17.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 50/1


POŻIZZJONI (UE) Nru 5/2011 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

bl-għan tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet ta’ fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessuti u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE, id-Direttiva 96/73/KE u d-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Adottata mill-Kunsill fis-6 ta’ Diċembru 2010

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 50 E/01

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE tas-26 ta’ Frar 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ternarji ta’ fibri (3), id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analizi kwantitattiva ta’ taħlitiet binarji ta’ fibri tat-tessuti (4) u d-Direttiva 2008/121/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar ismijiet tat-tessuti (5), ġew emendati diversi drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi, dawk l-atti għandhom jiġu sostitwiti bi strument legali uniku, fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-atti legali tal-Unjoni dwar l-ismijiet tal-fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat- tessuti huma tekniċi ħafna fil-kontenut tagħhom, b’dispożizzjonijiet dettaljati li meħtieġa jiġu adattati regolarment. Sabiex tiġi evitata l-ħtieġa li l-Istati Membri jittrasponu l-emendi tekniċi f’leġislazzjoni nazzjonali u b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali u sabiex tkun possibbli adozzjoni aktar rapida tal-ismijiet il-ġodda ta’ fibri tat-tessuti li għandhom jiġu użati simultanjament fl-Unjoni kollha, regolament jidher li huwa l-iżjed strument legali adattat għat-twettiq tas-simplifikazzjoni leġislattiva.

(3)

Sabiex jiġu eliminati ostakoli potenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern ikkawżati minn dispożizzjonijiet diverġenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-ismijiet tal-fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti, hija meħtieġa l-armonizzazzjoni tal-ismijiet ta’ fibri tat-tessuti u l-indikazzjonijiet li jidhru fuq it-tikketti, l-immarkar u d-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti tat-tessuti fl-istadji varji tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tagħhom.

(4)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet armonizzati fir-rigward ta’ ċerti aspetti tat-tikkettar u l-immarkar ta’ tessuti, b’mod partikolari l-ismijiet tal-fibri tat-tessuti. Tikkettar u mmarkar oħra jistgħu jeżistu, sakemm ma jkoprux l-istess kamp ta’ applikazzjoni bħal dan ir-Regolament u li huma kompatibbli mat-Trattati.

(5)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu lill-manifatturi jitolbu li jiġi inkluż isem ġdid ta’ fibra tat-tessuti fl-Annessi għal dan ir-Regolament.

(6)

Għandha ssir ukoll dispożizzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li mhumiex magħmulin esklużivament minn materjal tat-tessuti iżda li għandhom kontenut ta’ tessuti li jikkostitwixxi parti essenzjali tal-prodott jew li l-operatur ekonomiku jkun ġibed l-attenzjoni għalih.

(7)

It-tolleranza fir-rigward ta’ “fibri estranji”, li ma għandhomx jidhru fuq it-tikketti u l-immarkar, għandha tapplika kemm għall-prodotti puri kif ukoll għal taħlitiet.

(8)

It-tikkettar jew l-immarkar tal-kompożizzjoni tal-fibri għandu jkun obbligatorju biex ikun żgurat li tkun disponibbli informazzjoni korretta u uniformi lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni. Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni lill-operaturi ekonomiċi milli jindikaw, addizzjonalment, il-preżenza ta’ kwantitajiet żgħar ta’ fibri li jeħtieġu attenzjoni partikolari biex tinżamm il-kwalità oriġinali tal-prodott tat-tessuti. Fejn huwa teknikament diffiċli li tiġi speċifikata l-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodott tat-tessuti fiż-żmien tal-manifattura, għandu jkun possibbli li jitniżżel, fuq it-tikketta u l-immarkar, dawk il-fibri biss li huma magħrufa fiż-żmien tal-manifattura sakemm dawn ikunu jifformaw ċertu perċentwali tal-prodott lest.

(9)

Sabiex jiġu evitati d-differenzi ta’ prattika fost l-Istati Membri, meħtieġ li jiġu stabbiliti l-metodi eżatti tat-tikkettar u l-immarkar għal ċerti prodotti tat-tessuti magħmulin minn żewġ komponenti jew aktar, u wkoll li jiġu speċifikati l-komponenti ta’ prodotti tat-tessuti li mhemmx għalfejn jiġu kkunsidrati għall-finijiet tat-tikkettar u l-immarkar u l-analiżi.

(10)

Prodotti tat-tessuti soġġetti biss għar-rekwiżiti tat-tikkettar inklużiv, u dawk mibjugħin bil-metru jew maqtugħin f’tulijiet, għandhom isiru disponibbli fis-suq b’tali mod li l-konsumatur jista’ jsir jaf tajjeb l-informazzjoni kollha mwaħħla mal-pakkett ġenerali jew mar-romblu.

(11)

L-użu ta’ ismijiet ta’ fibri tat-tessuti jew ta’ deskrizzjonijiet ta’ kompożizzjonijiet ta’ fibri li jgawdu prestiġju partikolari fost l-utenti u l-konsumaturi għandhom ikunu soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet. Barra minn hekk, sabiex tingħata informazzjoni lill-utenti u l-konsumaturi, huwa xieraq li l-ismijiet tal-fibri tat-tessuti jkunu relatati mal-karatteristiċi tal-fibri.

(12)

Is-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament hija soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti (6), u għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (7).

(13)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti metodi għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ prodotti tat-tessuti sabiex tkun eskluża kwalunkwe possibbiltà ta’ oġġezzjoni għall-metodi użati. Il-metodi użati għat-testijiet uffiċjali mwettqa fl-Istati Membri biex jiddeterminaw il-kompożizzjoni tal-fibra tal-prodotti tat-tessuti magħmula minn taħlitiet binarji u ternarji tal-fibri għandhom ikunu uniformi, fir-rigward kemm tat-trattament minn qabel tal-kampjun kif ukoll tal-analiżi kwantitattiva tiegħu. Huwa xieraq li l-metodi stabbiliti għal dak il-għan f’dan ir-Regolament jinbidlu fi standards armonizzati. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha ġġesti t-transizzjoni mis-sistema attwali, li hija bbażata fuq il-metodi stabbiliti f’dan ir-Regolament, għal sistema bbażata fuq standards armonizzati. L-użu ta’ metodi uniformi ta’ analiżi ta’ prodotti tat-tessuti magħmulin minn taħlitiet binarji u ternarji ser jiffaċilita l-moviment liberu ta’ dawk il-prodotti, u b’hekk itejjeb il-funzjonament tas-suq intern.

(14)

Fil-każ ta’ taħlitiet binarji ta’ fibri tat-tessuti li għalihom ma jeżisti l-ebda metodu uniformi ta’ analiżi fil-livell tal-Unjoni, il-laboratorju responsabbli għat-test għandu jkun jista’ jiddetermina l-kompożizzjoni ta’ taħlitiet bħal dawn u jindika fir-rapport tal-analiżi r-riżultat miksub, il-metodu użat u l-grad ta’ preċiżjoni tiegħu.

(15)

Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-livelli miftehma li għandhom jiġu applikati fuq il-piż anidru ta’ kull fibra waqt id-determinazzjoni bl-analiżi tal-kontenut tal-fibra tal-prodotti tat-tessuti, u għandu jagħti żewġ livelli differenti miftehma għall-kalkolu tal-kompożizzjoni ta’ fibri mqardxa jew mimxuta li fihom is-suf u/jew il-pil tal-annimali. Billi mhux dejjem jista’ jiġi stabbilit jekk prodott huwiex imqardax jew mimxut, u konsegwentement l-applikazzjoni tat-tolleranzi matul il-verifiki ta’ konformtià fir-rigward tal-prodotti tat-tessuti mwettqa fl-Unjoni, tista’ twassal għal riżultati inkonsistenti, il-laboratorji li jwettqu dawn il-verifiki għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw rata waħda miftehma f’każijiet dubjużi.

(16)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli fir-rigward ta’ prodotti eżentati mir-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar u l-immarkar stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ prodotti li jintremew wara l-użu jew ta’ prodotti li jeħtieġu biss tikkettar inklużiv.

(17)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura għall-inklużjoni ta’ ismijiet ġodda ta’ fibri tat-tessuti fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi rekwiżiti fir-rigward ta’ applikazzjonijiet minn manufatturi jew persuni oħrali jkunu qed jaġixxu f’isimhom għal ismijiet ġodda ta’ fibra tat-tessuti li għandhom jiżdiedu ma’ dawk fl-Annessi.

(18)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adozzjoni ta’ kriterji tekniċi u regoli proċedurali għall-awtorizzazzjoni ta’ tolleranzi ogħla, l-emendar tal-Annessi II, IV, V, VI, VII, VIII u IX sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u l-emendar tal-Anness I sabiex jiġu inklużi ismijiet ġodda ta’ fibri tat-tessuti fil-lista li tinsab f’dak l-Anness. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti.

(19)

Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-adozzjoni ta’ regoli uniformi għall-użu ta’ ismijiet ta’ fibri tat-tessuti u għat-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’, minħabba l-iskala tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(20)

Id-Direttivi 73/44/KEE, 96/73/KE u 2008/121/KE, għandhom jitħassru,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-użu ta’ ismijiet ta’ fibri tat-tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti kif ukoll ir-regoli li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti b’analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ fibri binarji u ternarji tat-tessuti, bil-ħsieb li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u li tingħata informazzjoni preċiża lill-konsumaturi.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika japplika għal prodotti tat-tessuti meta jkunu disponibbli fis-suq tal-UE u għall-prodotti msemmijin fil-paragrafu 2.

2.   Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu bl-istess mod bħall-prodotti tat-tessuti:

(a)

prodotti li fihom tal-inqas 80 % tal-piż ta’ fibri tat-tessuti;

(b)

għamara, umbrelel u tined li jkun fihom tal-inqas 80 % tal-piż ta’ komponenti tat-tessuti;

(c)

il-komponenti tat-tessuti ta’:

(i)

is-saff ta’ fuq ta’ kisi tal-art b’aktar minn saff wieħed,

(ii)

kisi tas-saqqijiet,

(iii)

kisi ta’ oġġetti tal-ikkampjar,

sakemm dawn il-komponenti tat-tessuti jikkostitwixxu tal-inqas 80 % tal-piż ta’ tali saffi ta’ fuq jew kisi;

(d)

tessuti inkorporati fi prodotti oħra u li jifformaw parti integrali minnhom, fejn il-kompożizzjoni tagħhom hija speċifikata.

3.   Dan ir-Regolament ma m’għandux japplika għal prodotti tat-tessuti li jiġu mogħtija b’kuntratt lil persuni li jaħdmu fi djarhom stess, jew lil ditti indipendenti li jwettqu xogħol minn materjal fornut mingħajr ma l-proprjeta’ tagħhom ma tiġi trasferita bi ħlas.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“prodotti tat-tessuti” tfisser kwalunkwe prodott mhux maħdum, nofsu maħdum, maħdum, nofsu manifatturat, manifatturat, nofsu lest jew lest li jkun esklużivament magħmul minn fibri tat-tessuti, irrispettivament mill-proċess ta’ taħlit jew ta’ assemblaġġ użat;

(b)

“fibra tat-tessuti” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

unità ta’ materja kkaratterizzata mill-flessibilità, il-finezza u l-proporzjon għoli ta’ tul għall-akbar dimensjoni trasversa, li tagħmilha xierqa għal applikazzjonijiet ta’ tessuti;

(ii)

strixxa jew tubu flessibbli, li l-wisa’ apparenti tagħhom ma taqbiżx 5 mm, inklużi strixxi maqtugħin minn strixxi jew films usa, prodotti minn sostanzi użati għall-manifattura tal-fibri elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness I u xierqa għal applikazzjonijiet ta’ tessuti;

(c)

“wisa” apparenti’ tfisser il-wisa’ tal-istrixxa jew tubu meta milwijin, iċċattjati, ikkompressati jew mibrumin, jew il-wisa’ medja fejn il-wisa’ mhijiex uniformi;

(d)

“komponent tat-tessuti” tfisser parti minn prodott tat-tessuti b’kontenut ta’ fibra identifikabbli;

(e)

“fibri estranji” tfisser fibri oħra għajr dawk imsemmija fuq it-tikketta jew l-immarkar;

(f)

“inforra” tfisser komponent separat użat fit-tiswir ta’ ħwejjeġ u ta’ prodotti oħra, magħmul minn saff wieħed jew ħafna ta’ materjal tat-tessuti mwaħħal fuq ġewwa tul tarf wieħed jew aktar;

(g)

“tikkettar” tfisser it-twaħħil tal-informazzjoni rikjesta mal-prodott tat-tesstuti billi titwaħħal tikketta;

(h)

“immarkar” tfisser li l-informazzjoni rikjesta tkun indikata fuq il-prodott tat-tessuti bil-ħjata, ir-rakkmar, l-istampar, l-intaljar jew bl-użu ta’ kwalunkwe teknoloġija oħra ta’ applikazzjoni;

(i)

“tikkettar inklużiv” tfisser l-użu ta’ tikketta waħda għal diversi prodotti jew komponenti tat-tessuti;

(j)

“prodott li jintrema wara l-użu” tfisser prodott tat-tessuti mfassal biex jintuża darba biss jew għal żmien limitat, u li l-użu normali tiegħu mhux intenzjonat għal użu sussegwenti għall-istess fini jew għal fini simili;

(k)

“livell miftiehem” tfisser il-valur ta’ rkupru ta’ umdità li għandu jintuża fil-kalkolu tal-perċentwali tal-komponenti ta’ fibri fuq bażi ta’ piż xott, nadif, b’aġġustament b’fatturi konvenzjonali.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet “magħmul disponibbli fis-suq”, “tqegħid fis-suq”, “manifattur”, “importatur”, “distributur”, “operaturi ekonomiċi”, “standard armonizzat”, “sorveljanza tas-suq” u “awtorità tas-sorveljanza tas-suq” li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 4

Rekwiżit ġenerali dwar id-disponibbiltà fis-suq ta’ prodotti tat-tessuti

Il-prodotti tat-tessuti għandhom biss ikunu disponibbli fis-suq sakemm prodotti bħal dawn huma ttikkettjati, immarkati jew akkumpanjati minn dokumenti kummerċjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU 2

Ismijiet ta’ fibri tat-tessuti u rekwiżiti relatati tat-tikkettar u l-immarkar

Artikolu 5

Ismijiet ta’ fibri tat-tessuti

1.   L-ismijiet tal-fibri tat-tessuti elenkati fl-Anness I biss għandhom jintużaw għad-deskrizzjoni tal-kompożizzjonijiet tal-fibri fuq it-tikketti u l-immarkar tal-prodotti tat-tessuti.

2.   L-użu tal-ismijiet elenkati fl-Anness I għandu jkun riżervat għal fibri tat-tessuti li n-natura tagħhom tikkorrespondi mad-deskrizzjoni stabbilita f’dak l-Anness.

L-ismijiet m’għandhomx jintużaw għal fibri oħra, sew jekk waħedhom sew jekk bħala għerq jew bħala aġġettiv.

It-terminu “ħarir” ma għandux jintuża biex jindika figura jew preżentazzjoni partikolari fi ħjut ta’ filament kontinwu ta’ fibri tat-tessuti.

Artikolu 6

Applikazzjonijiet għal ismijiet ġodda ta’ fibri tat-tessuti

Kwalunkwe manifattur jew kwalunkwe persuna li tkun qed taġixxi f’ismu tista’ tapplika għand il-Kummissjoni biex iżżid isem ġdid ta’ fibra tat-tessuti mal-lista stabbilita fl-Anness I.

L-applikazzjoni għandha tinkludi fajl tekniku kkompilat f’konformità mal-Anness II.

Artikolu 7

Prodotti puri tat-tessuti

1.   Prodotti tat-tessuti komposti esklużivament mill-istess fibra biss jistgħu jiġu ttikkettjati jew immarkati bħala “100 %”, “puri” jew “kollu.”

Dawn it-termini jew oħrajn simili m’għandhomx jintużaw għal prodotti tat-tessuti oħra.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3), prodott tat-tessuti li ma jkunx fih aktar minn 2 % tal-piż ta’ fibri estranji jista’ wkoll jiġi ttrattat bħala esklużivament kompost mill-istess fibra, sakemm din il-kwantità tkun iġġustifikata bħala teknikament inevitabbli fil-prattika tajba tal-manifattura u ma tkunx miżjuda bħala materja ta’ rutina.

Prodott tat-tessuti li jkun għadda minn proċess ta’ tqardix jista’ wkoll jiġi ttrattat bħala esklużivament magħmul mill-istess fibra jekk ma jkunx fih aktar minn 5 % tal-piż ta’ fibri estranji, sakemm din il-kwantità tkun iġġustifikata bħala teknikament inevitabbli fil-prattika tajba tal-manifattura u ma tkunx miżjuda bħala materja ta’ rutina.

Artikolu 8

Prodotti tal-“fleece wool” jew suf verġni

1.   Prodott tat-tessuti jista’ jkun tikkettat jew immarkat b’wieħed mill-ismijiet imniżżlin fl-Anness III sakemm huwa jkun magħmul esklużivament minn fibra tas-suf li ma kinitx ġiet inkorporata preċedentement fi prodott lest, li ma kienx ġie soġġett għal kwalunkwe proċessi ta’ brim u/jew ta’ feltru għajr dawk meħtieġa fil-manifattura ta’ dak il-prodott, u li ma kienx ġie mħassar bi trattament jew b’użu.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-ismijiet elenkati fl-Anness III jistgħu jintużaw biex jiddeskrivu s-suf li jkun hemm f’taħlita ta’ fibra tat-tessuti jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu:

(a)

is-suf kollu li jkun hemm f’dik it-taħlita jissodisfa r-rekwiżiti definiti fil-paragrafu 1;

(b)

dan is-suf ikun jifforma mhux inqas minn 25 % mill-piż totali tat-taħlita;

(c)

fil-każ ta’ taħlita mħarrbxa, is-suf ikun imħallat ma’ fibra waħda oħra biss;

Għandu jingħata l-perċentwali sħiħ ta’ kompożizzjoni ta’ taħlita bħal din.

3.   Il-fibri estranji fil-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi l-prodotti tas-suf li għaddew minn proċess ta’ tqardix, m’għandhomx jaqbżu 0,3 % tal-piż, għandhom ikunu ġġustifikati bħala teknikament inevitabbli fi prattika ta’ manifattura tajba u m’għandhomx jiġi miżjuda bħala materja ta’ rutina.

Artikolu 9

Prodotti tat-tessuti multi-fibri

1.   Prodott tat-tessuti magħmul minn żewġ fibri jew aktar, li waħda minnhom ikun fiha tal-inqas 85 % tal-piż totali, għandu jkun tikkettjat jew immarkat b’wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-isem tal-fibra li jkun fiha tal-inqas 85 % tal-piż totali segwit jew preċedut immedjatament mill-perċentwali tiegħu tal-piż;

(b)

l-isem tal-fibra li jkun fiha tal-inqas 85 % tal-piż totali sewgit jew preċedut immedjatament mill-kliem ’minimu ta’ 85 %’;

(c)

il-perċentwali sħiħ tal-kompożizzjoni tal-prodott.

2.   Prodott tat-tessuti magħmul minn żewġ fibri jew aktar, li l-ebda waħda minnhom ma tagħmel aktar minn 85 % tal-piż totali, għandu jkun tikkettjat jew immarkat b’tal-inqas l-isem u l-perċentwali tal-piż tal- fibri bl-ogħla perċentwali u t-tieni l-ogħla perċentwali tal-piż tal-prodott, segwiti immedjatament mill-ismijiet tal-fibri kostitwenti l-oħra f’ordni dixxendenti tal-perċentwali tal-piż, bi jew mingħajr indikazzjoni tal-perċentwali tagħhom tal-piż.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-fibri li separatament jagħmlu inqas minn 10 % tal-piż totali ta’ prodott jistgħu jiġu msemmija kollettivament bit-terminu “fibri oħra”, segwit jew preċedut immedjatament bil-perċentwali totali tal-piż.

Fejn l-isem tal-fibra li tagħmel inqas minn 10 % tal-piż totali ta’ prodott huwa speċifikat, għandha tingħata l-kompożizzjoni tal-perċentwali totali ta’ dak il-prodott.

4.   Prodotti li jkollhom medd ta’ qoton pur u tgħama ta’ kittien pur, li l-perċentwali ta’ qanneb fihom jagħmel tal-inqas 40 % tal-piż totali tat-tessuti mhux imdaqqas jista’ jingħata l-isem ta’ “unjoni ta’ għażel u qoton” li għandu jkun akkumpanjat mill-ispeċifikazzjoni tal-kompożizzjoni “medd ta’ qoton pur - tgħama ta’ qanneb (jew għażel) pur”.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), għall-prodotti tat-tessuti li l-kompożizzjoni tagħhom tkun diffiċli biex tingħata fil-ħin tal-manifattura tagħhom, it-terminu “fibri mħallta” jew it-terminu “kompożizzjoni tat-tessuti mhux speċifikata” jista’ jintuża fuq it-tikketta jew l-immarkar.

Artikolu 10

Fibri dekorattivi u fibri b’effett antistatiku

1.   Fibri viżibbli u iżolabbli li jservu biss bħala dekorazzjoni u li ma jaqbżux 7 % tal-piż tal-prodott lest m’għandhomx għalfejn jiġu kkunsidrati fil-kompożizzjonijiet ta’ fibri previsti fl-Artikoli 7 u 9.

2.   Fibri metalliċi u fibri oħra li huma inkorporati sabiex jinkiseb effett antistatiku u li ma jaqbżux 2 % tal-piż tal-prodott lest m’għandhomx għalfejn jiġu kkunsidrati fil-kompożizzjonijiet ta’ fibri previsti fl-Artikoli 7 u 9.

3.   Fil-każ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 9(4), il-perċentwali previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu kkalkolati fuq il-piż tad-drapp u fuq dak tat-tgħama separatament.

Artikolu 11

Prodotti tat-tessuti multi-komponenti

1.   Kwalunkwe prodott tat-tessuti magħmul minn żewġ komponenti tat-tessuti jew aktar li għandhom kontenuti ta’ fibra tat-tessuti differenti għandu jkollhom tikketta jew immarkar li juri l-kontenut ta’ fibra tat-tessuti ta’ kull komponent.

2.   It-tikkettar jew immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 m’għandux ikun obbligatorju għall-komponenti tat-tessuti meta ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

a)

dawk il-komponenti mhumiex tberfil ewlieni, u

b)

dawk il-komponenti jirrappreżentaw inqas minn 30 % tal-piż totali tal-prodott tat-tessuti.

3.   Fejn żewġ prodotti tat-tessuti jew aktar ikollhom l-istess kontenut ta’ fibra u normalment jifformaw unità unika, dawn jeħtieġu li jkollhom tikketta jew immarkar wieħed biss.

Artikolu 12

It-tikkettar u l-immarkar ta’ prodotti tat-tessuti elenkati fl-Anness IV

Il-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessuti elenkati fl-Anness IV għandha tiġi indikata skont id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar u l-immarkar stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 13

Tikketti u mmarkar

1.   Il-prodotti tat-tessuti għandhom jiġu ttikkettjati jew immarkati biex tiġi indikata l-kompożizzjoni tal-fibri tagħhom kull meta jkunu disponibbli fis-suq.

It-tikkettar u l-immarkar tal-prodotti tat-tessuti għandu jkun dejjjiemi, faċilment leġġibbli, viżibbli u aċċessibbli u, fil-każ ta’ tikketta, imwaħħal sew.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, it-tikketti jew l-immarkar jista’ jiġi sostitwit jew issupplimentat b’dokumenti kummerċjali li jakkumpanjawh meta l-prodotti jiġu fornuti lil operaturi ekonomiċi fil-katina ta’ forniment, jew meta jkunu qegħdin jitwettqu għal ordni magħmula minn kwalunkwe awtorità kontraenti kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (8).

3.   L-ismijiet tal-fibri tat-tessuti u d-deskrizzjonijiet tal-kompożizzjonijiet tal-fibri msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9 għandhom ikunu indikati b’mod ċar fid-dokumenti kummerċjali ta’ akkumpanjament imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-abbrevjazzjonijiet m’għandhomx jintużaw bl-eċċezzjoni ta’ kodiċi ta’ proċessar mekkanizzat, sakemm dak il-kodiċi jiġi spjegat fl-istess dokument kummerċjali.

Artikolu 14

Obbligu ta’ forniment tat-tikketta jew l-immarkar

1.   Meta jqiegħed prodott tat-tessuti fis-suq, il-manifattur għandu jiżgura l-forniment tat-tikketta jew l-immarkar u l-preċiżjoni tal-informazzjoni li jkun fiha. Jekk il-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-importatur għandu jiżgura l-forniment tat-tikketta jew l-immarkar u l-preċiżjoni tal-informazzjoni li jkun fiha.

2.   Distributur għandu jitqies manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament meta jqiegħed prodott fis-suq b’ismu jew bit-trademark tiegħu, iwaħħal it-tikketta huwa stess jew jimmodifika l-kontenut tat-tikketta.

3.   Meta prodott tat-tessuti jkun disponibbli fis-suq, id -distributur għandu jiżgura li l-prodotti tat-tessuti jkollhom it-tikkettar jew l-immarkar xieraq preskritt minn dan ir-Regolament.

4.   L-operaturi ekonomiċi msemmija fil-paragrafi 1, 2 and 3 għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni mogħtija meta prodotti tat-tessuti jkunu disponibbli fis-suq ma tkunx tista’ tiġi mfixkla mal-ismijiet tal-fibri tat-tessuti u d-deskrizzjonijiet tal-kompożizzjonijiet tal-fibri kif stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 15

L-użu ta’ ismijiet tal-fibri tat-tessuti u deskrizzjonijiet tal-kompożizzjoni ta’ fibri

1.   Meta prodott tat-tessuti jsir disponibbli fis-suq, id-deskrizzjonijiet tal-kompożizzjoni tal-fibri tat-tessuti msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9 għandhom jiġu indikati fil-katalogi u fil-letteratura kummerċjali, fuq l-imballaġġ, it-tikketti u l-immarkar b’mod li jkunu faċilment leġġibbli, viżibbli, ċar u bi stampar jew font uniformi. Din l-informazzjoni għandha tkun viżibbli b’mod ċar għall-konsumatur qabel ma jixtri, inkluż f’każijiet meta x-xiri jsir b’mezz elettroniku.

2.   It-trademarks jew l-isem tal-intrapriża jistgħu jidhru immedjatament qabel jew wara d-deskrizzjonijiet tal-kompożizzjoni tal-fibra tat-tessuti msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9.

Madankollu, fejn trademark jew isem ta’ intrapriża jkun fih, waħdu jew bħala għerq jew bħala aġġettiv, wieħed mill-ismijiet tal-fibri tat-tessuti elenkati fl-Anness I jew isem li jista’ jiġi konfuż magħhom, it-tali trademark jew isem għandu jitpoġġa immedjatament qabel jew wara d-deskrizzjonijiet tal-kompożizzjoni tal-fibri tat-tessuti msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9.

Informazzjoni oħra għandha dejjem tidher separatament.

3.   It-tikkettar jew l-immarkar għandhom jingħataw fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-prodotti tat-tessuti jkunu disponibbli għall-konsumatur sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jipprevedix mod ieħor.

