23.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/6


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Ġunju 2011

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2011/48)

2011/C 182/03

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-23 ta’ Mejju 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2011 dwar il-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (1).

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Mario Draghi jinħatar bħala l-President tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Novembru 2011.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni li l-kandidat propost huwa persuna ta’ awtorità u ta’ esperjenza professjonali rikonoxxuta fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jinħatar Mario Draghi bħala l-President tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-9 ta’ Ġunju 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.