12.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/9


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-11 ta' Novembru 2009

dwar proċediment skont l-artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-artikolu 53 tal-ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/38.589 – Stabilizzanti tat-temperatura)

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8682)

(Il-verżjonijiet bl-Ingliż, bil-Ġermaniż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 307/05

Fil-11 ta' Novembru. 2009, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni qiegħda b’dan tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penalitajiet imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tinsab fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/competition/antitrust/cases/

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil 27 entitajiet legali li kienu parti minn 11-il impriża fi żmien il-ksur, talli kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Id-destinatarji pparteċipaw fi ksur wieħed jew tnejn fir-rigward tal-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ESBO/esteri rispettivament. Il-ksur dam minn Frar 1987 sa Marzu 2000 (għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa) u minn Settembru 1991 sa Settembru 2000 (għall-ESBO/esteri) u kopra t-territorju taż-ŻEE (kif kien fi żmien il-ksur).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(2)

Il-każ infetaħ fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-immunità ta' Chemtura. Il-Kummissjoni ġabet iktar provi mill-ispezzjonijiet li saru fi Frar 2003. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet erba' applikazzjonijiet skont l-Avviż ta' Klemenza (Arkema France, Baerlocher, Akzo Nobel and BASF). Waqt l-ispezzjoni ta' Akros Chemicla (ir-Renju Unit), ir-rapprezentanti tagħha saħqu li ċerti dokumenti kienu koperti minn segretezza professjonali legali. Wara l-applikazzjoni għall-annullament ta' numru ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni minn Akzo Nobel u Akcros Chemicals f'April 2003, il-kwestjoni dwar id-dokumenti ġiet stabbilita mill-Qorti tal-Prim Istanza (issa l-Qorti Ġenerali) fis-sentenza tagħha tas-17 ta' Settembru 2007. Il-QPI rrifjutat l-azzjonijiet ta' Akzo Noel u Akcros Chemicals. Il-Kummissjoni bagħtet numru ta' talbiet għall-informazzjoni.

(3)

Fis-17 ta' Marzu 2009, inħarġet id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet u l-impriżi kollha ngħataw il-possibbiltà li jkollhom aċċess għall-fajl biex jiddefendu lilhom infushom kontra l-opinjoni preliminari tal-Kummissjoni bil-miktub u fis-17 u t-18 ta' Ġunju 2009 waqt Seduta Orali. Il-Kumitat ta' Konsulenza dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-15 ta' Ottubru u fis-6 ta' Novembru 2009 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fil-11 ta' Novembru 2009.

2.2.   L-infrazzjonijiet fil-qosor

(4)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna żewġ każi separati, singoli u kontinwi ta' ksur tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fir-rigward ta' żewġ kategoriji ta' stabilizzanti tat-temperatura: Stabbilizzanti abbażi tal-landa u ESBO/esters. L-istabbilizzanti abbażi tal-landa jintużaw biex tkun evitata d-dekompożizzjoni mis-sħana waqt l-ipproċessar tal-PVC fil-prodotti finali. Iż-żewġ applikazzjonijiet prinċipali tagħhom huma fi prodotti tal-PVC riġidi u plastifikati. L-ESBO/esteri jintużaw bħala plastifkaturi kif ukoll bħala stabbilizzanti tat-temperatura għal tal-PVC plastifikati.

(5)

L-għan taż-żewġ arranġamenti antikompettittivi kien biex jogħlew u jinżammu l-preżżijiet fiż-ŻEE għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u l-ESBO/esteri ogħla mil-livelli normali kompetittivi u biex jinżamm dan il-għan permezz tal-allokazzjoni tal-volum tal-klijenti u tal-bejgħ f'dawn il-prodotti. Id-deċiżjonijiet prinċipali għaż-żewġ kartelli ttieħdu fl-laqgħat organizzati minn AC Treuhand. Għall-maġġoranza tal-tul tal-kartelli, AC Treuhand segwit l-implimentazzjoni tal-ftehimiet dwar il-kwoti tal-bejgħ u l-prezzijiet fissi.

