21.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/15


Avviż lill-importaturi

Importazzjonijiet ta' tonn fl-UE mill-Kolombja u l-El Salvador

2010/C 132/05

Il-Kummissjoni Ewropea tinforma lill-operaturi tal-Unjoni Ewropea li hemm dubji raġonevoli dwar l-applikar xieraq tat-trattament preferenzjali u tal-applikabbiltà tax-xiehda ta' oriġini ppreżentata fl-Unjoni Ewropea għat-tonn fil-landa u flettijiet friżati tat-tonn tas-Sistema Armonizzata tas-subintestatura 1604 14 importati mill-Kolombja u l-El Salvador.

Minn bosta investigazzjonijiet, jirriżulta li kwantitajiet sinifikanti ta' tonn fil-landa u flettijiet friżati tat-tonn tas-Sistema Armonizzata tas-subintestatura 1604 14 huma ddikjarati li joriġinaw mill-Kolombja jew l-El Salvador, li għalihom mhumiex eliġibbli.

Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li kunsinni qed jiġu importati minn pajjiżi oħra li jibbenefikaw mis-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati (SPĠ) mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli ta' oriġini tal-SPĠ dwar l-akkumulazzjoni ta’ oriġini.

Operaturi tal-Unjoni Ewropea li jiddikjaraw u/jew jippreżentaw xhieda dokumentata ta' oriġini tal-prodotti msemmija hawn fuq għalhekk huma avżati jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, ladarba r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għall-moviment liberu jista' jagħti lok għal dejn doganali u jwassal għal frodi fil-konfront tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. L-annotazzjoni sussegwenti possibbli fil-kontijiet ta' dejn doganali li jirriżulta miċ-ċirkustanzi msemmijin hawn fuq se jiġi rkuprat mid-dispożizzjonijiet tal-ħames sottoparagrafu tal-Artikolu 220 (2) (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.