29.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/27


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 355/08

Għajnuna Nru: XA 154/10

Stati Membri: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Il-Muniċipalità ta' Benedikt

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora programom razvoja podeželja v Občini Benedikt 2010–2013

Bażi legali: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v Občini Benedikt (II Poglavje)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2010 – EUR 17 293,00

2011 – EUR 17 293,00

2012 – EUR 17 293,00

2013 – EUR 17 293,00

Intensità massima tal-għajnuna: Investiment f’azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli f’żoni anqas vantaġġati,

sa 40 % tal-ispejjeż eliġibbli f’żoni oħra,

60 % f'żoni anqas vantaġġati, u 50 % f'żoni oħrajn, fil-każ ta' investimenti minn bdiewa żgħażagħ.

Konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba fir-rigward ta' investimenti jew xogħlijiet kapitali intenzjonati għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali mhux produttivi. Dawn l-ispejjeż jistgħu jinkludu kumpens raġonevoli għax-xogħol imwettaq mill-bidwi nnifsu, jew mill-ħaddiema tiegħu sa limitu ta' EUR 10 000 fis-sena,

sa 60 %, jew 75 % f'żoni anqas vantaġġati, tal-ispejjeż reali mġarrba fir-rigward ta' investimenti jew xogħlijiet kapitali intenzjonati għall-konservazzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali ta' assi produttivi fuq azjendi agrikoli, sakemm dak l-investiment ma jwassal għal ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azjenda,

sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba minħabba użu ta’ materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Għajnuna għall-ixprunar tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Forniment ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-forma ta' servizzi ssussidjati li ma jinvolvux pagamenti diretti ta' flus lil produtturi.

Data tal-implimentazzjoni: Id-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Appoġġ lill-SMEs.

Referenza għall-Artikoli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli:

Ir-regoli dwar l-għotja tal-għajnuna mill-Istat u għajnuna de minimis u l-implimentazzjoni ta' miżuri oħra għall-konservazzjoni u għall-iżvilupp tal-agrikoltura u ż-żoni rurali fil-Muniċipalità ta’ Benedikt (Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči, pomoči de minimis in izvajanju drugih ukrepov za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v Občini Benedikt ) inklużi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli li ġejjin tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-Għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

—   Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli

—   spejjeż eliġibbli: kostruzzjoni, akkwist jew titjib ta' proprjetà immobbli u spejjeż ġenerali marbuta ma' nefqa eliġibbli bħal din,

—   Artikolu 5: Konservazzjoni ta' pajsaġġi u ta' bini tradizzjonali

—   spejjeż eliġibbli: investiment fil-preżervazzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali mhux produttivi li jinsabu f'azjendi agrikoli (siti ta' interess arkeoloġiku jew storiku) u fil-protezzjoni ta' karatteristiċi patrimonjali ta' assi produttivi fuq azjendi agrikoli, bħal bini, sakemm l-investiment ma jwassal għal ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azjenda,

—   Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art

—   spejjeż eliġibbli: spejjeż legali u amministrattivi,

—   Artikolu 14: Għajnuna għall-ixprunar tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità

—   spejjeż eliġibbli: spejjeż ta' attivitajiet marbuta ma' riċerka tas-suq, kunċettwalizzazzjoni u disinn ta' prodott; spejjeż ta' introduzzjoni ta' sistemi ta' traċċabbiltà, sistemi biex jiżguraw ħarsien tal-awtentiċità, u normi tal-kummerċjalizzazzjoni jew sistemi ta' awditjar ambjentali; spejjeż ta' taħriġ tal-persunal biex jiġu applikati skemi u sistemi relatati mal-ispejjeż imsemmijin hawn fuq; spejjeż ta' tariffi mħallsa minn entitajiet li jiċċertifikaw għaċ-ċertifikazzjoni inizjali tal-assigurazzjoni ta' kwalità u sistemi simili. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi,

—   Artikolu 15: Forniment ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

—   spejjeż eliġibbli: spejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ bdiewa u nies li jaħdmu fil-farms, servizzi ta’ konsulenza li ma jikkostitwixxux attività kontinwa jew perjodika, l-organizzazzjoni ta’ fora għall-iskambju ta' għarfien bejn l-azjendi agrikoli, kompetizzjonijiet, esebizzjonijiet u fieri, parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' dan it-tip, pubblikazzjonijiet u servizzi għal sostituzzjoni tal-azjenda agrikola. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta' servizzi sussidjati u ma għandhiex tinvolvi pagamenti diretti ta' flus lill-produtturi.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi agrikoli kollha

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Benedikt

Čolnikov trg 5

SI-2234 Benedikt

SLOVENIJA

Indirizz tal-Internet: http://www.uradni-list.si/1/objava.jsp?urlid=201065&objava=3633

Informazzjoni oħra: —

Župan

Milan GUMZAR

Għajnuna Nru: XA 164/10

Stati Membri: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Reġjun: Območje Občine Piran

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Podpora in ukrepi za razvoj kmetijstva in podeželja v Občini Piran

Bażi legali: Pravilnik o izvajanju pomoči za razvoj kmetijstva in podeželja v Občini Piran za programsko obdobje 2011–2013 (poglavje IV)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 2011 – EUR 75 000

2012 – EUR 82 000

2013 – EUR 90 000

Intensità massima tal-għajnuna:

(1)

Investiment f’azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’żoni żvantaġġati,

sa 40 % f'żoni oħra.

(2)

Għajnuna għal investiment fil-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali:

sa 100 % tal-ispejjeż għat-tħejjija tad-dokumentazzjoni relatata mal-proġetti għar-rikostruzzjoni u r-rinnovazzjoni ta' karatteristiċi ta' wirt mhux produttiv u li jinsabu f'azjendi agrikoli,

sa 60 %, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, tal-ispejjeż għat-tħejjija tad-dokumentazzjoni relatata mal-proġetti għar-rikostruzzjoni ta' assi produttivi f'azjendi agrikoli, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-azjenda agrikola.

(3)

Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' ħbula ta' art:

sa 100 % tal-ispejjeż legali u amministrattivi reali mġarrba, inkluż l-ispejjeż tal-ispezzjonijiet.

(4)

Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli dovuti għall-attivitajiet ta’ riċerka tas-suq, il-kunċett u d-disinn tal-prodott, li jinkludi l-għajnuna mogħtija għall-preparazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, denominazzjonijiet tal-oriġini jew ċertifikati ta’ karattru speċifiku f'konformità mar-regolamenti Kommunitarji rilevanti, l-introduzzjoni ta' skemi għall-assigurazzjoni tal-kwalità u t-taħriġ tal-persunal biex japplikaw skemi u sistemi. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta’ servizzi sussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta’ flus lill-produtturi.

(5)

Għajnuna sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-servizzi ta' konsultazzjoni pprovduti minn partijiet terzi, l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f'forums biex jinqasam l-għarfien bejn negozji, kompetizzjonijiet u fieri, publikazzjonijiet, katalgi u siti elettroniċi. L-għajnuna għandha tingħata f'forma ta’ servizzi ssussidjati u ma tinvolvix ħlasijiet diretti ta’ flus lill-produtturi.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-eżenzjoni għall-iskema ta' għajnuna fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Biex jingħata appoġġ lill-SMEs.

Referenza għall-Artikolu(i) applikabbli u l-ispejjeż eliġibbli koperti mill-iskema ta' għajnuna jew mill-għajnuna individwali:

L-abbozz tar-Regoli dwar il-provvediment tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-agrikoltura u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Piran għall-perjodu ta’ programmar 2011-2013 (Kaptolu IV) jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3):

—   Artikolu 4: Investiment f’azjendi agrikoli tal-produzzjoni primarja,

—   Artikolu 5: Investiment għall-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali,

—   Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid tal-art,

—   Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

—   Artikolu 15: Għajnuna sabiex jiġi pprovdut appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Občina Piran

Tartinijev trg 2

SI-6330 Piran

SLOVENIJA

Indirizz tal-Internet: http://www.piran.si/index.php?page=static&item=418

Informazzjoni oħra: Meta din l-iskema tidħol fis-seħħ, l-iskema XA 418/07 ma tibqax tapplika.

Is-sit elettroniku msemmi hawn fuq jipprovdi aċċess għall-bażi legali: Pravilnik o izvajanju drzavne pomoci na podrocju kmetijstva_2011_2013.doc (150 KB).

Predstojnica Urada za gospodarstvo in turizem

Tanja FRANCA

Għajnuna Nru: XA 165/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Veneto

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Progetti formativi rivolti a favore delle imprese attive nella produzione di prodotti agricoli

Bażi legali: L. 845/1978 «Legge quadro in materia di formazione professionale».

L.R. n. 10 del 30.1.1990«Ordinamento del sistema della formazione professionale e organizzazione delle politiche regionali del lavoro»

DGR n. 1920 del 27 luglio 2010 della Regione del Veneto.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1 300 000,00

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006):

L-għajnuniet huma maħsuba għat-twettiq ta' azzjonijiet ta' taħriġ kontinwu ta' diversi tipi:

azzjonijiet bil-għan li jwasslu għall-awtorizzazzjoni tal-akkwist u l-użu ta' prodotti fitosanitarji,

azzjonijiet bil-għan li jinkisbu liċenzji tas-snajja' jew ċertfikati ta' kwalifika, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u li għalihom il-komponent tat-taħriġ u tal-aġġornament għandu valur partikolari,

azzjonijiet ta' aġġornament jew perfezzjonament tematiku,

azzjonijiet maħsuba għall-ksib ta' “ħila professjonali” xierqa skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta' Digriet Leġiżlattiv Nru 99/2004 (Imprenditore agricolo professionale).

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, Forestrija u Sajd.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione del Veneto

Palazzo Balbi

Dorsoduro 3901

30123 Venezia VE

ITALIA

Tel. +39 412795030

Fax +39 412795085

Posta elettronika: dir.formazione@regione.veneto.it

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.veneto.it/Servizi+alla+Persona/Formazione+e+Lavoro/ModulisticaREG.htm

agħżel il-ħolqa “settore primario”

Informazzjoni oħra: Għal tagħrif:

Direzione Regionale Formazione

Fondamenta S. Lucia

Cannaregio 23

30121 Venezia VE

ITALIA

Tel. +39 412795029-5030

Fax +39 412795085

Posta elettronika: dir.formazione@regione.veneto.it

Għajnuna Nru: XA 169/10

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: Provincie Utrecht (Utrecht)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Pilots duurzaam ondernemen

Bażi legali: Subsidieverordening inrichting landelijk gebied 2006

Besluit subsidiekader ILG-AVP, artikel 3.2.1 Pilots duurzaam ondernemen

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 – Appoġġ Tekniku

Din l-għajnuna hija skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15(2)-(4).

B'mod partikulari:

fir-rigward tal-paragrafu 2: l-għajnuna għandha tingħata biss għall-ispejjeż speċifikati f'dan l-Artikolu,

fir-rigward tal-paragrafu 3: l-intensità tal-għajnuna hija anqas minn 100 % tal-ispiża tal-proġett. L-għajnuna għandha tingħata lill-konsulenza li tipprovdi servizzi lill-produtturi parteċipanti. Għalhekk tieħu l-forma ta' servizzi ssussidjati ta' konsulenza. Ma tinvolvix pagamenti diretti ta' flus lil produtturi,

fir-rigward tal-paragrafu 4: il-produtturi kollha fis-settur rilevanti tal-qasam konċernat jistgħu jipparteċipaw fil-proġett appoġġat.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għotja ta' darba li ma taqbiżx EUR 52 020 matul il-perjodu mill-15 ta' Lulju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2012

Intensità massima tal-għajnuna: 90 % tal-ispejjeż eliġibbli

Data tal-implimentazzjoni: Il-15 ta' Lulju 2010 jew wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , kif speċifikat fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2012

Għan tal-għajnuna: Għotja ta' darba lil Wageningen – UR Livestock Research għall-proġett “Haal meer uit gras”

Għan: biex il-bdiewa li għandhom azjendi tal-ħalib jitgħallmu japplikaw aktar għarfien tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u l-użu tal-mergħat

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-ħalib fil-parti tal-Lvant tal-provinċja ta' Utrecht

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Utrecht

Postbus 80300

3508 TH Utrecht

NEDERLAND

Indirizz talInternet: http://www.provincie-utrecht.nl/onderwerpen/landbouw/vitaal-platteland/steunregelingen/#subcontent

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 177/10

Stati Membri: Ir-Repubblika tal-Litwanja

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Paramos teikimas už šalutinių gyvūninių produktų, neskirtų vartoti žmonėms, pašalinimą ir sunaikinimą (schemos Nr. XA 40/10 pakeitimas).

Bażi legali: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministro 2007 m. balandžio 13 d. įsakymo Nr. 3D-162 „Dėl paramos teikimo už šalutinių gyvūninių produktų, neskirtų vartoti žmonėms, pašalinimą ir sunaikinimą taisyklių patvirtinimo ir žemės ūkio ministro 2006 m. gegužės 26 d. įsakymo Nr. 3D-217 bei žemės ūkio ministro 2006 m. spalio 3 d. įsakymo Nr. 3D-385 pripažinimo netekusiais galios“ pakeitimo projektas.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: LTL 3 100 000 (EUR 897 822 bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-euro).

Intensità massima tal-għajnuna:

(1)

Rimborż sa 100 % tal-ispejjeż għat-tneħħija u l-qerda ta' bhejjem mejta fejn hemm l-obbligu li jsiru testijiet TSE fuq il-bhejjem mejta kkonċernati.

(2)

Rimborż sa 100 % tal-ispejjeż għat-tneħħija u sa 75 % tal-ispejjeż għall-qerda tal-bhejjem mejta:

għat-tneħħija ta' baqar, nagħaġ jew mogħoż mejta minbarra dawk suġġetti għal ittestjar TSE obbligatorju,

għat-tneħħija ta' żwiemel mejta,

għat-tneħħija ta' majjali mejta – applikabbli għas-sidien kollha ta' majjali ħlief għal dawk li għandhom aktar minn 1 000 majjal.

(3)

Rimborż sa 61 % tal-ispejjeż għat-tneħħija u rimborż sa 59 % tal-ispejjeż għall-qerda:

għat-tneħħija ta' majjali mejta – applikabbli għas-sidien tal-majjali li għandhom iktar minn 1 000 majjal, b'dan l-għadd ikun abbażi tad-dejta għall-1 ta' Jannar tas-sena attwali li tinsab fir-reġistru tal-annimali tal-irziezet li jiżamm mill-intrapriża tal-Istat – “Iċ-ċentru ta' informazzjoni agrikola u ta' kummerċ rurali”.

għat-tneħħija ta' għasafar mejta.

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema tal-għajnuna għandha tidħol fis-seħħ wara li l-Kummissjoni tkun bagħtet avviż tal-wasla, tkun assenjat numru ta' identifikazzjoni lill-iskema u tkun ippubblikat l-informazzjoni fil-qosor fuq l-internet.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Għajnuna lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju

Biex jipprovdu għajnuna lill-intrapriżi u lill-bdiewa li jaħdmu fis-settur tal-bhejjem sabiex jiżguraw monitoraġġ konsistenti tal-programm ta' kontroll u tneħħija sikura tal-bhejjem mejta kollha.

Japplika l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Gedimino pr. 19

LT-01103 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Indirizz tal-Internet: http://www.lrs.lt/pls/proj/dokpaieska.showdoc_l?p_id=48722

