17.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/10


Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 – pożizzjoni tal-Kunsill

2010/C 250/07

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1525/2007 tas-17 ta' Diċembru 2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 kien adottat definittivament fis-17 ta' Diċembru 2009 (3),

fis-16 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2010,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 kienet adottata fit-13 ta' Settembru 2010.

It-test sħiħ jista' jiġi kkonsultat jew jitniżżel minn fuq il-websajt tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1, b'corrigenda fil-ĠU L 25, 30.1.2003, p. 43 u fil-ĠU L 99, 14.4.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.

(3)  ĠU L 64, 12.3.2010.