11.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/7


Avviż dwar il-miżuri ta' kumpens diġà fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjoni lejn l-Unjoni ta' ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja: bidla f'isem il-kumpanija suġġetta għal miżura ta' kumpens individwali

2010/C 335/07

L-importazzjoni ta' ċertu polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja hija suġġetta għal dazju definittiv ta' kumpens impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 (1) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1286/2008 (2) (“ir-Regolament (KE) Nru 193/2007”).

South Asian Petrochem Ltd, kumpanija fl-India, li l-esportazzjoni tagħha tal-PET lejn l-UE hija suġġetta għal dazju ta' kumpens individwali ta' 106,5 EUR/tunnellata impost mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 193/2007, infurmat lill-Kummissjoni li fil-5 ta' Jannar 2010, b'riżultat ta' fużjoni ma' Dhunseri Tea and Industries Ltd, isimha nbidel għal Dhunseri Petrochem & Tea Limited. Il-fużjoni kienet approvata fit-2 ta' Lulju 2010 mill-qorti lokali.

Il-kumpanija sostniet li l-bidla fl-isem ma taffettwax id-dritt li l-kumpanija tibbenefika mid-dazju ta' kumpens individwali li japplika għall-kumpanija taħt l-isem li kellha qabel, South Asian Petrochem Ltd.

Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti u kkonkludiet li l-bidla fl-isem bl-ebda mod ma taffettwa dak li ħareġ mir-Regolament (KE) Nru 193/2007. Għalhekk, ir-referenza fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 193/2007, għal:

South Asian Petrochem Ltd

għandha tinbidel għal:

Dhunseri Petrochem & Tea Limited

Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC A585, li preċedentement kien attribwit lil South Asian Petrochem Ltd, għandu japplika għal Dhunseri Petrochem & Tea Limited


(1)  ĠU L 59, 27.2.2007, p. 34.

(2)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 1.