11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 136/109


L-Erbgħa 19 ta’ Jannar 2011
Ftehim UE-Kamerun dwar il-liġi dwar il -foresti ***

P7_TA(2011)0009

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija Volontarja UE-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi dwar il-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (12796/2010 – C7-0339/2010 – 2010/0217(NLE))

2012/C 136 E/25

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (12796/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-infurzar tal-liġi dwar il-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-injam u tal-prodotti derivati lejn l-Unjoni Ewropea (FLEGT) (13187/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafu tal Artikolu 207(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu Article 207(4), l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0339/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0371/2010),

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kamerun.