26.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/5


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 321/03

Għajnuna Nru: XA 185/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de l'Isère

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides au pastoralisme en Isère, volet investissements

Bażi legali: Articles L 1511-1 et suivants et articles L 3231-1 et suivants du code général des collectivités territoriales.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 60 000

Intensità massima tal-għajnuna:

50 % ta’ investiment jew xogħlijiet kapitali biex jippromovu r-ragħa fiż-żoni tal-muntanji,

10 % primjum għall-bdiewa żgħażagħ,

Għajnuna mill-Istat sa massimu ta' EUR 20 000 kull benefiċjarju.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema tal-għajnuna qed tingħata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

Biex jiġi promoss il-wirt naturali tal-mergħat, l-iffinanzjar li jkopri b'mod partikolari l-kostruzzjoni ta' mqawel biex jilqgħu fihom il-bhejjem, xtwiebi awtomatiċi u gradi tal-bovini, u biex jiġu stallati ħitan, bwieqi tal-ilma u mqawel ta' raggruppament (apparat magħmul speċifikament għall-muntanji).

Dan huwa komplimentari mal-attività estensiva tal-mergħat fejn għandu jippromovi l-bijodiversità u d-diversi użi taż-żoni naturali.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-intrapriżi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs hekk kif dawn huma ddefiniti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-intrapriżi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

dawk li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultajiet skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultà (raduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: Gruppi tar-ragħa, sindakati tar-ragħa tal-muntanji, assoċjazzjonijiet tal-mergħat tal-muntanji (żoni tar-ragħa tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Alpi f'Isère).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de l’Isère

Direction de l’aménagement des territoires

Service agriculture et forêt

7 rue Fantin Latour

BP 1096

38022 Grenoble Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.isere.fr/include/viewFile.php?idtf=969&path=51%2FWEB_CHEMIN_969_1284372519.pdf

Informazzjoni oħra: L-iskema proposta se tippermetti li titkompla l-iskema tal-għajnuna bin-numru XA 299/08 permezz ta’ baġit annwali li huwa iktar adattat għall-ħtiġijiet tal-bdiewa tad-Dipartiment ta' Isère.

Għajnuna Nru: XA 186/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de l'Isère

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides au pastoralisme en Isère, volet aménagement des espaces pastoraux

Bażi legali: Articles L 1511-1 et suivants et articles L 3231-1 et suivants du code général des collectivités territoriales.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 180 000

Intensità massima tal-għajnuna:

75 % tal-investimenti u ta' xogħlijiet ta' konservazzjoni tal-patrimonju marbutin mar-ragħa fiż-żoni tal-muntanji,

Għajnuna mill-Istat sa massimu ta' EUR 20 000 kull benefiċjarju.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: Din l-iskema tal-għajnuna qed tingħata skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006.

L-għan huwa li jiġi promoss il-patrimonju naturali, il-pajsaġġi tal-muntanji tad-Dipartiment permezz ta' għajnuna biex jittejbu u biex ikun hemm mill-ġdid il-mergħat (mergħat tal-muntanji u artijiet tar-ragħa) u l-konservazzjoni tal-potenzjal ta' produzzjoni tal-għalf ta' faċilitajiet tradizzjonali assoċjati mat-trobbija tal-bhejjem.

Il-bini ta' għeriex, duri u lqugħ tradizzjonali ieħor huma eliġibbli għall-fondi.

