17.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/54


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija ta’ karreġġata dejqa

(Kodifikazzjoni)

COM(2010) 610 finali – 2010/0302 (COD)

2011/C 84/13

Il-Parlament Ewropew, nhar l-10 ta' Novembru 2010, u l-Kunsill nhar it-8 ta' Diċembru 2010, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta' qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija ta' karreġġata dejqa

COM(2010) 610 finali – 2010/0302 (COD).

Billi l-Kumitat iqis li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-468 sessjoni plenarja tiegħu tad-19 u l-20 ta' Jannar 2011 (seduta tad-19 ta' Jannar), b’96 voti favur u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 19 ta’ Jannar 2011.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON