6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2010/C 117/03

Għajnuna Nru: XA 13/10

Stati Membri: L-Italja

Reġjun: Il-Lombardija

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Piano assicurativo regionale in favore delle imprese agricole a tutela dei danni derivanti da avversità atmosferiche assimilabili alle calamità naturali sulle produzioni vegetali.

Bażi legali:

Bozza di deliberazione della Giunta regionale «Piano assicurativo regionale in favore delle imprese agricole a tutela dei danni derivanti da avversità atmosferiche assimilabili alle calamità naturali sulle produzioni vegetali»

Notifica XA 396/08

L.R. 31/08

D.Lgs. 102/04

D.LGS. 82/08

D.M. 12939/08

D.M. 102208/04

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 3 000 000 kull sena.

Intensità massima tal-għajnuna: Sa 50 % u 80 % tan-nefqa tal-primjums tal-assigurazzjoni, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għall-eżenzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Ħames snin

Sat-30 ta' Ġunju 2014

Għan tal-għajnuna: Għajnuna għall-pagament tal-primjums tal-assigurazzjoni biex tkopri t-telf ikkawżat minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp

Settur jew setturi benefiċjarji: Prodotti tal-uċuħ

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione Lombardia — DG Agricoltura

Via Pola 12/14

20124 Milan MI

ITALIA

Indirizz tal-Internet: http://www.regione.lombardia.it, imbagħad ikklikkja fuq “Settori e politiche”, “Agricoltura”, “Argomenti”, “Aiuti di stato nel settore agricolo: pubblicazione dei regimi di aiuto”

Informazzjoni oħra: L-iskema ta' għajnuna se tiġi implimentata permezz tal-mekkaniżmi ta' finanzjament, il-proċedura ta' applikazzjoni u s-sistema għall-għoti tal-għajnuna stabbiliti bl-iskema XA 396/08. Dawn iż-żewġ skemi joperaw b’mod parallel u huma komplementari. Ir-reġjun għandu l-intenzjoni li jiffinanzja l-għotjiet Ministerjali minuri kollha provvduti bil-liġi bir-riżorsi tiegħu stess, sabiex jiġi garantit li jinżamm l-effett tal-inċentiv inizjali, filwaqt li jiġi żgurat li jitħares il-limitu fuq l-għajnuna stipulat bir-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Għajnuna Nru: XA 37/10

Stati Membri: Franza

Reġjun: —

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Indemnisation par le Fonds national de garantie contre les calamités agricoles (FNGCA) des dommages causés aux exploitations agricoles par les calamités

Bażi legali:

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006

Articles L.361-1 et suivants du Code rural

Articles D.361-1 et suivants du Code rural

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Medja pluriennali ta' EUR 180 miljun ta' fondi, iżda l-livell tan-nefqa jiddependi fuq il-gravità tal-klima; għalhekk, bħan-natura, in-nefqa hija imprevedibbli.

Intensità massima tal-għajnuna: 35 %

L-ammont imħallas għall-ħsarat imġarrba huwa varjabbli skont in-natura tal-ħsarat u l-produzzjoni kkonċernata. L-ammont ta’ ħlas min-naħa tal-FNGCA ivarja, fil-prattika minn 12 % sa 35 % tal-valur li jkun intilef.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data tal-pubblikazzjoni tan-numru tar-reġistrazzjoni tat-talba għal eżenzjoni fis-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Sa tmiem is-sena 2010.

Għan tal-għajnuna: Ħlas biex jagħmel tajjeb għat-telf imġarrab mill-agrikolturi b’konsegwenza tal-fenomenu klimatiku eċċezzjonali li jaffettwa l-produzzjoni agrikola b’mod sinifikanti u li jista’ jitqies bħala diżastru agrikolu (jew diżastru naturali) fis-sens tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Fil-każ ta’ fenomenu klimatiku fuq skala eċċezzjonali, jekk l-uffiċjal tad-dipartiment ikkonċernat iqis li dan huwa meħtieġ, għandu jiftaħ missjoni ta’ inkjesta li tipprovdilu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-fenomenu li minnu rriżulta t-telf, partikolarment in-natura preċiża tiegħu, il-karattru eċċezzjonali tiegħu, u dwar il-ħsarat imġarrba.

