20.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/3


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 196/03

Għajnuna Nru: XA 36/10

Stati Membri: Id-Danimarka

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Bekendtgørelse om tilskud til fremme af dyrkning efter retningslinjerne for integreret plantebeskyttelse (IPM)

Bażi legali: Tekstanmærkning til nr. 151 ad § 24.21.02 i finanslov for finansåret 2010

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għal din l-iskema hija ppjanata nefqa annwali ta' DKK 6,4 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Minn ġurnata wara l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-iskema se tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2015

Għan tal-għajnuna: L-għajnuna hija mogħtija skont l-Artikolu 15(2)(e)(i). L-għan tal-għajnuna huwa li ttejjeb it-tixrid ta' informazzjoni xjentifika dwar l-użu ta' pestiċidi mal-produtturi primarji tas-settur agrikolu, ortikulturali u tal-frott billi tippromwovi l-kultivazzjoni u tipprovdi konsulenza dwarha skont il-linji gwida dwar il-ġestjoni integrata tal-pesti (IPM).

Il-benefiċjarji finali huma produtturi primarji.

Il-kostijiet imġarrba mill-konsulenti b'konnessjoni mat-tixrid ta' informazzjoni xjentifika u r-riżultati tal-IPM lill-produtturi primarji, inklużi n-nefqa fuq is-salarji tal-konsulenti, fuq it-tixrid prattiku fil-livell tal-kumpanija, fuq il-pubblikazzjonijiet, fuq is-siti elettroniċi eċċ., huma nefqa eliġibbli.

Dawn l-attivitajiet konsultattivi ma jinvolvux ħlasijiet diretti lill-produtturi primarji.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi tal-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba', tal-ortikultura u tal-kultivazzjoni tal-frott

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

FødevareErhverv

Nyropsgade 30

1780 København V

DANMARK

Indirizz tal-Internet: IPM website

http://ferv.fvm.dk/IPM_-_integreret_plantebeskyttelse.aspx?ID=54243

Bekendtgørelse nr. 409 af 21. april 2010 om tilskud til fremme af dyrkning efter retningslinjerne for integreret plantebeskyttelse (IPM)

https://www.retsinformation.dk/Forms/R0710.aspx?id=131581

Informazzjoni oħra: L-għajnuna għar-riċerka, żvilupp u proġetti ta' dimostrazzjoni ma tistax tingħata taħt din l-iskema

Għajnuna Nru: XA 44/10

Stati Membri: Spanja

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Apoyo técnico

Bażi legali: Real Decreto 202/2010, de 1 de marzo, por el que se establecen las bases reguladoras para la concesión de ayudas a las agrupaciones de productores de plantas vivas y productos de la floricultura para mejorar la producción, la comercialización y la formación del sector.

Real Decreto/…/2010, de … de … de 2010, por el que se modifica el Real decreto 202/2010, de 1 de marzo, por el que se establecen las bases reguladoras para la concesión de ayudas a las agrupaciones de productores de plantas vivas y productos de la floricultura para mejorar la producción, la comercialización y la formación del sector.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont annwali: EUR 2 083 333

Il-limitu kumplessiv tal-għajnuna li hemm provdut ghaliha fit-Taqsimiet 1 sa 3 tad-Digriet Rjali se jkun ta' EUR 300 000 għal kull grupp ta' produtturi għal attivitajiet imwettqa tul perjodu massimu ta' tliet snin.

Intensità massima tal-għajnuna: 50 % tal-ammont tal-infiq imġarrab mill-gruppi ta' produtturi li huma intrapriżi żgħar jew medji

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna:

Għanijiet:

Il-promozzjoni ta' attivitajiet ta' taħriġ fis-settur tal-pjanti ħajjin u tal-florikultura

Artikolu/i invokat/i:

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2007

Infiq eliġibbli:

(a)

Edukazzjoni u taħriġ għall-bdiewa u l-ħaddiema fis-settur agrikolu l-infiq eliġibbli jinkludi l-ispejjeż għall-organizzazzjoni tal-programm ta' taħriġ kif ukoll l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u s-sussistenza tal-parteċipanti;

(b)

