7.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 119/6


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 119/04

Għajnuna Nru: XA 267/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Corrèze

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aides à l'agriculture biologique en Corrèze

Bażi legali:

articles L 1511-1 et suivants et articles L 3231-1 et suivants du code général des collectivités territoriales

délibération de l'assemblée plénière du Conseil général du 18 décembre 2008

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 31 500

(L-ammont tan-nefqa annwali ppjanata jista' jkun evalwat mill-ġdid kull sena)

Intensità massima tal-għajnuna: 40 %

Barra minn hekk, il-Kunsill Ġenerali (Conseil Général) se jintervjeni fil-proġetti ta' iktar minn EUR 4 000. L-ammont tan-nefqa eliġibbli għandu limitu massimu ta' EUR 15 000.

Data tal-implimentazzjoni: Fl-2009, malli jasal l-avviż tal-wasla bin-numru tal-identifikazzjoni tal-miżura u tal-pubblikazzjoni tat-taqsira tal-miżura fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-objettiv tal-miżura inkluża fil-qafas tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006, se jkun li jħeġġeġ lill-agrikolturi biex jikkonvertu għal agrikoltura bijoloġika jew biex isaħħu l-produzzjoni tagħhom f'dan il-qasam, grazzi għall-għajnuniet li jippermettulhom jiffaċċjaw spejjeż finanzjarji għoljin marbutin mal-ispejjeż tal-enerġija alternattiva neċessarji għall-dawn il-produzzjoniiet, spejjeż li meta mqabblin ma' dawk tal-produzzjoni konvenzjonali huma għoljin.

Permezz tal-implimentazzjoni ta' din il-miżura, il-Kunsill Ġenerali ta' Corrèze se jkun jista':

jissensibilizza lill-produtturi ta' Corrèze dwar l-agrikoltura bijoloġika,

itejjeb il-kwalità tal-produzzjoni ta' Corrèze u jħeġġeġ għall-konverżjoni tal-produtturi agrikoli;

kif ukoll jipparteċipa fil-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali.

L-investimenti eliġibbli se jkunu dawn li ġejjin:

materjali marbuta mal-iżvilupp tal-ħżin u l-ippakkjar tal-prodotti,

materjali relatati mal-kura tal-uċuħ tar-raba,

materjali relatati mal-aħjar teknika taż-żrigħ li jiġbru flimkien l-għodod kollha taż-żrigħ kemm mekkaniċi kif ukoll termiċi,

l-għodod biex tinħadem l-art rikonoxxuti għall-interess agronomiku tagħhom jew li jiffaċilitaw il-fertilità bijoloġika tal-ħamrija,

il-mezzi għall-ħażna tal-prodotti agrikoli għas-sistemi mħalltin jiġifieri, l-impriżi li għandhom produzzjoni mħallta (produzzjoni kemm bijoloġika u kemm mhux bijoloġika).

Jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna, il-produtturi agrikoli kollha ta' Corrèze rreġistrati bħala SMEs, iċċertifikati li huma jipprattikaw l-agrikoltura bio jew li jinsabu fil-proċess li jsiru bio u li jissodisfaw il-kundizzjoni li 40 % mill-valur tal-bejgħ agrikolu tagħhom huwa marbut ma' attivitajiet bijoloġiċi.

Huma biss l-impriżi agrikoli li jaqgħu fil-kategorija tal-SMEs skont il-liġi tal-Komunità, li ser ikunu eliġibbli għall-għajnuna.

Id-dettalji ta' dawn il-miżuri jinsabu online fis-sit elettroniku tal-Kunsill Ġenerali fl-indirizz elettroniku mogħti iktar 'l isfel.

Settur jew setturi benefiċjarji: It-trobbija tal-bhejjem u l-produzzjoni tal-ħxejjex (it-tipi kollha ta' produzzjoni).

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil Général de la Corrèze

Direction du développement économique

Hôtel du Département Marbot

9 rue René et Émile Fage — BP 199

19005 Tulle Cedex

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg19.fr/fileadmin/user_upload/Correze_et_institution/Guide_aides/Economie/DEPA_Agriculturebio_2009.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 269/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Corrèze

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aide au maintien d'une activité agricole par l'aménagement des sols et la préservation des paysages (Corrèze).