(6)

Il-linji ġenerali taż-żewġ kartelli fiż-ŻEE żviluppaw fil-laqgħat Svizzeri li kienu organizzati kull xhar għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u kull tliet xhur għall-ESBO/esteri. Il-ksur fuq l-iffissar tal-prezz, il-qsim tas-suq u l-allokazzjoni tal-klijenti kienu negozjati u tradotti f'azzjoni speċifika fil-laqgħat fil-pajjiżi li saru madwar l-Ewropa. Għalhekk il-parteċipanti żguraw li l-imġieba kkordinata tagħhom ġiet implimentata fil-pajjiżi taż-ŻEE/

(7)

Sal-1996, il-fornituri tal-istabbilizzanti tat-temperatura ċċekkjaw jekk il-membri kolla tal-kartell segwewx il-ftehimiet antikompetittivi direttament ma' AC Treuhand. AC Treuhand iddistribwixxa wkoll karti “ħomor” u “roża” bid-detallji fuq l-iffissar tal-prezzijiet u l-allokazzjoni tal-volum ta' bejgħ waqt il-laqgħat sigrieti li saru fil-bini tagħha. Dawn il-karti ma setgħux jinħarġu mis-sala tal-laqgħa.

(8)

Kull destinatarju jinżamm responsabbli għall-involviment tiegħu fl-arranġamenti tal-kartelli, jiġifieri bħala parteċipant dirett, jew, bħala kumpanija ewlenija, billi l-imġieba tas-sussidjarja hija attribwita lill-ewlenija minħabba li l-ewlenija teżerċita inflwenza deċiżiva fuq il-kondotta tas-sussidjarji waqt il-perjodu tal-ksur.

2.3.   Destinatarji u tul tal-ksur

(9)

Stabilizzanti abbażi tal-landa: Akzo Nobel N.V. (24.2.1987-21.3.2000), Akzo Nobel Chemicals GmbH (24.2.1987-28.6.1993), Akcros Chemicals Ltd (28.6.1993-21.3.2000), Elementis Holdings Limited (28.9.1988-2.10.1998), Elementis plc (23.2.1998-2.10.1998), Elementis UK Limited (28.9.1988-2.7.1993), Elementis Services Limited (2.7.1993-2.10.1998), Elf Aquitaine SA (16.3.1994-31.3.1996 u 9.9.1997-21.3.2000), Arkema France (16.3.1994-31.3.1996 u 9.9.1997-21.3.2000), CECA SA (16.3.1994-31.3.1996 u 9.9.1997-21.3.2000), MRF Michael Rosenthal GmbH, (12.10.1990-21.3.2000), Baerlocher GmbH, (24.2.1987-21.3.2000), Baerlocher Italia SpA, (22.6.1994-21.3.2000), Baerlocher UK Limited, (28.3.1995-17.9.1997), Chemtura Corporation, (29.5.1998-21.3.2000), Chemtura Vinyl Additives GmbH, (12.12.1997-21.3.2000), BASF Specialty Chemicals Holding GmbH, (24.2.1987-29.5.1998; BASF Lampertheim GmbH, (24.2.1987-29.5.1998), Reagens SpA, (20.11.1992-21.3.2000), AC-Treuhand AG, (1.12.1993-21.3.2000).

(10)