Fil-każ ta’ mkebba, irkiekel, marelli u kobob, jew kwantitajiet żgħar oħra ta’ ħjut tal-ħjata, tat-tiswija u r-rakkmu, l-ewwel subparagrafu għandu japplika għat-tikkettar inklużiv imsemmi fl-Artikolu 16(3). Kull meta dawn il-prodotti jinbiegħu individwalment, huma jistgħu jiġu ttikkettati jew immarkati bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, sakemm dawn jkunu wkoll tikkettati b’mod inklużiv.

Artikolu 16

Derogi

1.   Ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 11, 13, 14 u 15 għandhom ikunu soġġetti għad-derogi previsti fil-paragrafi 2, 3, u 4 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-indikazzjoni tal-ismijiet ta’ fibri tat-tessuti jew tal-kompożizzjoni ta’ fibri fuq it-tikketti u l-immarkar tal-prodotti tat-tessuti elenkati fl-Anness V mhijiex meħtieġa.

Madankollu, fejn trademark jew isem ta’ intrapriża jkun fih, waħdu jew bħala għerq jew bħala aġġettiv, wieħed mill-ismijiet imniżżla fl-Anness I jew isem li jista’ jiġi konfuż miegħu, l-Artikoli 11, 13, 14 u 15 għandhom japplikaw.

3.   Fejn prodotti tat-tessuti mniżżla fl-Anness VI jkunu tal-istess tip u kompożizzjoni ta’ fibra, dawn jistgħu jkunu disponibbli fis-suq flimkien ma’ tikkettar inklużiv.

4.   Il-kompożizzjoni tal-fibra ta’ prodotti tat-tessuti mibjugħin bil-metru għandha tintwera biss fuq it-tul tar-romblu li jkun disponibbli fis-suq.

5.   Il-prodotti tat-tessuti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu diponibbli fis-suq b’tali mod li l-kompożizzjoni tal-fibra ta’ dawk il-prodotti tkun mgħarrfa għal kull xerrej fil-katina tal-forniment, inkluż il-konsumatur.

KAPITOLU 3

Sorveljanza tas-suq

Artikolu 17

Verifiki tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu verifiki dwar il-konformità tal-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti mal-informazzjoni mogħtija dwar il-kompożizzjoni tal-fibri ta’ dawk il-prodotti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri

1.   Għall-fini li tiġi determinata l-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti, il-verifiki msemmija fl-Artikolu 17 għandhom jitwettqu f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness VIII jew mal-istandards armonizzati li għandhom jiġu introdotti f’ dak l-Anness.

2.   Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kompożizzjonijiet tal-fibri stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 9, l-oġġetti elenkati fl-Anness VII m’għandhomx jitqiesu.

3.   Il-kompożizzjonijiet tal-fibri stabbilita fl-Artikoli 7, 8 u 9 għandha tiġi stabbiliti bl-applikazzjoni tar-rata miftehma xierqa għall-massa anidra ta’ kull fibra stabbilit fl-Anness IX, wara li jkunu tneħħew l-oġġetti msemmija fl-Anness VII.

4.   Kwalunkwe laboratorju responsabbli mill-ittestjar ta’ taħlitiet ta’ tessuti li għalihom mhemm l-ebda metodu ta’ analiżi uniformi fil-livell tal-Unjoni għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-fibri ta’ taħlitiet bħal dawn, filwaqt li jindika fir-rapport tal-analiżi, ir-riżultat miksub, il-metodu użat u, il-grad ta’ preċiżjoni tiegħu.

Artikolu 19

Tolleranzi

1.   Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti, it-tolleranzi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, u 4 għandhom japplikaw.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3), il-preżenza ta’ fibri estranji fil-kompożizzjoni tal-fibri li għandhom jingħataw f’konformità mal-Artikolu 9 m’għandhiex għalfejn tiġi indikata jekk il-perċentwali ta’ dawn il-fibri ma jilħaqx dawn il-valuri li ġejjin:

(a)

2 % tal-piż totali tal-prodott tat-tessuti, sakemm din il-kwantità tkun iġġustifikata bħala teknikament inevitabbli fil-prattika tajba tal-manifattura u ma tkunx ġiet miżjuda bħala kwistjoni ta’ rutina, jew;

(b)

5 % tal-piż totali fil-każ ta’ prodotti tat-tessuti li jkunu għaddew minn proċess ta’ tqardix, sakemm din il-kwantità tkun iġġustifikata bħala teknikament inevitabbli fil-prattika tajba tal-manifattura u ma tkunx miżjuda bħala materja ta’ rutina.

3.   Għandha tkun permessa tolleranza ta’ manifattura ta’ 3 % bejn il- kompożizzjoni tal-fibra ddikjarata li għandha tingħata f’konformità mal-Artikolu 9 u l-perċentwali miksuba mill-analiżi mwettqa f’konformità mal-Artikolu 18a, fir-rigward tal-piż totali tal-fibri li jidher fuq it-tikketta jew l-immarkar. Tolleranza bħal din għandha tapplika wkoll għal dan li ġej:

(a)

fibri li huma elenkati bl-ebda indikazzjoni tal-perċentwali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9(2);

(b)

il-perċentwali ta’ suf imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 8(2).

Għall-finijiet tal-analiżi, it-tolleranzi għandhom jiġu kkalkolati separatament. Il-piż totali li għandu jitqies fil-kalkolu tat-tolleranza msemmija f’dan il-paragrafu għandu jkun dak tal-fibri tal-prodott lest li minnu għandu jitnaqqas il-piż ta’ kwalunkwe fibri estranji misjuba meta tkun ġiet applikata t-tolleranza msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.   L-applikazzjoni kumulattiva tat-tolleranzi li jissemmew fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun permessa biss jekk xi fibri estranji misjuba b’analiżi, meta tiġi applikata t-tolleranza msemmija fil-paragrafu 2, ikunu tal-istess tip kimiku bħala waħda jew aktar mill-fibri murija fuq it-tikketta jew l-immarkar.

5.   Fil-każ ta’ prodotti tat-tessuti partikolari li għalihom il-proċess tal-manifattura jitlob tolleranzi ogħla minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza tolleranzi ogħla.

Qabel it-tqegħid tal-prodott tat-tessuti fis-suq, il-manifattur għandu jippreżenta talba għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni li tagħti raġunijiet suffiċjenti għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-manifattura u evidenza tagħhom. L-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss f’każijiet eċċezzjonali u fejn tingħata ġustifikazzjoni adatta mill-manifattur.

Jekk adatt, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 21 u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 22 u 23, il-kriterji tekniċi u r-regoli proċedurali għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

KAPITOLU 4

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 20

Atti ddelegati

1.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 21 u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 22 u 23, kriterji tekniċi u regoli proċedurali għall-aplikazzjoni tal-Artikolu 19(5), emendi għall-Annessi II, IV, V, VI, VII, VIII u IX, sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, u emendi għall-Anness I skont l-Artikolu 6.

2.   Meta tadotta atti ddelegati bħal dawn, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 20 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-… (9). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex f’konformità mal-Artikolu 22.

2.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Artikoli 22 u 23.

Artikolu 22

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha timpenja ruħha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega ta’ setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Oġġezzjonijiet għall-atti ddelegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat f’perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.

2.   Jekk, meta jiskadi dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att iddelegat.

Artikolu 24

Rappurtar

Sa … (10), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi fuq it-talbiet għal u l-adozzjoni tal-ismijiet il-ġodda ta’ fibri tat-tessuti.

Artikolu 25

Dispożizzjoni ta’ transizzjoni

Prodotti tat-tessuti li huma f’konformità mad-Direttiva 2008/121/KE u li tpoġġew fis-suq qabel … (11) jistgħu jkomplu jkunu disponibbli fis-suq sa … (12).

Artikolu 26

Tħassir

Id-Direttivi 73/44/KEE, 96/73/KE u 2008/121/KE huma b’dan imħassra b’effett minn … (11)

Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabelli ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-… (11).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 255, 22.9.2010, p. 37.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-6 ta’ Diċembru 2010. Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ ….

(3)  ĠU L 83, 30.3.1973, p. 1.

(4)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

(5)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.

(6)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(7)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(8)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(9)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(10)  5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

(11)  6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

(12)  Sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament


ANNESS I

Lista ta’ ismijiet tal-fibri tat-tessuti

(imsemmija fl-Artikolu 5)

Tabella 1

Numru

Isem

Deskrizzjoni tal-fibra

1

suf

fibri mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief (Ovis aries) jew taħlita ta’ fibri mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief u x-xagħar tal-annimali elenkati fil-punt 2

2

alpaka, ljama, ġemel, kaxmer, moher, vikunja angora, jak, guanako, kaxgora, kastur, lontra, segwiti jew le bil-kelma ‘suf’ jew “xagħar”

xagħar tal-annimali li ġejjin: alpaka, ljama, ġemel, mogħża tal-kaxmer, mogħża tal-angora, fenek tal-angora, vikunja, jak, guanako, mogħża tal-kaxgora, kastur, lontra

3

xagħar tal-annimal jew taż-żiemel, bi jew mingħajr indikazzjoni tat-tip ta’ annimal (eż. xagħar tal-merħla, xagħar tal-mogħża komuni, xagħar taż-żiemel)

xagħar ta’ diversi annimali mhux imsemmija taħt 1 u 2

4

ħarir

fibra miksuba esklużivament minn insetti li jobżqu l-ħarir

5

qoton

fibra miksuba mill-ifsdqa tal-pjanta tal-qoton (Gossypium)

6

kapok

fibra miksuba mill-intern tal-frotta tal-kapok (Ceiba pentandra)

7

kittien (jew għażel)

fibra miksuba mill-qalba tal-pjanta tal-kittien (Linum usitatissimum)

8

qanneb ġenwin

fibra miksuba mill-qalba tal-qanneb (Cannabis sativa)

9

ġuta

fibra miksuba mil-qalba tal-Corchorus olitorius u l-Corchorus capsularis. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fibri tal-qalba miksuba minn l-ispeċi li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-ġuta: Hibiscus cannabinus, Hibiscus sabdariffa, Abutilon avicennae, Urena lobata, Urena sinuata

10

abaka (Qanneb ta’ Manila)

fibra miksuba mill-weraq ta’ barra tal-Musa textilis

11

alfa

fibra miksuba mill-weraq tal-iStipa tenacissima

12

kajjar (ġewż tal-Indi)

fibra miksuba mill-frotta tal-Cocos nucifera

13

ġummar

fibra miksuba mill-qalba tas-Cytisus scoparius u/jew tal-iSpartium Junceum

14

rami

fibra miksuba mill-qalba tal-Boehmeria nivea u l-Boehmeria tenacissima

15

sisal

fibra miksuba mill-weraq tal-Agave sisalana

16

Sunn

fibra mill-qalba tal-Crotalaria juncea

17

Sabbara

fibra mill-qalba tal-Agave fourcroydes

18

Maguey

fibra mill-qalba tal-Agave cantala


Tabella 2

Numru

Isem

Deskrizzjoni tal-fibra

19

aċetat

fibra tal-aċetat taċ-ċelluluża fejn inqas minn 92 % imma tal-inqas 74 % tal-gruppi hydroxyl huma aċetilatati

20

alġinat

fibra miksuba minn imluħa metalliċi u l-aċidu alġiniku

21

kupro

fibra taċ-ċelluluża riġenerata miksuba bil-proċess cuprammonium

22

modal

fibra taċ-ċelluloża riġenerata miksuba minn proċess visk modifikat li għandu saħħa qawwija li jkisser u modulu għoli ta’ tixrib. Is-saħħa ta’ tkissir (BC) fl-istat ikkondizzjonat u l-forza ((BM) meħtieġa għall-produzzjoni ta’ titwil ta’ 5 % fi stat imxarrab huma:

 

Formula

 

Formula

fejn T hija d-densità lineari medja f’decitex

23

proteina

fibra miksuba minn sostanzi ta’ proteina naturali riġenerati u stabbilizzati permezz tal-azzjoni ta’ aġenti kimiċi

24

triaċetat

fibra tal-aċetat taċ-ċelluloża fejn tal-inqas 92 % tal-gruppi hydroxyl huma aċetilitati

25

visk

fibra taċ-ċelluluża riġenerata miksuba bil-proċess visk għal fibra tal-filament u fibra diskontinwa

26

akrilik

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari li jinkludu tal-inqas 85 % (tal-piż) fil-katina tal-mudell acrylonitrilic

27

chlorofibre

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li jkollhom fil-katina tagħhom aktar minn 50 % tal-piż ta’ unitajiet monomeriċi ta’ vinil klorinat u vinilidene klorinat

28

fluorofibre

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari magħmula minn monomeri fluorcarbon aliphatic

29

modakrilik

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li jkollhom fil-katina tagħhom aktar minn 50 % u inqas minn 85 % (tal-piż) tal-mudell acrylonitrilic

30

poliamide jew najlon

fibra magħmula minn makromollikuli sintetiċi lineari li jkollhom fit-katina rabtiet rikorrenti ma’ amide li minnu tal-inqas 85 % huwa magħqud ma’ unitajiet alifatiċi jew ċikloalifatiċi

31

aramid

fibri magħmulin minn makromollikuli lineari sintetiċi magħmula minn gruppi aromatiċi magħqudin b’rabtiet ta’ amide jew imide, li minnhom tal-inqas 85 % huma magħqudin direttament ma’ żewġ ċrieki aromatiċi u bin-numru ta’ konnessjonijiet ta’ imide, jekk preżenti, ma jaqbżix in-numru ta’ konnessjonijiet ta’ amide

32

polyimide

fibri ffurmati minn makromollikuli sintetiċi lineari li fit-taħlita fihom unitajiet ripetuti ta’ imide

33

lyocell

fibra taċ-ċelluloża riġenerata miksuba mit-tidwib, u proċess ta’ solvent organiku (taħlita ta’ kimiċi organiċi u ilma) b’tidwir, mingħajr ma jifformaw derivati

34

polylactide

fibra magħmula minn makromollikuli lineari- li jkollhom fil-katina tal-inqas 85 % (f’massa) ta’ unitajiet ta’ esteri ta’ aċidu lattiku derivati minn zokkor naturali, u li jkollhom temperatura li fiha jdubu ta’ tal-inqas 135 °C

35

poliester

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari li jkun fihom tal-inqas 85 % (tal-piż) fil-katina ta’ ester ta’ aċidu diol u tereftaliku

36

polyethylene

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari ta’ idrokarbonju saturizzat allifatiku mhux sostitwit

37

polipropilene

fibra ffurmata minn makromollikulu linejari ta’ idrokarbonju saturizzat alifatiku fejn atomu wieħed tal-karbonju minn kull tnejn iġorr methyl side chain fid-dispożizzjoni isotattika u mingħajr aktar sostituzzjoni

38

polyicarbamide

fibra ffurmuta minn makromolekuli lineari li jkollhom fil-katina l-grupp funzjonali tal-ureylene rikorrenti (NH—CO—NH)

39

poliurethane

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari magħmula minn ktajjen bil-grupp funzjonali tal-urethane rikorrenti

40

vinilal

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li l-katina tagħhom hija magħmula bil-poly(alkoħol tal-vinil) b’livelli differenti ta’ aċetalizzazzjoni

41

trivinil

fibra ffurmata minn acrylonitrile terpolymer, monomer ta’ vinil klorinat u t-tielet monomeru tal-vinil, li l-ebda wieħed minnhom ma jirrappreżenta daqs 50 % tal-piż totali

42

elastodiene

elastofibre magħmul minn polyisoprene naturali jew sintetiku, jew magħmul minn dienes polimerizzat wieħed jew aktar bi jew mingħajr monomeru tal-vinil wieħed jew aktar, u li, meta miġbud għal tliet darbiet it-tul oriġinali tiegħu u rilaxxat, jirkupra minnufih u b’mod sostanzjali t-tul inizjali tiegħu

43

elastane

elastofibre magħmul minn tal-inqas 85 % (tal-piż) ta’ polyurethane segmentat u li, meta miġbud għal tliet darbiet it-tul oriġinali tiegħu u rilaxxat, jirkupra minnufih u b’mod sostanzjali t-tul inizjali tiegħu

44

fibra tal-ħġieġ

fibra magħmula mill-ħġieġ

45

elastomultiester

fibra fformata b’azzjoni bejn makromollikuli lineari kimikament distinti f’żewġ fażijiet jew aktar (li minnhom l-ebda wieħed ma jaqbeż il-85 % tal-piż ) u li fiha gruppi ta’ esteri bħala l-unità funzjonali dominanti (tal-inqas 85 %) u li, wara trattamemt adatt meta miġbuda għal darba u nofs it-tul oriġinali u rilaxxata, tirkupra malajr u b’mod sostanzjali għat-tul inizjali tagħha

46

elastolefin

fibri magħmulin minn tal-inqas 95 % (tal-piż) tal-makromollikuli mmaljati salib parzjalment, magħmulin mill-ethylene u tal-inqas minn olefin wieħed ieħor u li, meta miġbudin darba u nofs it-tul oriġinali tagħhom u rilaxxati, jirkupraw malajr u b’mod sostanzjali għat-tul oriġinali tagħhom

47

melamine

fibra magħmula minn tal-inqas 85 % tal-piż tal-makromollikuli mmaljati salib magħmula mid-derivati tal-melamina

48

isem li jikkorrispondi għall-materjali li minnhom huma magħmula l-fibri, eż. metall (metalliku, metallizzat), asbestos, karta, li jsegwu jew il-kelma “ħjut” jew “fibra”

fibri miksubin minn materjali mixxellanji jew ġodda mhux elenkati hawn fuq


ANNESS II

Rekwiżiti minimi biex fajl tekniku jiġi inkluż fl-applikazzjoni għal isem ġdid ta' fibra tat-tessuti

(imsemmi fl-Artikolu 6)

Fajl tekniku li għandu jiġi mehmuż ma' applikazzjoni għall-inklużjoni ta' isem ġdid ta' fibra fil-lista stabbilita fl-Anness I, kif previst fl-Artkolu 6, għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

Isem propost tal-fibra tat-tessuti:

L-isem propost għandu jkun relatat mal-kompożizzjoni kimika u għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-fibra, jekk adatt. L-isem propost għandu jkun ħieles minn kwalunkwe dritt ta' proprjetà intelletwali u m’għandux ikun marbut mal-manifattur.

(2)

Definizzjoni proposta tal-fibra tat-tessuti:

Il-karatteristiċi msemmija fid-definizzjoni tal-fibra tat-tessuti l-ġdida, bħall-elastiċità, għandhom ikunu verifikabbli permezz ta' metodi ta' ttestjar li għandhom jingħataw mal-fajl tekniku flimkien mar-riżultati esperimentali tal-analiżi.

(3)

Identifikazzjoni tal-fibra tat-tessuti: formula kimika, differenzi mill-fibri tat-tessuti eżistenti, flimkien ma’, fejn rilevanti, data dettaljata bħall-punt tat-tidwib, id-densità, l-indiċi rifrattiv, l-aġir fi ħruq u l-ispettru FTIR.

(4)

Livell miftiehem propost li għandu jintuża għall-kalkolu tal-kompożizzjoni tal-fibri.

(5)

Metodi ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni żviluppati suffiċjentement, inkluża data esperimentali:

 

L-applikant għandu jevalwa l-possibbiltà li juża l-metodi elenkati fl-Anness VIII jew l-istandards armonizzati li għandhom jiġu introdotti f’dak l-Anness biex janalizza t-taħlitiet kummerċjali l-aktar mistennija tal-fibra l-ġdida tat-tessuti ma' fibri oħra tat-tessuti u għandu jipproponi tal-inqas waħda minn dawn il-metodi. Għal dawk il-metodi jew l-istandards armonizzati fejn il-fibra tat-tessuti tista’ titqies bħala komponent li ma jdubx, l-applikant għandu jevalwa l-fatturi ta' korrezzjoni tal-piż tal-fibra l-ġdida tat-tessuti. Id-data esperimentali kollha għandha tiġi ppreżentata mal-applikazzjoni.

 

Jekk il-metodi elenkati f’dan ir-Regolament mhumiex adattati, l-applikant għandu jipprovdi raġunament adegwat u jipproponi metodu ġdid.

 

L-applikazzjoni għandu jkuna d-data esperimentali għall-metodi proposti. Data dwar il-preċiżjoni, ir-robustezza u r-ripetittività tal-metodi għandha tingħata mal-fajl.

(6)

Informazzjoni addizzjonali li tappoġġa l-applikazzjoni: proċess ta' produzzjoni, rilevanza għall-konsumatur.

(7)

Il-manifattur jew kwalunkwe persuna li taġixxi f’ismu għandha tipprovdi kampjuni rappreżentattivi tal-fibra tat-tessuti pura l-ġdida u t-taħlitiet rilevanti tal-fibra tat-tessuti meħtieġa għat-twettiq tal-validazzjoni tal-metodi ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni proposti. Il-Kummissjoni tista’ titlob kampjuni addizzjonali ta' taħlitiet ta' fibri rilevanti mill-manifattur jew il-persuna li taġixxi f’ismu.


ANNESS III

Ismijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)

—   bil-Bulgaru: “необработена вълна”

—   bl-Ispanjol: “lana virgen” jew “lana de esquilado”

—   biċ-Ċek: “střižní vlna”

—   bid-Daniż: “ren, ny uld”

—   bil-Ġermaniż: “Schurwolle”

—   bl-Estonjan: “uus vill”

—   bl-Irlandiż: “olann lomra”

—   bil-Grieg: “παρθένο μαλλί”

—   bl-Ingliż: “fleece wool” jew “virgin wool”

—   bil-Franċiż: “laine vierge” jew “laine de tonte”

—   bit-Taljan: “lana vergine” jew “lana di tosa”

—   bil-Latvjan: “pirmlietojuma vilna” jew “cirptā vilna”

—   bil-Litwanjan: “natūralioji vilna”

—   bl-Ungeriż: “élőgyapjú”

—   bil-Malti: “suf verġni”

—   bl-Olandiż: “scheerwol”

—   bil-Pollakk: “żywa wełna”

—   bil-Portugiż: “lã virgem”

—   bir-Rumen: “lână virgină”

—   bis-Slovakk: “střižná vlna”

—   bis-Sloven: “runska volna”

—   bil-Finlandiż: “uusi villa”

—   bl-Isvediż: “ny ull”


ANNESS IV

Dispożizzjonijiet speċjali għat-tikkettar u l-immarkar ta' ċerti prodotti tat-tessuti

(imsemmija fl-Artikolu 12)

Prodotti

Dispożizzjonijiet ta' tikkettar u mmarkar

1.

Il-prodotti tal-kriepet li ġejjin:

Il-kompożizzjoni tal-fibri għandha tiġi indikata fuq it-tikketta u l-immarkar billi tingħata l-kompożizzjoni tal-prodott kollu jew, inklużivament jew separatament, il-kompożizzjoni tal-komponenti elenkati rispettivament:

(a)

Riċipetti

id-drapp ta' barra u ta' ġewwa tal-wiċċ tal-boroż u d-dahar;

(b)

Kriepet u ħżim

il-panewijiet ta' quddiem, ta' wara u tal-ġnub;

(c)

Corselettes

id-drapp ta' barra u ta' ġewwa tal-wiċċ tal-boroż, il-panewijiet webbiesa ta' quddiem u ta' wara u l-panewijiet tal-ġnub

2.

Prodotti oħra tal-kriepet mhux elenkati hawn fuq

Il-kompożizzjoni tal-fibri għandha tiġi indikata billi tingħata l-kompożizzjoni tal-prodott kollu jew, inklużivament jew separatament, il-kompożizzjoni tal-komponenti varji tal-prodotti. Tikkettar bħal dan m’għandux ikun obbligatorju għall-komponenti li jirrapreżentaw inqas minn 10 % tal-piż totali tal-prodott

3.

Il-prodotti kollha tal-kriepet

Tikkettar u mmarkar separat tad-diversi partijiet tal-prodotti tal-kriepet għandu jsir b’tali mod li l-konsumatur […]ikun jista’ jifhem faċilment għal liema parti tal-prodott tirreferi l-informazzjoni fuq it-tikketta jew l-immarkar

4.

Tessuti stampati b’inċiżjoni

Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi jiġu ddikjarati separatament il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku u dik tal-partijiet inċiżi. Dawk il-komponenti għandhom jissemmew b’isimhom

5.

Tessuti rrakkmati

Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi jiġu ddikjarati separatament il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku u dik tal-ħajt tar-rakkmu. Dawk il-komponenti għandhom jissemmew b’isimhom. Tikkettar jew immarkar bħal dan huwa obbligatorju biss għall-partijiet irrakkmati li jammontaw għal tal-inqas 10 % tal-wiċċ tal-prodott

6.

Ħjut li jikkonsistu minn qalba u kisja magħmula minn fibri differenti u magħmula disponibbli fuq is-suq bħala tali lill-konsumatur

Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi tiġi ddikjarata l-kompożizzjoni tal-qalba u tal-kisja separatament. Dawk il-komponenti għandhom jissemmew b’isimhom

7.

Tessuti tal-bellus u tal-filpa, jew tessuti li jixbħu l-bellus jew il-filpa

Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott sħiħ, u fejn il-prodott ikun fih dahar distint u wiċċ tal-użu magħmul minn fibri differenti, din tista’ tiġi ddikjarata separatament għal dawk il-komponenti. Dawk il-komponenti għandhom jissemmew b’isimhom

8.

Kisi tal-art u twapet li d-dahar u l-wiċċ tal-użu tagħhom huma magħmula minn fibri differenti

Il-kompożizzjoni tal-fibra tista’ tiġi ddikarata għall-wiċċ tal-użu waħdu. Il-wiċċ tal-użu għandu jissemma b’ismu


ANNESS V

Prodotti tat-tessuti li għalihom t-tikkettar jew l-immarkar mhuwiex obbligatorju

(imsemmija fl-Artikolu 16(2))

1.

Faxex tal-kmiem

2.

Ċineg tal-arloġġi magħmulin minn materjali tat-tessuti

3.

Tikketti u badges

4.

Ingwanti imbottiti għall-irfigħ ta’ oġġetti sħan ta’ materjali tat-tessuti

5.

Għata tal-kafè

6.

Għata tat-te

7.

Protezzjoni tal-kmiem

8.

Manxò (muffs) għajr dawk magħmula mid-drapp tal-pil

9.

Fjuri artifiċjali

10.

Kuxxinetti tal-labar

11.

Kanvas miżbugħ

12.

Prodotti tat-tessuti bħala bażi jew drappijiet minn taħt jew fursetti

13.

Feltri

14.

Prodotti antiki tat-tessuti ffabbrikati, fejn huma ddikjarati espliċitament bħala tali

15.

Takkalji

16.

Ippakkjar, mhux ġdid u mibjugħ bħala tali

17.

Kpiepel tal-feltru

18.

Reċipjenti li huma rotob u mingħajr bażi, partijiet magħmulin minn sarrag, jew minn materjali tat-tessuti

19.

Oġġetti tal-vjaġġi magħmulin minn materjal tat-tessuti

20.

