17.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/2


Linji Gwida dwar l-għajnuna Nazzjonali b'għan Reġjonali għall-2007-2013

(ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 222/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-istatus tal-għajnuna mill-Istat u l-limiti tal-għajnuna tar-reġjuni ta' effet statistiku fil-Mapep nazzjonali tal-għajnuna mill-Istat reġjonali għall-perjodu ta' bejn 1.1.2011-31.12.2013.

N 745/06 – Il-Belġju – (Ippubblikata fil-ĠU C 73, 30.3.2007, p. 15)

N 408/06 – Il-Greċja – (Ippubblikata fil-ĠU C 286, 23.11.2006, p. 5)

N 459/06 – Il-Ġermanja – (Ippubblikata fil-ĠU C 295, 5.12.2006, p. 6)

N 324/07 – L-Italija – (Ippubblikata fil-ĠU C 90, 11.4.2008, p. 4)

N 626/06 – Spanja – (Ippubblikata fil-ĠU C 35, 17.2.2007, p. 4)

N 492/06 – L-Awstrija – (Ippubblikata fil-ĠU C 34, 16.2.2007, p. 5)

N 727/06 – Il-Portugall – (Ippubblikata fil-ĠU C 68, 24.3.2007, p. 26)

N 673/06 – Ir-Renju unit – (Ippubblikata fil-ĠU C 55, 10.3.2007, p. 2)

1.

Skont il-punt 20 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali għall-2007-2013 (RAG) ir-Reġjuni ta' Effet Statistiku se jibbenifikaw minn status bħala żona assistita skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE sa′ tmiem l-2010. Dawn ir-reġjuni se jitilfu l-istatus tagħhom bħala żona assistita skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE mill-1 ta' Jannar 2011, jekk reviżjoni ex officio li għandha titwettaq mill-Kummissjoni fl-2010 turi li l-PGD/ċittadin tagħhom fuq it-tliet snin l-aktar reċenti jaqbeż il-75 % tal-medja tal-UE25. Kif stipulat diġà fid-deċiżjonijiet dwar il-mapep tal-għajnuna mill-Istat reġjonali għall-2007-2013, dawn ir-reġjuni li qed ibiddlu l-istatus se jibbenefikaw għall-perjodu ta' bejn l-1.1.2011-31.12.2013 mill-eliġibbiltà għal għajnuna reġjonali abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE.

2.

Id-dejta statistika l-aktar reċenti li hi disponibbli mill-Eurostat (L-Istqarija tal-Eurostat 25/2010 tat-18.2.2010) dwar il-PGD fil-PPS ras għal ras, ikkalkulata bħala medja ta' tliet snin (2005-2007) (UE25 = 100) għar-reġjuni ta' effett statistiku individwali rikonoxxuti mir-RAG huma li ġejjin: Hainaut (74,0); Brandenburg-Südwest (84,1); Lüneburg (80,6); Leipzig (84,9); Sachsen-Anhalt (Halle) (79,5); Kentriki Makedonia (71,0); Dytiki Makedonia (73,8); Attiki (121,3); Principados de Asturias (90,5); Región de Murcia (83,6); Ciudad Autónoma de Ceuta (91,4); Ciudad Autónoma de Melilla (89,8); Basilicata (64,9); Burgenland (79,4); Algarve (77,7); Highlands and Islands (85,0).

3.

Skont din id-dejta, Hainaut, Kentriki Makedonia, Dytiki Makedonia u Basilicata jżommu l-istatus tagħhom bħala żona assistita skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE b'intensità ta' għajnuna ta' 30 % hekk kif il-PGD/ċittadin fuq l-aktar tliet snin reċenti (2005-2007) hu taħt il-75 % tal-medja tal-UE25. Ir-reġjuni ta' effett statistiku kollha l-oħrajn jibbenefikaw għall-perjodu ta' bejn l-1.1.2011-31.12.2013 mill-eliġibbiltà tal-għajnuna reġjonali abbażi tal-Artikolu 107(3)(c ) tat-TFUE, b'intensità ta' għajnuna kif indikat fit-tabella ta' hawn taħt hekk kif il-PGD/ċittadin fuq l-aktar tliet snin reċenti (2005-2007) jaqbeż il-75 % tal-medja tal-UE25.

NUTS II

Isem

Limitu tal-għajnuna għall-investiment reġjonali (1) (applikabbli għal intrapriżi kbar)

Ir-reġjuni ta' effet statistiku

1.   

Reġjuni li jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE sal-31.12.2013

 

 

1.1.2007-31.12.2010

1.1.2011-31.12.2013

BE32

Hainaut

30 %

30 %

GR12

Kentriki Makedonia

30 %

30 %

GR13

Dytiki Makedonia

30 %

30 %

ITF5

Basilicata

30 %

30 %

2.   

Reġjuni li jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE mill-1.1.2011 sal-31.12.2013

DE42

Brandenburg-Südwest

30 %

20 %

DED3

Leipzig

30 %

20 %

DEE2

Halle

30 %

20 %

DE93

Lüneburg

 

 

DE934

LK Lüchow-Dannenberg

30 %

20 %

DE93A

LK Uelzen

30 %

20 %

DE931

LK Celle

15 %

15 %

DE932

LK Cuxhaven

15 %

15 %

DE935

LK Lüneburg

15 %

15 %

GR30

Attiki

30 %

20 %

ES12

Principado de Asturias

30 %

20 %

ES62

Región de Murcia

30 %

20 %

ES63

C. Autónoma de Ceuta

30 %

20 %

ES64

C. Autónoma de Melilla

30 %

20 %

AT11

Burgenland

30 %

20 %

PT15

Algarve

30 %

20 %

UKM4

Highlands and Islands

30 %

20 %


(1)  Għal proġetti ta' investiment b'nefqa eliġibbli li ma taqbiżx EUR 50 miljun, dan il-limitu jiżdied b'10 punti perċentwali għal kumpaniji ta' daqs medju u b'20 punt perċentwali għal kumpaniji żgħar kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36). Għal proġetti kbar ta' investiment b'nefqa eliġibbli li taqbeż EUR 50 miljun, dan il-limitu huwa soġġett għal aġġustament skont il-paragrafu 67 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013.