ESBO/esteri: Akzo Nobel N.V. (11.9.1991-22.3.2000), Akzo Nobel Chemicals B. V. (11.9.1991-28.6.1993), Akcros Chemicals Ltd (28.6.1993-22.3.2000), Elementis Holdings Limited (11.9.1991-2.10.1998), Elementis plc (23.2.1998-2.10.1998), Elementis UK Limited (11.9.1991-2.7.1993), Elementis Services Limited (2.7.1993-2.10.1998), Elf Aquitaine S.A. (11.9.1991-26.9.2000), Arkema France (11.9.1991-26.9.2000), CECA SA (11.9.1991-26.9.2000), GEA Group AG, (11.9.1991-17.5.2000), Chemson Polymer-Additive AG, (30.9.1995-26.9.2000), Aachener Chemische Werke Gesellschaft für glastechnische Produkte und Verfahren mbH, (11.9.1991-17.5.2000), Chemson GmbH, (17.5.2000-26.9.2000), Chemtura Corporation, (29.5.1998-26.9.2000), Chemtura Vinyl Additives GmbH, (12.12.1997-26.9.2000), BASF Specialty Chemicals Holding GmbH, (11.9.1991-29.5.1998), BASF Lampertheim GmbH, (11.9.1991-29.5.1998), Faci SpA, (6.11.1996-26.9.2000), AC-Treuhand AG, (1.12.1993-26.9.2000).

2.4.   Rimedji

(11)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi. Bl-eċċezzjoni ta' Chemtura Corporation u Chemtura Vinyl Additives GmbH, id-Deċiżjoni timponi multa fuq kull kumpanija elenkata hawn fuq taħt il-punti (9) u (10).

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(12)

L-ammont bażiku huwa stabbilit għal 20 % tal-bejgħ tal-impriżi fis-settur tal-istabbilizzanti abbażi tal-landa. Il-persentaġġ ta' Chemtura u Arkema France biss huwa stabbilit għal 19 % billi l-kumpaniji ma pparteċipawx fl-implimentazzjoni rigoruża tal-kartell li twettqet sal-1996. L-ammont bażiku huwa stabbilit għal 19 % tal-bejgħ tal-impriżi fis-settur tal-ESBO/esteri. Il-persentaġġ ta' Chemtura u Faci biss huwa stabbilit għal 18 % billi l-kumpaniji ma pparteċipawx fl-implimentazzjoni rigoruża tal-kartell li twettqet sal-1996.

(13)

L-ammont bażiku huwa mmultiplikat bin-numru ta' snin ta' parteċipazzjoni fil-ksur billi jittieħed f'kunsiderazzjoni t-tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur għal kull impriża individwali.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

2.4.2.1.   Ċirkostanzi aggravanti

(14)

Ir-reċidività hija ċirkostanza aggravanti għal Arkema France (tliet deċiżjonijiet preċedenti dwar kartelli ttieħdu f'kunsiderazzjoni).

2.4.2.2.   Żieda speċifika għal skop dissważiv

(15)

Il-multiplikatur ta' 1.7 fuq il-multa huwa impost fuq Elf Aquitaine S.A. sabiex din il-kumpanija tkun skoraġġuta milli tidħol fi ftehimiet ta' iffissar tal-prezzijiet u tal-qsim tas-suq orizzontali.

2.4.3.   L-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002: tnaqqis ta' multi

(16)

Fir-rigward tal-Avviż ta' Klemenza tal-2002, Chemtura qed tingħata tnaqqis ta' 100 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ta' 100 % għall-ESBO/esteri, CECA/Arkema France/Elf Aquitaine qed tingħata tnaqqis ta' 30 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ta' 50 % għall-ESBO/esteri, Baerlocher qed tingħata tnaqqis ta' 20 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa, Akzo qed tingħata tnaqqis ta' 0 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ta' 0 % għall-ESBO/esteri u BASF qed tingħata tnaqqis ta' 15 % għall-istabbilizzanti abbażi tal-landa u ta' 25 % għall-ESBO/esteri,

2.4.4.   Inkapaċità ta' ħlas

(17)

Tliet impriżi invokaw l-inkapaċità li jħallsu taħt il-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-multi 2006. Il-Kummissjoni qieset dawk id-dikjarazzjonijiet u analizzat bir-reqqa s-sitwazzjoni finanzjarja ta' dawk l-impriżi kif ukoll il-kuntest soċjali u ekonomiku speċifiku.

(18)

Bħala riżultat tal-analiżi tal-Kummissjoni, il-multa ta' kumpannija waħda tnaqqset b'mod sinifikanti minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħha.