Tapezzeriji rrakkmati bl-idejn, lesti jew mhux lesti, u materjali għall-produzzjoni tagħhom, li jinkludu ħjut tal-irrakkmar, mibjugħin separatament mill-kanvas u ppreżentati b’mod speċjali biex jintużaw f’tapezzeriji bħal dawn

21.

Żippijiet

22.

Buttuni u bokkli miksija b’materjali tat-tessuti

23.

Kisi tal-kotba magħmulin minn materjal tat-tessuti

24.

Ġugarelli

25.

Partijiet tat-tessuti ta’ xedd tas-saqajn

26.

Sottoplatti li jkollhom diversi komponenti u arja tal-wiċċ ta’ mhux aktar minn 500 cm2

27.

Ingwanti u ċraret tal-forn

28.

Għata tal-bajd

29.

Kaxex tal-make-up

30.

Boroż tat-tabakk magħmulin minn materjal tat-tessuti

31.

Kaxex magħmulin minn materjal tat-tessuti għan-nuċċalijiet, is-sigarretti u s-sigarri, il-lajters u l-pettnijiet

32.

Kisi għal telefonija mobbli u mezzi tal-medja portabbli b’wiċċ ta’ mhux aktar minn 160 cm2

33.

Tagħmir ta’ protezzjoni użat fl-isports bl-eċċezzjoni tal-ingwanti

34.

Kaxex tat-twaletta

35.

Kaxex għat-tindif taż-żraben

36.

Prodotti tal-funerali

37.

Prodotti li jintremew wara l-użu, bl-eċċezzjoni tat-tajjar

38.

Prodotti tat-tessuti soġġetti għar-regoli tal-Farmakopija Ewropea u koperti b’referenza għal dawk ir-regoli, faxex għal użu mediku u ortopediku li ma jintremewx wara l-użu u prodotti ortopediċi tat-tessuti ġenerali

39.

Prodotti tat-tessuti inklużi ċwiemi, ħbula u spag, soġġetti għal punt 12 tal-Anness VI normalment maħsuba:

(a)

għal użu bħala komponenti ta’ apparat fil-manifattura u fl-ipproċessar ta’ oġġetti;

(b)

għal inkorporazzjoni f’magni, stallazzjonijiet domestiċi (eż. tisħin, arja kundizzjonata jew dawl) u apparat ieħor, vetturi u mezzi oħra tat-trasport, jew għat-tħaddim, il-manutenzjoni jew l-apparat tagħhom, għajr għata ta’ tarpolin u aċċessorji tat-tessuti ta’ vetturi b’magna mibjugħin separatament mill-vettura

40.

Prodotti tat-tessuti għal skopijiet ta’ protezzjoni u ta’ sikurezza bħal ċintorini tas-sigurtà, paraxutijiet, ġkieket tas-salvataġġ, siġġijiet ta’ emerġenza, apparat għat-tifi tan-nar, ġkieket għal kontra l-bulits u lbies protettiv speċjali (eż: protezzjoni kontra n-nar, kontra sostanzi kimiċi u perikoli oħra għas-sigurtà)

41.

Strutturi mirfudin fl-arja (eż: swali tal-isport, stands tal-wirjiet jew faċilitajiet ta’ ħżin), sakemm jiġu pprovduti d-dettalji tar-rendimenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dawn il-prodotti

42.

Qlugħ

43.

Għata tal-annimali

44.

Bnadar u bandalori


ANNESS VI

Prodotti tat-tessuti li għalihom t-tikkettar u l-immarkar inklużiv huwa suffiċjenti

(imsemmija fl-Artikolu 16(3))

1.

Biċċiet tal-art

2.

Ċraret tat-tindif

3.

Tberfil u tirqim

4.

Passementerie

5.

Ċintorini

6.

Ċineg

7.

Takkalji u ġarrettieri

8.

Lazzijiet taż-żraben u tal-boots

9.

Żigarelli

10.

Lastiku

11.

Ippakkjar ġdid mibjugħ bħala tali

12.

Spag tal-ippakkjar u tal-agrikoltura; spag, kordaġġ u ħbula għajr dawk li jaqgħu taħt il-punt 39 tal-Anness V (1)

13.

Sottoplatti

14.

Imkatar

15.

Xbieki tax-xagħar

16.

Ingravajjet u ċfuf għat-tfal

17.

Vavalori, ingwanti tal-ħasil u flanelli tal-wiċċ

18.

Ħjut tal-ħjata, tat-tiswija u tar-rakkmu ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet żgħar b’piż nett ta' gramma waħda jew inqas

19.

Tejp għall-purtieri u persjani u xaters


(1)  Għall-prodotti li jaqgħu taħt dan il-puntu li jinbiegħu f’biċċiet maqtugħin, it-tikkettar inklużiv għandu jkun dak tar-rukkell. Il-kordaġġ u l-ħbula li jaqgħu taħt dan il-punt jinkludu dawk użati fit-tlugħ u l-inżul tal-muntanji u l-isports tal-baħar.


ANNESS VII

Oġġetti li m’għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri

(imsemmija fl-Artikolu 18(2))

Prodotti

Oġġetti esklużi

a)

Il-prodotti kollha tat-tessuti

(i)

Partijiet mhux tessuti, ċmusa, tikketti, badges, borduri u tirqim li ma jiffurmawx parti integrali mill-prodott, buttuni u bokkli miksijin bil-materjal tat-tessuti, aċċessorji, dekorazzjonijiet, żigarelli mhux tal-lastiku, ħjut elastiċi u ċineg miżjuda f’punti speċifiċi u limitati tal-prodott u, soġġetti għall-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 10, fibri viżibbli, iżolabbli li huma purament fibri dekorattivi u fibri b’effett antistatiku

(ii)

Sostanzi grassi, tberfil, piżijiet, daqsijiet u dressings, prodotti li ma jgħaddix l-ilma minnhom, prodotti addizzjonali ta’ żebgħa u ta’ stampar u prodotti oħra tal-ipproċessar tat-tessuti

b)

Kisi tal-art u twapet

Il-komponenti l-oħra kollha għajr tal-wiċċ tal-użu

c)

Drappijiet tal-kisi

Meddijiet u tgħamiet tat-tberfil u tal-mili li ma jiffurmawx parti mill-wiċċ tal-użu

d)

Dendil u purtieri

Meddijiet u tgħamiet tat-tberfil u tal-mili li mhumiex parti min-naħa t-tajba tad-drapp

e)

Kalzetti

Ħjut tal-lastiku addizzjonali użati fil-pulzieri u l-fursetti u l-ħajt ta’ rinfurzar fis-swaba’ tas-saqajn u fl-għarqub

f)

Tajts

Ħjut tal-lastiku addizzjonali użati fiċ-ċinturin u l-fursetti u l-ħajt ta’ rinfurzar fis-swaba tas-saqajn u fl-għarqub

g)

Prodotti oħra tat-tessuti għajr dawk taħt il-punti b) sa f)

Id-drapp bażiku jew ta’ taħt, fursetti u rinforzamenti, inter-linings u qiegħ tal-kanvas, ħjut tal-ħjata u tal-assemblaġġ sakemm ma jissostitwixxux il-medd u/jew it-tgħama tad-drapp, mili li ma għandux funzjoni ta’ iżolazzjoni u, soġġetta għall-Artikolu 11(2a), inforra.

Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni:

(i)

il-bażi tal-materjal ta’ taħt ta’ prodotti tat-tessuti li sservi bħala qiegħ għall-wiċċ tal-użu, b’mod partikolari fi gvieret u drappijiet doppji, u bħala qiegħ għal drappijiet tal-bellus u tal-filpa u prodotti simili m’għandhomx jitqiesu bħala qigħan li għandhom jitwarrbu;

(ii)

“fursetti u rinforzamenti” jfissru ħajt jew materjali miżjuda f’punti speċifiċi u limitati tal-prodotti tat-tessuti biex isaħħuhom jew jagħtuhom riġidità jew ħxuna


ANNESS VIII

Metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ fibri ta’ tessuti binarji u ternarji

(imsemmija fl-Artikolu 18(1))

KAPITOLU 1

I.   Tħejjijiet ta’ kampjuni ta’ ttestjar u eżemplari ta’ testijiet tal-laboratorju biex jiddeterminaw il-kompożizzjoni ta’ fibri tal-prodotti tat-tessuti

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-Kapitolu jagħti proċeduri għall-kisba ta’ kampjuni tat-testijiet tal-laboratorju ta’ daqs tajjeb għal trattament minn qabel għal analiżi kwantitattiva (jiġifieri għal piż li ma jaqbiżx il-100 g) minn kampjuni tal-laboratorju f’lott, u għall-għażla ta’ eżemplari ta’ testijiet minn kampjuni ta’ ttestjar tal-laboratorju li jkunu ġew ittrattati minn qabel biex titneħħa l-materja mhux fibruża (1).

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Sors tal-lott

Il-kwantità ta’ materjal li tiġi vvalutata fuq il-bażi ta’ sensiela waħda ta’ riżultati ta’ test. Dan jista’ jkun fih, pereżempju, il-materjal kollu f’kunsinna waħda ta’ drapp; id-drapp kollu minsuġ minn mitwa partikolari; kunsinna ta’ ħajt, balla jew grupp ta’ balel ta’ fibra mhux maħduma.

2.2.   Kampjun tal-lott tal-laboratorju

Il-porzjon tas-sors tal-lott meħud biex ikun rappreżentattiv tal-kunsinna kollha, u li jkun disponibbli għal-laboratorju. Id-daqs u n-natura tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju għandhom ikunu biżżejjed biex jegħlbu b’mod adegwat il-varjabilità tas-sors tal-lott u biex jiffaċilitaw in-nuqqas ta’ xkiel biex jiġi ttrattat fil-laboratorju (2).

2.3.   Kampjun ta’ test tal-laboratorju

Dak il-porzjon tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju li jiġi soġġett għal trattament minn qabel biex titneħħa materja mhux fibruża, u li minnu jittieħdu kampjuni tat-test. Id-daqs u n-natura tal-kampjun ta’ test tal-laboratorju għandhom ikunu biżżejjed biex jegħlbu b’mod adegwat il-varjabilità tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju (3).

2.4.   Kampjun ta’ test

Il-porzjon tal-materjal meħtieġ biex jagħti riżultat tat-test individwali, u magħżul mill-kampjun ta’ test tal-laboratorju.

3.   PRINĊIPJU

Il-kampjun ta’ test tal-laboratorju jintagħżel biex ikun rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju.

L-eżemplari ta’ test jittieħdu mill-kampjun tat-test tal-laboratorju b’tali mod li kull wieħed minnhom ikun rappreżentattiv tal-kampjun tat-test tal-laboratorju.

4.   TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN FIBRI MAĦLULA

4.1.   Fibri mhux orjentati

Ikseb il-kampjun tat-test tal-laboratorju billi tagħżel b’mod każwali mostri mill-eżemplari tal-lott tal-laboratorju. Ħallat sewwa l-kampjun kollu tat-test tal-laboratorju permezz ta’ moxt tal-laboratorju (4). Għaddi n-nisġa jew it-taħlita, inklużi l-fibri maħlula u l-fibri li jeħlu mat-tagħmir użat għat-taħlit minn trattament li jsir qabel. Imbagħad agħżel eżemplari ta’ test, fi proporzjon tal-piż rispettivi tagħhom, min-nisġa jew mit-taħlita, mill-fibri maħlula u mill-fibri li jeħlu mat-tagħmir.

Jekk in-nisġa mimxuta tibqa’ intatta wara t-trattament minn qabel, agħżel l-eżemplari ta’ test bil-mod deskritt f’4.2. Jekk in-nisġa mimxuta tiġi ddisturbata mit-trattament minn qabel, agħżel kull eżemplari ta’ test billi tneħħi b’mod każwali tal-inqas 16-il mostra żgħira ta’ daqs tajjeb u li bejn wieħed u ieħor ikunu tal-istess daqs u mbagħad għaqqadhom.

4.2.   Fibri orjentati, (mxat, nsiġ, frak, truf)

Minn partijiet magħżula b’mod każwali mill-kampjun tal-lott tal-laboratorju aqta’ mhux inqas minn 10 strixxi kull waħda ta’ piż bejn wieħed u ieħor ta’ 1 g. Għaddi l-kampjuni tat-test tal-laboratorju li ġew iffurmati minn trattament li jsir qabel. Erġa’ għaqqad l-istrixxi billi tpoġġihom ġenb maġenb u ikseb l-eżemplari ta’ test billi taqta’ minnhom biex hekk tieħu porzjon minn kull wieħed mill-10 tulijiet.

5.   ĦAJT GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

5.1.   Ħajt f’pakketti jew tal-piż

Ittestja l-pakketti kollha fil-kampjun tal-lott tal-laboratorju.

Neħħi t-tulijiet indaqs kontinwi xierqa minn kull pakkett jew billi tkebbeb marelli tal-istess numru ta’ dwawar fuq rukkell (5), jew b’xi mezz ieħor. Għaqqad it-tulijiet ġenb maġenb jew bħala marella waħda jew inkella bħala stoppa biex tifforma kampjun tat-test tal-laboratorju, waqt li tiżgura li hemm tulijiet ugwali minn kull pakkett fil-marella jew fl-istoppa.

Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju soġġett għal trattament minn qabel.

Ħu eżemplari ta’ test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju billi taqta’ mazz ħjut tal-istess daqs mill-marella jew stoppa, waqt li toqgħod attent li l-mazz ikun fih il-ħajt kollu fil-kampjun.

Jekk it-teks tal-ħajt huwa t u n-numru tal-pakketti magħżula mill-kampjun tal-lott tal-laboratorju huwa n, allura biex tikseb il-kampjun tat-test ta’ 10 g, it-tul ta’ ħajt li għandu jitneħħa minn kull pakkett huwa ta’ 106/nt cm.

Jekk l-nt jkun għoli, jiġifieri iktar minn 2 000, kebbeb marella itqal u aqtagħha minn żewġ postijiet biex tagħmel stoppa ta’ massa adegwata. It-truf ta’ kwalunkwe kampjun f’forma ta’ stoppa għandhom jintrabtu sew qabel it-trattament minn qabel u l-eżemplari tat-test għandhom jittieħdu minn post ’il bogħod mill-post tal-irbit.

5.2.   Ħajt fuq medd

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju billi taqta’ tul mit-tarf tal-medd, mhux inqas minn 20 cm fit-tul u li jinkludu l-ħjut kollha fil-medd għajr il-ħjut tat-tarf li jiġu mwarrba. Orbot il-mazz ta’ ħjut flimkien qrib tarf minnhom. Jekk il-kampjun ikun kbir wisq għal trattament minn qabel bħala ħaġa sħiħa aqsmu f’żewġ porzjonijiet jew aktar, kull wieħed marbut għal trattament minn qabel, u erġa’ għaqqad il-porzjonijiet wara li kull wieħed ikun ġie trattat minn qabel separatament. Ħu kampjun tat-test billi taqta’ tul tajjeb mill-kampjun tat-test tal-laboratorju mit-tarf ’il bogħod mill-għoqda, u waqt li tgħaqqad il-ħjut kollha fil-medd. Għal medd ta’ ħjut N ta’ teks t, it-tul ta’ kampjun ta’ piż 1 g huwa ta’ 105/Nt cm.

6.   DRAPP GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

6.1.   Minn kampjun tal-lott tal-laboratorju li jikkonsisti f’qatgħa unika rappreżentattiva tad-drapp

Aqta’ strixxa djagonali minn rokna għal oħra u neħħi t-truf. Din l-istrixxa hija l-kampjun tat-test tal-laboratorju. Biex tikseb kampjun tat-test tal-laboratorju ta’ x g, id-daqs tal-istrixxa għandu jkun ta’ x104/G cm2 fejn G huwa l-piż tad-drapp f’g/m2.

Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju soġġett għat-trattament minn qabel u mbagħad aqta’ l-istrixxa b’mod trasversali f’erba’ tulijiet indaqs u poġġihom fuq xulxin. Ħu kampjuni tat-test minn kwalunkwe parti tal-materjal f’saffi billi taqta’ mis-saffi kollha biex b’hekk kull kampjun ikun fih tul ugwali ta’ kull saff.

Jekk id-drapp għandu disinn minsuġ, agħmel li l-wisa’ tal-kampjun tat-test tal-laboratorju, imkejla b’mod parallel għad-direzzjoni tal-medd, tkun mhux inqas minn repetizzjoni waħda tal-medd tad-disinn. Jekk b’din il-kondizzjoni sodisfatta, il-kampjun tat-test tal-laboratorju jkun kbir wisq biex jiġi ttrattat kollu f’salt, aqtgħu f’partijiet ugwali, ittrattahom separatament minn qabel, u poġġi fuq xulxin dawn il-partijiet qabel l-għażla ta’ kampjun tat-test, waqt li toqgħod attent li l-partijiet li jikkorrispondu tad-disinn ma jikkoinċedux.

6.2.   Minn kampjun tal-lott tal-laboratorju magħmul minn diversi qatgħat

Ittratta kull qatgħa kif deskritt f’6.1, u agħti kull riżultat separatament.

7.   TEĦID TA’ KAMPJUNI TA’ PRODOTTI MAGĦMULA U LESTI

Il-kampjun tal-lott tal-laboratorju huwa normalment prodott magħmul u lest għal kollox jew frazzjoni rappreżentattiva ta’ wieħed.

Fejn xieraq agħti l-perċentwali tal-partijiet differenti tal-prodott li m’għandhomx l-istess kontenut ta’ fibra, biex tivverifika l-konformità mal-Artikolu 11.

Agħżel kampjun tat-test tal-laboratorju rappreżentattiv tal-parti tal-prodott magħmul u lest, li l-kompożizzjoni tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta. Jekk il-prodott ikollu diversi tikketti, agħżel kampjuni tat-test tal-laboratorju rappreżentattivi għal kull parti li tikkorrispondi għat-tikketta mogħtija.

Jekk il-prodott li l-kompożizzjoni tiegħu għad trid tiġi ddeterminata mhuwiex uniformi, jista’ jkun meħtieġ li tagħżel il-kampjuni tat-test tal-laboratorju minn kull waħda mill-partijiet tal-prodott u li tiddetermina l-proporzjonijiet relattivi tad-diversi partijiet rigward il-prodott kollu kkonċernat.

Imbagħad ikkalkula l-perċentwali waqt li jitqiesu l-proporzjonijiet relattivi tal-partijiet tal-kampjuni meħudin.

Agħmel il-kampjuni tat-test tal-laboratorju soġġetti għal trattament minn qabel.

Imbagħad agħżel kampjuni tat-test rappreżentattivi tal-kampjuni tat-test tal-laboratorju ttrattati minn qabel.

II.   Introduzzjoni għall-metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ fibri tat-tessuti

Il-metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ fibri huma bbażati fuq żewġ proċessi ewlenin, is-separazzjoni manwali u s-separazzjoni kimika tal-fibri.

Il-metodu ta’ separazzjoni manwali għandu jintuża kull meta jkun possibbli minħabba li ġeneralment jagħti riżultati aktar preċiżi mill-metodu kimiku. Jista’ jintuża għat-tessuti kollha li l-fibri komponenti tagħhom ma jiffurmawx taħlita intima, bħala pereżempju fil-każ tal-ħajt kompost minn diversi elementi li kull wieħed minnhom huwa magħmul minn tip wieħed ta’ fibra biss, jew tessuti li l-fibra fihom tal-medd hija ta’ tip differenti għal dik tat-tgħama, jew drappijiet innittjati li jistgħu jiġu miftuqa magħmulin minn ħajt ta’ tipi differenti.

B’mod ġenerali, il-metodi tal-analiżi kimika kwantitattiva huma bbażati fuq soluzzjoni selettiva tal-komponenti individwali. Wara t-tneħħija ta’ komponent, il-fdal li ma jdubx għandu jintiżen, u l-proporzjon tal-komponent li jdub jiġi kkalkulat mit-telf tal-piż. Din l-ewwel parti tal-Anness tagħti l-informazzjoni komuni tal-analiżi b’dan il-metodu tat-taħlitiet tal-fibri kollha li ġew ittrattati fl-Anness, tkun xi tkun il-kompożizzjoni tagħhom. Għalhekk għandu jintuża mas-sezzjonijiet individwali suċċessivi tal-Anness, li fihom il-proċeduri ddettaljati applikabbli għal taħlitiet ta’ fibri partikolari. Kultant, analiżi tkun ibbażata fuq prinċipju differenti minn soluzzjoni selettiva; f’każijiet bħal dawn, jiġu mogħtija dettalji sħaħ fis-sezzjoni adatta.

Taħlitiet ta’ fibri matul l-ipproċessar u, ftit inqas, tessuti lesti jista’ jkun fihom materja mhux fibruża, bħal xaħmijiet, xama’ jew faxex, jew materja li ddub fl-ilma, li jew ikunu naturali jew jiġu miżjuda biex jiffaċilitaw l-ipproċessar. Il-materja mhux fibbruża għandha titneħħa qabel l-analiżi. Għal din ir-raġuni qiegħed jingħata wkoll metodu ta’ kif jitneħħew ix-xaħmijiet, ix-xama’ u l-materja li ddub fl-ilma.

Flimkien ma’ dan, it-tessuti jista’ jkun fihom reżini jew materja oħra miżjuda biex jingħatawlhom kwalitajiet speċjali. Materja bħal din, inkluża ż-żebgħa f’każijiet eċċezzjonali, tista’ tfixkel l-azzjoni tar-reaġent fuq il-komponent li jdub fl-ilma u/jew tista’ titneħħa parzjalment jew kompletament mir-reaġent. Dan it-tip ta’ materja miżjuda jista’ għalhekk joħloq żbalji u għandu jitneħħa qabel issir l-analiżi tal-kampjun. Jekk ma jkunx possibbli li titneħħa materja miżjuda bħal din, il-metodi tal-analiżi kimika kwantitattiva mogħtija f’dan l-Anness ma jibqgħux aktar applikabbli.

Żebgħa fi drappijiet miżbugħin titqies bħala parti integrali mill-fibra u ma titneħħiex.

L-analiżi jitwettqu fuq il-bażi tal-piż xott u tingħata proċedura biex jiġi stabbilit il-piż xott.

Ir-riżultat jinkiseb permezz tal-applikazzjoni mal-piż ta’ kull fibra xotta tal-livelli miftehma elenkati fl-Anness IX.

Qabel ma tkompli bl-analiżi, il-fibri kollha preżenti fit-taħlita għandhom ikunu ġew identifikati. F’xi metodi, il-komponent ta’ taħlita li ma jdubx fl-ilma jista’ jdub parzjalment fir-reaġent użat biex idewweb il-komponent/i li jdub/u.

Fejn possibbli, intagħżlu reaġenti li għandhom effett żgħir jew li m’għandhom l-ebda effett fuq il-fibri li jdubu. Jekk ikun magħruf li jkun hemm telf fil-piż waqt l-analiżi, ir-riżultat għandu jiġi kkoreġut; fatturi ta’ korrezzjoni għal dan il-fini huma mogħtija. Dawn il-fatturi kienu determinati f’diversi laboratorji billi ġew ittrattati fibri mnaddfa bit-trattament minn qabel, bir-reaġent adatt kif speċifikat fil-metodu tal-analiżi.

Dawn il-fatturi ta’ korrezzjoni japplikaw biss għall-fibri sottogradati u jistgħu jkunu meħtieġa fatturi differenti ta’ korrezzjoni jekk il-fibri jkunu ġew sottogradati qabel jew matul l-ipproċessar. Il-proċeduri mogħtija japplikaw għal determinazzjonijiet uniċi.

Tal-inqas żewġ determinazzjonijiet fuq kampjuni tat-test separati għandhom isiru, kemm fil-każ ta’ separazzjoni manwali kif ukoll fil-każ ta’ separazzjoni kimika.

Għall-konferma, jekk mhux teknikament impossibbli, huwa rakkomandat li jintużaw proċeduri alternattivi fejn il-kostitwent li kien il-fdal fil-metodu standard ikun maħlul l-ewwel.

KAPITOLU 2

Metodi għal analiżi kwantitattiva ta’ ċerti taħlitiet binarji tal-fibri tat-tessuti

I.   Informazzjoni ġenerali komuni għall-metodi mogħtija għall-analiżi kimika kwantitattiva ta’ taħlit ta’ fibri tat-tessuti.

I.1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Il-kamp ta’ applikazzjoni għal kull metodu jispeċifika għal liema fibri japplika l-metodu.

I.2.   PRINĊIPJU

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti ta’ taħlita, il-materjal mhux fibruż jitneħħa bi trattament minn qabel addatt u mbagħad wieħed mill-komponenti, ġeneralment b’soluzzjoni selettiva (6). Il-fdal li ma jdubx jintiżen u l-proporzjon tal-komponent li jdub jiġi kkalkulat mit-telf fil-piż. Għajr fejn dan jippreżenta diffikultajiet tekniċi, huwa preferibbli li l-fibra preżenti ddub fil-proporzjon il-kbir, b’hekk tikseb il-fibra preżenti fil-proporzjon iż-żgħir bħala fdal.

I.3.   MATERJAL U APPARAT

I.3.1.   Apparat

I.3.1.1.   Griġjoli filtru u fliexken tal-użin kbar biżżejjed li jżommu fihom griġjoli bħal dawn, jew kwalunkwe apparat li jagħti riżultati identiċi.

I.3.1.2.   Termos

I.3.1.3.   Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

I.3.1.4.   Forn ventilat għat-tnixxif tal-eżemplari f’105 ± 3 °C.

I.3.1.5.   Miżien analitiku, preċiż sa 0,0002 g.

I.3.1.6.   Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.2.   Reaġenti

I.3.2.1.   Żejt mhux raffinat ħafif, iddistillat mill-ġdid, medda ta’ togħlija minn 40 sa 60 °C.

I.3.2.2.   Reaġenti oħra huma speċifikati fis-sezzjonijiet addatti ta’ kull metodu.

I.3.2.3.   Ilma ddistillat jew dejonizzat.

I.3.2.4.   Aċetun.

I.3.2.5.   Aċidu ortofosforiku.

I.3.2.6.   Urea.

I.3.2.7.   Bikarbonat tas-sodju.

Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

I.4.   ATMOSFERA TA’ KONDIZZJONAR U TTESTJAR

Minħabba li jiġu stabbiliti piżijiet xotti, mhux meħtieġ li tikkondizzjona l-kampjun jew li twettaq analiżi fl-atmosfera kkondizzjonata.

I.5.   KAMPJUN TAT-TEST TAL-LABORATORJU

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju li huwa rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju u huwa biżżejjed biex jipprovdi l-kampjuni kollha, kull wieħed ta’ tal-inqas 1 g, li huma meħtieġa.

I.6.   TRATTAMENT MINN QABEL TAL-KAMPJUN TAT-TEST TAL-LABORATORJU (7)

Fejn tkun preżenti sostanza li m’għandhiex titqies fil-kalkolazzjonijiet perċentwali (ara l-Artikolu 18), din għandha l-ewwel titneħħa permezz ta’ metodu adatt li ma jaffettwa l-ebda kostitwent tal-fibri.

