26.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 321/23 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2010/C 321/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9
“BRESAOLA DELLA VALTELLINA”
Nru tal-KE: IT-PGI-0217-1525-05.03.2009
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni affettwata mill-emenda:
— |
|
Isem il-prodott |
— |
|
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
|
Żona ġeografika |
— |
|
Prova tal-oriġini |
— |
|
Metodu ta' produzzjoni |
— |
|
Rabta |
— |
|
Tikkettar |
— |
|
Rekwiżiti nazzjonali |
— |
|
Oħrajn (Materja Prima) |
2. Tip ta' emenda:
— |
|
Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi |
— |
|
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi |
— |
|
Emenda għall-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġx emendi għad-dokument uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
— |
|
Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-adozzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) |
3. Emenda/i:
3.1. Deskrizzjoni tal-prodott:
Jeħtieġ li jkun hemm distinzjoni bejn il-valuri tal-parametri kimiċi u dawk fiżikokimiċi tat-tipi differenti ta' “Breasola della Valtellina”.
Qed jiġi propost li jinbidlu l-valuri previsti għall-indewwa u l-proteini b'rabta mal-ispeċifiċità tal-qatgħa anatomika kif ukoll mat-tip ta' ppakkjar. Il-valuri għall-indewwa għandhom ikunu mhux aktar minn 63 % għall-Bresaola prodotta mill-qatgħa tal-punta d'anca (i.e. l-għolja tal-koxxa mingħajr il-muskolu adductor); għall-Bresaola mill-punta d'anca ppakkjata taħt vakwu, mhux aktar minn 62 %; għall-Bresaola magatello ppakkjata taħt vakwu, mhux aktar minn 60 %; għall-Bresaola mqattgħa minn qabel u ppakkjata taħt vakwu jew f'atmosfera protettiva, mhux aktar minn 60 %; u għat-tipi l-oħra kollha ta' qatgħat u/jew ippakkjar, mhux aktar minn 65 %.
Barra minn hekk, minħabba t-tibdiliet fil-limiti tal-indewwa, il-livell minimu ta' proteina għall-prodott mqattgħa minn qabel huwa 33 % filwaqt li għat-tipi l-oħra ta' ppakkjar huwa 30 %.
Ġeneralment tnaqqis fil-livell massimu tal-indewwa jtejjeb il-karatteristiċi tal-prodott indikati fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku kif ukoll il-konservabbiltà tiegħu. Abbażi tal-analiżi mwettqa fuq il-prodott aħħari ntwera li l-individwazzjoni tal-valuri analitiċi speċifiċi għall-indewwa għall-punta d'anca u l-magatello ttejjeb il-konsistenza tal-prodott aħħari li jirriżulta aktar sod u elastiku. Il-“Bresaola della Valtellina” f'xibka għandha t-tendenza li tiddeidra ruħha b'mod naturali u, skont dan, jista' jkollha livell ta' ndewwa ogħla minn dak tal-prodott ippakkjat taħt vakwu li għall-kuntrarju jkun protett bil-materjal tal-ippakkjar. L-għan huwa li tingħata garanzija li l-karatteristiċi indikati fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku jinżammu. Il-prodott imqattgħa minn qabel jeħtieġ li jkollu kontenut ta' indewwa mnaqqsa meta mqabbel ma' dak ippakkjat taħt vakwu jew ma' dak f'xibka sabiex jiġu evitati fenomeni ta' kondensazzjoni li konsegwentement ibiddlu l-prodott aħħari. Meta jitnaqqas l-ammont ta' indewwa, il-livell ta' proteini jiżdied b'mod proporzjonat mingħajr preġudizzju għall-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott aħħari.
Il-piż minimu għandu jitnaqqas minn 2,5 għal 2 kg b'mod esklussiv għall-biċċiet tal-“Bresaola della Valtellina” tal-punta d'anca maħsuba għall-ippakkjar minn qabel, għat-tqattigħ taħt vakwu jew f'atmosfera protettiva. Dan huwa meħtieġ biex tingħata garanzija tal-aqwa ppakkjar minn qabel possibbli fejn huma meħtieġa biċċiet ta' Bresaola pjuttost żgħar u li jkollhom forma ċilindrika jew kwadrata li tkun uniformi minn tarf sa tarf ta' kull biċċa.
