9.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 91/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-għaqdiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Jannar 2010 rigward abbozz ta' deċiżjoni preliminari dwar Każ COMP/M.5529 – Oracle/Sun Microsystems

Rapporteur: L-Estonja

2010/C 91/03

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1) (b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni Komunitarja fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-konċentrazzjoni nnotifikata, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma:

(a)

Bażijiet tad-dejta li jinkludu s-sistemi dwar il-ġestjoni tal-bażi tad-dejta relazzjonali kollha;

(b)

Middleware, b’sub-segmentazzjoni possibbli, għalkemm id-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodott tista’ titħalla miftuħa;

(c)

Liċenzja tad-drittijiet ta’ Java IP li huma konnessi mal-ambjent tal-iżvilupp ta’ Java, għalkemm id-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodott tista’ titħalla miftuħa.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ambitu tas-suq ġeografiku rilevanti huwa:

(a)

Dinji għall-bażijiet tad-dejta;

(b)

Dinji għall-middleware u għas-sub-segmenti possibbli;

(c)

Dinji għal liċenzjar tad-drittijiet ta’ Java IP konnessi mal-ambjent tal-iżvilupp ta’ Java.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-konċentrazzjoni nnotifikata l-“IT stack” jew “technology stack” jinkludu s-saffi li ġejjin:

(i)

Soluzzjonijiet ta’ ħażna,

(ii)

Servers,

(iii)

Sistemi operattivi,

(iv)

Bażijiet tad-dejta,

(v)

Middleware,

(vi)

Softwer għall-Applikazzjoni tal-Impriża (SAI).

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata mhux se twassal għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq dinji għall-bażijiet tad-dejta. Minoranza tastjeni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata mhux se twassal għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fuq is-suq dinji għall-middleware jew kwalunkwe mis-subsegmenti possibbli tagħha.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li peress li Oracle mhux se jkollha la l-kapaċità u lanqas l-inċentiv li teskludi l-kompetituri 'l isfel tagħha f’middelware jew SAI, il-konċentrazzjoni nnotifikata mhux se twassal għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li toħroġ mill-proprjetà ta’ Oracle tad-drittijiet IP konnessi mal-ambjent tal-iżvilupp ta’ Java.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata mhux se twassal għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li toħroġ mill-preżenza magħquda tal-entità fl-“IT stack”.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni u mal-ħidma tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE. Minoranza tastjeni.