Abbażi tal-missjoni ta’ inkjesta u tal-opinjoni tal-Kumitat ta’ esperti tad-dipartiment li jkun laqqa’, l-uffiċjal għandu jistaqsi huwiex xieraq li jitqies il-karattru tad-diżastru agrikolu għall-ħsarat ikkonċernati.

Wara l-analiżi u l-parir tal-Kumitat Nazzjonali tal-assigurazzjoni, il-Ministru tal-Agrikoltura għandu jieħu deċiżjoni fejn jirrikonoxxi l-karattru ta’ diżastru agrikolu fuq il-prodotti definiti u fuq żona delimitata b’mod preċiż.

Biex diżastru jiġi rikonoxxut, huwa meħtieġ li għal żona partikolari u prodott definit, jiġi stabbilit li jkun seħħ telf sinifikanti meta mqabbel mar-referenza kkalkulata.

Din ir-referenza, imsejħa “barème” fil-Kodiċi Rurali, stabbilita fuq il-livell dipartimentali, tikkorrispondi għar-rendiment medju trijennali bbażat fuq il-ħames snin preċedenti bl-esklużjoni tal-ogħla valur u l-valur l-aktar baxx. Il-prezzijiet inklużi fit-tabella huma dawk osservati lokalment għall-wiċċ ikkultivat ikkonċernat matul il-kampanja ta’ qabel dik li fiha tfasslet it-tabella.

Jista' jsir ħlas mill-FNGCA fil-limitu tal-baġits disponibbli għal kull impriża, biss jekk it-telf tal-produzzjoni kkalkulat għal kull intrapriża individwali ikun iktar minn 30 % jew 42 % jekk il-produzzjoni tibbenefika minn għajnuna mill-PAK. Is-somma tat-telf eliġibbli għall-kumpens titnaqqas b’kull ammont imħallas minn xi skema ta' assigurazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż li ma jkunux iġġarrbu minħabba l-fenomenu klimatiku.

Il-kumpens jitħallas direttament lill-produttur li jkun ġarrab it-telf.

L-intrapriżi agrikoli li jistgħu jkunu assigurati mhumiex inklużi fil-lista ta' proprjetajiet li huma eliġibbli għal kumpens f'każ ta' diżastri agrikoli. Setturi agrikoli li huma meqjusa li jistgħu jkunu assigurati huma wkoll esklużi mil-lista minħabba li diġà hemm assigurazzjoni adattata għalihom.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-intrapriżi kollha, bl-eċċezzjoni tal-intrapriżi l-kbar, involuti fil-produzzjoni primarja tal-frott, ħxejjex, dwieli, għalf, pjanti li jipproduċu l-fwejjaħ, pjanti aromatiċi u mediċinali u l-kultivazzjoni industrijali.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministère de l'alimentation, de l'agriculture et de la pêche

Direction générale des politiques agricoles, agroalimentaire et des territoires

Sous-direction des entreprises agricoles — Bureau du crédit et de l’assurance

3 rue Barbet de Jouy

75349 Paris 07 SP

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://agriculture.gouv.fr/sections/thematiques/europe-international/aides-d-etat-projets/downloadFile/FichierAttache_2_f0/regimecalam16fev10_pour_site.pdf?nocache=1266389918.43

(dans: http://agriculture.gouv.fr/sections/thematiques/europe-international)

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 45/10

Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Il-Bavarja (Freistaat Bayern)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Gewährung von Leistungen durch die Bayerische Tierseuchenkasse nach der „Dritten Satzung zur Änderung der Satzung über die Leistungen der Bayerischen Tierseuchenkasse (Leistungssatzung)“:

Übernahme der Kosten für den Impfstoff bei Impfungen gegen die Blauzungenkrankheit bei Rindern und Schafen im Freistaat Bayern.