3.2. Metodu ta' produzzjoni:
Il-lattożju għandu jiġi eliminat mill-ingredjenti tal-preżervazzjoni minħabba li dan, skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa individwat bħala allerġen. Din l-esklużjoni ma tibdel bl-ebda mod il-karatteristiċi tal-“Bresaola della Valtellina”.
Jeħtieġ li jiġi preċiżat li l-limitu “fid-doża massima ta' 195 ppm” ta' “nitrit tas-sodju u/jew tal-potassju” għandu jiġi interpretat bħala “il-limitu tal-kwantità introdotta jew madankollu assorbita” tal-prodott Bresaola li jkun qed jinħadem, ovvjament mingħajr preġudizzju għar-residwu fil-prodott aħħari previst bil-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Dan għandu jevita li t-test attwali b'xi mod joħloq id-dubju li l-limitu ċċitat ta' 195 ppm japplika għas-soluzzjoni tal-preżervazzjoni.
Għandha tiġi introdotta firxa ġdida ta' temperaturi fil-faċilitajiet tal-maturazzjoni fejn tkun prevista temperatura medja bejn 12 °C u 18 °C minflok 15 °C kif inhu indikat.
Mil-lat teknoloġiku, firxa akbar tat-temperaturi tal-postijiet fejn jiġi mmaturat il-prodott tippermetti marġni usa' tal-possibbiltà li l-kundizzjonijiet ambjentali jiġu adattati għall-evoluzzjoni effettiva tal-prodott sabiex jiġi żgurat li l-maturazzjoni tiegħu ssir bil-mod u gradwalment filwaqt li l-karatteristiċi tal-prodott aħħari jibqgħu l-istess.
Iż-żminijiet minimi għall-maturazzjoni għandhom jitnaqqsu għal tliet ġimgħat biss għall-prodott ikkummerċjalizzat sfuż li ma jkunx taħt vakwu minħabba li l-“Bresaola della Valtellina” ma tibbenefikax mill-protezzjoni naturali li jistgħu joffru l-ġilda jew il-grass; konsegwentement jekk jitħalla f'postijiet ta' ħżin differenti minn dawk tal-maturazzjoni il-prodott jista' jibbies b'mod eċċessiv u jista' jinbidel il-kulur karatteristiku tiegħu. Instab li jekk iż-żmien tal-maturazzjoni tal-Bresaola kkummerċjalizzata sfuża (mhux taħt vakwu) jitnaqqas għal tliet ġimgħat il-problema titnaqqas drastikament.
3.3. Tikkettar:
Jeħtieġ li l-arranġamenti tat-tikkettar tal-prodott jitbiddlu sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet li attwalment huma fis-seħħ b'rabta mat-tikkettar tal-prodotti alimentari.
3.4. Oħrajn – Materja Prima:
L-età minima tal-annimal għall-qatla għandha tinbidel minn età bejn sentejn u erba' snin għal età bejn 18-il xahar u erba' snin. Studji xjentifiċi reċenti wrew li l-materja prima ddestinata għall-produzzjoni tal-“Bresaola della Valtellina” iżżomm il-karatteristiċi tagħha minkejja li l-età tal-annimal għall-qatla titbaxxa; barra minn hekk intwera wkoll li bidla fl-età tal-annimal għall-qatla ma tbiddilx il-karatteristiċi tal-prodott finali, indikati fil-punti 3.2 u 5.2 tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“BRESAOLA DELLA VALTELLINA”
Nru tal-KE: IT-PGI-0217-1525-05.03.2009
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Bresaola della Valtellina”
2. Stat membru jew Pajjiż terz:
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 1.2 – |
Prodotti b'bażi ta' laħam |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Bresaola della Valtellina” hija prodott tal-laħam bovin, mielaħ u mqadded b'mod naturali, li jittiekel nej. Il-forma tiegħu hija dik tal-muskoli li jintużaw għall-produzzjoni tiegħu. Għal raġunijiet kummerċjali, dawn il-muskoli jiġu mirquma u b'hekk ikollhom forom ċilindriċi. Għal raġunijiet speċifiċi, il-qatgħat jistgħu jiġu pressati u jingħataw il-forma ta' briksa. Il-“Bresaola della Valtellina” IĠP trid tiġi ppakkjata f'kejsing naturali jew artifiċjali, u titnixxef u tiġi