Bażi legali:

articles L 1511-1 et suivants et articles L 3231-1 et suivants du Code général des collectivités territoriales,

délibération de l'assemblée plénière du Conseil Général du 18 décembre 2008«politique sectorielle agricole».

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 510 000 fis-sena.

L-ammont tan-nefqa annwali ppjanata jista' jkun evalwat mill-ġdid kull sena.

Intensità massima tal-għajnuna: 35 %

Iż-żieda fil-kontribuzzjoni tista' tkun evalwata mill-ġdid kull sena skont il-limiti awtorizzati.

Data tal-implimentazzjoni: l-2010, malli jasal l-avviż tal-wasla bin-numru tal-identifikazzjoni tal-miżura u tal-pubblikazzjoni tat-taqsira tal-miżura fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Fil-qafas tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-eżenzjoni agrikola, l-għan tal-miżura se jkun li jappoġġja lill-bdiewa f'ħidmiethom fuq art mhux żviluppata, bl-għan li jtejbu l-produzzjonijiet agrikoli u l-kwalità, kif ukoll il-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent naturali.

Il-miżura prevista hija inkluża fi programm li jniedi tnaqqis fil-konsum tal-ilma, it-titjib tal-kwalità ta' inħawi akwatiċi (passaġġi tal-ilma, artijiet mistgħadra ...), ir-rikonkwista ta' artijiet agrikoli u l-ftuħ ta' qigħan ta' wid ien għall-preservazzjoni tal-bijodiversità.

L-ammont tan-nefqa eliġibbli se jkopru:

ix-xogħlijiet kollha neċessarji għat-tkomplija tal-kultivazzjoni (jinbnew/jinħattu ċnut, isiru kanali tal-irrigazzjoni, titħammel art biex issir tajba għall-kultivazzjoni) tal-art, għat-tranġar tal-ħamrija u għall-ħarsien tal-passaġġi tal-ilma.

ix-xiri u t-tqegħid ta' materjali għax-xorb tal-annimali u għall-ħarsien tal-kanali tal-ilma.

Għall-irranġar tal-ħamrija u għax-xogħlijiet agrikoli marbutin max-xorb tal-annimali, l-għajnuna se tingħata jekk l-investimenti jinkludu tnaqqis tal-konsum tal-ilma b'mill-inqas 25 %. It-tnaqqis tal-estrazzjoni tal-ilma u t-titjib teknoloġiku tat-tagħmir akkwistat jew tax-xogħlijiet li jsiru, se jkunu l-elementi ewlenin għat-tnaqqis tal-konsum tal-ilma.

Barra minn hekk, l-għajnuniet se jkunu riżervati:

għall-impriżi żgħar u medji (SMEs) kif definit fil-Liġi Komunitarja (ara l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008, ĠU L 214 tad-9 ta' Awwissu 2008),

għall-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli,

għall-impriżi li ma jinsabux f'diffikultà skont is-sens tal-linjigwida Komunitarji dwar l-għajnuniet mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni tal-impriżi f'diffikultà (ĠU C 244 tal-1 ta' Ottubru 2004),

f'kull każ, l-ebda għajnuna proposta ma tista' tkun iktar mil-limitu massimu indikat fil-punt 9 tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-eżenzjoni agrikola.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-setturi kollha tal-produzzjoni agrikola fid-département de la Corrèze kollu.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil général de la Corrèze

Direction du développement durable

Hôtel du département Marbot

9 rue René et Émile Fage — BP 30

19005 Tulle Cedex

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg19.fr/fileadmin/user_upload/Correze_et_institution/Guide_aides/Aides_2009/Economie/DEPA_Amenagement_sols_2009.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 280/09

Stati Membri: Franza

Reġjun: Département de la Seine-Maritime

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Aide en assistance technique pour des productions sans OGM par l’autonomie en protéines (Seine-Maritime)

Bażi legali: Article L1511-2 du Code général des collectivités territoriales

Articles L3231-2 et 3232-1 du Code général des collectivités territoriales

Délibération du Conseil général du 31 mars 2009 relatif à la politique agricole départementale, période 2009-2012.

