5.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/6


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/795/PESK (Anness II) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (Anness V)

2010/C 299/04

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness II għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/795/PESK u fl-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/795/PESK u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007, il-listi tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi nominati skont dik il-Pożizzjoni Komuni u dak ir-Regolament għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u tal-anqas kull 12-il xahar.

Għal dan il-għan, il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

Kwalunkwe tali talba għandha tintbagħat sas-26 ta' Novembru 2010, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.