|
31.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 85/31 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 788
tad-9 ta’ Ottubru 2009
li tiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt u l-gass – riżorsi naturali ta' taħt l-art kif imfisser fl-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, fil-Blokk 1-14 Silistar, li jinsab fil-blata kontinentali tar-Repubblika tal-Bulgarija u ż-żona ekonomika esklussiva tiegħu fil-Baħar l-Iswed, u li tħabbar li l-awtorizzazzjoni se tingħata abbażi ta' proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti
2010/C 85/12
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5, l-Artikolu 42(1)(1) u l-Artikolu 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u b’kunsiderazzjoni għall-Artikolu 4(2)(16) u t-Taqsima 1(24a) tad-Dispożizzjoni Addizzjonali tal-Att tal-Enerġija,
IL-KUNSILL TAL-MINISTRI IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
Għandha tinfetaħ proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt mhux raffinat u l-gass naturali fil-Blokk 1-14 Silistar, li għandu arja tal-wiċċ ta' 6 935,57 km2 u koordinati 1 sa 11 kif speċifikat fl-Anness. |
|
2. |
L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tingħata permezz ta' proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti. |
|
3. |
Il-perjodu ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni għandu jiġi ffissat għal ħames snin mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar it-tiftix u l-esplorazzjoni, bi dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art. |
|
4. |
Il-proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti li tiddetermina min jingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha ssir fil-150 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-bini tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz li ġej: ul. Triaditsa 8, Sofia, BULGARIA. |
|
5. |
Il-perjodu għax-xiri tal-fajl tas-sejħiet għall-offerti jagħlaq fil-17:00 fil-120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Il-perjodu li fih wieħed jista' jressaq l-applikazzjonijiet biex jieħu sehem fil-proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti jagħlaq fil-17:00 fil-130 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
7. |
Il-perjodu li fih wieħed jista' jressaq l-offerti skont il-fajl tas-sejħiet għall-offerti jagħlaq fil-17:00 fil-144 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
8. |
Mhuwiex obbligatorju li l-kandidati jkunu preżenti waqt il-proċedura kompettitiva ta' sejħa għall-offerti. |
|
9. |
Il-prezz tal-fajl tas-sejħiet għall-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 500. Il-fajl tas-sejħiet għall-offerti għandu jinxtara mill-Kamra Nru 802 fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz li ġej: ul. Triaditsa 8, Sofia, BULGARIA, fil-perjodu ta' żmien speċifikat fil-punt 5. |
|
10. |
Il-parteċipanti li jixtiequ jieħdu sehem fil-proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art. |
|
11. |
L-offerti għandhom jiġu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati għall-ħarsien ambjentali u t-taħriġ, il-bonusijiet u l-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji, kif ipprovdut fil-fajl tas-sejħiet għall-offerti. |
|
12. |
Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti għandu jiġi ffissat għal BGN 10 000, li jkun pagabbli fil-perjodu ta' żmien speċifikat fil-punt 6 fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu li huwa indikat fil-fajl tas-sejħiet għall-offerti. |
|
13. |
L-applikanti li ma jiġux aċċettati fil-proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti għandhom jingħataw lura l-flus li jkunu ddepożitaw fi żmien 14-il jum wara li jkunu infurmati li ma ġewx aċċettati. |
|
14. |
Id-depożitu li jkun tefa' l-offerent li jintgħażel jintilef u d-depożiti tal-offerenti l-oħra għandhom jingħataw lura fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni ta' din id-deċiżjoni għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat tal-Kunsill tal-Ministri. |
|
15. |
L-applikazzjonijiet li jkunu se jipparteċipaw fil-proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti u l-offerti skont il-proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti għandhom jitressqu għand il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu fl-indirizz ul. Triaditsa 8, Sofia, BULGARIA, bil-Bulgaru, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art. |
|
16. |
L-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifikati fil-fajl tas-sejħiet għall-offerti. |
|
17. |
Il-proċedura kompetittiva ta' sejħa għall-offerti għandha titwettaq f'każ li applikant wieħed biss jiġi aċċettat biex jieħu sehem fiha. |
|
18. |
Il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu huwa awtorizzat li:
|
|
19. |
L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Il-Prim Ministru
Boyko BORISOV
Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ministri
Rosen ZHELYAZKOV
ANNESS
LISTA TA' KOORDINATI
Koordinati ġeografiċi (Sistema tal-Koordinati fl-1950) tal-Blokk 1-14 Silistar:
|
1. |
42° 48′ 43,999″ Tramuntana |
28° 26′ 04,968″ Lvant |
|
2. |
42° 48′ 46,926″ Tramuntana |
29° 07′ 28,811″ Lvant |
|
3. |
42° 11′ 23,914″ Tramuntana |
29° 07′ 37,250″ Lvant |
|
4. |
41° 59′ 53,365″ Tramuntana |
28° 19′ 31,334″ Lvant |
|
5. |
41° 58′ 54,165″ Tramuntana |
28° 19′ 31,135″ Lvant |
|
6. |
41° 58′ 54,402″ Tramuntana |
28° 06′ 56,901″ Lvant |
|
7. |
42° 25′ 29,736″ Tramuntana |
28° 07′ 25,049″ Lvant |
|
8. |
42° 25′ 35,804″ Tramuntana |
27° 56′ 08,903″ Lvant |
|
9. |
42° 41′ 47,106″ Tramuntana |
27° 55′ 59,807″ Lvant |
|
10. |
42° 41′ 28,586″ Tramuntana |
28° 25′ 54,941″ Lvant |
|
11. |
42° 48′ 43,999″ Tramuntana |
28° 26′ 04,968″ Lvant |