Għal dan il-fini, materja mhux fibruża li tista’ tiġi estratta b’żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma titneħħa billi l-kampjun tat-test tal-laboratorju f’estrattur Soxhlet jiġi ttrattat b’żejt mhux raffinat ħafif għal siegħa b’rata minima ta’ sitt ċikli fis-siegħa. Ħalli ż-żejt ħafif jevapora mill-kampjun, li mbagħad jiġi estratt bi trattament dirett li jkun jikkonsisti fit-tixrib tal-kampjun tat-test tal-laboratorju fl-ilma fit-temperatura tal-kamra għal siegħa u mbagħad xarrbu fl-ilma f’65 ± 5 °C għal siegħa oħra, waqt li tħawwad il-likur minn ħin għal ieħor. Uża proporzjon tal- kampjun-likur tat-test tal-laboratorju ta’ 100:1. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun billi tagħsru, tiġbdu jew bl-użu ta’ magni ċentrifugi u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

F’każ ta’ elastolefin jew ta’ taħlitiet ta’ fibri li fihom l-elastolefin jew fibri oħra (suf, xagħar tal-annimali, ħarir, qoton, kittien (jew għażel) qanneb ġenwin, ġuta, abaka, alfa, kajjar, ġummar, rami, sisal, kupru, modal, proteina, visk, akrilik, poliamide jew najlon, poliesteri, elastomultiester) il-proċedura li għadha kemm ġiet deskritta għandha tkun daqsxejn modifikata billi ż-żejt mhux raffinat eteru ħafif għandu jiġi sostitwit bl-aċetun.

F’każ ta’ taħlitiet binarji tal-fibri li fihom l-elastolefin u l-aċetat il-proċedura li ġejja għandha tapplika bħala t-trattament ta’ qabel. Oħroġ il-kampjun tat-test tal-laboratorju għal 10 minuti f’temperatura ta’ 80 °C b’soluzzjoni ta’ 25 g/l ta’ 50 % aċidu ortofosforiku u 50 g/l ta’ urea. Uża proporzjon tal- kampjun-likur tat-test tal-laboratorju ta’ 100:1. Aħsel il-kampjun tat-test tal-laboratorju fl-ilma, qattar u aħslu f’soluzzjoni ta’ 0,1 % bikarbonat tas-sodju, fl-aħħar nett aħsel sewwa fl-ilma.

Meta materja mhux fibruża ma tkunx tista’ titneħħa biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma, għandha titneħħa billi tissostitwixxi l-metodu tal-ilma deskritt hawn fuq b’metodu adatt li bl-ebda mod ma jbiddel sostanzjalment kwalunkwe mill-kostitwenti tal-fibra. Madankollu, għal xi fibri ta’ ħaxix naturali mhux ibbliċjati (eż. il-ġuta, il-kajjar), għandu jiġi osservat li t-trattament normali ta’ qabel biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi mhux fibrużi naturali kollha; madankollu t-trattament addizzjonali ta’ qabel ma jiġix applikat għajr jekk il-kampjun ikun fih tirqim li ma jdubx la fiż-żejt mhux raffinat ħafif u lanqas fl-ilma.

Ir-rapporti tal-analiżi għandhom jinkludu dettalji sħaħ tal-metodi użati għat-trattament ta’ qabel.

I.7.   PROĊEDURA TAT-TEST

I.7.1.   Struzzjonijiet ġenerali

I.7.1.1.   Tnixxif

Wettaq l-operazzjonijiet kollha tat-tnixxif għal mhux inqas minn erba’ sigħat u mhux aktar minn 16-il siegħa f’105 ± 3C f’forn ventilat bil-bieba tal-forn magħluqa minn kullimkien. Jekk il-perijodu tat-tnixxif huwa inqas minn 14-il siegħa, il-kampjun għandu jintiżen biex jiġi vverifikat li l-piż tiegħu sar kostanti. Il-piż jista’ jitqies li sar kostanti jekk, wara perijodu ieħor ta’ tnixxif ta’ 60 minuta, il-varjazzjoni tiegħu hija inqas minn 0,05 %.

Evita li tmiss il-griġjoli u l-fliexken tal-użin, il-kampjuni jew ir-residwi bl-idejn waqt l-operazzjonijiet ta’ tnixxif, tat-tibrid u tal-użin.

Kampjuni xotti fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin bit-tapp qabel ma tneħħih mill-forn, u ttrasferih mill-aktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Nixxef il-griġjol filtru fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu fil-forn. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin u ttrasferih mill-aktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Fejn jiġi użat apparat ieħor għajr griġjol filtru, l-operazzjonijiet ta’ tnixxif fil-forn għandhom jitwettqu b’tali mod li jippermettu li jiġi stabbilit il-piż xott tal-fibri mingħajr telf.

I.7.1.2.   Tibrid

Wettaq l-operazzjonijiet kollha ta’ tibrid fid-dessikatur b’dan tal-aħħar imqiegħed ħdejn il-miżien, sakemm jinkiseb it-tibrid sħiħ tal-fliexken tal-użin, u fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn sagħtejn.

I.7.1.3.   Użin

Wara t-tibrid, kompli l-użin tal-flixkun tal-użin fi żmien żewġ minuti minn meta tneħħih mid-dessikatur. Iżen sa preċiżjoni ta’ 0,0002 g.

I.7.2.   Proċedura

Ħu kampjun tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel li jkun jiżen tal-inqas 1 g. Aqta’ ħajt jew drapp f’tulijiet ta’ madwar 10 mm, mifrudin kemm jista’ jkun possibbli. Nixxef il-kampjun fi flixkun tal-użin, berrdu fid-dessikatur u iżnu. Ittrasferixxi l-kampjun għar-reċipjent tal-ħġieġ speċifikat fis-sezzjoni adatta tal-metodu rilevanti tal-Unjoni, erġa’ iżen il-flixkun tal-użin minnufih u ikseb il-piż xott tal-kampjun permezz tad-differenza. Kompli t-test kif speċifikat fis-sezzjoni adatta tal-metodu applikabbli. Eżamina l-fdal mikroskopikali biex tikkontrolla li fil-fatt it-trattament ikun neħħa għal kollox il-fibra li ddub.

I.8.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Fisser il-piż tal-komponent li ma jdubx bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibra fit-taħlita. Il-perċentwali tal-komponent li jdub jinkiseb permezz tad-differenza. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta’ piż xott, nadif, aġġustati b’(a) il-livelli miftehma u (b) il-fatturi tal-korrezzjoni meħtieġa biex jittieħed kont tat-telf tal-materja waqt it-trattament minn qabel u l-analiżi. Il-kalkoli għandhom isiru bl-applikazzjoni tal-formula mogħtija f’I.8.2.

I.8.1.   Kalkolu tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx fuq bażi ta’ piż xott, nadif, li ma jiħux kont tal-piż tal-fibra mitluf waqt it-trattament minn qabel.

Formula

fejn

P1 %

huwa l-perċentwali ta’ komponent li ma jdubx xott, nadif,

m

huwa l-piż xott tal-kampjun tat-test wara t-trattament minn qabel,

r

huwa l-piż xott tal-fdal,

d

huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż tal-komponent li ma jdubx fir-reaġent waqt l-analiżi. Il-valuri adatti ta’ “d” huma mogħtija fis-sezzjoni rilevanti ta’ kull metodu.

Naturalment, dawn il-valuri ta’ “d” huma l-valuri normali applikabbli għal fibri sottogradati kimikament.

I.8.2.   Kalkolu tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx fuq bażi ta’ piż xott, nadif, b’aġġustament b’fatturi konvenzjonali u fejn adatt fatturi ta’ korrezzjoni għal telf fil-piż waqt it-trattament minn qabel.

Formula

fejn

P1A%

huwa l-perċentwali ta’ komponent li ma jdubx, aġġustat bil-livelli miftehma u għal telf ta’ piż waqt it-trattament minn qabel,

P1

huwa l-perċentwali ta’ komponent li ma jdubx xott, nadif kif ikkalkulat mill-formula murija f’I.8.1,

a1

hija l-livell miftiehem għall-komponent li ma jdubx (ara l-Anness IX),

a2

hija l-livell miftiehem għall-komponent li jdub (ara l-Anness IX),

b1

huwa t-telf tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx ikkawżat bit-trattament minn qabel,

b2

huwa t-telf tal-perċentwali tal-komponent li jdub ikkawżat bit-trattament minn qabel,

Il-perċentwali tat-tieni komponent huwa P2A% = 100 - P1A%

Fejn ikun intuża trattament minn qabel speċjali, il-valuri ta’ b1 u b2 għandhom jiġu stabbiliti, jekk possibbli, billi tkun sottomessa kull waħda mill-kostitwenti tal-fibri puri għat-trattament minn qabel applikat fl-analiżi. Fibri puri huma dawk ħielsa minn materjal mhux fibruż għajr dak li normalment ikun preżenti fihom (kemm b’mod naturali jew minħabba l-proċess ta’ manifattura), fl-istat (mhux ibbliċjat, ibbliċjat) li fih jinstabu fil-materjal li għandu jiġi analizzat.

Fejn l-ebda fibra kostitwenti separata nadifa użata fil-manifattura tal-materjal li għandu jiġi analizzat ma tkun disponibbli, għandhom jintużaw il-valuri medji ta’ b1 u b2 kif miksuba mit-testijiet imwettqa fuq fibri nodfa simili għal dawk fit-taħlita li tkun qegħda tiġi eżaminata.

Jekk jiġi applikat trattament normali minn qabel permezz tal-estrazzjoni biż-żejt mhux raffinat ħafif u l-ilma, il-fatturi ta’ korrezzjoni b1 u b2 jistgħu ma jitqisux, għajr fil-każ ta’ qoton mhux ibbliċjat, kittien mhux ibbliċjat (jew għażel) u qanneb mhux ibbliċjat, fejn it-telf ikkawżat minn trattament minn qabel ikun konvenzjonalment jitqies ta’ 4 %, u fil-każ ta’ polipropilene, fejn qed jitqies ta’ 1 %.

Fil-każ ta’ fibri oħra, it-telf dovut għat-trattament minn qabel huwa mwarrab b’mod konvenzjonali fil-kalkoli.

II.   Metodu ta’ analiżi kwantitattiva b’separazzjoni manwali

II.1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal fibri tat-tessuti ta’ kull tip sakemm dawn ma jiffurmawx taħlita intima u sakemm ikun possibbli li dawn jiġu mifrudin bl-idejn.

II.2.   PRINĊIPJU

Wara l-identifikazzjoni tal-kostitwenti tat-tessuti, il-materjal mhux fibruż jitwarrab bi trattament minn qabel addatt u mbagħad il-fibri jiġu separati bl-idejn, imnixxfa u miżuna sabiex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta’ kull fibra fit-taħlita.

II.3.   APPARAT

II.3.1.   Flixkun tal-użin jew xi apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.2.   Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

II.3.3.   Forn ventilat għat-tnixxif tal-eżemplari f’105 ± 3 °C.

II.3.4.   Miżien analitiku, preċiż sa 0,0002 g.

II.3.5.   Soxhlet extractor, jew apparat ieħor li jagħti riżultat identiku.

II.3.6.   Labra.

II.3.7.   Twist tester jew apparat simili.

II.4.   REAĠENTI

II.4.1.   Żejt mhux raffinat ħafif, iddistillat mill-ġdid, medda ta’ togħlija 40 sa 60 °C.

II.4.2.   Ilma ddistillat jew dejonizzat.

II.4.3.   Aċetun.

II.4.4.   Aċidu ortofosforiku.

II.4.5.   Urea.

II.4.6.   Bikarbonat tas-sodju.

Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

II.5.   ATMOSFERA TA’ KONDIZZJONAR U TTESTJAR

Ara I.4.

II.6.   KAMPJUN TAT-TEST TAL-LABORATORJU

Ara I.5.

II.7.   TRATTAMENT MINN QABEL TAL-KAMPJUN TAT-TEST TAL-LABORATORJU

Ara I.6.

II.8.   PROĊEDURA

II.8.1.   Analiżi tal-ħajt

Agħżel mill-kampjun tat-test tal-laboratorju li ġie trattat minn qabel, eżamplari ta’ piż mhux inqas minn 1 g. Għal ħajt fin ħafna, l-analiżi tista’ ssir fuq tul minimu ta’ 30 m, ikun kemm ikun il-piż.

Aqta’ l-ħajt f’biċċiet ta’ tul addatt u ifred it-tipi ta’ fibri permezz ta’ labra u, jekk ikun meħtieġ, twist tester. It-tipi ta’ fibri hekk miksuba jitqiegħdu fi fliexken tal-użin li twieżnu minn qabel u mnixxfa f’105 ± 3 °C sakemm jinkiseb piż kostanti, kif deskritt f’I.7.1 u I.7.2.

II.8.2.   Analiżi tad-drapp

Agħżel minn kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel, ’il bogħod sewwa mit-truf tiegħu, kampjun ta’ piż mhux inqas minn 1 g, bit-truf ittrimmjati sewwa biex jiġi evitat il-ftuq u imxi b’mod parallel mal-ħjut tat-tgħama jew tal-medd, jew fil-każ ta’ drappijiet innittjati fil-linja tal-għoqod u l-korsijiet. Ifred it-tipi ta’ fibri differenti, iġborhom fi fliexken tal-użin li twieżnu minn qabel u kompli kif deskritt f’II.8.1.

II.9.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Esprimi l-piż tal-fibri kostitwenti bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibri fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta’ piż xott, nadif, aġġustat b’(a) il-livelli miftehma u (b) il-fatturi ta’ korrezzjoni meħtieġa biex jittieħed kont tal-materja waqt it-trattament minn qabel.

II.9.1.   Il-kalkolu tal-piżijiet tal-perċentwali tal-fibra niexfa, nadifa, mingħajr ma jittieħed kont tal-piż tal-fibra mitluf waqt it-trattament minn qabel:

Formula

P1 %

huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott, nadif,

m1

huwa l-piż nadif, niexef tal-ewwel komponent,

m2

huwa l-piż nadif, niexef tat-tieni komponent.

II.9.2.   Għall-kalkolu tal-perċentwali ta’ kull komponent b’aġġustament tal-livelli miftehma u, fejn adatt, bil-fatturi tal-korrezzjoni għat-telf ta’ materja waqt it-trattament minn qabel, ara I.8.2.

III.1.   Preċiżjoni tal-metodi

Il-preċiżjoni indikata f’metodi individwali hija relatata mar-riproduċibbiltà.

Ir-riproduċibbiltà tirreferi għall-affidabbiltà, jiġifieri l-viċinanza ta’ ftehim bejn valuri esperimentali miksubin minn operaturi f’laboratorji differenti jew fi żminijiet differenti li jużaw l-istess metodu u li jiksbu riżultati individwali fuq kampjuni ta’ taħlita identika konsistenti.

Ir-riproduċibbiltà hija espressa bil-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

Għalhekk, id-differenza bejn żewġ riżultati f’sensiela ta’ analiżi magħmula f’laboratorji differenti taqbeż biss il-limitu ta’ fiduċja f’ħames każijiet minn 100, sakemm jintuża metodu ta’ applikazzjoni korrett u normali għal taħlita konsistenti u identika.

III.2.   Rapport tat-test

III.2.1.   Iddikjara li l-analiżi saret f’konformità ma’ dan il-metodu.

III.2.2.   Agħti dettalji ta’ kwalunkwe trattament minn qabel speċjali (ara I.6).

III.2.3.   Agħti r-riżultati individwali u l-medja aritmetika, kollha sa l-eqreb 0,1.

IV.   Metodi speċjali

Tabella Sommarja

Metodu osservat

Kamp ta' applikazzjoni

Reaġent/Deskrizzjoni

Komponent li jdub

Komponent li ma jdubx

1.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Aċetun

2.

Ċerti fibri ta' proteina

Ċerti fibri oħra

Ipoklorit

3.

Visk, kupru jew ċerti tipi ta' modal

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku u klorur taż-żingu

4.

Poliamide jew najlon

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku, 80 % m/m

5.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Alkoħol tal-benżil

6.

Triaċetat jew polilactid

Ċerti fibri oħra

Diklorometan

7.

Ċerti fibri ċellulożi

Ċerti fibri oħra

Aċidu sulfuriku, 75 % m/m

8.

Akriliki, ċerti modakriliki jew ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Dimethylformamide

9.

Ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % v/v

10.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Aċidu aċetiku glaċjali

11.

Ħarir

Ċerti fibri oħra

Aċidu sulfuriku, 75 % m/m

12.

Ġuta

Ċerti fibri tal-annimali

Metodu bil-kontenut ta' nitroġenu

13.

Polipropilene

Ċerti fibri oħra

Ksilin

14.

Ċerti fibri oħra

Klorofibri (omopolimeri tal-klorur tal-vinil), elastolefin jew melamina

Aċidu sulfuriku konċentrat

15.

Klorofibri, ċerti modakriliki, ċerti elastani, aċetati, triaċetati

Ċerti fibri oħra

Ċikloesanun

16.

Melamina

Qoton jew aramid

Aċidu formiku jaħraq, 90 % m/m

METODU Nru 1

AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu tal-aċetun)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

aċetat (19);

ma’

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (jew għażel) (7), qanneb ġenwin (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), ġummar (13), rami (14), sisal (15), kupru (21), modal (22), proteina (23), visk (25), akrilik (26), poliamide jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester (45), elastolefin (46) u melamina (47).

Il-metodu mhuwa applikabbli, fl-ebda ċirkostanza, għal fibri tal-aċetat li jkunu ġew deaċetilitati fuq il-wiċċ.

2.   PRINĊIPJU

L-aċetat jiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, mal-aċetun. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa tiegħu, ikkoreġuta jekk meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (addizzjonali għal dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

Flasks konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ tal-inqas 200 ml.

3.2.   Reaġent

Aċetun

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

 

Mal-kampjun tat-test miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ tal-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ aċetun għal kull gramma tal-kampjun tat-test, ħawwad il-flask, ħallih joqgħod għal 30 minuta fit-temperatura ta’ kamra, minn ħin għall-ieħor ħawdu, u mbagħad għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun.

 

Irrepeti t-trattament għal darbtejn oħra (b’kollox agħmel tliet estrazzjonijiet), iżda għal perijodi ta’ 15-il minuta biss, biex hekk il-ħin totali tat-trattament fl-aċetun ikun ta’ siegħa. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru. Aħsel il-fdal fil-griġjol filtru bl-aċetun u nixxfu bil-ġbid tal-arja. Erġa’ imla l-griġjol filtru bl-aċetun u ħallih jinxef taħt il-gravità.

 

Fl-aħħar nett, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d” = 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex akbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 2

ĊERTI FIBRI TA’ PROTEINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu bl-użu tal-ipoklorit)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

ċerti fibri ta’ proteina, li huma: suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), proteina (23);

ma’

2.

qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), akrilik (26), klorofibri (27), poliamide jew najlon (30), poliester (35), polipropilene (37), elastan (43), fibri ta’ ħġieġ (44), elastomultiester (45), elastolefin (46) u melamina (47).

Jekk fibri ta’ proteina differenti huma preżenti, il-metodu jagħti t-total tal-ammonti tagħhom imma mhux il-kwantitajiet individwali tagħhom.

2.   PRINĊIPJU

Il-fibra tal-proteina tiddewweb minn piż magħruf tat-taħlita niexfa, b’soluzzjoni ta’ ipoklorit. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa tiegħu, ikkoreġuta jekk meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-proteina niexfa jinstab permezz tad-differenza.

Jistgħu jintużaw jew ipoklorit tal-litju jew ipoklorit tas-sodju għat-tħejjija tas-soluzzjoni tal-ipoklorit.

L-ipoklorit tal-litju huwa rrakkomandat f’każijiet li jinvolvu numru żgħir ta’ analiżi jew għal analiżi magħmula f’intervalli kemmxejn twal. Dan minħabba li l-perċentwali ta’ ipoklorit fl-ipoklorit tal-litju solidu — differenti mill-ipoklorit tas-sodju — huwa virtwalment kostanti. Jekk il-perċentwali ta’ ipoklorit huwa magħruf, mhemmx bżonn li l-kontenut ta’ ipoklorit jiġi kkontrollat iodometrikament għal kull analiżi, minħabba li jista’ jintuża porzjon miżun kostanti tal-ipoklorit tal-litju.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Erlenmeyer flask b’tapp tal-ħġieġ, 250 ml.

(ii)   thermostat, li jista’ jiġi aġġustat għal 20 (± 2) °C.

3.2.   Reaġenti

(i)   Reaġent tal-ipoklorit

(a)   Soluzzjoni tal-ipoklorit tal-litju

Din tikkonsisti f’soluzzjoni mħejjija friska li jkun fiha 35 (± 2) g/l ta’ klorin attiv (bejn wieħed u ieħor 1 M), li magħha jiġi miżjud 5 (± 0,5) g/l ta’ idrossidu tas-sodju maħlul qabel. Biex tħejji, dewweb 100 gramma tal-ipoklorit tal-litju li jkun fih 35 % ta’ klorin attiv (jew 115-il gramma li jkun fihom 30 % klorin attiv) f’bejn wieħed u ieħor 700 ml ilma distillat, żid 5 grammi ta’ idrossidu tas-sodju maħlul f’bejn wieħed u ieħor 200 ml ilma distillat u imla sa litru wieħed bl-ilma distillat. Is-soluzzjoni li tkun ġiet imħejjija friska mhemmx bżonn li tiġi kkontrollata b’mod iodometriku.

(b)   Soluzzjoni tal-ipoklorit tas-sodju

Din tikkonsisti f’soluzzjoni mħejjija friska li jkun fiha 35 (± 2) g/l ta’ klorin attiv (bejn wieħed u ieħor 1 M), li miegħu jiżdiedu 5 (± 0,5) g/l ta’ idrossidu tas-sodju maħlul qabel.

Ivverifika l-kontenut ta’ klorin attiv tas-soluzzjoni iodometrika qabel kull analiżi.

(ii)   Aċidu aċetiku, soluzzjoni dilwita

Iddilwa 5 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali għal litru wieħed bl-ilma.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej: ħallat bejn wieħed u ieħor gramm wieħed mill- eżemplari tat-test ma’ bejn wieħed u ieħor 100 ml tas-soluzzjoni tal-ipoklorit (ipoklorit tal-litju jew tas-sodju) fi flask ta’ 250 ml u ħawdu sewwa biex ixxarrab l-eżemplari tat-test.

Imbagħad saħħan il-flask għal 40 minuta f’thermostat f’20 °C u ħawdu kontinwament, jew tal-inqas f’intervalli regolari. Minħabba li t-tidwib tas-suf jibqa’ sejjer b’mod eżotermiku, ir-reazzjoni tas-sħana ta’ dan il-metodu għandha titqassam u titneħħa. Inkella, jistgħu jinħolqu żbalji mid-dissoluzzjoni inizjali tal-fibri li ma jdubux.

Wara 40 minuta, iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa griġjol filtru tal-ħġieġ miżun u ttrasferixxi kwalunkwe fdal tal-fibri fil-griġjol filtru billi tlaħlaħ il-flask b’daqsxejn reaġent tal-ipoklorit. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal suċċessivament bl-ilma, iddilwa l-aċidu aċetiku, u fl-aħħar bl-ilma, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. Tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Fl-aħħar nett, ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00, għajr għall-qoton, il-visk, il-modal u l-melamina, li għalihom = 1,01, u l-qoton mhux ibbliċjat, li għalih = 1,03.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex akbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 3

VISK, KUPRU JEW ĊERTI TIPI TA’ MODAL U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu formiku u l-klorur taż-żingu)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

visk (25) jew kupru (21), inklużi ċerti tipi ta’ fibra tal-modal (22);

ma’

2.

qoton (5), elastolefin (46) u melamina (47).

Jekk jinstab li tkun preżenti fibra tal-modal, għandu jsir test preliminarju biex jivverifika jekk din iddubx fir-reaġent.

Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet li fihom, il-qoton ġarrab degradazzjoni kimika eċċessiva, u lanqas meta l-visk jew il-kupru jiġi mdewweb għal kollox bil-preżenza ta’ ċerti żebgħat jew tirqim li ma jistgħux jiġu mwarrba għal kollox.

2.   PRINĊIPJU

Il-fibra tal-visk, tal-kupru jew tal-modal tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’reaġent li jkun magħmul mill-aċidu formiku u mill-klorur taż-żingu. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu kkorreġut jiġi espress bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-visk, tal-kupru jew tal-modal xott jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   flasks konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ tal-inqas 200 ml.

(ii)   apparat biex iżomm il-flasks f’40 (± 2) °C.

3.2.   Reaġenti

(i)   Soluzzjoni li jkun fiha 20 g ta’ klorur taż-żingu anidruż imdewweb u 68 g ta’ aċidu formiku anidruż magħmul minn 100 g bl-ilma (jiġifieri 20 parti tal-piż ta’ klorur taż-żingu anidruż imdewweb għal 80 parti tal-piż ta’ 85 % mm ta’ aċidu formiku).

NB:

F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni, għall-punt I.3.2.2, li jistabbilixxi li r-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri; barra minn hekk, huwa essenzjali li jintuża klorur taż-żingu anidruż imdewweb biss.

(ii)   Soluzzjoni tal-idrossidu tal-ammonja: iddilwa 20 ml ta’ soluzzjoni tal-ammonja kkonċentrata (densità relattiva f’ 20 °C: 0,880 ) għal litru wieħed bl-ilma.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej: poġġi l-kampjun minnufih fil-flask, imsaħħan minn qabel għal 40 °C. Żid 100 ml tas-soluzzjoni tal-aċidu formiku u klorur taż-żingu, imsaħħna minn qabel għal 40 °C għal kull gramma tal-kampjun. Daħħal it-tapp u ħawwad il-flask sewwa. Żomm il-flask u l-kontenut tiegħu f’temperatura kostanti ta’ 40 °C għal sagħtejn u nofs, waqt li tħawwad il-flask f’intervalli ta’ siegħa.

Iffiltra l-kontenut tal-flask minn griġjol filtru miżun u bl-għajnuna ta’ reaġent ittrasferixxi għal ġewwa l-griġjol xi fibri li jifdal fil-flask. Laħlaħ b’20 ml ta’ reaġent imsaħħan minn qabel għal 40 °C.

Aħsel il-griġjol u l-fdal sewwa bl-ilma f’40 °C. Laħlaħ il-fdal fibruż f’bejn wieħed u ieħor 100 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja kiesħa (3.2.ii) waqt li tiżgura li dan il-fdal jibqa’ mgħaddas għal kollox fis-soluzzjoni għal 10 minuti (8); imbagħad laħlaħ sew bl-ilma kiesaħ.

Tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Finalment, ixxotta l-likwidu li jifdal bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, u berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa 1,02 għall-qoton, 1,01 għall-melamina u 1,00 għall-elastolefin.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 2 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 4

POLIAMID JEW NAJLON, U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 80 % m/m ta’ aċidu formiku)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

poliamid jew najlon, (30);

ma’

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), akrilik (26), klorofibra (27), poliester (35), polipropilene (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), elastolefin (46) u melamina (47).

Kif issemma hawn fuq, dan il-metodu huwa applikabbli wkoll għal taħlitiet bis-suf, iżda meta l-kontenut ta’ suf jaqbeż il-25 %, għandu jiġi applikat il-metodu Nru 2 (tħoll is-suf f’taħlita ta’ alkalin sodju ipokloritu jew litju ipokloritu).