Übernahme eines Teils der Einkommenseinbußen, die bayerische Rindermastbetriebe in anerkannt BHV1-freien Regionen (bayerische Regionen gemäß Anhang II der Entscheidung 2004/558/EG) wegen der Quarantäneauflagen aufgrund der Entscheidung der Kommission vom 15. Juli 2004 zur Umsetzung der Richtlinie 64/432/EWG des Rates hinsichtlich ergänzender Garantien im innergemeinschaftlichen Handel mit Rindern in Bezug auf die infektiöse bovine Rhinotracheitis und der Genehmigung der von einigen Mitgliedstaaten vorgelegten Tilgungsprogramme (2004/558/EG) erleiden.

Bażi legali:

§ 71 Tierseuchengesetz der Bundesrepublik Deutschland

Art. 5 Abs. 2, Art. 5 b Abs. 2 des Gesetzes über den Vollzug des Tierseuchenrechts des Freistaats Bayern

Satzung über die Leistungen der Bayerischen Tierseuchenkasse (Leistungssatzung), registriert von der EU-Kommission unter der Identifikationsnummer XA 287/08

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: EUR 1,5 miljun fis-sena (iffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet ta’ dawk li jrabbu l-bhejjem għall-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja)

Intensità massima tal-għajnuna: Sa massimu ta' 100 %

Data tal-implimentazzjoni: Għotja annwali kontinwa

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: Mill-ġurnata ta' wara n-notifika tal-eżenzjoni sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna sabiex jiġi miġġieled il-mard tal-annimali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, l-ispejjeż tat-tilqim kontra l-marda tal-bluetongue fil-baqar u n-nagħaġ fil-Bavarja se jiġu rimborżati bħala miżura għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-marda tal-bluetongue. L-għan tar-rimborż huwa li s-sidien tal-bhejjem jitħeġġu jlaqqmu l-bhejjem u biex tinkiseb l-iktar kopertura komprensiva possibbli ta' tilqim fost l-imrieħel tal-baqar u tan-nagħaġ tal-Bavarja. B'hekk, il-bhejjem għandu jkollhom l-aqwa protezzjoni kontra l-marda tal-bluetongue, li hija kklassifikata bħala marda tal-annimali fil-lista tal-OIE u fl-Anness għad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

Se tingħata għajnuna skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 bħala kumpens għall-intrapriżi taċ-ċanga tal-Bavarja f'żoni rikonoxxuti bħala ħielsa mill-BHV1 (ir-reġjuni tal-Bavarja elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2004/558/KE) għal parti mit-telf ta' dħul li nħoloq bħala riżultat tal-obbligi tal-kwarantina abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri. B'hekk għandha tiżdied l-effikaċja tal-miżuri tal-kwarantina u jkun żgurat li ż-żoni rikonoxxuti bħala ħielsa mill-BHV1 jibqgħu ħielsa mill-marda. Il-BHV1 hija marda tal-annimali elenkata fil-lista tal-OIE li twassal għal ħsara serja fl-agrikoltura u li l-Bavarja tinsab fi ġlieda kontinwa kontriha.

Dawk li qed jirċievu l-għajnuna huma intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għajnuna ma tkopri l-ebda miżura li l-ispejjeż tagħha jridu jiġġarrbu mill-intrapriżi agrikoli stess skont il-liġi tal-Komunità.

L-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 mhijiex se tingħata lill-intrapriżi agrikoli bħala ħlas dirett, iżda se tingħatalhom fil-forma ta’ servizzi ssussidjati. L-ispejjeż għas-servizzi se jkunu f'idejn il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja, li se jieħu ħsieb iħallas lill-fornituri tas-servizzi. L-intensità sħiħa tal-għajnuna ma taqbiżx il-100 %. Is-servizzi huma relatati mal-ispejjeż tax-xiri tat-tilqim kontra l-marda tal-bluetongue.

L-għajnuniet skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 jservu biex itaffu t-telf mid-dħul li nħoloq minħabba l-obbligi tal-kwarantina minħabba l-marda tal-annimali msejħa l-BHV1. L-intensità massima ta' din it-tip ta' għajnuna wkoll ma tistax taqbeż il-100 %.

Settur jew setturi benefiċjarji: Is-sidien tal-bhejjem (l-intrapriżi agrikoli) li għandhom il-baqar u n-nagħaġ fil-Bavarja.