ppreżervata f'kundizzjonijiet klimatiċi li kapaċi jagħtu bidu, tul tnaqqis bil-mod u gradwali tal-indewwa, għal fenomeni fermentattivi u enżimatiċi naturali, b'tali mod li tul iż-żmien iwasslu għal bidliet li lill-prodott jagħtuh il-karatteristiċi organolettiċi tipiċi u b'tali mod li jiggarantixxu l-konservazzjoni u l-istabbilità tal-prodott f'kundizzjonijiet normali ta' temperatura ambjentali. F'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi organolettiċi, il-konsistenza hija waħda solida u elastika; id-dehra tiegħu meta jinqata' hija kompatta u mingħajr fissuri; il-parti mingħajr xaħam għandha kulur ħamrani uniformi b'bordura aktar skura kemm kemm tidher u l-parti xaħmija hija bajda; għandu riħa delikata u ftit aromatika; it-togħma hija waħda gradevoli, b'togħma kemm kemm qawwija iżda qatt aċiduża. Karatteristiċi Kummerċjali: a) Bresaola fesa: mhux inqas minn 3,500 kg; b) Bresaola punta d’anca: b-1) maħsuba biex tinbiegħ sħiħa jew f'biċċiet: mhux inqas minn 2,500 kg; b-2) maħsuba għall-ippakkjar minn qabel għat-tqattigħ taħt vakwu jew f'atmosfera protettiva: mhux inqas minn 2,00 kg; c) Bresaola sottofesa: mhux inqas minn 1,800 kg; d) Bresaola magatello: mhux inqas minn 1,000 kg; e) Bresaola sottosso: mhux inqas minn 0,800 kg.
3.3. Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Il-Bresaola della Valtellina hija prodott ta' laħam bovin fejn l-età tal-bhima tkun bejn 18-il xahar u erba' snin, u li tinkiseb esklussivament mill-mases muskolari tal-koxxa li ġejjin: Fesa: din hija l-parti posterjuri tan-nofs tal-muskolatura tal-koxxa u li tinkludi l-muskolu rett intern, il-muskolu adductor u l-muskolu semimembranuż. Punta d’anca: din hija l-parti tal-fesa mingħajr il-muskolu adductor; Sottofesa: din hija l-parti laterali posterjuri tal-muskolatura tal-koxxa jiġifieri l-muskolu biceps femoris; Magatello: din hija l-parti laterali posterjuri tal-muskolatura tal-koxxa jiġifieri l-muskolu semitendinuż; Sottosso: il-parti anterjuri tal-koxxa magħmula mill-muskolu rett anterjuri u mill-muskolu vast estern, intern u intermedju.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika llimitata:
L-istadji tal-produzzjoni tal-Bresaola della Valtellina IĠP li għandhom iseħħu fiż-żona tipika tal-produzzjoni huma dawn li ġejjin: it-tirqim, it-tmelliħ fin-niexef, l-ippakkjar fil-kejsings, it-tnixxif, il-maturazzjoni, it-tqattigħ f'biċċiet u l-ippakkjar.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik u l-ippakkjar, eċċ.:
Il-“Bresaola della Valtellina” tista' tiġi ppakkjata taħt vakwu jew f'atmosfera modifikata, sħiħa, f'porzjonijiet, f'biċċiet jew mqattgħa. L-ippakkjar, it-tqattigħ f'biċċiet u t-tqegħid f'porzjonijiet jeħtieġ li jsiru fiż-żona tal-produzzjoni ddefinita fil-punt 4, sabiex jiġi evitat li tibdiliet fit-temperatura u l-umdità esterna jkunu jistgħu jippreġudikaw l-integrità tal-prodott matul it-trasport u konsegwentement il-karatteristiċi kwalitattivi finali.
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
It-tikketta tal-“Bresaola della Valtellina” jeħtieġ li tkun tinkludi dan li ġej: “Bresaola della Valtellina”, li ma għandhiex tiġi tradotta u għandha tidher fuq it-tikketta miktuba b'karattri ċari, li ma jitħassrux, nettament distingwibbli minn kull kitba oħra u eżatt warajha b'karattri stampati tal-istess daqs għandha tidher it-taqsira IĠP kif ukoll is-simbolu tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, u dawn għandhom jidhru fil-lingwa li fiha l-prodott ikun qed jiġi kkummerċjalizzat u fil-forma permessa mill-KE.
4. Definizjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Skont tradizzjoni antika, iż-żona tal-produzzjoni tal-“Bresaola della Valtellina” v hija llimitata għall-intern tat-territorju tal-provinċja ta' Sondrio. L-isem “Valtellina” huwa dak tal-wied ewlieni tal-provinċja.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:
Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Bresaola della Valtellina” IĠP hija magħmula minn grupp ta' widien Alpini li jinsabu bejn l-Alpi Retiċi u l-Prealpi Orobji, fejn it-temperatura hija relattivament baxxa anke fl-istaġun tas-sajf, il-livell ta' umdità huwa baxx, il-klima hija kkaratterizzata minn żiffat ikkawżati mill-varjazzjonijiet termiċi tal-Lag ta' Como, u l-arja hija niexfa. It-taħlita partikolari ta' dawn il-fatturi klimatiċi u ambjentali toħloq dawn il-kundizzjonijiet ottimali għall-maturazzjoni tal-prodott bil-mod u gradwali. Minbarra l-ispeċifiċità tal-klima nsibu wkoll il-bżulija u l-kapaċitajiet tekniċi tal-popolazzjonijiet lokali, irfinati u mgħoddija b'mod tradizzjonali minn ħaddiem għall-ieħor, li jikkostitwixxu element essenzjali għall-produzzjoni tal-“Bresaola della Valtellina” IĠP.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott:
Il-“Bresaola delle Valtellina” IĠP, malli tiġi rilaxxata għall-konsum, ikollha preċiżament dawn il-karatteristiċi kimiċi u fiżikokimiċi: proteini: Bresaola mqattgħa minn qabel u ppakkjata taħt vakwu f'atmosfera protettiva: minimu 33 %; għat-tipi l-oħra kollha ta' ppakkjar: minimu 30 %; Ndewwa (stat naturali): Bresaola punta d'anca ppakkjata sfuża: massimu 63 %; Bresaola punta d'anca ppakkjata taħt vakwu: massimu 62 %; Bresaola magatello ppakkjata taħt vakwu: massimu 60 %; Bresaola mqattgħa minn qabel u ppakkjata taħt vakwu f'atmosfera protettiva: massimu 60 %; għat-tipi l-oħra kollha ta' qatgħat jew ta' ppakkjar: massimu 65 %; Xaħam: massimu 7 %; Rmied: minimu 4 %; Klorur tas-sodju: massimu 5 %.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):
Ir-rekwiżiti tal-‘Bresaola della Valtellina’ IĠP jiddependu mill-kundizzjonijiet ambjentali u minn fatturi naturali u tal-bniedem. Il-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari tal-Valtellina li testendi f'sens lonġitudinali bejn l-Alpi Retiċi u l-Prealpi Orobji ppermettew permezz, ta' tmelliħ ħafif, li jinkiseb prodott tal-laħam kiesaħ, mil-laħam tal-koxxa bovina, b'togħma delikata u tant tari li tagħmlu partikolarment appetituż. Il-“Bresaola della Valtellina” IĠP kisbet isimha u r-reputazzjoni tagħha bis-saħħa taż-żona ġeografika fejn oriġinat. Żmien ilu, it-teknika tal-konservazzjoni tal-laħam permezz tat-tmelliħ u t-tnixxif kienet diffuża ħafna. L-arrikkiment tal-produzzjoni alimentari, id-diversifikazzjoni dejjem akbar u l-użu ta' metodi diversi fil-konservazzjoni ħadu post l-użu ta' laħam niexef u mielaħ. Xi kitbiet mill-1400 diġà jagħtu xhieda tal-użu fil-Valtellina tat-tmelliħ u t-tnixxif tal-koxox bovini. L-oriġini tal-isem mid-dehra ġejja minn terminu ta' djalett tal-Valtellina “salaa come brisa”. Minn dan it-terminu oriġina l-isem tal-“brisaola” li mbagħad ġie Taljanizzat għal Bresaola. Id-dizzjunarju tal-lingwa Taljana (Nuovissimo Palazzi, l-edizzjoni tal-1974), jiddefinixxi Bresaola bħala: “laħam taċ-ċanga niexfa u mielħa tipika tal-Valtellina”. Il-bżulija u l-kapaċitajiet tekniċi, irfinati u mgħoddija b'mod tradizzjonali minn ħaddiem għall-ieħor, jikkostitwixxu fl-aħħar mill-aħħar element essenzjali għall-kisba ta' tali prodott li l-karatteristiċi partikolari tiegħu għadhom sal-lum marbuta mal-fatturi ambjentali minbarra dak tal-bniedem.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
Din l-Amministrazzjoni attivat il-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni għat-talba ta' rikonoxximent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Bresaola della Valtellina”.
It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli: fuq dan il-link
|
http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg jew |
|
billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”. |
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.