28.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 188/67


It-Tlieta 15 ta’ Frar 2011
Emenda tal-Ftehim KE/Afrika t'Isfel dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni ***

P7_TA(2011)0043

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2011 dwar l-abbozz ta'deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (10297/2010 – C7-0190/2010 – 2010/0119(NLE))

2012/C 188 E/16

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (10297/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (07437/2008),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikoli 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0190/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0018/2011),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel.