22.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/16


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1085/2010

2010/C 349/07

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 310 tas-26 ta' Novembru 2010, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoka u l-patata ħelwa.

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1085/2010 tal-25 ta' Novembru 2010 jistipula li l-benefiċjarju ta' din il-kwota għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.

L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

Department of Foreign Trade

Ministry of Commerce

Bureau of Import-Export Certification

44/100 Nonthaburi 1 Road

Nonthaburi 11000

THAILAND

Tel. +66 25474829 / 66 25474832 / 66 25474825

Fax +66 25474757

Posta elettronika: eximdft@moc.go.th