2.   PRINĊIPJU

Il-fibra tal-poliamid jew tan-najlon tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-aċidu formiku. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-poliamid xott jew najlon jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

3.2.   Reaġenti

(i)   Aċidu formiku (80 % m/m, densità relattiva f’20 °C: 1,186). Iddilwa 880 ml ta’ 90 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f’20 °C: 1,204) għal litru wieħed bl-ilma. Inkella, iddilwa 780 ml ta’ 98 sa 100 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f’20 °C: 1,220) għal litru wieħed bl-ilma.

Il-konċentrazzjoni mhijiex kritika fi ħdan il-medda ta’ 77 sa 83 % m/m aċidu formiku.

(ii)   Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 80 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja kkonċentrata (densità relattiva f’20 °C: 0,880) għal litru wieħed bl-ilma.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej: għall-kampjun miżmum fi flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ aċidu formiku għal kull gramm ta’ kampjun. Poġġi t-tapp, ħawwad il-flask biex ixxarrab il-kampjun. Ħalli l-flask għal 15-il minuta f’temperatura tal-kamra, waqt li tħawdu minn ħin għal ieħor. Iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa l-griġjol filtru miżun u ttrasferixxi kwalunkwe fdal tal-fibri fil-griġjol filtru billi taħsel il-flask b’daqsxejn reaġent tal-aċidu formiku.

Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal fuq il-filtru suċċessivament bir-reaġent tal-aċidu formiku, ilma sħun, soluzzjoni ta’ ammonja ddilwita, u fl-aħħar bl-ilma kiesaħ, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. Tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Fl-aħħar nett, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d” = 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 5

AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-alkoħol tal-benżil)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara t-tneħħija ta’ materja mhux fibruża, ta’:

1.

aċetat (19);

ma’

2.

triaċetat (24), elastolefin (46) u melamina (47).

2.   PRINĊIPJU

Il-fibra tal-aċetat tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-alkoħol tal-benżil fi 52 ± 2 °C.

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii)   Xejker mekkaniku.

(iii)   Termostat jew apparat ieħor biex iżomm il-flask f’temperatura ta’ 52 ± 2 °C.

3.2.   Reaġenti

(i)   Alkoħol tal-benżil

(ii)   Etanol.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

 

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali, żid 100 ml ta’ alkoħol tal-benżil għal kull gramm tal-kampjun. Daħħal it-tapp, orbot il-flask max-xejker biex ikun mgħaddas fil-banjumarija, miżmum fi 52 ± 2 °C, u ħawwad għal 20 minuta f’din it-temperatura.

(Minflok l-użu ta’ xejker mekkaniku, il-flask jista’ jitħawwad bis-saħħa bl-idejn).

 

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid doża oħra ta’ alkoħol tal-benżil fil-flask u ħawdu bħal qabel fi 52 ± 2 °C għal 20 minuta.

 

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru. Irrepeti ċ-ċiklu tal-operazzjonijiet għat-tielet darba.

 

Fl-aħħar battal il-likwidu u l-fdal fil-griġjol filtru; aħsel xi fibri li jifdal mill-flask għal ġewwa l-griġjol bi kwantità żejda ta’ alkoħol tal-benżil fi 52 ± 2 °C. Ixxotta sewwa l-griġjol.

 

Ittrasferixxi l-fibri fi flask, laħlaħ bl-etanol u wara li tħawwad b’mod manwali għaddi mill-griġjol filtru.

 

Irrepeti l-proċess tat-tlaħliħ għal darbtejn jew tliet darbiet oħra. Ittrasferixxi l-fdal fil-griġjol u xxotta sewwa. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d” = 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 6

TRIAĊETATI JEW POLILATTID U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża d-diklorometan)

1.   IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

triaċetat (24) jew polilactide (34);

ma’

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), akrilik (26), poliamid jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), elastolefin (46) u melamina (47).

Nota

Fibri triaċetati li saritilhom l-aħħar passata li wasslet għal idrolisi parzjali ma jibqgħux jinħallu kompletament f’dan ir-reaġent. F’każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli.

2.   PRINĊIPJU

Il-fibri tat-triaċetat jew tal-polilactide jiddewbu minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-diklorometan. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-triaċitat jew tal-polilactide niexef jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

3.2.   Reaġent

Diklorometan.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun ta’ test miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta’ 200 ml, żid 100 ml ta’ diklorometan għal kull gramma tal-kampjun ta’ test, daħħal it-tapp, ħawwad il-flask biex ixxarrab il-kampjun ta’ test u ħallih għal 30 minuta fit-temperatura tal-kamra, waqt li tħawwad il-flask kull għaxar minuti. Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid 60 ml ta’ diklorometan fil-flask li fih il-fdal, ħawwad b’mod manwali u ffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru. Ittrasferixxi l-fibri residwi għall-griġjol billi taħsel il-flask minn ġewwa bi ftit iktar diklorometan. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu żejjed, erġa’ imla l-griġjol bid-diklorometan u ħallih jixxotta taħt gravità.

 

Fl-aħħar, applika l-ġbid tal-arja biex telimina l-eċċess tal-likwidu, imbagħad ittratta l-fdal bil-misħun biex telimina s-solvent kollu, applika l-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,00, barra fil-każ tal-poliester, tal-elastomultiester, tal-elastolefin, u tal-melamina li għalihom il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 7

ĊERTI FIBRI TAĊ-ĊELLULOŻA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

qoton (5), kittien (jew għażel) (7), qanneb ġenwin (8), rami (14), kupru (21), modal (22), visk (25);

ma’

2.

poliester (35), elastomultiester (45) u elastolefin (46)

2.   PRINĊIPJU

Il-fibra taċ-ċelluloża tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’75 % m/m aċidu sulfuriku. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-proporzjon tal-fibra taċ-ċelluloża niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 500 ml.

(ii)   Termostat jew apparat ieħor biex iżomm il-flask f’temperatura ta’ 50 ± 5 °C.

3.2.   Reaġenti

(i)   Aċidu sulfuriku, 75 ± 2 % m/m

Ħejji billi żżid b’attenzjoni, waqt li tberred, 700 ml ta’ aċidu sulfuriku (densità relattiva f’20 °C: 1,84) sa 350 ml ta’ ilma ddistillat.

Wara li s-soluzzjoni tkun birdet għat-temperatura tal-kamra, iddilwa għal litru wieħed bl-ilma.

(ii)   Ammonja, soluzzjoni dilwita

Iddilwa 80 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja (densità relattiva f’20 °C: 0,88) għal litru wieħed bl-ilma.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċita ta’ għallinqas 500 ml, żid 200 ml ta’ 75 % ta’ aċidu sulfuriku għal kull gramm tal-kampjun, daħħal it-tapp u b’attenzjoni ħawwad il-flask biex ixxarrab il-kampjun.

 

Żomm il-flask f’50 ± 5 °C għal siegħa, ħawdu f’intervalli regolari ta’ bejn wieħed u ieħor 10 minuti. Iffiltra l-kontenut mill-griġjol filtru miżun permezz tal-ġbid tal-arja. Ittrasferixxi xi fibri residwi billi taħsel il-flask b’daqsxejn aċidu sulfuriku ta’ 75 %. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal fuq il-filtru darba bil-mili tal-griġjol b’porzjon frisk ta’ aċidu sulfuriku. Tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma l-aċidu jkun ixxotta taħt gravità.

 

Aħsel suċċessivament il-fdal diversi drabi bl-ilma kiesaħ, darbtejn b’soluzzjoni ta’ ammonja dilwita, u mbagħad waħda sew bl-ilma kiesaħ, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Fl-aħħar nett, ixxotta l-likwidu li jifdal mill-griġjol bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 8

AKRILIKI, ĊERTI MODAKRILIKI JEW ĊERTI KLOROFIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża d-dimetilformamid)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

akriliki (26), ċerti modakriliki (29), jew ċerti klorofibri (27) (9);

ma’

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), poliamid jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester (45), elastolefin (46) u melamina (47).

Huwa applikabbli ugwalment għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b’żebgħa mmetallizzata minn qabel, iżda mhux għal dawk miżbugħin b’żebgħat afterchrome.

2.   PRINĊIPJU

L-akrilik, il-modakrilik jew il-klorofibra jiġi mdewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-dimetilformamid msaħħan f’banjumarija fil-punt tat-togħlija. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk ikun meħtieġ, jiġi mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita u l-perċentwali tal-akrilik, il-modakrilik jew tal-klorofibra niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii)   Banju tal-ilma fil-punt tat-togħlija.

3.2.   Reaġent

Dimetilformamid (punt tat-togħlija 153 ±1 °C) li ma jkunx fih iktar minn 0,1 % ilma.

Dan ir-reaġent huwa tossiku u l-użu ta’ għamad huwa għalhekk rakkommandabbli.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid għal kull gramma tal-kampjun 80 ml ta’ dimetilformamid, imsaħħan qabel f’banjumarija fil-punt tat-togħlija, daħħal it-tapp, ħawwad il-flask biex ixxarrab l-kampjun u saħħan fil-banjumarija fil-punt tat-togħlija għal siegħa. Ħawwad il-flask u l-kontenut tiegħu ġentilment bl-idejn għal ħames darbiet waqt dan il-perijodu.

 

Għaddi l-likwidu mill-griġjol filtru miżun, waqt li żżomm il-fibri fil-flask. Żid 60 ml oħra ta’ dimetilformamid fil-flask u saħħan għal 30 minuta oħra, waqt li tħawwad il-flask u l-kontenut tiegħu ġentilment bl-idejn għal darbtejn matul dan il-perijodu.

 

Iffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru permezz tal-ġbid tal-arja.

 

Ittrasferixxi kwalunkwe fibra residwa fil-griġjol billi taħsel it-tazza minn ġewwa bid-dimetilformamid. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja. Aħsel il-fdal b’madwar litru misħun jaħraq f’70 — 80 °C, waqt li timla l-griġjol kull darba.

 

Wara kull żieda ta’ ilma, applika għal ftit ħin il-ġbid tal-arja imma mhux qabel ma l-ilma jkun ixxotta taħt gravità. Jekk il-likur tal-ħasil joħroġ mill-griġjol bil-mod iżżejjed tista’ tinġibed l-arja kemm xejn.

 

Fl-aħħar nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00 għajr fil-każ ta’: suf qoton kupru modal poliester elastomultiester u melamina, fejn il-valur ta’ huwa ta’ 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 9

ĊERTI KLOROFIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża taħlita ta’ 55,5/44,5 % v/v ta’ disulfid tal-karbonju u aċetun)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

ċerti klorofibri (27), b’mod partikolari ċerti fibri tal-klorur tal-polivinil, kemm jekk ikklorinati wara kif ukoll jekk le (10);

ma’

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), akrilik (26), poliamid jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45), u melamina (47).

Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.

Meta l-kontenut tal-poliamid jew najlon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4.

2.   PRINĊIPJU

Il-klorofibra tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’taħlita ażeotropika ta’ disulfid tal-karbonju u aċetun. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-klorur tal-polivinil niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii)   Xejker mekkaniku.

3.2.   Reaġenti

(i)   Taħlita ażeotropika ta’ disulfid tal-karbonju u aċetun (b’volum ta’ 55,5 % ta’ disulfid tal-karbonju sa 44,5 % aċetun). Billi dan ir-reaġent huwa tossiku, l-użu ta’ għamad protettiv huwa rakkommandabbli.

(ii)   Etanol (volum ta’ 92 %) jew metanol.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ taħlita ażeotropika għal kull gramma ta’ kampjun. Issiġilla sewwa l-flask, u ħawwad il-flask fuq xejker mekkaniku, jew b’mod vigoruż bl-idejn, għal 20 minuta f’temperatura tal-kamra.

 

Għaddi l-likwidu li jgħum fil-wiċċ minn ġewwa l-griġjol filtru miżun.

 

Irrepeti t-trattament b’100 ml ta’ reaġent frisk. Kompli dan iċ-ċiklu ta’ operazzjonijiet sakemm ebda depożitu ta’ polimeri ma jibqa’ fuq il-ħġieġa tal-laboratorju meta tevapora qatra mill-estrazzjoni. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru billi tuża iktar reaġent, applika l-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu, u laħlaħ il-griġjol u l-fdal b’20 ml ta’ alkoħol u mbagħad tliet darbiet bl-ilma. Ħalli l-likur tal-ħasil jixxotta taħt gravità qabel ma jixxotta bil-ġbid tal-arja. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

Nota:

Ma’ ċerti taħlitiet li jkollhom kontenut għoli ta’ klorofibra, il-kampjun jista’ jinxtorob b’mod sostanzjali waqt il-proċedura tat-tnixxif, li b’riżultat ta’ dan it-tidwib tal-klorofibra bis-solvent jittardja.

Dan, iżda, ma jaffettwax it-tidwib aħħari tal-klorofibra fis-solvent.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d” = 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksubin b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 10

AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu aċetiku glaċjali)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

aċetat (19);

ma’

2.

ċerti klorofibri (27), b’mod partikolari ċerti fibri tal-klorur tal-polivinil, kemm jekk ikklorinati wara kif ukoll jekk le, elastolefin (46) u melamina (47).

2.   PRINĊIPJU

Il-fibra tal-aċetat tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’aċidu aċetiku glaċjali. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii)   Xejker mekkaniku.

3.2.   Reaġent

Aċidu aċetiku glaċjali (iktar minn 99 %). Dan ir-reaġent għandu jiġi ttrattatt b’attenzjoni minħabba li huwa kawstiku ħafna.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali għal kull gramma tal-kampjun. Issiġilla sewwa l-flask, u ħawdu fuq xekjer mekkaniku, jew b’mod vigoruż bl-idejn, għal 20 minuta f’temperatura tal-kamra. Għaddi l-likwidu li jgħum fil-wiċċ minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Irrepeti t-trattament għal darbtejn, billi tuża 100 ml ta’ reaġent frisk kull darba, waqt li tagħmel tliet estrazzjonijiet b’kollox.

 

Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru, ixxotta bil-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu u laħlaħ il-griġjol u l-fdal b’50 ml ta’ aċidu aċetiku glaċjali, u mbagħad tliet darbiet bl-ilma. Wara kull tlaħliħa, ħalli l-likwidu jixxotta taħt gravità qabel ma tapplika l-ġbid tal-arja. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

5.   IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksubin b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 11

ĦARIR U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

ħarir (4);

ma’

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), elastolefin (46) u melamina (47).

2.   PRINĊIPJU

Il-fibra tal-ħarir tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b’75 % m/m aċidu sulfuriku (11).

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, korrett jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta’ ħarir xott jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

3.2.   Reaġenti

(i)   Aċidu sulfuriku (75 ± 2 % m/m).

Ħejji billi żżid b’attenzjoni, waqt li tberred, 700 ml ta’ aċidu sulfuriku (densità relattiva ta’ 20 °C: 1,84 ma’ 350 ml ta’ ilma ddistillat.

Wara li tberred għat-temperatura tal-kamra, iddilwa s-soluzzjoni għal litru bl-ilma.

(ii)   Aċidu sulfuriku, soluzzjoni dilwita: żid 100 ml aċidu sulfuriku (densità relattiva ta’ 20 °C: 1,84) bil-mod ma’ 1 900 ml ta’ ilma ddistillat.

(iii)   Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 200 ml ta’ ammonja konċentrata (densità relattiva ta’ 20 °C: 0,880) ma’ litru bl-ilma.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta’ 75 % m/m aċidu sulfuriku għal kull gramma tal-kampjun u poġġi t-tapp. Ħawwad b’mod vigoruż u ħallih għal 30 minuta f’temperatura tal-kamra. Ħawwad mill-ġdid u ħallih joqgħod għal 30 minuta.

 

Ħawwad għall-aħħar darba u ffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Aħsel kwalunkwe fibri li jkun fadal mill-flask bir-reaġent ta’ 75 % ta’ aċidu sulfuriku. Aħsel il-fdal fuq il-griġjol suċċessivament b’50 ml ta’ reaġent ta’ aċidu sulfuriku dilwit, 50 ml ilma u 50 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja dilwita. Kull darba ħalli li l-fibri jibqgħu f’kuntatt mal-likwidu għal madwar 10 minuti qabel ma tapplika l-ġbid bl-arja. Finalment laħlaħ bl-ilma, waqt li tħalli l-fibri f’kuntatt mal-ilma għal madwar 30 minuta.

 

Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ “d” huwa ta’ 0,985 għas-suf, 1,00 għall-elastolefin u 1,01 għall-melamina.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 12

ĠUTA U ĊERTI FIBRI TAL-ANNIMALI

(Metodu permezz tad-determinazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

ġuta (9);

ma’

2.

ċerti fibri tal-annimali.

Il-komponent tal-fibra tal-annimali jista’ jkun magħmul biss minn xagħar (2 u 3) jew suf (1) jew minn kwalunkwe taħlita tat-tnejn. Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet tat-tessuti li jkun fihom materja mhux fibruża (żebgħa, tirqim, eċċ) b’bażi ta’ nitroġenu.

2.   PRINĊIPJU

Il-kontenut tan-nitroġenu tat-taħlita jiġi determinat, u minn dan u mill-kontenut magħruf jew maħsub tan-nitroġenu taż-żewġ komponenti, jiġi kkalkulat il-proporzjon ta’ kull komponent.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask tad-diġestjoni Kjeldahl, ta’ kapaċità ta’ 200 — 300 ml.

(ii)   Apparat tad-distillazzjoni Kjeldahl b’injezzjoni tal-fwar.

(iii)   Apparat tat-titrazzjoni, li jippermetti preċiżjoni ta’ 0,05 ml.

3.2.   Reaġenti

(i)   Toluene.

(ii)   Metanol.

(iii)   Aċidu sulfuriku, densità relattiva f’20 °C: 1,84 (12).

(iv)   Sulfat tal-potassju (12).

(v)   Diossidu tas-selenju (12).

(vi)   Soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju (400 g/litru). Dewweb 400 g ta’ idrossidu tas-sodju f’400 – 500 ml ilma u ddilwa sa litru wieħed bl-ilma.

(vii)   Indikatur imħallat. Dewweb 0,1 g ta’ metil aħmar f’95 ml etanol u 5 ml ilma, u ħallat ma’ 0,5 g ta’ bromocresol aħdar imdewweb f’475 ml etanol u 25 ml ilma.

(viii)   Soluzzjoni ta’ aċidu boriku. Dewweb 20 g ta’ aċidu boriku f’litru wieħed tal-ilma.

(ix)   Aċidu sulfuriku, 0,02 N (soluzzjoni volumetrika standard).

4.   TRATTAMENT MINN QABEL TA’ KAMPJUN TAT-TEST

Il-trattament minn qabel li ġej huwa sostitwit bit-trattament minn qabel deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali:

Islet il-kampjun tat-test tal-laboratorju mingħajr arja f’apparat Soxhlet ma’ taħlita ta’ volum wieħed ta’ toluene u tliet volumi ta’ metanol għal erba’ sigħat f’rata minima ta’ ħames ċikli kull siegħa. Ħalli s-solvent jevapora mill-kampjun fl-arja, u neħħi l-aħħar traċċi f’forn f’105 ± 3 °C. Imbagħad agħmel estrazzjoni tal-kampjun fl-ilma (50 ml għal kull gramm tal-kampjun) billi tgħallih taħt rifluss għal 30 minuta. Iffiltra, reġġa’ lura l-kampjun fil-flask, u rripeti l-estrazzjoni b’volum identiku ta’ ilma. Iffiltra, neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun bit-tagħsir, ġbid jew billi tiċċentrifugah u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

Nota:

L-effetti tossiċi tat-toluene u l-metanol għandhom jitqiesu l-ħin kollu u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha fl-użu tagħhom.

5.   PROĊEDURA TAT-TEST

5.1.   Istruzzjonijiet ġenerali

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali rigward l-għażla, it-tnixxif u l-użin tal-kampjun.

5.2.   Proċedura ddettaljata

Ittrasferixxi l-kampjun għal ġewwa flask tad-diġestjoni Kjeldahl. Għall-kampjun li jiżen għallinqas 1 g miżmum fil-flask tad-diġestjoni, żid, bl-ordni li ġejja, 2,5 g sulfat tal-potassju, 0,1 — 0,2 g diossidu tas-selenju u 10 ml aċidu sulfuriku (densità relattiva f’20 °C: 1,84). Saħħan il-flask, fil-bidu b’mod ħafif, sakemm tinqered il-fibra kollha, u mbagħad saħħnu iktar bis-saħħa sakemm is-soluzzjoni ssir ċara u kważi bla kulur. Saħħanha għal 15-il minuta oħra. Ħalli l-flask jibred, iddilwa l-kontenut b’attenzjoni b’10 — 20 ml ilma, berred, ittrasferixxi l-kontenut b’mod kwantitattiv għal flask gradwat ta’ 200 ml u żid il-volum bl-ilma biex tifforma s-soluzzjoni diġestiva. Poġġi madwar 20 ml soluzzjoni ta’ aċidu boriku fi flask konikali ta’ 100 ml u poġġi l-flask taħt il-kondenser tal-apparat tad-distillazzjoni Kjeldahl b’tali mod li t-tubu tat-twassil jogħdos eżatt taħt il-wiċċ tas-soluzzjoni tal-aċidu boriku. Ittrasferixxi eżattament 10 ml tas-soluzzjoni diġestiva fil-flask tad-distillazzjoni, żid mhux inqas minn 5 ml soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju fil-lembut, għolli ftit it-tapp u ħalli s-soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju tinżel bil-mod fil-flask. Jekk is-soluzzjoni diġestiva u s-soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju jibqgħu bħala żewġ saffi separati, ħallathom billi taġita b’mod ħafif. Saħħan il-flask tad-distillazzjoni ġentilment u għaddih fil-fwar mill-ġeneratur. Iġbor madwar 20 ml tad-distillat, baxxi l-flask konikali biex it-tarf tat-tubu tat-twassil tal-kondenser ikun madwar 20 mm ’l fuq mill-wiċċ tal-likwidu u ddistilla għal minuta oħra. Laħlaħ it-tarf tat-tubu tat-twassil bl-ilma, waqt li taqbad il-likwidu maħsul fil-flask konikali. Neħħi l-flask konikali u ibdlu ma’ flask konikali ieħor li jkun fih bejn wieħed u ieħor 10 ml soluzzjoni ta’ aċidu boriku u iġbor madwar 10 ml mill-iddistillat.

Ittitra ż-żewġ distillati separatament b’ 0,02N aċidu sulfuriku, uża l-indikatur imħallat. Irreġistra t-titrazzjoni totali għaż-żewġ distillati. Jekk it-titrazzjoni għat-tieni distillat hija iktar minn 0,2 ml, irrepeti t-test u ibda d-distillazzjoni mill-ġdid b’użu ta’ alikwot tas-soluzzjoni diġestiva friska.

Wettaq determinazzjoni vojta, jiġifieri diġestjoni u distillazzjoni li fiha tuża biss ir-reaġenti.

6.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

6.1.   Ikkalkula l-perċentwali tal-kontenut tan-nitroġenu fil-kampjun xott kif ġej:

Formula

fejn

A

=

perċentwali ta’ nitroġenu fil-kampjun nadif xott,

V

=

volum totali f’ml ta’ aċidu sulfuriku standard użat fid-determinazzjoni,

b

=

volum totali f’ml ta’ aċidu sulfuriku standard użat fid-determinazzjoni vojta,

N

=

normalità tal-aċidu sulfuriku standard,

W

=

piż xott (g) tal-kampjun.

6.2.   Billi tuża l-valuri ta’ 0,22 % għall-kontenut tan-nitroġenu tal-ġuta u 16,2 % għall-kontenut tan-nitroġenu tal-fibri tal-annimali, waqt li ż-żewġ perċentwali jiġu espressi fuq il-piż xott tal-fibra, ikkalkula l-kompożizzjoni tat-taħlita kif ġej:

Formula

fejn

PA %

=

perċentwali tal-fibra tal-annimali fil-kampjun nadif xott.

7.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 13

FIBRI TAL-POLIPROPILENE U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu tal-Ksilin)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

fibri tal-polipropilene (37);

ma’

2.

suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), aċetat (19), kupru (21), modal (22), triaċetat (24), visk (25), akrilik (26), poliamid jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (45) u melamina (47).

2.   PRINĊIPJU

Il-fibra tal-polipropilene tiġi mdewwba minn piż xott magħruf tat-taħlita bil-ksilin jagħli. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-polipropilene jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii)   Reflux condenser (tajjeb għal likwidi b’punt tat-togħlija għolja), li joqgħod fi flask konikali (i).

(iii)   Mantell tat-tisħin skont il-punt tat-togħlija tal-ksilin.

3.2.   Reaġent

Iddistillar tal-ksilin bejn 137 u 142 °C.

Nota:

Il-ksilin jista’ jieħu n-nar faċilment u għandu duħħan tossiku. Meta jintuża wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali (3.1 (i)), żid 100 ml ta’ ksilin (3.2) għal kull gramm tal-kampjun. Waħħal il-kondenser (3.1 (ii)), wassal il-kontenut għat-togħlija u żommu fil-punt tat-togħlija għal tliet minuti.

 

Minnufih għaddi l-likwidu sħun minn ġewwa l-griġjol filtru miżun (ara Nota 1). Irrepeti dan it-trattament darbtejn oħra, waqt li kull darba tuża porzjon frisk ta’ 50 ml tas-solvent.

 

Aħsel il-fdal li jibqa’ fil-flask b’mod suċċessiv bi 30 ml ta’ ksilin jagħli (darbtejn), imbagħad b’75 ml ta’ żejt mhux raffinat ħafif (I.3.2.1 tal-istruzzjonijiet ġenerali) (darbtejn). Wara t-tieni ħasla bil-petroleum ħafif, iffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol, ittrasferixxi kwalunkwe fibri residwi għall-griġjol bl-għajnuna ta’ kwantità żgħira ta’ żejt mhux raffinat ħafif u ħalli s-solvent jevapora. Nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

Noti:

1.

Il-griġjol filtru li minnu jiġi mferra’ l-ksilin għandu jissaħħan minn qabel.

2.

Wara t-trattament bil-ksilin jagħli, żġura li l-flask li jkun fih il-fdal jiġi mberred biżżejjed qabel ma jiġi introdott iż-żejt mhux raffinat ħafif.

3.

Biex tnaqqas il-perikli tan-nar u ta’ tossiċità għall-operatur, jista’ jintuża apparat jaħraq ta’ estrazzjoni li juża l-proċeduri xierqa, u li jagħti riżultati identiċi (13).

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d” = 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 14

ĊERTI FIBRI U KLOROFIBRI (OMOPOLIMERI TAL-KLORUR TAL-VINIL), ELASTOLEFIN JEW MELAMINA

(Metodu tal-aċidu sulfuriku konċentrat)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

qoton (5), aċetat (19) kupru (21), modal (22), triaċetat (24), visk (25), ċerti akriliki (26), ċerti modakriliki (29), poliamid jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester (45);

ma’

2.

klorofibri (27) ibbażati fuq omopolimeri tal-klorur tal-vinil, kemm jekk wara li ġew klorinati kif ukoll jekk le, elastolefin (46) u melamina (47).

