24.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/2


Avviż ta' implimentazzjoni ta' Azzjoni ta' Garanzija taħt il-Faċilità Ewropea għall-Progress fil-Mikrofinanzi

2010/C 202/02

Dan l-avviż huwa indirizzat lill-intermedjarji, bħal istituzzjonijiet finanzjarji, istituzzjonijiet mikrofinanzjarji jew istituzzjonijiet ta' garanzija, li jimmiraw li jipprovdu mikrokrediti jew garanziji ta' sostenn għall-mikrokrediti

L-Unjoni Ewropea tat mandat lill-Fond Ewropew għall-Investiment (“EIF”) biex jimplimenta azzjoni ta' garanzija skont il-Faċilità Ewropea għall-Progress fil-Mikrofinanzjament għall-impjieg u l-inklużjoni soċjali (il-“Faċilità”) (1) bil-ħruġ ta' garanziji, f'isimha iżda fuq il-kont u għar-riskju tal-Unjoni Ewropea li jkopru l-mikrokrediti jew il-garanziji ta' sostenn għall-mikrokrediti (il-“Garanzija ta' Azzjoni”).

L-Azzjoni ta' Garanzija timmira li tipprovdi riżorsi lill-Unjoni Ewropea biex jiżdied l-aċċess għal, u d-disponibbiltà ta', mikrofinanzjament għall-benefiċjarji finali kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Faċilità.

Din l-Azzjoni ta' Garanzija hija miftuħa għall-korpi pubbliċi u privati stabbiliti fuq livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri li jipprovdu mikrokrediti, jew garanziji ta' sostenn għall-mikrokrediti għall-persuni u mikrointrapriżi fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

L-approprjazzjonijiet indikattivi totali mill-baġit tal-Unjoni għall-Faċilità għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2013 huma ta' EUR 100 miljun, li minnhom l-ammont ta' EUR 25 miljun huwa allokat għall-Azzjoni ta' Garanzija.

Intermedjarji finanzjarji prospettivi jistgħu jiksbu informazzjoni dettaljata dwar l-Azzjoni ta' Garanzija minn:

Il-Fond Ewropew għall-Investiment

96, boulevard Konrad Adenauer

2968 Luxembourg

LUXEMBOURG

Posta elettronika: info@eif.org

Inbox dedikata għal dan.

jew mil-websajt tal-EIF: http://www.eif.org/what_we_do/microfinance/progress/Progress_Microcredit_Guarantees_1.htm

Link iddedikata ghal dan.

Id-dettalji tal-kuntatt tal-intermedjarji li jibbenefikaw minn garanzija maħruġa mill-FEI taħt l-Azzjoni Garanzija se jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-FEI sabiex jippermettu lill-benefiċjarji finali biex jagħmlu kuntatt dirett ma' dawn l-intermedjarji.

L-aplikazzjonijiet mill-intermedjarji se jkunu eżaminati mill-EIF fuq bażi kontinwa, fil-limiti tal-allokazzjoni baġitarja tal-Unjoni disponibbli. Il-FEI għandha tfittex li tippromwovi distribuzzjoni ġeografika bilanċjata.


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 283/2010/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 2010 li tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament ta' Progress għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali (ĠU L 87, 7.4.2010, p. 1).