Informazzjoni oħra: Fir-rigward tal-fondi ppjanati għall-2010 għal għajnuna fl-immaniġġjar tal-prodotti derivati mill-annimali, u fid-dawl tal-fatt li fl-1 ta' Marzu 2010 daħlet fis-seħħ l-iskema ġdida ta' għajnuna mill-Istat għat-tneħħija u l-qerda ta' prodotti derivati mill-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem, l-ammonti previsti għall-ġbir u pproċessar tal-prodotti derivati mill-annimali ma jikkorrispondux għar-realtà: peress li ġew antiċipati kwantitajiet akbar ta' prodotti derivati mill-annimai li jirrappreżentaw riskju ta' trażmissjoni ta' enċefalopatija sponġiformi (mill-annimali bovini b'età akbar minn 24 xahar, u nagħaġ u mogħoż b'età akbar minn 18 -il xahar), ġie deċiż li s-sussidju għall-ispejjeż ta' tneħħija u qerda ta' dawn ikun b'rata ta' 100 %. Fid-dawl ta' approprjazzjonijiet disponibbli, ġie deċiż li għandhom jiġu ssussidjati t-tneħħija u l-qerda ta' prodotti oħra derivati mill-majjali u l-għasafar li nstabu mejta, b'rata ta' 18 % biss tal-ispejjeż għall-ġbir u qerda tagħhom. Wara li għaddew l-ewwel sitt xhur tas-sena, kien ċar li ma kienx se jintlaħaq l-ammont ta' prodotti derivati mill-annimal li għalihom ġie allokat finanzjament ta' 100 %, li wassal sabiex tiżdied l-intensità ta' għajnuna għas-setturi tal-majjali u tat-tjur li normalment ma jkunux megħjuna sew (żieda sa 61 % għat-tneħħija u sa 59 % għall-qerda).

Taħt din l-iskema, is-sistema għall-għoti ta' għajnuna mill-Istat għall-immaniġġjar ta' annimali misjuba mejta u li jistgħu jkunu infettati b'enċefalopatija sponġiformi ma nbidlitx, u l-ispejjeż għat-tneħħija tagħhom (trasport) u l-qerda huma koperti sa 100 %. Għajnuna simili tiġi mogħtija biex jiġu koperti l-ispejjeż għall-immaniġġjar tal-karkassi ta' annimali tal-laboratorji mejta jew annimali misjuba mejta mill-awtoritajiet pubbliċi meta s-sidien tal-annimali ma jistgħux jiġu stabbiliti, f'każ li dawn ikunu ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent, u għal annimali selvaġġi misjuba mejta u li hemm suspett li ġew infettati b'mard li jista' jiġi trażmess lill-bniedem jew lill-annimali.

L-ispejjeż marbuta ma' bhejjem tal-ifrat oħra, nagħaġ u mogħoż, żwiemel u majjali huma koperti sa 100 % għat-tneħħija u sa 75 % għall-qerda tagħhom.

Ladarba tidħol fis-seħħ din l-iskema, l-iskema ta' għajnuna mill-Istat XA 40/10 mhix se tapplika iżjed.

Għajnuna Nru: XA 197/10

Stati Membri: L-Irlanda

Reġjun: Stat Membru

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Provision of consultancy services and technical expertise to the Irish Sheep Industry

Bażi legali: National Development Plan 2007-2013

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Massimu ta’ miljun EUR fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli

Data tal-implimentazzjoni: L-1 ta' Jannar 2011

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Il-punt fokali tal-programm il-ġdid għat-trobbija tan-nagħaġ hu li

jiżdiedu l-qligħ mill-merħla nazzjonali tan-nagħaġ u s-sostennibbiltà tagħha billi titjieb il-produttività u jitnaqqsu l-ispejjeż tas-settur, b’enfasi ċara fuq il-ħtiġijiet tas-suq,

jitmexxew bidliet u modifiki infrastrutturali sinifikanti fis-sistema nazzjonali tat-trobbija tan-nagħaġ sabiex tkun żgurata struttura vijabbli u sostenibbli għat-trobbija tan-nagħaġ għall-ġejjieni.

L-għajnuna hija pprovduta skont l-Artikolu 15 (2) (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar il-provvista ta' appoġġ tekniku fis-settur tal-agrikoltura.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-ovini

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Department of Agriculture, Fisheries and Food

Agriculture House

Kildare Street

Dublin 2

IRELAND

Indirizz tal-Internet: http://www.agriculture.gov.ie/ndp_state_aid

Informazzjoni oħra: —