Il-modakriliki konċernati huma dawk li jagħtu soluzzjoni limpida meta mgħaddsa fl-aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva f’20 °C: 1,84).

Dan il-metodu jista’ jintuża minflok il-metodi nri 8 u 9.

2.   PRINĊIPJU

Il-kostitwent għajr il-klorofibra, l-elastolefin jew il-melamina (jiġifieri l-fibri li ssemmew fil-paragrafu 1.1) jinħall mill-piż xott magħruf tat-taħlita mal-aċidu sulfuriku konċentrat (densità relattiva f’20 °C: 1,84).

Il-fdal, li jikkonsisti fi klorofibra, l-elastolefin jew il-melamina, jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwenti tinkiseb mid-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii)   Virga tal-ħġieġ bit-tarf iċċattjat.

3.2.   Reaġenti

(i)   Aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva f’20 °C: 1,84).

(ii)   Aċidu sulfuriku, bejn wieħed u ieħor 50 % (m/m) ta’ soluzzjoni milwiema.

Ħejji billi żżid b’attenzjoni, waqt li tberred, 400 ml ta’ aċidu sulfuriku (densità relattiva f’20 °C: 1,84) ma’ 500 ml ilma ddistillat jew dejonizzat. Wara li tberred għat-temperatura tal-kamra, iddilwa s-soluzzjoni għal litru wieħed bl-ilma.

(iii)   Ammonja, soluzzjoni dilwita.

Iddilwa 60 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja konċentrata (densità relattiva f’20 °C: 0,880) għal litru wieħed bl-ilma ddistillat.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Mal-kampjun tat-test miżmum fil-flask (3.1 (i)), żid 100 ml ta’ aċidu sulfuriku (3.2 (i)) għal kull gramma tal-kampjun.

 

Żomm il-kontenut tal-flask f’temperatura tal-kamra għal 10 minuti u f’dan il-ħin ħawwad il-kampjun tat-test okkażjonalment permezz tal-virga tal-ħġieġ. Jekk drapp minsuġ jew innittjat ikun qiegħed jiġi ttrattat, ikkumpressah bejn il-flask u l-virga tal-ħġieġ u uża pressa ħafifa biex tissepara l-materjal imdewweb bl-aċidu sulfuriku.

 

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid fil-flask porzjon ġdid ta’ 100 ml ta’ aċidu sulfuriku (3.2 (i)) u rrepeti l-istess proċess. Ittrasferixxi l-kontenut ta’ ġewwa l-flask fil-griġjol filtru u ttrasferixxi l-fdal fibruż għal hemm bl-għajnuna tal-virga tal-ħġieġ. Jekk meħtieġ, żid daqsxejn aċidu sulfuriku kkonċentrat (3.2 (i)) fil-flask biex tneħħi xi fibri li jkunu weħlu mal-ġenb tal-flask. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja; neħħi l-filtrat billi tbattal jew tbiddel il-flask filtru, aħsel il-fdal fil-griġjol suċċessivament b’50 % soluzzjoni ta’ aċidu sulfuriku (3.2 (ii)), ilma ddistillat jew dejonizzat (I.3.2.3 tal-istruzzjonijiet ġenerali), soluzzjoni ta’ ammonja (3.2 (iii)) u fl-aħħar aħsel sewwa bl-ilma ddistillat jew dejonizzat, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. (Tapplikax il-ġbid tal-arja waqt l-operazzjoni tal-ħasil, iżda biss wara li l-likwidu jixxotta bil-gravità). Nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa ta’ 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d” = 1,01.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

METODU Nru 15

KLOROFIBRI, ĊERTI MODAKRILIKI, ĊERTI ELASTANI, AĊETATI, TRIAĊETATI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża ċ-ċikloeżanon)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

aċetat (19), triaċetat (24), klorofibra (27), ċerti modakriliki (29), ċerti elastani (43);

ma’

2.

suf (1), suf tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), visk (25), poliamid jew najlon (30), akrilik (26), fibra tal-ħġieġ (44) u melamina (47).

Fejn il-modakriliki jew l-elastani huma preżenti għandu l-ewwel jitwettaq test preliminari biex jiddetermina jekk il-fibra ddubx kompletament fir-reaġent.

Huwa wkoll possibbli li t-taħlitiet li fihom il-klorofibri jiġu analizzati bl-użu tal-metodu Nru 9 jew 14.

2.   PRINĊIPJU

Il-fibri tal-aċetat u tat-triaċetat, il-klorofibri, ċerti modakriliki u ċerti elastani jiddewbu minn piż xott magħruf bis-ċikloeżanon f’temperatura qrib il-punt tat-togħlija. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali ta’ klorofibra, modakrilik, elastane, aċetat u triaċetat jinstab permezz tad-differenza.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Apparat ta’ estrazzjoni sħun addattat għall-użu fil-proċedura tat-test fit-taqsima 4. (ara l-figura: dan huwa varjant tal-apparat deskritt f’ Melliand Textilberichte 56 (1975) pp. 643 — 645).

(ii)   Griġjol filtru li jesa’ l-kampjun tat-test.

(iii)   Regolatur poruż (grad tal-porożità 1).

(iv)   Kondenser tar-rifluss li jista’ jiġi addattat għall-flask tad-distillazzjoni.

(v)   Strument tas-sħana.

3.2.   Reaġenti

(i)   Ċikloeżanon, il-punt tat-togħlija 156 °C.

(ii)   Alkoħol etiliku, 50 % bil-volum.

NB:

Ċ-ċikloeżanon jieħu n-nar malajr u huwa tossiku. Meta jintuża wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

 

Ferragħ fil-flask tad-distillazzjoni 100 ml ta’ ċikloeżanon għal kull gramm ta’ materjal, daħħal ir-reċipjent tal-estrazzjoni li fih ikun tpoġġa qabel il-griġjol filtru li fih il-kampjun u r-regolatur poruż, kemxejn inklinat. Daħħal il-kondenser tar-rifluss. Wassal għat-togħlija u kompli l-estrazzjoni għal 60 minuta bir-rata minima ta’ 12-il ċiklu fis-siegħa.

 

Wara l-estrazzjoni u t-tibrid neħħi r-reċipjent tal-estrazzjoni, oħroġ il-griġjol filtru u neħħi r-regolatur poruż. Aħsel il-kontenut tal-griġjol filtru tlieta jew erba’ darbiet b’50 % alkoħol tal-etiliku msaħħan sa madwar 60 °C u sussegwentement b’litru ilma f’60 °C.

 

Tapplikax ġbid tal-arja waqt jew bejn l-operazzjonijiet tal-ħasil. Ħalli l-likwidu jixxotta taħt gravità u mbagħad applika l-ġbid tal-arja.

 

Fl-aħħar, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ huwa 1,00 ħlief fil-każ ta’:ħarir u melamina, f’liema każ “d” = 1,01, u akrilik, f’liema każ “d” = 0,98.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ fibri tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

Image

METODU Nru 16

MELAMINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu formiku jaħraq)

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji ta’ fibri, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta’:

1.

melamina (47);

ma’

2.

qoton (5) u aramid (31).

2.   PRINĊIPJU

Il-melamina tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-aċidu formiku jaħraq (90 % m/m).

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwenti jinkiseb mid-differenza.

Nota:

Imxi strettament mal-medda ta’ temperatura rakkomandata minħabba li t-tidwib tal-melamina jiddependi bil-kbir fuq it-temperatura.

3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.   Apparat

(i)   Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

(ii)   Banju tal-ilma jew xi apparat ieħor biex tħawwad u żżomm il-flask f’temperatura ta’ 90 ± 2 °C.

3.2.   Reaġenti

(i)   Aċidu formiku (90 % m/m, densità relattiva f’20 °C: 1,204 ). Iddilwa 890 ml ta’ 98 sa 100 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f’20 °C: 1,220 ) għal litru wieħed bl-ilma.

L-aċidu formiku jaħraq huwa ferm korrużiv u jrid jiġi mmaniġġjat b’attenzjoni.

(ii)   Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 80 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja kkonċentrata (densità relattiva f’20 °C: 0,880) għal litru wieħed bl-ilma.

4.   PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun tat-test miżmum fi flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml aċidu formiku għal kull gramma tal-kampjun. Poġġi t-tapp, ħawwad il-flask biex ixarrab il-kampjun. Żomm il-flask f’banjumarija biex tħawwad f’temperatura ta’ 90 ± 2 °C għal siegħa filwaqt li tħawdu bis-saħħa. Berred il-flask sa ma jiġi għat-temperatura tal-kamra. Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid 50 ml ta’ aċidu formiku fil-flask li fih il-fdal, ħawwad b’mod manwali u ffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru. Ittrasferixxi l-fibri residwi li jista’ jifdal għall-griġjol billi taħsel il-flask bi ftit iktar reaġent ta’ aċidu formiku. Qattar il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal bir-reaġent tal-aċidu formiku, misħun, soluzzjoni ta’ ammonja mħallta, u fl-aħħar bl-ilma kiesaħ, waqt li tqattar il-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull żieda. Tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Fl-aħħar nett, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ “d” huwa ta’ 1,02.

6.   PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-limiti ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 2 għal livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

KAPITOLU 3

Analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ternarji ta’ fibri

DAĦLA

B’mod ġenerali, il-metodi ta’ analiżi kimika kwantitattiva huma bbażati fuq is-soluzzjoni selettiva tal-komponenti indvidwali. Hemm erba’ varjanti possibbli ta’ dan il-metodu:

1.

Bl-użu ta’ żewġ kampjuni tat-test differenti, komponent (a) jiġi maħlul mill-ewwel kampjun tat-test, u komponent ieħor (b) mit-tieni kampjun tat-test. Il-fdal li ma jinħallx ta’ kull kampjun jintiżen u l-perċentwali ta’ kull wieħed miż-żewġ komponenti li jinħallu jiġi kkalkulat mit-telf fil-piż rispettiv. Il-perċentwali tat-tielet komponent (c) jiġi kkalkulat permezz tad-differenza.

2.

Bl-użu ta’ żewġ kampjuni tat-test differenti, komponent (a) jiġi maħlul mill-ewwel kampjun tat-test, u żewġ komponenti (a u b) mit-tieni kampjun tat-test. Il-fdal li ma jinħallx tal-ewwel kampjun tat-test jintiżen u l-perċentwali tal-komponent (a) jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż. Il-fdal li ma jinħallx tat-tieni kampjun tat-test jintiżen; dan ikun jikkorrispondi għal komponent (ċ). Il-perċentwali tat-tielet komponent (b) jiġi kkalkolat permezz tad-differenza.

3.

L-użu ta’ żewġ kampjuni tat-test differenti, żewġ komponenti (a u b) jiġu mdewwba mill-ewwel kampjun tat-test, u żewġ komponenti (b u ċ) mit-tieni kampjun tat-test. Il-fdalijiet li ma jinħallux jikkorrispondu għal żewġ komponenti (c) u (a) rispettivament. Il-perċentwali tat-tielet komponent (b) jiġi kkalkolat permezz tad-differenza.

4.

Bl-użu ta’ kampjun ta’ test wieħed, wara t-tneħħija ta’ wieħed mill-komponenti, il-fdal li ma jinħallx iffurmat miż-żewġ fibri l-oħra jintiżen u l-perċentwali tal-komponent li jinħall jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż. Waħda miż-żewġ fibri tal-fdal tiddewweb, il-komponent li ma jinħallx jintiżen u l-perċentwali tat-tieni komponent li jinħall jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż.

Fejn tista’ ssir għażla, huwa rrakkomandat li jintuża wieħed mill-ewwel tliet varjanti.

Fejn tintuża analiżi kimika, l-espert responsabbli għall-analiżi għandu jieħu ħsieb li jagħżel metodi li jużaw solventi li jdewbu biss il-fibra(i) korretta(i), filwaqt li jħalli l-fibra(i) l-oħra intatta(i).

Bħala eżempju, fit-Taqsima V tingħata tabella li fiha ċertu numru ta’ taħlitiet ternarji ta’ fibri, flimkien ma’ metodi għall-analiżi ta’ taħlitiet binarji ta’ fibri li jistgħu, fil-prinċipju, jintużaw għall-analiżi ta’ dan it-taħlitiet ternarji ta’ fibri.

Biex il-possibilità ta’ żball titnaqqas għal minimu, huwa rrakkomandat li, kull meta jkun possibbli, għandha ssir analiżi kimika bl-użu ta’ għallinqas tnejn mill-erba’ varjanti msemmija hawn fuq.

Qabel ma tipproċedi kwalunkwe analiżi oħra, il-fibri kollha preżenti fit-taħlita għandhom jiġu identifikati. F’xi metodi kimiċi, il-komponent ta’ taħlita li ma jdubx fl-ilma jista’ jinħall parzjalment fir-reaġent użat biex idewweb il-komponent/i li jdub/u fl-ilma. Kull fejn kien possibbli, intgħażlu reaġenti li għandhom ftit jew l-ebda effett fuq il-fibri li ma jinħallux. Jekk ikun magħruf li jkun hemm telf fil-piż waqt l-analiżi, ir-riżultat għandu jiġi kkoreġut; għal dan l-għan, qed jingħataw fatturi ta’ korrezzjoni. Dawn il-fatturi kienu determinati f’diversi laboratorji billi ġew ittrattati fibri mnaddfa bit-trattament minn qabel, bir-reaġent xieraq kif speċifikat fil-metodu tal-analiżi. Dawn il-fatturi ta’ korrezzjoni japplikaw biss għall-fibri sottogradati u jistgħu jkunu meħtieġa fatturi differenti ta’ korrezzjoni jekk il-fibri jkunu ġew degradati qabel jew matul l-ipproċessar. Jekk għandu jintuża r-raba’ varjant, li fih il-fibra tat-tessut tkun soġġetta għall-azzjoni suċċessiva ta’ żewġ solventi differenti, għandhom jiġu applikati fatturi ta’ korrezzjoni għal telf possibbli fil-piż li fibra tkun għaddiet minnu fiż-żewġ trattamenti. Għandhom isiru tal-inqas żewġ determinazzjonijiet, kemm fil-każ ta’ separazzjoni manwali kif ukoll fil-każ ta’ separazzjoni kimika.

I.   Tagħrif ġenerali dwar metodi għall-analiżi kimika kwantitattiva ta’ taħlit bi tliet fibri

Tagħrif komuni għall-metodi mogħtija għall-analiżi kimika kwantitattiva ta’ taħlit bi tliet fibri.

I.1.   KAMP TAL-APPLIKAZZJONI

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull metodu għall-analizzar ta’ taħlit b’żewġ fibri jispeċifika għal liema fibri l-metodu huwa applikabbli. (Ara l-Kapitolu 2, li għandu x’jaqsam ma’ ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ ċerti taħlitiet binarji ta’ fibri).

I.2.   PRINĊIPJU

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti ta’ taħlita, il-materjal mhux fibruż jitneħħa permezz ta’ trattament minn qabel addattat, u wara, jiġi applikat wieħed jew aktar mill-erba’ varjanti tal-proċess ta’ soluzzjoni selettiva deskritt fl-introduzzjoni. Għajr fejn dan joħloq diffikultajiet tekniċi, huwa preferibbli li l-komponent ewlieni tal-fibra jiddewweb biex jinkiseb il-komponent minuri tal-fibra bħala fdal finali.

I.3.   MATERJALI U APPARAT

I.3.1.   Apparat

I.3.1.1.   Griġjoli filtru u flixkien tal-użin kbar biżżejjed li jżommu fihom griġjoli bħal dawn, jew kwalunkwe apparat li jagħti riżultati identiċi.

I.3.1.2.   Termos.

I.3.1.3.   Dessikatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

I.3.1.4.   Forn ventilat għall-inxif tal-kampjun f’105 ± 3 °C.

I.3.1.5.   Miżien analitiku, preċiż sa 0,0002 g.

I.3.1.6.   Estrattur Soxhlet jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.2.   Reaġenti

I.3.2.1.   Żejt mhux raffinat ħafif, iddistillat mill-ġdid, medda ta’ togħlija minn 40 sa 60 °C.

I.3.2.2.   Reaġenti oħra huma speċifikati fis-sezzjonijiet addattati ta’ kull metodu.

I.3.2.3.   Ilma ddistillat jew dejonizzat.

I.3.2.4.   Aċetun.

I.3.2.5.   Aċidu ortofosforiku.

I.3.2.6.   Urea.

I.3.2.7.   Bikarbonat tas-sodju.

Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

I.4.   ATMOSFERA TA’ KUNDIZZJONAR U TTESTJAR

Minħabba li jiġu stabbiliti piżijiet xotti, mhux meħtieġ li l-kampjun jiġi kkundizzjonat jew li l-analiżi titwettaq f’atmosfera kkundizzjonata.

I.5.   KAMPJUN TAT-TEST TAL-LABORATORJU

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju li huwa rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju u huwa biżżejjed biex jipprovdi l-kampjuni kollha, kull wieħed ta’ mill-inqas 1 g, li huma meħtieġa.

I.6.   TRATTAMENT MINN QABEL TAL-KAMPJUN TAT-TEST TAL-LABORATORJU (14)

Fejn tkun preżenti sostanza li ma għandhiex titqies fil-kalkolazzjonijiet perċentwali (ara l-Artikolu 18a), din għandha l-ewwel titneħħa permezz ta’ metodu xieraq li ma jaffettwa l-ebda kostitwent tal-fibri.

Għal dan l-għan, materja mhux fibruża li tista’ tiġi estratta b’żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma titneħħa billi l-kampjun tat-test tal-laboratorju mnixxef bl-arja f’estrattur Soxhlet jiġi ttrattat b’żejt mhux raffinat ħafif għal siegħa b’rata minima ta’ sitt ċikli fis-siegħa. Ħalli ż-żejt ħafif jevapora mill-kampjun tat-test tal-laboratorju, li mbagħad jiġi estratt bi trattament dirett li jkun jikkonsisti fit-tixrib tal-kampjun tat-test tal-laboratorju fl-ilma fit-temperatura tal-kamra għal siegħa u mbagħad xarrbu fl-ilma f’65 ± 5 °C għal siegħa oħra, waqt li tħawwad il-likur minn ħin għal ieħor. Uża likur: proporzjon tal-kampjun tat-test tal-laboratorju ta’ 100:1. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun tat-test tal-laboratorju billi tagħsru, tiġbdu jew bl-użu ta’ magni ċentrifugi u mbagħad ħalli l-kampjun tat-test tal-laboratorju jinxef bl-arja.

F’każ ta’ elastolefin jew ta’ taħlitiet ta’ fibri li fihom l-elastolefin jew fibri oħra (suf, xagħar tal-annimali, ħarir, qoton, kittien (jew għażel), qanneb ġenwin, ġuta, abaka, alfa, kajjar, ġummar, rami, sisal, kupru, modal, proteina, visk, akrilik, poliamid jew najlon, poliesteri, elastomultiester) il-proċedura li għadha kemm ġiet deskritta għandha tkun daqsxejn modifikata, fil-fatt, iż-żejt mhux raffinat eteru ħafif għandu jinbidel bl-aċetun.

Meta materja mhux fibruża ma tkunx tista’ titneħħa biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma, għandha titneħħa billi tissostitwixxi l-metodu tal-ilma deskritt hawn fuq b’metodu adattat li bl-ebda mod ma jbiddel sostanzjalment kwalunkwe mill-kostitwenti tal-fibra. Madankollu, għal xi fibri ta’ ħaxix naturali, mhux ibbliċjati (eż. l-ġuta, l-kajjar), għandu jiġi nnotat li trattament minn qabel normali biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi mhux fibrużi naturali kollha; madankollu t-trattament addizzjonali ta’ qabel ma jiġix applikat għajr jekk il-kampjun ikun fih tirqim li ma jinħallx la fiż-żejt mhux raffinat ħafif u lanqas fl-ilma.

Ir-rapporti tal-analiżi għandhom jinkludu dettalji sħaħ tal-metodi użati għat-trattament ta’ qabel.

I.7   PROĊEDURA TAT-TEST

I.7.1.   Struzzjonijiet ġenerali

I.7.1.1.   Tnixxif

Mexxi l-operazzjonijiet kollha tat-tnixxif għal mhux anqas minn erba’ siegħat u mhux aktar minn 16-il siegħa f’105 ± 3 °C f’forn ventilat bil-bieba tal-forn magħluqa minn kullimkien. Jekk il-perijodu ta’ tnixxif ikun inqas minn 14-il siegħa, il-kampjun għandu jkollu l-piż ikkontrollat biex jiġi determinat jekk it-toqol tiegħu huwiex kostanti. Il-piż jista’ jitqies li huwa konstanti jekk, wara perijodu ieħor ta’ tnixxif ta’ 60 minuta, il-varjazzjoni tiegħu hija inqas minn 0,05 %.

Evita li tmiss il-griġjoli u l-fliexken tal-użin, il-kampjuni jew ir-residwi bl-idejn waqt l-operazzjonijiet ta’ tnixxif, tat-tibrid u tal-użin.

Kampjuni xotti fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin bit-tapp qabel ma tneħħih mill-forn, u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Nixxef il-griġjol filtru fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu fil-forn. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Fejn jintuża apparat ieħor għajr griġjol tal-filtru, għandhom jitwettqu proċessi ta’ tnixxif fil-forn biex jiddeterminaw il-piż xott tal-fibri mingħajr telf.

I.7.1.2.   Tibrid

Mexxi l-operazzjonijiet kollha tat-tibrid f’dessikatur, imqiegħed maġenb il-miżien, sakemm ikun intemm it-tibrid tal-fliexken tal-kejl, u f’kull każ għal mhux anqas minn sagħtejn.

I.7.1.3.   Użin

Wara t-tkessiħ, kompli l-użin tal-flixkun tal-użin fi żmien żewġ minuti minn meta tneħħiħ mid-dessikatur; iżen sa preċiżjoni ta’ 0,0002 g.

I.7.2.   Proċedura

Mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel ħu kampjun tat-test ta’ mill-inqas 1 g (fil-piż). Aqta’ ħajt jew drapp f’tulijiet ta’ madwar 10 mm, mifrudin kemm jista’ jkun possibbli. Nixxef il-kampjun fi flixkun tal-użin, berrdu f’dessikatur u iżnu. Ittrasferixxi l-kampjun għar-reċipjent tal-ħġieġ speċifikat fit-taqsima xierqa tal-metodu tal-Unjoni, iżen mill-ġdid il-flixkun tal-użin minnufih u kkalkula piż niexef tal-kampjun permezz tad-differenza; wettaq it-test kif speċifikat fit-taqsima x-xierqa tal-metodu applikabbli. Eżamina l-fdal mikroskopikament biex tivverifika li fil-fatt it-trattament neħħa għal kollox il-fibra(i) li tinħall(jinħallu).

I.8.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Esprimi l-piż ta’ kull komponent bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibra fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi tal-piż xott medju, aġġustat permezz (a) tal-livelli konvenzjonali miftiehma u (b) tal-fatturi ta’ korrezzjoni meħtieġa biex jitqies it-telf ta’ materja mhux fibruża matul it-trattament minn qabel u l-analiżi.

I.8.1.   Kalkolu tal-perċentwali tal-piż tal-fibri xotti u nodfa mingħajr ma jingħata kas tat-telf tal-piż tal-fibra matul it-trattament minn qabel.

I.8.1.1.   VARJANT 1 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn komponent tat-taħlita jitneħħa minn kampjun wieħed u jitneħħa komponent ieħor minn tieni kampjun:

Formula

Formula

Formula

 

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent fl-ewwel kampjun li dab fl-ewwel reaġent);

 

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent fit-tieni kampjun li dab fit-tieni reaġent);

 

P3 % huwa l-perċentwal tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma dab fl-ebda wieħed miż-żewġ kampjun);

 

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel kampjun wara t-trattament minn qabel;

 

m2 huwa l-piż xott tat-tieni kampjun wara t-trattament minn qabel;

 

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel kampjun fl-ewwel reaġent;

 

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa t-tieni komponent mit-tieni kampjun fit-tieni reaġent;

 

d1 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tieni komponent li ma dabx fl-ewwel kampjun (15);

 

d2 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel kampjun;

 

d3 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tal-ewwel komponent li ma dabx fit-tieni kampjun;

 

d4 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fit-tieni kampjun.

I.8.1.2.   VARJANT 2 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn komponent (a) jitneħħa mill-ewwel kampjun tat-test, filwaqt li jħalli bħala fdal iż-żewġ komponenti l-oħra (b + ċ), u jitneħħew żewġ komponenti (a + b) mit-tieni kampjun tat-test, bit-tielet komponent (c) jitħalla bħala fdal:

Formula

Formula

Formula

 

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent fl-ewwel kampjun li dab fl-ewwel reaġent);

 

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent li jdub, fl-istess ħin bħall-ewwel komponent tat-tieni kampjun, fit-tieni reaġent);

 

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma dabx fl-ebda wieħed miż-żewġ kampjuni);

 

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel kampjun wara t-trattament minn qabel;

 

m2 huwa l-piż xott tat-tieni kampjun wara t-trattament minn qabel;

 

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel kampjun fl-ewwel reaġent;

 

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mit-tieni kampjun fit-tieni reaġent;

 

d1 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tieni komponent li ma dabx fl-ewwel kampjun;

 

d2 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel kampjun;

 

d4 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fit-tieni kampjun.

I.8.1.3.   - VARJANT 3 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn jitneħħew żewġ komponenti (a + b) minn kampjun, filwaqt li t-tielet komponent (c) jitħalla bħala fdal, imbagħad jitneħħew żewġ komponenti (b + ċ) minn kampjun ieħor, bl-ewwel komponent (a) jitħalla bħala fdal:

Formula

Formula

Formula

 

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent li dab permezz tar-reaġent);

 

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent li dab permezz tar-reaġent);

 

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li dab fit-tieni kampjun permezz tar-reaġent);

 

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel kampjun wara t-trattament minn qabel;

 

m2 huwa l-piż xott tat-tieni kampjun wara t-trattament minn qabel;

 

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mill-ewwel kampjun bl-ewwel reaġent;

 

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew it-tieni u t-tielet komponenti mit-tieni kampjun bit-tieni reaġent;

 

d2 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel kampjun;

 

d3 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent tal-ewwel komponent li ma dabx fit-tieni kampjun.

I.8.1.4.   - VARJANT 4 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn jitneħħew żewġ komponenti wara xulxin mit-taħlita bl-użu tal-istess kampjun:

Formula

Formula

Formula

 

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (l-ewwel komponent li jdub);

 

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (it-tieni komponent li jdub);

 

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma jdubx);

 

m huwa l-piż xott tal-kampjun wara t-trattament minn qabel;

 

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel reaġent;

 

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mill-ewwel u t-tieni reaġenti;

 

d1 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tieni komponent fl-ewwel reaġent;

 

d2 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel reaġent;

 

d3 huwa l-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel u t-tieni reaġenti (16).

