3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/6


Informazzjoni ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 178/04

Għajnuna Nru: XA 65/10

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Αίτημα αποζημίωσης από τον κ. Πανίκο Παναγίδη, κάτοικου Ζυγίου, για την αποξήλωση/μετακίνηση των εγκαταστάσεων των θερμοκηπίων του, που βρίσκονται σε Τ/Κ γη που έχει απαλλοτριωθεί, στα πλαίσια της μετακίνησης της Κοινότητας Μαρί στο Ζύγι.

Bażi legali: Απόφαση του Υπουργικού Συμβουλίου με αρ. 69308 και ημερομηνία 23.9.2009, με τίτλο «Αίτημα αποζημίωσης από τους κ.κ. Πανίκο Παναγίδη και Σωτήρη Σιημητρά, κατοίκους Ζυγίου, για την αποξήλωση/μετακίνηση των εγκαταστάσεων των θερμοκηπίων τους, που βρίσκονται σε Τ/Κ γη που έχει απαλλοτριωθεί, στα πλαίσια της μετακίνησης της Κοινότητας Μαρί στο Ζύγι».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-istima tal-Kap tad-Departiment għall-Agrikoltura għall-kumpens lis-Sinjur Panikos jammonta għal EUR 52 714. Il-kumpens jikkorrispondi għall-valur tas-sostituzzjoni tal-bini tal-bidwi.

Intensità massima tal-għajnuna: —

Data tal-implimentazzjoni: Il-miżuri tal-għajnuna individwali se jidħlu fis-seħħ ladarba jkunu ppubblikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għajnuna se tingħata f'darba waħda.

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 – Rilokazzjoni ta’ bini ta’ rziezet fl-interess pubbliku

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-koltivazzjoni fis-serrer

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ypouryio Esoterikon

1453 Λευκωσία/Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal-Internet: http://moi.gov.cy/index.php?nc=30&l=2

Informazzjoni oħra: Fid-Deċiżjoni Nru 66751 tas-6 ta' Frar 2008, il-Kunsill tal-Ministri approva l-Iskema ta' Inċentivi biex iħeġġeġ lir-residenti tal-muniċipalità ta' Mari jittrasferixxu lejn Ziyi. Għal dan il-fini, l-art Torka-Ċiprijotta f'Ziji ġiet esproprijata biex tinqasam f'41 plott, u dan l-aħħar tħabbret sejħa għal offerti għat-tfassil ta' pjanijiet għas-separazzjoni tal-plottijiet. Iżda kien hemm dewmien fit-tfassil ta' dawn il-pjanijiet minħabba l-preżenza ta' serrer fl-art esproprijata u ta' faċilitajiet anċillari oħrajn li kienu ilhom hemm għal madwar 20 sena u li huma l-proprjetà tas-Sur Panikos Panayidis. Is-Sur Panayidis, li ma giex spustat, imexxi l-azjenda agrikola li ngħatat lilu mill-gvern lill-ex-mara tiegħu li kienet ġiet spustata. L-għan tal-għajnuna individwali huwa li jingħata kumpens għall-bini ta' faċilitajiet ġodda sabiex is-Sur Panayidis ikun jista' jkompli bl-attività tiegħu fil-qasam tal-koltivazzjoni fis-serrer.

Għajnuna Nru: XA 66/10

Stati Membri: Ċipru

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Αίτημα αποζημίωσης του κ. Σωτήρη Σιημητρά, κάτοικο Ζυγίου, για την αποξήλωση/μετακίνηση των εγκαταστάσεων του θερμοκηπίου του, που βρίσκονται σε Τ/Κ γη που έχει απαλλοτριωθεί, στα πλαίσια της μετακίνησης της Κοινότητας Μαρί στο Ζύγι

Bażi legali: Απόφαση του Υπουργικού Συμβουλίου με αρ. 69308 και ημερομηνία 23.9.2009, με τίτλο «Αίτημα αποζημίωσης από τους κ.κ. Πανίκο Παναγίδη και Σωτήρη Σιημητρά, κατοίκους Ζυγίου, για την αποξήλωση/μετακίνηση των εγκαταστάσεων των θερμοκηπίων τους, που βρίσκονται σε Τ/Κ γη που έχει απαλλοτριωθεί, στα πλαίσια της μετακίνησης της Κοινότητας Μαρί στο Ζύγι».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-istima tal-Kap tad-Departiment għall-Agrikoltura għall-kumpens lis-Sinjur Sotiris Siimitras jammonta għal EUR 7 281. Il-kumpens jikkorrispondi għall-valur tas-sostituzzjoni tal-bini tal-bidwi.