Dan huwa komplimentari mal-attività estensiva tal-mergħat fejn għandu jippromovi l-bijodiversità u d-diversi użi taż-żoni naturali mingħajr ma jnaqqas il-kapaċità ta' produzzjoni tal-intrapriża agrikola.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riservati:

għall-intrapriżi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs hekk kif dawn huma ddefiniti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tal-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

għall-intrapriżi agrikoli li huma intrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

għal dawk li mhumiex intrapriżi li jinsabu f'diffikultà skont it-tifsira tal-linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-intrapriżi li jinsabu f'diffikultà (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: Gruppi tal-mergħat, sindakati tar-ragħa tal-muntanji, assoċjazzjonijiet tal-mergħat tal-muntanji (żoni tal-mergħat tar-reġjun tat-Tramuntana tal-Alpi f’Isère).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de l’Isère

Direction de l’aménagement des territoires

Service agriculture et forêt

7 rue Fantin Latour

BP 1096

38022 Grenoble Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.isere.fr/include/viewFile.php?idtf=968&path=53%2FWEB_CHEMIN_968_1284372500.pdf

Informazzjoni oħra: L-iskema proposta se tippermetti li titkompla l-iskema tal-għajnuna bin-numru XA 300/08 permezz ta’ baġit annwali li huwa iktar adattat għall-ħtiġijiet tal-bdiewa tad-Dipartiment ta' Isère.

Għajnuna Nru: XA 188/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: Région Rhône-Alpes

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aide à l’agriculture biologique en région Rhône-Alpes: accompagnement individualisé à la conversion.

Bażi legali: Articles L 1511-1 et suivants, article L 4211-1 du code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil régional Rhône-Alpes PRADR

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 200 000

Intensità massima tal-għajnuna: 50 %

sa 50 % tan-nefqa, limitata għal EUR 2 700 għal kull impriża agrikola.

Data tal-implimentazzjoni: minn meta tasal id-dikjarazzjoni ta' wasla bin-numru tal-identifikazzjoni tal-miżura u tal-pubblikazzjoni tas-sinteżi tal-miżura fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: F’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-għajnuna għandha l-għan li tipprovdi assistenza teknika lill-bdiewa fil-proġett tagħhom ta' konverżjoni għal agrikoltura organika.

Din l-assistenza teknika se tkun tikkonsisti min-naħa l-waħda fl-evalwazzjoni tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika tal-konverżjoni tal-impriża agrikola kollha jew ta' parti minnha f'agrikoltura organika u min-naħa l-oħra fil-formulazzjoni ta' pariri għall-impriżi agrikoli li qed jiġu kkonvertiti.

Dan l-appoġġ individwali għall-konverżjoni għandu jippermetti li jkun hemm il-massimu ta' possibbiltajiet għas-suċċess tal-konverżjoni billi jadatta bl-aħjar mod il-modalitajiet ta' konverżjoni għas-sitwazzjoni tal-impriża agrikola.

L-appoġġ propost lill-bdiewa se jinqasam f'żewġ stadji:

l-ewwel stadju qabel il-konverżjoni: djanjosi u pjan ta' konverżjoni,

it-tieni stadju fl-ewwel jew it-tieni sena ta' konverżjoni: is-segwitu għat-talba tal-bdiewa.

F'konformità mal-Artikolu 15(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 l-ebda għajnuna ma tingħata lill-bdiewa u kull persuna eliġibbli jista' jkollha aċċess għall-miżuri implimentati mill-istrutturi kollettivi fis-settur agrikolu mingħajr ma tiġi mġiegħla tissieħeb magħhom.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-impriżi agrikoli li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tal-SMEs kif dawn huma definiti fil-liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214, 9.8.2008),

lill-impriżi agrikoli li huma impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli,

u lill-impriżi agrikoli li mhumiex impriżi f’diffikultà skont il-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f'diffikultà (ĠU C 244, 1.10.2004).

Settur jew setturi benefiċjarji: L-azjendi agrikoli kollha, fiż-żoni kollha tar-reġjun Rhône Alpes.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil régional Rhône-Alpes

Direction de l’agriculture et du développement rural

Service Agriculture

78 route de Paris

69751 Charbonnières les Bains Cedex

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.rhonealpes.fr/TPL_CODE/TPL_AIDE/PAR_TPL_IDENTIFIANT/109/18-les-aides-de-la-region.htm

Informazzjoni oħra: —