I.8.2.   Kalkolu tal-perċentwali ta’ kull komponent bl-aġġustament permezz ta’ livelli konvenzjonali miftiehma u, fejn xieraq, permezz ta’ fatturi ta’ korrezzjoni għal telf fil-piż matul proċessi ta’ trattament minn qabel:

Mogħtija:

Formula Formula Formula

imbagħad:

Formula

Formula

Formula

 

P1A % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

 

P2A % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

 

P3A % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

 

P1 huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif miksub permezz ta’ waħda mill-formuli mogħtija f’I.8.1;

 

P2 huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif miksub permezz ta’ waħda mill-formuli mogħtija f’I.8.1;

 

P3 huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif miksub permezz ta’ waħda mill-formuli mogħtija f’I.8.1;

 

a1 hija l-livell miftiehem tal-ewwel komponent;

 

a2 hija l- livell miftiehem tat-tieni komponent;

 

a3 hija l- livell miftiehem tat-tielet komponent;

 

b1 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tal-ewwel komponent matul it-trattament minn qabel;

 

b2 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tat-tieni komponent matul it-trattament minn qabel;

 

b3 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tat-tielet komponent matul it-trattament minn qabel.

Fejn jintuża trattament minn qabel speċjali, għandhom jiġu stabbiliti l-valuri b1, b2 u b3, jekk ikun possibbli, billi kull komponent tal-fibra pura jiġi sottomess għal trattament minn qabel applikat fl-analiżi. Fibri puri huma dawk ħielsa minn kull materjal mhux fibruż għajr dawk li normalment ikunu jinsabu fihom (jew b’mod naturali jew minħabba l-proċess tal-manifattura), fl-istat (mhux ibbliċjat, ibbliċjat) li jinstabu fil-materjal li għad irid jiġi analizzat.

Fejn mhumiex disponibbli fibri kostitwenti separati u nodfa użati fil-manifattura tal-materjal li għandu jiġi analizzat, għandhom jintużaw il-valuri medji ta’ b1, b2 u b3 kif miksuba mit-testijiet imwettqa fuq fibri nodfa simili għal dawk fit-taħlita li tkun qegħda tiġi eżaminata.

Jekk jiġi applikat trattament normali minn qabel permezz tal-estrazzjoni biż-żejt mhux raffinat ħafif u l-ilma, il-fatturi ta’ korrezzjoni b1, b2 u b3 jistgħu ġeneralment ma jitqisux, għajr fil-każ ta’ qoton mhux ibbliċjat, kittien mhux ibbliċjat (jew għażel) u qanneb mhux ibbliċjat, fejn it-telf ikkawżat minn trattament minn qabel jitqies bħala ta’ 4 %, u fil-każ ta’ polipropilene, bħala 1 %.

Fil-każ ta’ fibri oħra, normalment, ma jingħatax kas tat-telf minħabba trattament minn qabel fil-kalkoli.

Nota:

Eżempji ta’ kalkoli jinsabu fit-Taqsima IV.

II.   Metodu ta’ analiżi kwantitattiva b’separazzjoni manwali ta’ taħlitiet bi tliet fibri

II.1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal fibri tat-tessuti ta’ kull tip sakemm dawn ma jiffurmawx taħlita intima u sakemm ikun possibbli li dawn jiġu mifrudin bl-idejn.

II.2.   PRINĊIPJU

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti tat-tessuti, il-materja mhux fibruża titneħħa permezz ta’ trattament minn qabel xieraq u mbagħad il-fibri jiġu sseparati bl-idejn, imnixxfa u jintiżnu biex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta’ kull fibra fit-taħlita.

II.3.   APPARAT

II.3.1.   Fliexken tal-użin jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.2.   Dessikatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

II.3.3.   Forn ventilat għall-inxif tal-kampjun f’105 ± 3 °C.

II.3.4.   Miżien analitiku preċiż sa 0,0002 g.

II.3.5.   Estrattur Soxhlet jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.6.   Labra.

II.3.7.   Twist tester jew apparat simili.

II.4.   REAĠENTI

II.4.1.   Zejt mhux raffinat ħafif, distillat mill-ġdid, medda ta’ togħlija 40 sa 60 °C.

II.4.2.   Ilma ddistillat jew dejonizzat.

II.5.   ATMOSFERA TA’ KUNDIZZJONAR U TTESTJAR

Ara I.4.

II.6.   KAMPJUN TAT-TEST TAL-LABORATORJU

Ara I.5.

II.7.   TRATTAMENT MINN QABEL TAL-KAMPJUNI TAT-TEST TAL-LABORATORJU

Ara I.6.

II.8.   PROĊEDURA

II.8.1.   Analiżi tal-ħajt

Mill-kampjun tal-test tal-laboratorju li ġie trattat minn qabel, agħżel eżamplari ta’ piż mhux inqas minn 1 g. Għal ħajt fin ħafna, l-analiżi tista’ ssir fuq tul minimu ta’ 30 m, ikun kemm ikun il-piż.

Aqta’ l-ħajt f’biċċiet ta’ tul addattat u ifred it-tipi ta’ fibri permezz ta’ labra u, jekk ikun meħtieġ, twist tester. It-tipi ta’ fibra hekk miksuba jitqiegħdu fi fliexken tal-użin li jkunu ntiżnu minn qabel u mnixxfa għal 105 ± 3 °C sa toqol kostanti, kif deskritt f’I.7.1 u I.7.2.

II.8.2.   Analiżi tad-drapp

Mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel, agħżel kampjun ta’ piż ta’ mhux anqas minn1 g, li ma jinkludix ċmusa, bi truf mirqumin b’attenzjoni biex ikun evitat it-tiżrit u li jkun parallel mat-tgħama jew mal-ħjut għall-medd, jew fil-każ ta’ drappijiet innittjati fil-linja tal-għoqod u l-korsijiet. Ifred it-tipi differenti ta’ fibri u iġborhom fi fliexken tal-użin li jintiżnu minn qabel u pproċedi kif deskritt fi II.8.1.

II.9.   KALKOLU U ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Esprimi l-piż ta’ kull fibra komponent bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibri fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta’ piż nadif u xott, aġġustati permezz (a) tal-livelli miftehma u (b) tal-fatturi ta’ korrezzjoni meħtieġa biex jitqies it-telf fil-piż matul l-operazzjonijiet tat-trattament minn qabel.

II.9.1.   Kalkolu tal-perċentwali tal-piż ta’ fibra xotta u nadifa, mingħajr ma jingħata kas tat-telf fil-piż tal-fibra matul it-trattament minn qabel:

Formula

Formula

Formula

 

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif;

 

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif;

 

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif;

 

m1 huwa l-piż nadif niexef tal-ewwel komponent;

 

m2 huwa l-piż nadif niexef tat-tieni komponent;

 

m3 huwa l-piż nadif niexef tat-tielet komponent;

II.9.2.   Għall-kalkolu tal-perċentwali ta’ kull komponent bl-aġġustament permezz ta’ livelli miftehma u, fejn xieraq, permezz ta’ fatturi ta’ korrezzjoni għal telf fil-piż matul it-trattament minn qabel:

ara I.8.2.

III.   Metodu ta’ analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet bi tliet fibri b’kombinazzjoni ta’ separazzjoni bl-idejn u separazzjoni kimika

Fejn ikun possibbli, għandha tintuża separazzjoni manwali, waqt li jitqiesu l-proporzjonijiet ta’ komponenti separati qabel jgħaddu għal kwalunkwe trattament kimiku ta’ kull wieħed mill-komponenti separati.

III.1.   PREĊIŻJONI TAL-METODI

Il-preċiżjoni indikata f’kull metodu tal-analiżi ta’ taħlitiet binarji ta’ fibri għandha x’taqsam mar-riproduċibilità (ara l-Kapitolu 2 relatat mal-metodi għall-analiżi kwantitattiva tat-taħlitiet binarji ta’ fibri tat-tessuti).

Ir-riproduċibilità tirreferi għall-affidabilità, jiġifieri l-qrubija tal-qbil bejn valuri esperimentali miksubin minn operaturi f’laboratorji differenti jew fi żminijiet differenti bl-użu tal-istess metodu u bil-kisba ta’ riżultati individwali fuq kampjun ta’ taħlita omoġenja identika.

Ir-riproduċibilità hija espressa permezz ta’ limiti ta’ fiduċja tar-riżultati għal-livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

Dan ifisser li d-differenza bejn żewġ riżultati f’sensiela ta’ analiżi magħmula f’laboratorji differenti, f’applikazzjoni normali u korretta tal-metodu għal taħlita omoġenja u identika, taqbeż il-limitu ta’ fiduċja biss f’ħames każijiet minn 100.

Biex tiġi stabbilita l-preċiżjoni tal-analiżi ta’ taħlita ternarja ta’ fibri, il-valuri indikati fil-metodi għall-analiżi ta’ taħlitiet binarji ta’ fibri li ntużaw għall-analiżi tat-taħlita ternarja ta’ fibri jiġu applikati bil-mod normali.

Billi fl-erba’ varjanti tal-analiżi kimika kwantitattiva ta’ taħlitiet ternarji ta’ fibri, hemm dispożizzjoni għal żewġ dissoluzzjonijiet (bl-użu ta’ żewġ kampjuni separati għall-ewwel tliet varjanti u kampjun singolari għar-raba’ varjant) u, waqt li wieħed jassumi li E1 u E2 jirrappreżentaw il-preċiżjoni taż-żewġ metodi għall-analizzar ta’ taħlitiet binarji ta’ fibri, il-preċiżjoni tar-riżultati għal kull komponent tintwera fit-tabella li ġejja:

Fibra komponent

Varjanti

1

2 u 3

4

a

E1

E1

E1

b

E2

E1+E2

E1+E2

c

E1+E2

E2

E1+E2

Jekk jintuża r-raba’ varjant, il-grad ta’ preċiżjoni jista’ jinstab li jkun aktar baxx minn dak ikkalkulat bil-metodu muri hawn fuq, minħabba azzjoni possibbli tal-ewwel reaġent fuq il-fdal magħmul mill-komponenti b u c, li għandu jkun diffiċli li jiġi evalwat.

III.2.   RAPPORT TAT-TEST

III.2.1.   Indika l-varjant(i) użati għat-twettiq tal-analiżi, il-metodi, ir-reaġenti u l-fatturi ta’ korrezzjoni.

III.2.2.   Agħti dettalji ta’ kwalunkwe trattament minn qabel speċjali (ara I.6).

III.2.3.   Agħti r-riżultati individwali u l-medja aritmetika, kull wieħed sa punt deċimali wieħed.

III.2.4.   Kull meta jkun possibbli, agħti l-preċiżjoni tal-metodu għal kull komponent, ikkalkolat skont it-tabella fit-taqsima III.1.

IV.   Eżempji tal-kalkolu ta’ perċentwali tal-komponenti ta’ ċerti taħlitiet ternarji ta’ fibri li jagħmlu użu minn xi wħud mill-varjanti deskritti fil-punt I.8.1.

Ikkunsidra l-każ ta’ taħlita ta’ fibra li meta analizzata b’mod kwantitattiv għall-kompożizzjoni ta’ materja prima, tat il-komponenti li ġejjin: 1. suf imqardax; 2.najlon (poliamid); 3.qoton mhux ibbliċjat.

VARJANT Nru. 1

Bl-użu ta’ dan il-varjant, jiġifieri bl-użu ta’ żewġ kampjuni differenti u t-tneħħija ta’ komponent wieħed (a = suf) permezz ta’ dissoluzzjoni mill-ewwel kampjun u t-tieni komponent (b = poliamid) mit-tieni kampjun, jistgħu jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

1.

Il-piż xott tal-ewwel kampjun wara t-trattament minn qabel huwa ta’ (m1) = 1,6000 g

2.

Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin (poliamid+qoton) (r1) = 1,4166 g

3.

Il-piż xott tat-tieni kampjun wara t-trattament minn qabel (m2) = 1,8000 g

4.

Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-aċidu formiku (suf+qoton)

(r2) = 0,9000 g

Trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta’ poliamid, filwaqt li qoton mhux ibbliċjat jitlef 3 %, għalhekk d1 = 1,00 u d2 = 1,03.

Trattament bl-aċidu formiku ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta’ suf jew qoton mhux ibbliċjat, għalhekk d3 u d4 = 1,00.

Jekk il-valuri miksuba permezz tal-analiżi kimika u l-fatturi ta’ korrezzjoni jiġu mibdula fil-formula taħt il-punt I.8.1.1, jinkiseb ir-riżultat li ġej:

 

P1 % (suf) = [1,03/1,00 – 1,03 × 1,4166/1,6000 + (0,9000/1,8000) × (1 – 1,03/1,00)] × 100 = 10,30

 

P2 % (poliamid) = [1,00/1,00 – 1,0 × 0,9000/1,8000 + (1,4166/1,6000) × (1– 1,00/1,00)] × 100 = 50,00

 

P3 % (qoton) = 100–(10,30 + 50,00) = 39,70

Il-perċentwali tad-diversi fibri xotti u nodfa fit-taħlita huma kif ġej:

suf

10,30 %

poliamid

50,00 %

qoton

39,70 %

Dawn il-perċentwali għandhom jiġu korretti skont il-formoli taħt punt I.8.2, biex jitqiesu wkoll il-livelli konvenzjonali miftehma u l-fatturi ta’ korrezzjoni għal kwalunkwe telf fil-piż wara t-trattament minn qabel.

Kif indikat fl-Anness IX, il-livelli konvenzjonali miftehma huma kif ġej: suf imqardax 17,00 %, poliamid 6,25 %, qoton 8,50 %, u wkoll il-qoton mhux ibbliċjat juru tnaqqis fil-piż ta’ 4 %, wara trattament minn qabel b’żejt mhux raffinat ħafif u ilma.

Għalhekk:

 

P1A % (suf) = 10,30 × [1+(17,00+0,0)/100] / [10,30 × (1+ (17,00+0,0)/100) + 50,00 × (1+ (6,25+0,0)/100) + 39,70 × (1+(8,50+4,0) /100)] × 100 = 10,97

 

P2A % (poliamid) = 50,0 × [(1+ (6,25+0,0)/100) /109,8385] × 100 = 48,37

 

P3A % (qoton) = 100 - ((10,97 + 48,37) = 40,66

Il-kompożizzjoni tal-materja prima tal-ħajta hija għalhekk kif ġej:

poliamid

48,4 %

qoton

40,6 %

suf

11,0 %

 

100,0 %

VARJANT Nru. 4

Ikkunsidra l-każ ta’ taħlita ta’ fibra li meta analizzata b’mod kwantitattiv tat il-komponenti li ġejjin: suf imqardax, visk, qoton mhux ibbliċjat.

Ejja ngħidu li bl-użu ta’ varjant 4, jiġifieri t-tneħħija suċċessiva ta’ żewġ komponenti mit-taħlita ta’ kampjun waħdieni singolari, jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

1.

Il-piż xott tal-kampjun wara t-trattament minn qabel (m) = 1,6000 g

2.

Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin (visk+qoton) (r1) = 1,4166 g g

3.

Il-piż xott tal-fdal wara t-tieni trattament tal-fdal r1 bil-klorur taż-żingu/aċidu formiku (qoton) (r2) = 0,6630 g

Trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta’ visk, filwaqt li qoton mhux ibbliċjat jitlef 3 %, għalhekk d1 = 1,00 u d2 = 1,03.

Bħala riżultat ta’ trattament bl-aċidu formiku-klorur taż-żingu, il-piż tal-qoton jiżdied b’4 %, biex b’hekk d3 = 1,03 × 0,96 = 0,9888; li huwa approssimativ għal 0,99, (b’d3 jkun il-fattur ta’ korrezzjoni għat-telf rispettiv jew żieda fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel u t-tieni reaġenti).

Jekk il-valuri miksuba permezz tal-analiżi kimika u l-fatturi ta’ korrezzjoni jiġu mibdula fil-formula mogħtija f’punt I.8.1.4, jinkiseb ir-riżultat li ġej:

 

P2 % (visk) = 1,00 × (1,4166 / 1,6000) × 100 – (1,00 / 1,03) × 41,02 = 48,71 %

 

P3 % (qoton) = 0,99 × (0,6630 / 1,6000) × 100 = 41,02 %

 

P1 % (suf) = 100 - (48,71 + 41,02) = 10,27 %

Kif diġà ġie indikat għall-Varjant 1, dawn il-perċentwali għandhom jiġu korretti permezz tal-formoli indikati f’punt I.8.2.

 

P1A % (suf) = 10, 27 × [1 + (17,0+0,0) / 100)]/[10, 27 × (1+ (17,00+0,0)/100) +48, 71 × (1+(13+0,0) / 100) + 41,02 × (1+(8,5+4,0)/ 100)] × 100 = 10,61 %

 

P2A % (visk) = 48, 71 × [1+(13+0,0) / 100] / 113, 2057 × 100 = 48,62 %

 

P3A % (qoton) = 100 - ((10, 61 + 48,62) = 40,77 %

Il-kompożizzjoni tal-materja prima tat-taħlita hija għalhekk kif ġej:

visk

48,6 %

qoton

40,8 %

suf

10,6 %

 

100,0 %

VI.   Tabella ta’ taħlitiet tipiċi bi tliet fibri li jistgħu jiġu analizzati bl-użu ta’ metodi tal-Unjoni ta’ analiżi ta’ taħlitiet binarji ta’ fibri (għall-għanijiet illustrattivi)

Nru tat-Taħlita

Fibri komponent

Varjant

In-numru tal-metodu użat u r-reaġent għal taħlitiet binarji ta' fibri

Komponent 1

Komponent 2

Komponent 3

1.

suf jew xagħar

visk, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

1 u/jew 4

2. ( *ipolklorit) u 3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

2.

suf jew xagħar

poliamid jew najlon

qoton, visk, kupru jew modal

1 u/jew 4

2. ( ipoklorit) u 4. (aċidu formiku, 80 % m/m)

3.

suf, xagħar jew ħarir

ċerti fibri oħra

visk, kupru, modal jew qoton

1 u/jew 4

2. ( ipoklorit) u 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun 55,5/44,5 % v/v)

4.

suf jew xagħar

poliamid jew najlon

poliester, polipropilene, akrilik jew fibra tal-ħġieġ

1 u/jew 4

2. ( ipoklorit) u 4. (aċidu formiku, 80 % m/m)

5.

suf, xagħar jew ħarir

ċerti fibri oħra

poliester, akrilik, poliamid, jew najlon jew fibra tal-ħġieġ

1 u/jew 4

2. ( ipoklorit) u 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun 55,5/44,5 % v/v)

6.

ħarir

suf jew xagħar

poliester

2

11. (aċidu sulfuriku 75 % m/m) u 2. ( ipoklorit)

7.

poliamid jew najlon

akrilik jew ċerti fibri oħra

qoton, visk, kupru jew modal

1 u/jew 4

4. (aċidu formiku 80 % m/m) u 8. ( dimetilformamid)

8.

ċerti klorofibri

poliamid jew najlon

qoton, visk, kupru jew modal

1 u/jew 4

8. (dimetilformamid) u 4. (aċidu formiku, 80 % m/m)

jew 9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % v/v) u 4. (aċidu formiku, 80 % m/m)

9.

akrilik

poliamid jew najlon

poliester

1 u/jew 4

8. ( dimetilformamid) u 4. (aċidu formiku, 80 % m/m)

10.

aċetat

poliamid jew najlon jew ċerti fibri oħra

visk, qoton, kupru jew modal

4

1. (aċetun) u 4. (aċidu formiku, 80 % m/m)

11.

ċerti klorofibri

akrilik jew ċerti fibri oħra

poliamid jew najlon

2 u/jew 4

9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % v/v) u 8. ( dimetilformamid)

12.

ċerti klorofibri

poliamid jew najlon

akrilik

1 u/jew 4

9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % v/v) u 4. (aċidu formiku, 80 % m/m)

13.

poliamid jew najlon

visk, kupru, modal jew qoton

poliester

4

4. (aċidu formiku, 80 % m/m) u 7. (aċidu sulfuriku, 75 % m/m )

14.

aċetat

visk, kupru, modal jew qoton

poliester

4

1. (aċetun) u 7 (aċidu sulfuriku, 75 % m/m)

15.

akrilik

visk, kupru, modal jew qoton

poliester

4

8. ( dimetilformamid) u 7 (aċidu sulfuriku, 75 % m/m)

16.

aċetat

suf, xagħar jew ħarir

qoton, visk, kupru, modal, poliamid jew najlon, poliester, akrilik

4

1. (aċetun) u 2. ( ipoklorit)

17.

triaċetat

suf, xagħar jew ħarir

qoton, visk, kupru, modal, poliamid jew najlon, poliester, akrilik

4

6. (diklorometan) u 2. ( ipoklorit)

18.

akrilik

suf, xagħar jew ħarir

poliester

1 u/jew 4

8. ( dimetilformamid) u 2. ( ipoklorit)

19.

akrilik

ħarir

suf jew xagħar

4

8. ( dimetilformamid) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % m/m )

20.

akrilik

suf, xagħar jew ħarir

qoton, visk, kupru jew modal

1 u/jew 4

8. ( dimetilformamid) u 2 ( ipoklorit)

21.

suf, xagħar jew ħarir

qoton, visk, modal, kupru

poliester

4

2. ( ipoklorit) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % m/m)

22.

visk, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

poliester

2 u/jew 4

3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % m/m )

23.

akrilik

visk, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

4

8. ( dimetilformamid) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

24.

ċerti klorofibri

visk, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

1 u/jew 4

9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % v/v ) u 3. (korur taż-żinġu/aċidu formiku) jew 8. ( dimetilformamid) u 3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

25.

aċetat

visk, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

4

1. (aċetun) u 3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

26.

triaċetat

visk, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

4

6. (diklorometan) u 3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

27.

aċetat

ħarir

suf jew xagħar

4

1. (aċetun) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % m/m )

28.

triaċetat

ħarir

suf jew xagħar

4

6. (diklorometan) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % m/m)

29.

aċetat

akrilik

qoton, visk, kupru jew modal

4

1. (aċetun) u 8. ( dimetilformamid)

30.

triaċetat

akrilik

qoton, visk, kupru jew modal

4

6. (diklorometan) u 8. ( dimetilformamid)

31.

triaċetat

poliamid jew najlon

qoton, visk, kupru jew modal

4

6. (diklorometan) u 4. (aċidu formiku 80 % m/m )

32.

triaċetat

qoton, visk, kupru jew modal

poliester

4

6. (diklorometan) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % m/m )

33.

aċetat

poliamid jew najlon

poliester jew akrilik

4

1. (aċetun) u 4. (aċidu formiku 80 % m/m)

34.

aċetat

akrilik

poliester

4

1. (aċetun) u 8. ( dimetilformamid)

35.

ċerti klorofibri

qoton, visk, kupru jew modal

poliester

4

8. ( dimetilformamid) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % m/m )

jew 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % v/v) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % m/m)

36.

qoton

poliester

elastolefin

2 u/jew 4

7. (aċidu sulfuriku 75 % m/m ) u 14. (aċidu sulfuriku konċentrat)

37.

ċerti modakriliki

poliester

melamina

2 u/jew 4

8. (dimetilformamid) u 14. (aċidu sulfuriku konċentrat)]


(1)  F’xi każijiet huwa meħtieġ li l-eżemplari individwali tat-testijiet jiġi trattat minn qabel.

(2)  Għal oġġetti magħmula u lesti ara t-Taqsima 7.

(3)  Ara l-punt 1.

(4)  Il-moxt tal-laboratorju jista’ jinbidel bi blender tal-fibra, jew il-fibri jistgħu jitħalltu bil-metodu tat-“trofof u l-fdalijiet”.

(5)  Jekk il-pakketti jistgħu jiġu mmuntati fuq kavetta konvenjenti jkun possibbli li numru minnhom jiddawru fl-istess ħin.

(6)  Il-Metodu 12 huwa eċċezzjoni. Huwa bbażat fuq determinazzjoni tal-kontenut ta’ sustanza kostitwenti ta’ wieħed miż-żewġ komponenti.

(7)  Ara l-Kapitolu 1.1

(8)  Biex ikun żgurat li l-fdal fibruż ikun mgħaddas fis-soluzzjoni tal-ammonja għal 10 minuti, wieħed jista’, pereżempju, juża adaptor ta’ griġjol filtru ffittjat b’vit li permezz tiegħu l-fluss tas-soluzzjoni tal-ammonja jkun jista’ jiġi rregolat.

(9)  It-tidwib ta’ modaċriliki bħal dawn jew ta’ klorofibri fir-reaġent għandu jiġi vverifikat qabel ma titwettaq l-analiżi.

(10)  Qabel titwettaq l-analiżi għandu jiġi vverifikat it-tidwib tal-klorur tal-polivinil fir-reaġent.

(11)  Il-ħarir selvaġġ, bħall-ħarir tussah, ma jdubx għal kollox f’75 % m/m ta’ aċidu sulfuriku.

(12)  Dawn ir-reaġenti għandhom ikunu ħielsa min-nitroġenu.

(13)  Ara pereżempju l-apparat deskritt f’Melliand Textilberichte 56 (1975), p. 643-645.

(14)  Ara l-Kapitolu 1.1.

(15)  Il-valuri ta’ d huma indikati fil-Kapitolu 2 ta’ dan l-Anness relatat mal-metodi varji għall-analiżi tat-taħlitiet b’żewġ fibri

(16)  Meta jkun possibbli d3 għandu jiġi determinat minn qabel permezz ta’ metodi esperimentali


ANNESS IX

Livelli miftehma użati biex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ fibri kontenuti fi prodott tat-tessuti

(imsemmija fl-Artikolu 18(3))

Nru tal-Fibra

Fibri

Perċentwali

1—2

Suf u xagħar tal-annimali:

 

fibri mimxuta

18,25

fibri mqardxa

17,00 (1)

3

Xagħar tal-annimali:

 

fibri mimxuta

18,25

fibri mqardxa

17,00 (1)

Xagħar taż-żiemel:

 

fibri mimxuta

16,00

fibri mqardxa

15,00

4

Ħarir

11,00

5

Qoton:

 

fibri normali

8,50

fibri mogħtija l-leqqa

10,50

6

Kapok

10,90

7

Kittien (jew għażel)

12,00

8

Qanneb ġenwin

12,00

9

Ġuta

17,00

10

Abaka

14,00

11

Alfa

14,00

12

Kajjar

13,00

13

Ġummar

14,00

14

Rami (fibra bbliċjata)

8,50

15

Sisal

14,00

16

Sunn

12,00

17

Sabbara

14,00

18

Maguey

14,00

19

Aċetat

9,00

20

Alġinat

20,00

21

Kupru

13,00

22

Modal

13,00

23

Proteina

17,00

24

Triaċetat

7,00

25

Visk

13,00

26

Akrilik

2,00

27

Klorofibra

2,00

28

Fluorofibra

0,00

29

Modakrilik

2,00

30

Poliamid jew najlon:

 

fibra mhux kontinwa

6,25

filament

5,75

31

Aramid

8,00

32

Polijimide

3,50

33

Lyoċell

13,00

34

Polilaktid

1,50

35

Poliester

1,50

36

Polietilene

1,50

37

Polipropilene

2,00

38

Polikarbamid

2,00

39

Poliurethane:

 

fibra mhux kontinwa

3,50

filament

3,00

40

Vinilal

5,00

41

Trivinil

3,00

42

Elastodin

1,00

43

Elastan

1,50

44

Fibra tal-ħġieġ:

 

b’dijametru medju ta' iktar minn 5 μm

2,00

b’dijametru medju ta' 5 μm jew inqas

3,00

45

Elastomultiester

1,50

46

Elastolefin

1,50

47

Melamine

7,00

48

Fibra tal-metall

2,00

Fibra metalizzata

2,00

Asbestos

2,00

Ħjut tal-karta

13,75


(1)  Il-livelli miftehma ta’ 17,00 % għandhom jiġu applikati wkoll fejn huwa impossibbli li jiġi aċċertat jekk il-prodott tat-tessut li fih is-suf u/jew ix-xagħar tal-annimali huwiex mimxut jew imqardex.