3.   MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI

(19)

Għall-ksur fis-settur tal-istabbilizzanti abbażi tal-landa huma imposti il-multi li ġejjin:

(1)

Elementis plc, Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited, Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 875 200

(2)

Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited, Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 2 601 500

(3)

Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited u Akzo Nobel N.V. huma responsabbli in solidum għal:

EUR 4 546 300

(4)

Akzo Nobel N.V., Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 580 000

(5)

Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 944 300

(6)

Akzo Nobel N.V. u Akzo Nobel Chemicals GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 9 820 000

(7)

Akzo Nobel N.V. hija responsabbli għal

EUR 1 432 700

(8)

Elementis plc, Elementis Holdings Limited, Elementis UK Limited u Elementis Services Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 580 000

(9)

Elementis Holdings Limited u Elementis UK Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 7 231 000

(10)

MRF Michael Rosenthal GmbH, Baerlocher GmbH, Baerlocher Italia SpA u Baerlocher UK Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 000 000

(11)

Elf Aquitaine S.A., Arkema France CECA SA huma responsabbli in solidum għal:

EUR 3 864 000

(12)

Arkema France hija responsabbli għal:

EUR 3 477 600

(13)

Elf Aquitaine S.A. hija responsabbli għal:

EUR 2 704 800

(14)

Chemtura Corporation u Chemtura Vinyl Additives GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 0

(15)

BASF Specialty Chemicals Holding GmbH u BASF Lampertheim GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 61 320 000

(16)

Reagens SpA hija responsabbli għal:

EUR 10 791 000

(17)

AC-Treuhand AG hija responsabbli għal:

EUR 174 000

(20)

Għall-ksur fis-settur tal-ESBO/esteri huma imposti l-multi li ġejjin:

(18)

Elementis plc, Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited, Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 115 200

(19)

Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited, Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 2 011 103

(20)

Elementis Holdings Limited, Elementis Services Limited u Akzo Nobel N.V. huma responsabbli in solidum għal:

EUR 7 116 697

(21)

Akzo Nobel N.V., Akzo Nobel Chemicals B.V.u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal:

EUR 2 033 000

(22)

Akzo Nobel N.V. u Akcros Chemicals Ltd huma responsabbli in solidum għal

EUR 841 697

(23)

Akzo Nobel N.V. u Akzo Nobel Chemicals B.V.huma responsabbli in solidum għal:

EUR 3 467 000

(24)

Akzo Nobel N.V. hija responsabbli għal:

EUR 2 215 303

(25)

Elementis plc, Elementis Holdings Limited, Elementis UK Limited u Elementis Services Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 2 033 000

(26)

Elementis Holdings Limited u Elementis UK Limited huma responsabbli in solidum għal:

EUR 3 412 000

(27)

Elementis Holdings Limited hija responsabbli għal:

EUR 53 000

(28)

Elf Aquitaine S.A., Arkema France u CECA SA huma responsabbli in solidum għal:

EUR 7 154 000

(29)

Arkema France hija responsabbli għal:

EUR 6 438 600

(30)

Elf Aquitaine S.A. hija responsabbli għal:

EUR 5 007 800

(31) (a)

GEA Group AG, Aachener Chemische Werke Gesellschaft für glastechnische Produkte und Verfahren mbH u Chemson Polymer-Additive AG huma responsabbli in solidum għal:

EUR 1 086 129

(31) (b)

GEA Group AG u Chemson Polymer-Additive AG huma responsabbli in solidum għal:

EUR 827 842

(32)

GEA Group AG hija responsabbli għal:

EUR 1 432 229

(33)

Chemson Polymer-Additive AG u Chemson GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 137 606

(34)

Chemson GmbH hija responsabbli għal:

EUR 317 794

(35)

Chemtura Corporation u Chemtura Vinyl Additives GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 0

(36)

BASF Specialty Chemicals Holding GmbH u BASF Lampertheim GmbH huma responsabbli in solidum għal:

EUR 7 104 000

(37)

Faci SpA hija responsabbli għal:

EUR 5 940 000

(38)

AC-Treuhand AG hija responsabbli għal:

EUR 174 000