Organizzazzjoni u parteċipazzjoni f'fora ta' skambju ta' għarfien, kompetizzjonijiet, esibizzjonijiet u fieri speċifiċi tas-settur tal-pjanti ħajjin u tal-florikultura ornamentali. Fil-konkret, l-infiq eliġibbli se jinkludi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ispejjeż tal-pubblikazzjonijiet neċessarji, il-kiri tal-postijiet fejn isiru l-wirjiet, u l-premji simboliċi mogħtija fil-konkorsi sa ammont massimu ta’ EUR 250 għal kull premju u kull rebbieħ;

(c)

Pubblikazzjonijiet bħal katalgi jew websajts li jagħtu tagħrif dwar il-produtturi minn reġjun speċifiku jew ta’ prodott speċifiku, sakemm dan it-tagħrif u l-preżentazzjoni tiegħu jkunu newtrali u l-produtturi kollha kkonċernati jingħataw l-istess opportunità biex ikunu inklużi fihom.

Settur jew setturi benefiċjarji: Pjanti ħajjin u prodotti tal-florikultura

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerio de Medio Ambiente, y Medio Rural y Marino

Paseo de Infanta Isabel, 1

28014 Madrid

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.mapa.es/ministerio/pags/normas/ayudas_floricultura.pdf

http://www.mapa.es/ministerio/pags/normas/modificacion_RD202_2010.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 67/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Gorizia

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Norme di attuazione della Legge 700 del 1975 relative agli aiuti alle imprese agricole

Bażi legali:

Norme di attuazione approvate con delibera n. 24/FG dd. 10.3.2010,

Delibera n. 155/FG dd. 17.11.2008«Regolamento per la gestione del Fondo Gorizia»,

Legge regionale Friuli Venezia Giulia n. 30 del 28.12.2007, art. 5, comma 76,

Legge 27 dicembre 1975, n. 700.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Mhux aktar minn EUR 1 miljun fis-sena għall-2010, 2011, 2012, 2013

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima tal-għajnuna hija dik stabbilita fl-Artikoli 4, 5, 7, 12, 14 u 15, rispettivament, għat-tipi ta' għajnuna li ġejjin: Investimenti, il-konservazzjoni ta' pajsaġġi u bini tradizzjonali, l-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ fis-settur, il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità u appoġġ tekniku lis-settur agrikolu

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Ir-regoli implimentattivi approvati fid-Deċiżjoni Nru 24/FG tal-10 ta' Marzu 2010 (Delibera n. 24/FG dd. 10.3.2010 ) jirregolaw il-kriterji għall-għoti ta' għajnuna mmirata lejn l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kif definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 800/2008, tas-settur tal-produzzjoni agrikola primarja:

Għajnuna għall-investimenti fl-azjendi agrikoli (Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006),

Għajnuna għall-konservazzjoni tal-pajsaġġi u l-bini tradizzjonali (Artikolu 5),

Għajnuna għall-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ fis-settur (Artikolu 7),

Għajnuna favur il-ħlas ta’ primjums tal-assigurazzjoni (Artikolu 12),

Għajnuna biex tiġi promossa produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità (Artikolu 14),

Il-forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu (Artikolu 15),

L-infiq eliġibbli għall-għajnuna huwa skont kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 għal kull tip ta' għajnuna.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi kollha tal-produzzjoni agrikola primarja

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Camera di Commercio Industria Artigianato e Agricoltura di Gorizia

Via Crispi 10

34170 Gorizia GO

ITALIA

http://www.go.camcom.it

Indirizz tal-Internet: http://www.go.camcom.it/allegati/pdf/fondogorizia/norme_attuaz_L700_agricoltura.pdf

Informazzjoni oħra: Referente per la Camera di Commercio di Gorizia:

Sig. Antonio LUISA

Tel. +39 0481384293

Għajnuna Nru: XA 73/10

Stati Membri: Ir-Renju ta' Spanja

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Ayudas para la renovación del parque nacional de maquinaria agrícola

Bażi legali: Proyecto de Real Decreto por el que se establecen las bases reguladoras de las ayudas para la renovación del parque nacional de maquinaria agrícola (li se jkun ippubblikat fil-Bullettin Uffiċjali tal-Istat)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-infiq pubbliku mistenni li jkun mogħti lill-benefiċjarji se jkun, kumplessivament, ta' massimu EUR 4 miljun matul l-2010

Intensità massima tal-għajnuna: Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006, u sakemm ma jinqabżux l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(9) ta' dak ir-Regolament, l-intensità massima tal-għajnuna se tkun kif ġejja:

Bl-istess mod, ma jistgħux jinqabżu l-persentaġġi tal-investimenti eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament imsemmi.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni. L-għajnuna ma tistax tiġi applikata qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija hawn fuq

