (5) |
Artikolu 18 (6) |
Artikolu 15 (6) |
Artikolu 18 (7) |
|
Artikolu 18 (8) |
Artikolu 16 (1) |
Artikolu 19 (1) |
Artikolu 16 (2) |
Artikolu 19 (2) |
— |
Artikolu 19 (3) |
Artikolu 16 (3) |
Artikolu 19 (4) |
Artikolu 16 (4) |
Artikolu 19 (4) |
— |
Artikolu 20 (1) sa (3) |
Artikolu 17 (1) |
Artikolu 21 (1) |
Artikolu 17 (2) (a) |
Artikolu 21 (2) (a) |
Artikolu 17 (2) (b) |
— |
Artikolu 17 (2) (c) |
Artikolu 21 (2) (b) |
Artikolu 17 (3) |
— |
Artikolu 17 (4) |
Artikolu 21 (3) |
— |
Artikolu 21 (4) |
Artikolu 17 (5) |
Artikolu 21 (5) |
— |
Artikolu 21 (6) |
Artikolu 17 (6) |
Artikolu 21 (7) |
Artikolu 18 |
Artikolu 22 |
Artikolu 19 |
Artikolu 23 |
Artikolu 20 |
Artikolu 24 |
Artikolu 20 (1) (a) u (b) |
Artikolu 24 (1) (a) u (b) |
Artikolu 20 (2) |
Artikolu 24 (2) |
— |
Artikolu 24 (3) |
Artikolu 21 |
Artikolu 25 |
Artikolu 22 |
Artikolu 26 |
Artikolu 23 |
Artikolu 27 |
Artikolu 23 (1) |
Artikolu 27 (1) |
Artikolu 23 (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 27 (2) |
Artikolu 23 (2), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 27 (3) |
— |
Artikolu 27 (4) |
Artikolu 23 (3) |
Artikolu 27 (5) |
Artikolu 23 (4) |
Artikolu 27 (6) |
Artikolu 23 (4) (a) |
Artikolu 27 (6) (a) |
Artikolu 23 (4) (b) |
— |
Artikolu 23 (4) (c) (i) |
Artikolu 27 (6) (b) |
Artikolu 23 (4) (c) (ii) |
— |
Artikolu 23 (4) (d) |
Artikolu 27 (6) (c) |
Artikolu 23 (4) (e) |
— |
Artikolu 23 (4) (f) |
Artikolu 27 (6) (d) |
Artikolu 23 (4) (g) |
— |
Artikolu 23 (4) (h) |
— |
Artikolu 23 (4) (i) |
— |
Artikolu 23 (4) (j) |
Artikolu 27 (6) (f) |
Artikolu 23 (4) (k) sa (n) |
— |
Artikolu 23 (4) (o) |
Artikolu 27 (6) (e) |
— |
Artikolu 27 (7) |
— |
Artikolu 27 (8) |
— |
Artikolu 27 (9) |
— |
Artikolu 28 |
Artikolu 24 |
— |
Artikolu 25 |
Artikolu 29 |
Artikolu 25 (1) |
Artikolu 29 (1) |
Artikolu 25 (2) (a) sa (c) |
Artikolu 29 (2) (a) sa (c) |
Artikolu 25 (2) (d) u (e) |
— |
Artikolu 25 (2) (f) u (g) |
Artikolu 29 (2) (d) u (e) |
— |
Artikolu 30 |
Artikolu 26 |
Artikolu 31 |
Artikolu 27 |
Artikolu 32 |
Artikolu 27 (1) (a) |
Artikolu 32 (1) (a) |
— |
Artikolu 32 (1) (b) |
Artikolu 27 (1) (b) sa (d) |
Artikolu 32 (1) (c) sa (e) |
Artikolu 27 (2) sa (5) |
Artikolu 32 (2) sa (5) |
Artikolu 28 |
— |
Artikolu 29 |
— |
Artikolu 30 |
Artikolu 33 |
Artikolu 30 (2) sa (4) |
— |
— |
Artikolu 33 (2) |
Artikolu 30 (5) |
Artikolu 33 (3) |
Artikolu 30 (6) |
Artikolu 33 (4) |
Artikolu 31 |
Artikolu 34 |
Artikolu 31 (2) |
— |
Artikolu 31 (3) |
Artikolu 34 (2) |
Artikolu 32 (1) sa (7) |
Artikolu 35 (1) sa (7) |
— |
Artikolu 35 (8) u (9) |
Artikolu 33 |
— |
Artikolu 34 |
Artikolu 36 |
Artikolu 34 (1) u (2) (a) |
Artikolu 36 (1) u (2) (a) |
Artikolu 34 (2) (b) |
— |
Artikolu 34 (2) (c) |
Artikolu 36 (2) (b) |
Artikolu 34 (3) (a) u (b) |
Artikolu 36 (3) (a) u (b) |
Artikolu 35 (1) |
Artikolu 37 (1) (a) |
— |
Artikolu 37 (1) (b) |
Artikolu 35 (2) u (3) (a) sa (f) |
— |
Artikolu 35 (4) |
Artikolu 37 (2) |
Artikolu 35 (5) |
Artikolu 37 (3) |
Artikolu 36(1) sa (2)(c) |
Artikolu 38(l) sa 2(c) |
Artikolu 36(2)(d) |
— |
Artikolu 36(3) |
— |
Artikolu 36(4) |
Artikolu 38(3) |
Artikolu 36(5) |
Artikolu 38(4) |
Artikolu 36(6) |
Artikolu 38(5) |
Artikolu 36(7) |
— |
Artikolu 37 |
Artikolu 39 |
Artikolu 38 |
Artikolu 40 |
Artikolu 39 |
Artikolu 41 |
Artikolu 39 (1) (a) |
Artikolu 41 (1) (a) |
— |
Artikolu 41 (1) (a) (i) |
Artikolu 39 (1) (a) (i) |
Artikolu 41 (1) (a) (ii) |
Artikolu 39 (1) (a) (ii) |
Artikolu 41 (1) (a) (iii) |
Artikolu 39 (1) (a) (iii) |
— |
Artikolu 39 (1) (b) |
Artikolu 41 (1) (b) |
Artikolu 39 (1) (c) u (d) |
— |
Artikolu 39 (1) (e) |
Artikolu 41 (1) (c) |
— |
Artikolu 41 (2) u (3) |
Artikolu 39 (2) |
Artikolu 41 (4) |
Artikolu 39 (3) |
— |
— |
Artikolu 41 (5) sa (8) |
Artikolu 39 (4) |
Artikolu 41 (9) |
Artikolu 39 (5) |
Artikolu 41 (10) |
Artikolu 39 (6) |
Artikolu 41 (11) |
Artikolu 40 |
Artikolu 42 |
Artikolu 41 |
Artikolu 43 |
— |
Artikolu 44 |
Artikolu 42 |
Artikolu 45 |
Artikolu 43 |
Artikolu 46 |
Artikolu 44 |
Artikolu 47 |
— |
Artikolu 48 |
Artikolu 45 |
Artikolu 49 |
Artikolu 46 |
Artikolu 50 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
Anness III |
— |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
(1) It-Tabella ta’ Korrelazzjoni ma ġietx aġġornata.