ANNESS X

Tabelli ta' Korrelazzjoni

Direttiva 2008/121/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 4

Artikolu 1(2)(d)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 2(2) formulazzjoni introduttorja

Artikolu 2(2) formulazzjoni introduttorja

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(2)(b)

Artikolu 2(2)(b) u (c)

Artikolu 2(2)(c)

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 7

Artikolu 5

Artikolu 8

Artikolu 6(1) sa (4)

Artikolu 9

Artikolu 6(5)

Artikolu 19

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 8(1)

Artikolu 13(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 15(1)

Artikolu 8(3)

Artikolu 15(2)

Artikolu 8(4)

Artikolu 15(3)

Artikolu 8(5)

Artikolu 9(1)

Artikolu 11(1) u (2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 12 u l-Anness IV

Artikolu 10(1)(a)

Artikolu 16(2)

Artikolu 10(1)(b)

Artikolu 16(3)

Artikolu 10(1)(c)

Artikolu 16(4)

Artikolu 10(2)

Artikolu 16(5)

Artikolu 11

Artikolu 14(4)

Artikolu 12

Artikolu 18(2) u l-Anness VII

Artikolu 13(1)

Artikolu 18(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 14(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15

Artikolu 20

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness III

Anness V

Anness III punt 36

Artikolu 3(1)(j)

Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness IX

Anness VI

Anness VII


Direttiva 96/73/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I (2)

Artikolu 3

Artikolu 18(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4

Artikolu 18(4)

Artikolu 5

Artikolu 20

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Anness I

Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I

Anness II (1) introduzzjoni

Anness VIII, kapitolu 1, taqsima II

Anness II (1) taqsimiet I, II u III

Anness VIII kapitolu 2 taqsimiet I, II u III

Anness II(2)

Anness VIII, kapitolu 2, taqsima IV


Direttiva 73/44/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I

Artikolu 3

Artikolu 18(1)

Artikolu 4

Artikolu 18(4)

Artikolu 5

Artikolu 20

Artikolu 6

Artikolu 7

Anness I

Anness VIII kapitolu 3 introduzzjoni u taqsimiet I sa IV

Anness II

Anness VIII, kapitolu 3, taqsima V

Anness III

Anness VIII, kapitolu 3, taqsima VI


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

Fit-2 ta’ Frar 2009, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ismijiet ta’ tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti (1). Oriġinarjament il-proposta kienet ibbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat (2). Hija kienet akkumpanjata minn Valutazzjoni tal-Impatt.

Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-18 ta’ Mejju 2010 (3).

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-opinjoni tiegħu fis-16 ta’ Diċembru 2009 (4).

Fit-13 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill ikkonferma qbil politiku bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Pożizzjoni fl-ewwel qari fi stadju aktar tard skont l-Artikolu 294 (5) tat-TFUE.

Fis-6 ta’ Diċembru 2010 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta kif tinsab fid-dok. 13807/10.

II.   OBJETTIV

L-objettiv tal-proposta msemmija hawn fuq kien li jingħaqdu u jiġu simplifikati tliet Direttivi eżistenti dwar Ismijiet tat-Tessuti u Tikkettar (5). Meta jsir hekk, għandu jitjieb il-qafas regolatorju eżistenti għall-iżvilupp u l-użu ta’ fibri tat-tessuti ġodda, bl-għan li titħeġġeġ l-innovazzjoni fis-settur tat-tessuti u tal-ilbies u li jkun possibbli għall-utenti tal-fibri u l-konsumaturi li jibbenefikaw aktar malajr minn prodotti innovattivi.

Ir-regolament propost għandu jsaħħaħ ukoll it-trasparenza tal-proċess biex jiżdiedu fibri ġodda mal-lista ta’ ismijiet ta’ fibri armonizzati u għandu jintroduċi aktar flessibbiltà biex il-leġislazzjoni tiġi adattata permezz ta’ atti delegati biex wieħed ilaħħaq mal-ħtiġijiet tal-iżviluppi teknoloġiċi mistennija fl-industrija tat-tessuti.

Ma kienx l-għan tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni li tiġi estiża l-leġislazzjoni attwali tal-UE għal kwistjonijiet oħra dwar ir-rekwiżiti ta’ tikkettar lil hinn mill-kompożizzjoni tal-fibri u l-armonizzazzjoni tal-ismijiet tal-fibri tat-tessuti koperti mid-Direttivi eżistenti.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI  (6)

1.    Ġenerali

It-test li dwaru ntlaħaq qbil politiku fil-Kunsill iżomm l-objettivi kollha tal-proposta tal-Kummissjoni. Il-Kunsill inkluda prinċipalment dawk l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari li huma kompatibbli mal-objettiv oriġinali tal-proposta. Il-karatteristiċi l-ġodda introdotti waqt in-negozjati fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill jikkonċernaw id-definizzjoni ta’ konċessjonijiet miftiehma, xi kjarifiki tekniċi u l-aġġornament fl-annessi u dispożizzjoni tranżizzjonali għal prodotti tat-tessuti li jkunu disponibbli u li jilħqu r-rekwiżiti kollha tad-Direttivi attwali.

Barra minn hekk, element ġdid introdott mill-Kunsill huwa s-sett ta’ dispożizzjonijiet li jittrasferixxu l-Proċedura Regolatorja bi Skrutinju (PRAC) għall-proċedura l-ġdida ta’ “atti delegati” skont it-Trattat ta’ Lisbona (TFUE).

2.    Emendi tal-PE

Fl-ewwel qari tiegħu l-Parlament Ewropew adotta 63 emenda fit-test, (7) li fosthom l-emendi 9 u 26, l-emendi 10 u 11, l-emendi 12, 47, 48, 49, 50, 51 flimkien mal-emendi 13 u 31 kif ukoll l-emendi 53, 54, 55 u 56 fejn kull waħda tista’ tiġi trattata bħala emenda kombinata, minħabba li tirriżulta minn konsegwenza loġika jew tkopri l-istess suġġett. Matul in-negozjati fil-Grupp ta’ Ħidma, il-Kunsill eżamina bir-reqqa l-emendi tal-PE f’għadd ta’ okkażjonijiet. Fl-aħħar nett, il-Kunsill aċċetta l-maġġoranza tal-emendi tal-PE (40) tal-inqas parzjalment, xi wħud minnhom fis-sustanza, xi wħud wkoll bil-kliem eżatt. Finalment il-Kunsill irrifjuta 23 emenda tal-PE.

2.1.   Emendi tal-PE aċċettati mill-Kunsill u integrati fit-test tal-Pożizzjoni fl-ewwel qari

Emendi 1, 3, 6, 8, 15, 17, 22, 34, 35, 39, 40, 41, 42, 46, 52, 57, 61 kienu inkorporati fit-test tal-Kunsill prattikament b’formulazzjoni eżatta, minħabba li l-Kunsill xi ftit jew wisq appoġġa l-ġustifikazzjoni kif evokata mill-Parlament Ewropew.

2.2.   Emendi tal-PE aċċettati fil-prinċipju jew parzjalment, iżda introdotti fit-test b’modifiki

Emenda 2 — Premessa 2 (Leġislazzjoni tal-Unjoni; Ismijiet tal-Fibri)

L-emenda hija ta’ natura editorjali u mhix partikolarment kontroversjali. It-test tal-Kunsill bħalissa jinkorpora parti minnha biss.

Emenda 5 — Premessa 9, issa: premessa 10 (Magħmul disponibbli fis-suq)

Il-Kunsill huwa tal-fehma li allinjament f’konformità mal-linji tal-emenda tal-PE huwa dispensabbli għall-formulazzjoni ta’ premessa.

Emenda 7 — Premessa 12, issa: premessa 13 (Adattament ta’ metodi uniformi għal progress tekniku)

Il-Kunsill jaqsam l-ispirtu tal-emenda iżda huwa tal-fehma li t-test tiegħu stess huwa abbozzat aħjar mill-emenda tal-PE.

Emenda 10 u 11 — Premessi 17 u 18 (Adattament tal-premessi għal “atti delegati’”)

Il-Kunsill appoġġa l-prinċipju tal-emendi tal-PE biex jadatta l-proposta attwali għas-sitwazzjoni legali l-ġdida li tikkonċerna l-“atti delegati” wara t-Trattat ta’ Lisbona. Waqt li premessa 17 tħassret kif ġie ssuġġerit fl-emenda tal-PE, il-formulazzjoni l-ġdida ta’ premessa 18 tvarja mill-formulazzjoni tal-PE, madankollu l-aktar għal raġunijiet editorjali.

Emenda 14 — Premessa 19b (ġdida) (Rappurtar dwar rekwiżiti ġodda ta’ tikkettar għall-futur)

Il-Kunsill għaraf li l-PE huwa interessat f’rekwiżiti ġodda ta’ tikkettar għall-futur li mbagħad jistgħu jirriflettu l-interessi tal-industrija u tal-konsumaturi kif ukoll żviluppi tekniċi iżda li għadhom ma jistgħux jiġu realizzati fi ħdan l-att legali attwali. Madankollu l-Kunsill jaħseb li kwalunkwe rotta għal attività legali futura tista’ tiġi esplorata permezz tar-rekwiżit tar-rappurtar ġenerali għall-Kummissjoni skont l-Artikolu 21, issa: l-Artikolu 24. Minkejja dan, il-Kunsill jista’ jappoġġa aktar premessa li għandha inqas kliem.

Emenda 16 — Artikolu 1 (Suġġett)

Il-Kunsill hu favur l-ispirtu u ħafna mill-partijiet tal-emenda tal-PE. Madankollu, f’dak li jirrigwarda l-għan tar-regolament il-kliem “funzjonament tas-suq intern” hu preferut mill-Kunsill minħabba li huwa aktar komprensiv u eżatt għal parti minn leġislazzjoni Komunitarja dwar l-armonizzazzjoni meta mqabbla mal-kliem suġġerit tal-emenda “ċirkolazzjoni libera”.

Emenda 21 — Artikolu 3 (Definizzjoni ta’ “tikkettar’”)

F’dan l-istadju, il-Kunsill juża żewġ definizzjonijiet differenti għal “tikkettar” u “immarkar” waqt li d-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament - bħala regola - japplikaw għat-tnejn li huma. Il-Kunsill uża din il-proċedura għal raġunijiet ta’ ċarezza. L-emenda tal-PE tara li tinkorpora l-kunċett ta’ mmarkar fil-kunċett ġenerali ta’ “tikkettar” biex ir-referenzi l-oħra fit-test ikunu aktar faċli biex jinqraw. Fl-aħħar mill-aħħar, id-differenza tidher li hija ta’ natura editorjali, għax huwa għall-kunċett “tikkettar inklużiv” biss li l-modi ta’ mmarkar deskritti normalment ma jaħdmux, li madankollu ma joħloqx problemi f’termini legali.

Emenda 23 — Artikolu 4 (Regoli ġenerali għat-tqegħid fis-suq)

Il-Kunsill aċċetta l-emenda parzjalment. Waħda miż-żewġ differezi bejn it-test tal-Kunsill u l-emenda tal-PE sempliċiment issegwi b’mod loġiku mill-użu ta’ “immarkar” fit-test tal-Kunsill (ara emenda 21); id-differenza l-oħra hija ta’ natura editorjali biss.

Emenda 25 — Artikolu 5 (Ismijiet tal-fibri tat-tessuti)

Il-Kunsill aċċetta l-ispirtu tal-emenda tal-PE iżda jippreferi l-formulazzjoni tiegħu stess, id-differenza hija pjuttost ta’ natura editorjali.

Emenda 27 — Artikolu 7 (2) (Prodotti tat-tessuti puri)

Il-Kunsill jappoġġa l-intenzjoni u l-partijiet ewlenin tal-emenda tal-PE, iżda barra minn hekk jinsisti dwar test li jiċċara r-rabta mal-Artikolu 8 (“Prodotti tal-’fleece’ jew suf verġni”).

Emenda 29 — Artikolu 8 (3) (Fibri estranji preżenti fis-suf)

Il-Kunsill appoġġa l-parti l-kbira tal-emenda PE iżda jippreferi kjarifika fi tmiem il-paragrafu f’konformità mal-formulazzjoni tal-Artikolu 7 u tal-Artikolu 18 (issa: Artikolu 19).

Emenda 32 — Artikolu 11, issa: Artikolu 13 (Tikkettar)

Il-Kunsill aċċetta partijiet kbar minn din l-emenda. Madankollu, rigward it-termini “perijodu ta” użu normali’ u “skumdità minima”, il-Kunsill jippreferi jħallihom barra mill-artikolu, għax ma jidhrux li huma legalment infurzabbli.

Emenda 33 — Artikolu 11, issa: Artikolu 14 (Responsabbiltà għat-tikkettar tal-informazzjoni)

Il-Kunsill aċċetta ħafna mill-emenda tal-PE u l-idea warajha. F’dak li jirrigwarda l-formulazzjoni eżatta u l-ordni loġika tal-paragrafi l-Kunsill madankollu jqis it-test tiegħu stess aktar adegwat.

Emenda 36 — Artikolu 12 (2), issa: Artikolu 15 (1) (Viżibbiltà u leġibbiltà ta’ informazzjoni)

Il-Kunsill aċċetta ħafna mit-test issuġġerit fl-emenda, fejn tħalla barra biss ir-referenzi għad-daqs u l-forma tal-ittri/iċ-ċifri.

Emenda 43 — Artikolu 17 (2), issa: Artikolu 18 (Determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri)

Il-Kunsill aċċetta l-emenda iżda introduċa l-paragrafu kollu bħala l-ewwel paragrafu ta’ artikolu separat u ġdid “Determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri”.

Emenda 44 — Artikolu 17(2) subparagrafu 2 a ġdid, issa: Artikolu 18 (Nonkonsiderazzjonijiet ta’ punti elenkati f’Anness VII)

Il-Kunsill aċċetta l-emenda iżda introduċa l-paragrafu kollu bħala t-tieni paragrafu ta’ artikolu separat u ġdid “Determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri”.

Emenda 45 — Artikolu 17 (3), issa: Artikolu 18 (Metodi użati mil-laboratorji)

Il-Kunsill aċċetta t-tieni parti tal-emenda li sservi b’mod ewlieni għall-għanjiet ta’ kjarifika. L-ewwel parti li timmira li titlob akkreditazzjoni għal kull laboratorju li jissodisfa din il-funzjoni tas-servizz għall-awtoritajiet ġiet rifjutata minħabba li tqieset wisq restrittiva u ta’ piż żejjed.

Emendi 53, 54, 55 u 56 — Artikoli 19-19c, issa: Artikoli 20-23 (Dispożizzjonijiet dwar atti delegati)

Il-Kunsill aċċetta l-ispirtu u l-parti l-kbira tal-formulazzjoni ta’ dawn l-emendi neċessarji bħala konsegwenza tat-Trattat ta’ Lisbona. F’ċerti partijiet ta’ dawn l-artikoli madankollu l-Kunsill ikkunsidra l-formulazzjoni tiegħu stess bħala aktar adegwata, pereżempju fir-rigward tad-data ta’ skadenza tad-delega tas-setgħat. Għal dawk il-kwistjonijiet fejn il-Kunsill xorta waħda ma aċċettax l-inserzjoni fl-artikoli, il-possibbiltà ta’ atti delegati konsegwentement kellha titħalla barra.

Emenda 60 — Artikolu 21a, issa: Artikolu 25 (Dispożizzjonijiet transizzjonali)

Waqt li d-differenza materjali bejn it-test tal-Kunsill u l-emenda tal-PE hi żgħira, il-Kunsill hu tal-fehma li l-formulazzjoni tiegħu stess hija legalment aktar ċara.

2.3.   Emendi li ma ntlaqgħux u li bhekk ma ġewx integrati fit-test tal-Kunsill

Emendi 9 u 26 — Premessa 16, issa: premessa 17 u Artikolu 6 (1) (Rappreżentant tal-manifattur)

Il-Kunsill jikkunsidra li l-formulazzjoni tiegħu stess għall-premessa u għall-artikolu hija aktar ċara. Fil-fehma tal-PE, il-kelma “rappreżentant” apparentement ma tirrestrinġix it-tifsira għal “rappreżentant awtorizzat” bħala operatur ekonomiku speċifiku, madankollu, il-Kunsill jippreferi l-formulazzjoni tiegħu stess “persuna li qed taġixxi f’ismu” li f’dan ir-rigward hija aktar ċara. L-emendi tal-PE mhumiex konsistenti b’mod sħiħ.

Emendi 12, 47, 48, 49, 50, 51 — Premessa 18a ġdida; Artikoli 18a-18d (ġodda) (Tikkettar relatat mal-pajjiż ta’ oriġini)

Il-Kunsill ma jappoġġax tikkettar obbligatorju relatat mal-pajjiż ta’ oriġini. L-ewwel, is-suġġett jidher li jmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament li jittratta l-ismijiet tat-tessuti u l-konsolidazzjoni ta’ obbligi li diġà huma preżenti fil-liġi attwali. It-tieni, it-tikkettar relatat mal-pajjiż ta’ oriġini jfixkel sa ċertu punt il-proposti għal atti legali orizzontali meta attwalment tkun qiegħda tinstab soluzzjoni globali għall-problema.

Emenda 66 — Premessa 18b (ġdida) (Relazzjoni bejn it-tikkettar relatat mal-pajjiż ta’ oriġini f’dan l-att legali u f’atti legali oħra)

Għalkemm il-formulazzjoni tal-premessa nnifsu ma jqajjem l-ebda problema ta’ sustanza, dan ma setax jintlaqa’ bħala konsegwenza għar-rifjut tal-emendi 12, 47-51 dwar tikkettar mandatorju relatat mal-pajjiż ta’ oriġini. Il-premessa tista’ tkun aċċettabbli, li kieku kienet marbuta ma’ skema aktar volontarja ta’ tikkettar relatat mal-pajjiż ta’ oriġini.

Emendi 13 u 31 — Premessa 19a u Artikolu 10a (ġdid) (Prodotti li joriġinaw mill-annimali)

Il-Kunsill ċaħad dawn l-emendi. La l-kamp ta’ applikazzjoni u lanqas l-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mhu ċar, u lanqas l-abbozzar legali mhu sodisfaċenti. Il-kategorija ta’ fibri li joriġinaw mill-annimali ser turi sovrappożizzjoni ma’ diversi fibri diġà integrati f’Anness I u li huma soġġetti għal dispożizzjonijiet ta’ tikkettar aktar eżatti skont il-liġi attwali. Min-naħa l-oħra, tikkettar obbligatorju ta’ materjal tal-annimali mhux fibruż b’mod ċar jaqa’ lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, waqt li t-terminu materjal “mhux tessut” mhux definit għalkollox. Probabbilment ma jistax ikun hemm protezzjoni diretta ta’ ċerti speċi fil-perikolu b’tali dispożizzjoni ġenerika ħafna. Kollox ma’ kollox, il-ġustifikazzjoni għal dawn l-emendi tista’ tkun validata aħjar permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri.

Emenda 19 — Artikolu 2 (2) (da) (ġdid) (Artikoli magħmula għall-individwu)

Il-Kunsill ikkunsidra l-emenda u l-piż possibbli għal proċeduri ta’ artikoli individwali li jirriżulta mit-tikkettar. Madankollu, il-fatt li informazzjoni suffiċjenti għall-konsumatur għandha tkun ukoll tħassib validu għall-artikoli magħmula għall-individwu u li sadanittant hemm suq dejjem jikber ta’ artikoli personalizzati li jinbiegħu bl-imnut, eżenzjoni totali ta’ artikoli magħmula għall-individwu mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament ma kinux appoġġati mill-Kunsill.

Emenda 24 — Artikolu 4 (2), (Klawżola ta’ salvagwardja)

Il-Kunsill ħassar il-paragrafu kollu minħabba li kien qarrieqi u dispensabbli bħala dispożizzjoni fi ħdan dan ir-Regolament. Għalhekk, kien teknikament impossibbli li tiġi integrata l-emenda mill-Parlament Ewropew.

Emenda 30 — Artikolu 9 (Prodotti multifibri)

Il-Kunsill irrifjuta l-emenda għax ipprefera jibqa’ qrib il-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda 72 — Artikolu 12 (4), l-ewwel subparagrafu, issa: Artikolu 15 (3) (Dispożizzjoni tal-lingwa u simboli)

Il-Kunsill irrifjuta l-emenda. L-ewwel, id-dispożizzjoni tal-Kunsill dwar il-“lingwa” tagħti iktar libertà lil ċerti Stati Membri biex jippermettu lingwi oħra barra minn dik (dawk) uffiċjali; it-tieni, il-Kunsill kellu problemi serji biex jaċċetta simboli li ma jiddependux mil-lingwa li attwalment la huma armonizzati u lanqas magħrufa għall-konsumaturi.

Emenda 37 — Artikolu 12 (4), it-tieni subparagrafu; issa: Artikolu 15 (3) (Dispożizzjoni dwar tikkettar inklużiv)

Il-Kunsill irrifjuta din l-emenda għall-istess raġunijiet bħal fl-emenda 72.

Emenda 38 — Artikolu 12 (4), subparagrafu ġdid, issa: Artikolu 15 (3) (Atti delegati għal “simboli’”)

Il-Kunsill irrifjuta din l-emenda bħala konsegwenza talli rrifjuta l-emendi 72 u 37.

Emenda 58 — Artikolu 20a (ġdid) - (Reviżjoni)

Għalissa l-Kunsill ma integrax din l-emenda fit-test. Waqt li diversi punti msemmijin f’din il-klawżola ta’ reviżjoni pjuttost twila jistħoqqilhom konsiderazzjoni, deher adegwat li tiġi diskussa l-emenda sħiħa fi ħdan “pakkett” globali dwar il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament. Jista’ jiġi kkunsidrat ukoll li parti mill-kontenut hija aktar adegwata għal premessa.

Emenda 59 — Artikolu 21, issa: Artikolu 24 (Rappurtar)

Il-Kunsill ipprefera jżomm il-perijodu ta’ ħames snin. Barra minn hekk iż-żieda suġġerita mill-PE ma żżidx maċ-ċarezza għax l-inizjattivi leġislattivi tal-Kummissjoni għandhom dejjem ikunu akkumpanjati minn ġustifikazzjoni.

Emenda 62 — Anness IIa - Inċiż 5a (Testijiet għal reazzjonijiet allerġeniċi)

Il-Kunsill ma integrax din l-emenda għax mill-inqas hemm il-ħtieġa għal xi kjarifika u spjegazzjonijiet min-naħa tal-PE u l-formulazzjoni tista’ jitjieb.

Emenda 64 — Anness V - punt 13 (Tħassir ta’ “feltri’”)

Il-Kunsill jikkunsidra l-inklużjoni ta’ feltri f’tikkettar mandatorju bħala punt minuri. Billi l-aċċettazzjoni tal-emenda mill-inqas timplika xi piż addizzjonali għall-intrapriżi involuti, il-Kunsill ma kienx f’pożizzjoni li jintegra l-emenda.

Emenda 65 — Anness V - punt 17 (Tħassir ta’ “kpiepel tal-feltru”)

Ir-rifjut ta’ din l-emenda jsegwi l-istess raġunar bħal dak għall-emenda 64.

Emenda 63 — Anness V - punt 24 (Tħassir ta’ “ġugarelli”)

Il-Kunsill huwa tal-fehma li r-rilevanza prattika ta’ din l-emenda hi pjuttost minuri. Għalkemm huwa possibbli li tiġi limitata s-sovrappożizzjoni mad-Direttiva dwar is-sigurtà tal-ġugarelli, ma jidhirx li hemm in-neċessità assoluta li jiġu inklużi ġugarelli (tat-tessuti) fir-rekwiżiti kollha tat-tikkettar.

3.    L-innovazzjonijiet l-aktar importanti għat-test introdott mill-Kunsill

Artikolu 3 (k) (Definizzjoni ta’ “konċessjonijiet miftiehma’”)

Il-Kunsill ikkunsidra li huwa adegwat li jinkludi definizzjoni ta’ “konċessjonijiet miftiehma” minħabba li dan it-terminu jintuża ħafna fir-Regolament, b’mod partikolari f’Anness VIII.

Artikolu 25 (issa) (Dispożizzjoni transizzjonali)

Il-Kunsill permezz ta’ din id-dispożizzjoni transizzjonali kkjarifika li l-prodotti li jitqiegħdu fis-suq f’konformità mal-liġi attwali xorta jistgħu jinbiegħu għal madwar sentejn u nofs. B’din id-dispożizzjoni t-tibdiliet limitati relattivi tar-reġim attwali m’għandhomx jirriżultaw f’tikkettar mill-ġdid li jkun ta’ piż għat-tessuti b’tikketti li s’issa huma korretti.

Artikoli 20-23 (issa) Atti delegati

B’segwitu għad-dħul fis-seħħ tat-TFUE, ċerti dispożizzjonijiet li oriġinarjament kienu maħsuba biex jaqgħu taħt il-PRAC ġew integrati f’artikoli ġodda li jistabbilixxu l-proċedura għall-atti delegati (skont l-Art. 290 TFUE).

IV.   KONKLUŻJONI

Il-Pożizzjoni fl-ewwel qari adottata mill-Kunsill tenfasizza l-objettiv prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni. Għandhom jinkisbu qafas unifikat, iżda flessibbli għal rekwiżiti tat-tikkettar tat-tessuti u proċedura mgħaġġla biex jiġu integrati ismijiet ta’ fibri ġodda, waqt li tiġi aċċettata b’mod sħiħ l-importanza tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-utenti tal-prodotti tat-tessuti. Bl-użu ta’ dispożizzjonijiet li jikkonċernaw “atti delegati” il-qafas attwali għal ismijiet ta’ tessuti u tikkettar jista’ jiġi adattat b’mod mgħaġġel u effiċjenti.


(1)  ĠU C 76 tal-25.3.2010.

(2)  Il-bażi legali nbidlet għall-Art. 114 tat-TFUE permezz tat-Trattat ta’ Lisbona.

(3)  Dok. tal-Kunsill 9905/10; għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.

(4)  ĠU C 255, 22.9.2010, p. 37.

(5)  Id-Direttivi 2008/121/KE, 96/73/KE (kif emendata) u 73/44/KEE.

(6)  Nota: In-numerazzjoni tal-artikoli jew tirreferi għar-riżultat tal-ewwel qari tal-Parlament (dok. 9905/10) jew, fejn huwa speċifikament indikat (“issa:…”) għad-dokument li jirrifletti l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (dok. 13807/10).

(7)  (Ma kienx hemm vot dwar: 4, 18, 20, 28, 67, 68, 69, 70, 71.)