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013. Tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet kull sena

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li, permezz ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi, tiġi stabbilita bażi regolatorja għall-promozzjoni tat-tiġdid tat-tratturi u l-makkinarju agrikolu fi Spanja. L-ispejjeż eliġibbli huma dawk marbuta mal-iskreppjar tal-makkinarji qodma u t-tibdil tagħhom bi tratturi u makkinarji ġodda mgħammra b'teknoloġija moderna biex b’hekk jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, tiżdied l-effiċjenzja tal-enerġija u l-protezzjoni tal-ambjent (Artikolu 1).

L-għajnuna hija ta' EUR 80 għal kull CV ta' kull trattur jew makkinarju bil-mutur awtomotiv skreppjat, b'supplimenti differenti skont il-benefiċjarji, l-art tagħhom, il-karatteristiċi tal-makkinarju skreppjat u dawk tal-makkinarju ġdid. Il-limiti għall-għajnuna msemmija hawn fuq ikunu i'mbagħad ristretti skont Artikolu 19 tar-Regomalment tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001, u sakemm ma jinqabżux il-limiti stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin jew fl-Artikolu 4(9) ta' dak ir-Regolament.

L-għajnuna tingħata skont l-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

L-għajnuna tingħata għal attivitajiet li jsiru wara t-tressiq tal-applikazzjoni.

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni primarja agrikola

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino

Paseo Infanta Isabel, 1

28014 Madrid

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: It-test sħiħ tal-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-iskema huwa disponibbli fl-indirizz:

http://www.mapa.es/ministerio/pags/normas/renove_060410.pdf

Informazzjoni oħra: Għajnuna mogħtija skont id-Digriet Rjali tkun konformi ma' kull tip ta' għajnuna oħra mogħtija għall-istess għan mill-awtoritajiet pubbliċi jew korpi pubbliċi jew privati oħra, sakemm jibqgħu soġġetti għall-limiti stabbiliti f'Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 u sakemm ma jinqabżux il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(9) ta' dak ir-Regolament.

Madankollu, f'każ li l-ammont totali tal-għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, fl-istess ħin u għall-istess għan, mill-awtoritajiet pubbliċi jew korpi pubbliċi jew privati, kemm dawk nazzjonali kif ukoll internazzjonali, taqbeż dawk il-limiti, l-għajnuna mogħtija taħt dan id-Digriet tonqos proporzjonalment sakemm jintlaħqu dawk il-limiti.

Jekk it-total tas-sussidji jirrappreżenta intensità tal-għajnuna akbar mill-ammonti massimi stipulati fil-liġi komunitarja, għandu jitnaqqas sal-limitu msemmi hawn fuq.

Għajnuna Nru: XA 76/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Incentivi per l’acquisto di macchine agricole

Bażi legali: Art. 4 decreto-legge 25 marzo 2010, n. 40

Decreto del Ministro dello Sviluppo Economico del 26 marzo 2010

Decreto del Ministro dello Sviluppo Economico del 20 aprile 2010

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 20 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 10 % tal-ispejjeż eliġibbli

Data tal-implimentazzjoni: L-iskema se tidħol fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru ta' reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit tal-internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għajnuna se tkompli tingħata sakemm jintefaq l-ammont allokat kollu u, f'kwalunkwe każ, mhux wara l-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna mill-Istat għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001.

L-investiment għandu partikolarment isegwi l-għanijiet li ġejjin:

L-għajnuna għandha l-għan li tiżgura livell ogħla ta' sigurezza fir-rigward tal-makkinarju u tratturi tal-istess tip li tqegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2000. Dan it-titjib intlaħaq ukoll fir-rigward tal-prestazzjonijiet ambjentali tal-makkinarju u tratturi ġodda li, b'konformità mar-rekwiżiti legali attwali indikati fiċ-ċirkulari tal-20 ta' April 2010, jiżguraw tnaqqis fl-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u sustanzi perikolużi ġejjin mill-magni ta' kombustjoni interna meta mqabbla mal-makkinarju fis-suq qabel l-2004.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministry of Economic Development

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

Tel. +39 0647051

Indirizz tal-Internet: http://www.sviluppoeconomico.gov.it/Dipartimenti/index.php?sezione=Dipartimenti&tema_dir=tema2&id=40

Informazzjoni oħra: —