Intensità massima tal-għajnuna: —

Data tal-implimentazzjoni: Il-miżura tal-għajnuna individwali se tidħol fis-seħħ ladarba tkun ippubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: L-għajnuna se tingħata f'darba waħda.

Għan tal-għajnuna: L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 – Rilokazzjoni ta’ bini ta’ rziezet fl-interess pubbliku.

Settur jew setturi benefiċjarji: Il-koltivazzjoni fis-serrer

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ypouryio Esoterikon

1453 Λευκωσία/Nicosia

CYPRUS

Indirizz tal- Internet: http://moi.gov.cy/index.php?nc=30&l=2

Informazzjoni oħra: Fid-Deċiżjoni Nru 66751 tas-6 ta' Frar 2008, il-Kunsill tal-Ministri approva l-Iskema ta' Inċentivi biex iħeġġeġ lir-residenti tal-muniċipalità ta' Mari jittrasferixxu lejn Ziyi. Għal dan il-fini, l-art Torka-Ċiprijotta f'Ziji ġiet esproprijata biex tinqasam f'41 plott, u dan l-aħħar tħabbret sejħa għal offerti għat-tfassil ta' pjanijiet għas-separazzjoni tal-plottijiet. Iżda kien hemm dewmien fit-tfassil ta' dawn il-pjanijiet minħabba l-preżenza ta' serrer fl-art esproprijata u faċilitajiet anċillari oħrajn li ilhom hemm għal madwar 20 sena u li huma l-proprjetà tas-Sur Sotiris Siimitras. Il-proprjetà Torka-Ċiprijotta ngħatat bħala azjenda agrikola lis-Sinjur Siimitras li kien ġie spustat. L-għan tal-għajnuna individwali huwa li jingħata kumpens għall-bini ta' faċilitajiet ġodda sabiex is-Sur Siimitras ikun jista' jkompli bl-attività tiegħu fil-qasam tal-koltivazzjoni fis-serrer.

Għajnuna Nru: XA 70/10

Stati Membri: Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun: Il-Pajjiżi l-Baxxi tal-Punent

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Uitvoeringsregeling omschakeling biologische landbouw Noord-Holland 2010

Bażi legali: Algemene subsidieverordening Noord-Holland 2009

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 250 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: 40 %

Data tal-implimentazzjoni: It-13 ta' April 2010. L-iskema għandha tidħol fis-seħħ biss wara l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-qosor fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Investiment fl-azjendi agrikoli (L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

L-għan tal-għajnuna huwa bħala inkoraġġiment biex l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jbidlu għal metodi ta' produzzjoni organika.

L-għan tal-provinċja huwa li fl-2011 7 % tal-art agrikola tagħha tintuża għall-produzzjoni organika.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura primarja

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Gedeputeerde staten van Noord-Holland

Postbus 3007

2001 DA Haarlem

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://admin.sduconnect.nl/linked_forms/1268302594Biologische%20omschakeling%20UVR%202010.doc

Informazzjoni oħra: Huma eliġibbli biss l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-konverżjoni għall-produzzjoni organika u mhux dawk li jirriżultaw fiż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni. Spejjeż bħal dawn huma relatati ma' dawn li ġejjin: (a) kostruzzjoni, xiri jew titjib ta' proprjetà immobbli; (b) xiri ta' art għal finijiet ta' estensifikazzjoni, sa 10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli; (c) xiri jew xiri bil-kiri ta' makkinarju u tagħmir, inkluż softwer tal-kompjuter, sal-valur fis-suq tal-attiv; (d) spejjeż ta' pjanijiet ta' konverżjoni, ta' servizzi ta' konsulenza u ta' taħriġ.

Għajnuna Nru: XA 71/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Emilia-Romagna (Il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Bologna)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Regolamento camerale per l’assegnazione alle imprese della provincia di bologna di contributi in conto abbattimento interessi per l’accesso al credito

Bażi legali: Deliberazione della Giunta camerale n. 10 del 26 gennaio 2010 che modifica il regime approvato con deliberazione di Giunta n. 185 del 16 settembre 2008 (XA 372/08) già modificato con deliberazione di Giunta. n. 42 del 3 marzo 2009 (XA 159/09).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ispiża annwali konfermata tal-għajnuna XA 372/08 mhux emendata mill-XA 159/09.

