|
9.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 332/1 |
Avviż dwar l-adattament skont l-inflazzjoni ta’ ċerti ammonti stipulati fid-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni tal-muturi
2010/C 332/01
Skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1), l-ammonti f’Euro mogħtija fl-Artikolu 9(1) ġew riveduti fl-2010 sabiex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumaturi ppubblikat mill-Eurostat, li jinkludi l-Istati Membri kollha.
Minħabba f’hekk, l-ammonti mogħtija f’Euro qed jiżdiedu minn EUR 1 000 000, EUR 5 000 000 u EUR 1 000 000 għal EUR 1 120 000, EUR 5 600 000 u EUR 1 120 000 rispettivament.
Is-servizzi tal-Kummissjoni għarrfu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-reviżjoni u dwar l-ammonti adattati.
(1) ĠU L 163, 7.10.2009, p. 11.