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 40 000 fis-sena

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %, skont il-limitu ffissat ta' EUR 1 500.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Il-perjodu 2009-2012.

Għan tal-għajnuna: Minħabba li għadd ta' ċittadini tas-Seine-Maritime qed jitolbu li kemm jista' jkun jikkunsmaw prodotti mingħajr l-ebda traċċa ta' Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM), l-għan ta' din l-għajnuna hu li jgħin lill-bdiewa u b'mod partikolari lil dawk li jipproduċu, jipproċessaw prodotti u li jbigħuhom mill-farms (jew f'inħawi verament viċin il-farms tagħhom) biex jimmodifikaw is-sistema tagħhom tal-għalf tal-bhejjem biex ikunu awtonomi fl-użu tal-proteini, l-uniku mezz ta' produzzjoni mingħajr OĠM.

Dan l-għan jitlob li l-bdiewa jibdlu s-sistema tagħhom tal-għalf għall-bhejjem għal waħda awtonoma f'dak li jirrigwarda l-proteini. Id-département jixtieq jagħti għajnuna għall-ispejjeż tal-konsulenza marbuta ma' din il-bidla. Din l-għajnuna se tkun fil-ħin u l-bdiewa ma jistgħux jagħmlu ħlief talba waħda għall-għajnuna għall-perjodu 2009-2012.

L-għajnuna se tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur agrikolu kollu (SMEs)

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du département de Seine-Maritime

Quai Jean Moulin

76101 Rouen Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.seinemaritime.net/guidedesaides/medias/File/aide-a-la-production-sans-ogm-par-l-autonomie-en-proteines-+-formulaire-t2.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 307/09

Stati Membri: Spanja

Reġjun: Comunitat Valenciana

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Régimen de ayudas a la mejora de la competitividad de las explotaciones ganaderas

Bażi legali: Proyecto de Orden, de la Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación, por la que se establecen las bases reguladoras de las ayudas a la mejora de la competitividad de las explotaciones ganaderas de la Comunitat Valenciana

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: L-ammont totali tal-approprjazzjoni tal-baġit stmat għas-sena finanzjarja 2010 huwa EUR 1 820 000.

Intensità massima tal-għajnuna: 40 % tal-investiment b'mod ġenerali, u 50 % f'żoni żvantaġġati. Fil-każijiet fejn l-investimenti jitwettqu minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mindu jkunu ġew stabbiliti, dawn il-perċentwali jiżdiedu b'10 %.

Data tal-implimentazzjoni: il-31 ta' Diċembru 2009

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Matul is-sena 2010, u tista' tiġġedded kull sena, dejjem jekk isir provvediment għaliha fil-baġit, sal-31 ta' Diċembru 2013.

Għan tal-għajnuna: L-għan hu li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni, titjieb il-kwalità tal-prodott finali, jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent, u jitjiebu l-kundizzjonijiet iġjeniċi tal-azjendi agrikoli u l-benesseri tal-annimali.

L-Artikolu 4, Investment f'azjendi agrikoli.

Spejjeż eliġibbli: Il-kostruzzjoni, l-akkwist jew it-titjib tal-faċilitajiet għall-bhejjem u x-xiri ta' makkinarju u tagħmir għat-trobbija tal-bhejjem.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-settur tal-produzzjoni. Is-subsetturi tat-trobbija tal-bhejjem inġenerali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conselleria de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Amadeo de Saboya, 2

46010 Valencia

ESPAÑA

Indirizz tal-Internet: http://www.agricultura.gva.es/especiales/ayudas_agrarias/pdf/competitividad.pdf

Informazzjoni oħra: —

Valencia, il-15 ta’ Diċembru 2009

La Directora General de Producción Agraria

Fdo. Laura PEÑARROYA FABREGAT