Intensità massima tal-għajnuna: L-intensità konfermata tal-għajnuna XA 372/08 mhux emendata mill-XA 159/09.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għanijiet ikkonfermati tal-għajnuna XA 372/08 mhux emendati mill-XA 159/09.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi kkonfermati tal-għajnuna XA 372/08 mhux emendati mill-XA 159/09.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Camera di Commercio IAA di Bologna

Piazza Mercanzia 4

40125 Bologna BO

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.bo.camcom.it/incentivi-e-promozione-stera/contributi-alle-imprese/copy_of_aiuti-in-conto-interessi-per-accesso-ordinario-al-credito/aiuti-in-conto-interessi-per-accesso-ordinario-al-credito

Informazzjoni oħra: L-emendi li saru fl-għajnuna XA 372/08, li parzjalment jieħdu post u parzjalment jingħaqdu ma' dawk tal-għajnuna XA 159/09, jirrigwardaw biss:

L-esklużjoni tal-intrapriżi li qegħdin fil-proċess ta' likwidazzjoni;

Il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti mitluba mid-data tat-talba sa, mill-inqas, meta tingħata l-għajnuna;

L-introduzzjoni ta' dati tal-iskadenza perentorji kemm għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna mressqin minn intrapriżi individwali kif ukoll fil-każ ta' talba għall-użu tal-ammont assenjat lill-Confidi biex jiżdied il-fond tar-riskju;

Il-Confidi li għandhom il-ħsieb li jassenjaw parti mill-għajnuna għall-fond tar-riskju għandhom ikunu rreġistrati fil-lista tal-ex Artikolu 107 TULB (Testo Unico in materia di Leggi Bancarie -Test Uniku tal-Liġijiet Bankarji) jew ikunu ressqu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

L-obbligu tal-bgħit bl-internet tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna permezz tas-sistema “Infocamere Webtelemaco”;

Il-kjarifika li l-għajnuna finanzjarja ma tistax tiġi akkumulata ma' għajnuniet oħra mill-Istat jew ma' għajnuna de minimis fuq l-istess investiment, ħlief jekk mhux għajnuna f'forma ta' garanzija, li tkun fil-limiti stabbiliti fir-Regolament KE 1857/2006.

Il Presidente della Camera di Commercio di Bologna

Bruno FILETTI

Bologna, it-12 ta’ April 2010

Għajnuna Nru: XA 72/10

Stati Membri: L-Estonja

Reġjun: Eesti

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Tagatisena antav investeeringuabi

Bażi legali:

(1)

Maaelu ja põllumajandusturu korraldamise seaduse § 8 (RT I 2008, 33, 202; 2009, 56, 375);

(2)

Maaelu Edendamise Sihtasutuse nõukogu kord „Tagatiste abikava raames tagatise saamiseks esitatavad nõuded ja tagatise taotlemise kord”;

(3)

Põllumajandusministeeriumi ja Maaelu Edendamise Sihtasutuse vahel sõlmitud haldusleping (RTL, 11.6.2009, 46, 643)

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Self ta' madwar EEK 625 miljun fis-sena huwa garantit għall-produtturi ewlenin ta' prodotti agrikoli.

Intensità massima tal-għajnuna: sa 60 %

Data tal-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-għan tal-għajnuna huwa li tipprovdi garanzji li jinvolvu l-għajnuna tal-Istat għal self għall-investiment skont Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u skont rekwiżiti oħra stabbiliti f'dak ir-Regolament, inkluż Artikolu 3.

Il-fondi huma disponibbli għas-settur kollu tal-produzzjoni agrikola primarja (produtturi agrikoli ). In-nefqa eliġibbli hija konformi mal-Artikolu 4(2)-(4), (6)-(8) u (10). L-intensità tal-għajnuna mill-Istat hija dik ta' 40-60 % skont ir-reġjun li fih jopera l-produttur agrikolu u skont jekk il-benefiċjarju huwiex bidwi żagħżugħ; il-limiti totali reġjonali ta' EUR 400 000/500 000 pprovduti fl-Artikolu 4(2) u (9) huma wkoll imħarsa.

L-għajnuna ma tingħatax lill-kumpaniji li qiegħdin f'diffikultà.

Settur jew setturi benefiċjarji: Produtturi agrikoli (Kodiċi NACE A1)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Maaelu Edendamise Sihtasutus

R. Tobiase 4

10147 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Indirizz tal-Internet: http://www.mes.ee/index_eng.php

Informazzjoni oħra: Meta nikkalkulaw l-element ta' għajnuna mill-Istat nużaw il-metodu stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 48/09.