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Bayerische Tierseuchenkasse (Il-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja)

Anstalt des öffentlichen Rechts

Arabellastraße 29

81925 München

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-posta elettronika: info@btsk.de

Indirizz tal-Internet: Għall-bażi legali:

Il-liġi dwar il-mard tal-annimali:

http://www.gesetze-im-internet.de/bundesrecht/viehseuchg/gesamt.pdf

Il-liġi dwar l-infurzar tad-drittijiet li għandhom x’jaqsmu mal-mard tal-annimali:

http://portal.versorgungskammer.de/portal/page/portal/btsk/btskrg/tierseuchengesetz-vollzug-2010.pdf

Id-digriet dwar is-servizzi tal-fond għall-mard tal-annimali tar-reġjun tal-Bavarja (id-digriet dwar is-servizzi):

http://portal.versorgungskammer.de/portal/page/portal/btsk/btskrg/1.1.2010-leistungssatzung.pdf

Għall-iskema tal-għajnuna:

3. Satzung zur Änderung der Satzung über die Leistungen der Bayerischen Tierseuchenkasse (Leistungssatzung)

http://portal.versorgungskammer.de/portal/page/portal/btsk/btskrg/3.aenderungssatzungderleistungssatzung.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: XA 52/10

Stati Membri: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Reġjun: Brandenburg

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Beihilfen zu den Kosten des Impfstoffes zur Impfung von Rinder-, Schaf- und

Ziegenbeständen gegen den Serotyp 8 des Virus der Blauzungenkrankheit (BTV8)

Bażi legali: Erlass des Ministeriums für Umwelt und Verbraucherschutz zur Gewährung einer Beihilfe für Impfungen gegen die Blauzungenkrankheit des Serotyps 8

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Għajnuna totali annwali li tammonta għal EUR 350 000 (iffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet tas-sidien tal-bhejjem lill-Fond għall-Mard tal-annimali tar-reġjun ta' Brandenburg u mir-riżorsi tal-istat federali)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 % tal-ispejjeż tat-tilqim

L-intensità massima ta’ 100 % tal-għajnuna ma tinqabiżx. Ma jsir l-ebda ħlas dirett lis-sidien tal-bhejjem, iżda l-ispejjeż tagħhom jitħallsu lil min jipprovdi s-servizz.

Data tal-implimentazzjoni: Mid-data ta' meta waslet in-notifika tal-irċevuta b'numru ta' identifikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2008, jiġifieri mill-1 ta' Marzu 2010.

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: L-eżenzjoni hija msejsa fuq l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-għan tal-miżura huwa li tikkumpensa għall-ispejjeż tat-tilqim tal-imrieħel tal-baqar, tan-nagħaġ u tal-mogħoż kontra s-serotip nru 8 tal-virus tal-marda tal-bluetongue.

Mhuma se jsiru l-ebda ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji, iżda l-għajnuna se tingħata fil-forma ta' servizz issussidjat.

Ta' min jinnota li se jkun hemm konformità mal-Artikolu 10(6) u (8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006.

Il-miżura hija marbuta mal-prevenzjoni tal-marda tal-bluetongue u għalhekk hija kompatibbli mas-suq komuni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

Settur jew setturi benefiċjarji: L-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Landesamt für Verbraucherschutz

Landwirtschaft und Flurneuordnung

Tierseuchenkasse Brandenburg

Groß Gaglow

Am Seegraben 18

03051 Cottbus

DEUTSCHLAND

Indirizz tal-posta elettronika: info@tsk-BB.de

Indirizz tal-Internet:

Tierseuchengesetz:

http://www.bgblportal.de/BGBL/bgbl1f/bgbl104s1260.pdf

Ausführungsgesetz zum Tierseuchengesetz des Landes Brandenburg (AGTierSGBbg)

http://www.bravors.brandenburg.de/sixcms/detail.php?gsid=land_bb_bravors_01.c.23595.de

Erlass des Ministeriums für Umwelt und Verbraucherschutz zur Gewährung einer Beihilfe für Impfungen gegen die Blauzungenkrankheit des Serotyps 8 im Jahr 2010 (Veröffentlichung im Amtsblatt des Landes Brandenburg)

http://www.mugv.brandenburg.de/v/lbsvet/TEILA/A1_2_2_2.PDF

Informazzjoni oħra: —