|
28.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 188/68 |
It-Tlieta 15 ta’ Frar 2011
Ftehimiet bejn l-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (Mekkaniżmi Finanzjarji 2009-2014 u importazzjoni lejn l-UE ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd 2009-2014) ***
P7_TA(2011)0044
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanżjarju taż-ŻEE għall-perjodu 2009-2014, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar Mekkaniżu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014, Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014, u Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja, li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd għall-perijodu 2009-2014 (09902/2010 – C7-0225/2010 – 2010/0129(NLE))
2012/C 188 E/17
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09902/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2009-2014, l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-2009-2014, l-abbozz ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd għall-perjodu 2009-2014 u l-abbozz ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u n-Norveġja li jikkonċerna dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea ta’ ċertu ħut u prodotti tas-sajd għall-perjodu 2009-2014 (09899/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 217 u 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0225/2010), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0372/2010), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Islanda, tal-Liechtenstein u tan-Norveġja. |