2.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 296/175 |
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Ġordan ***
P7_TA(2011)0131
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13758/2010 – C7-0057/2011 – 2010/0173(NLE))
2012/C 296 E/30
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (13758/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim forma ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim applikabbli għal tilwimiet li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (13974/2010), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0057/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0067/2011), |
1. |
Jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan. |