20.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

2010/C 72/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 9

“PROSCIUTTO DI MODENA”

Nru KE: IT-PDO-0217-0066-21.08.2007

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni għall-emendar:

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika:

Prova tal-oriġini

Image

Metodu ta' produzzjoni:

Rabta

Tikkettar

Image

Kundizzjonijiet nazzjonali:

Oħrajn (għandu jiġi ppreċiżat kif ikun il-każ)

2.   Tip ta' emenda:

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sinteżi

Image

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrati, li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi.

Emenda għall-ispeċifikazzjoni li ma tirrikjedix emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-adozzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Metodu ta' produzzjoni:

Deher ukoll xieraq li jiżdied il-perċentwal tal-umdità li ma għandux ikun la inqas minn 59 % u lanqas aktar minn 63,5 %, minflok bejn 50 % u 61 %.

L-emenda ta' dan il-parametru saret meħtieġa minħabba li dawn l-aħħar snin raw id-dħul progressiv tat-teknoloġija fil-fażijiet tat-trobbija tal-majjal tqil Taljan li, flimkien maż-żieda fl-indiċijiet ponderali ta' kuljum għat-tismin (wieħed jista' jsemmi li f'9 xhur, il-ħnieżer jiksbu piż ta' madwar 160 kg), effettwat notevolment il-karatteristiċi bromatoloġiċi tal-laħam; l-iktar li ġiet effettwata kienet mingħajr dubju l-umdità. Fil-fatt, il-veloċità akbar tat-tismin tbiddel sew l-ammont ta' xaħam fil-laħam, u għalhekk tgħolli l-perċentwal tal-umdità. Dan il-fatt, anki jekk min-naħa jiddetermina tnaqqis akbar fil-piż fil-fażi tal-maturazzjoni, mill-oħra jiddetermina l-karatteristika tal-irtubija tal-laħmijiet li hija tipika tal-Prosciutto di Modena.

Fl-iskeda C tressaq mill-ħamsa u erbgħin għat-tletin, l-aħħar jum sa meta r-raħħal għandu jqiegħed timbru li ma jitħassarx fuq il-koxox ta' wara ta' kull ħanżir, sabiex tkun garantita l-osservanza tar-regolamenti dwar il-benesseri tal-annimali.

Il-perjodu minimu tal-maturazzjoni ġie estiż minn 12 għal 14-il xahar; din l-iskadenza tista' titressaq għat-tnax flok l-għaxar xahar, bil-kundizzjoni li tkun tikkonċerna lottijiet omoġenji li jkunu ta' inqas minn 13-il kilogramm u mhux aktar minn 12-il kilogramm. Din l-emenda saret meħtieġa minħabba li l-esperjenza wriet il-ħtieġa ta' maturazzjoni itwal sabiex il-prodott ikun jista' jilħaq il-karatteristiċi previsti mill-ispeċifkazzjoni tal-produzzjoni.

3.2.   Kundizzjonijiet nazzjonali:

L-iskeda G ġiet ukoll emendata, u fiha ddaħħlu l-elementi ewlenin għall-garanzija tal-prova tal-oriġini tal-prodott.

Mill-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni jiġu wkoll eliminati r-referenzi kollha għall-attività ta' kontroll imwettqa mill-Konsorzju.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“PROSCIUTTO DI MODENA”

Nru KE: IT-PDO-0217-0066-21.08.2007

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   L-isem:

“Prosciutto di Modena”

2.   L-Istat Membru jew il-pajjiż terz:

L-Italja

3.   Id-deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   It-tip tal-prodott (l-Anness III):

Klassi 1.2 –

Prodotti b'bażi ta' laħam

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem ta' (1):

Perżut nej immaturat ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini. In-naħa ta' barra forma bħal ta' lanġasa, minbarra s-sieq miksuba mill-eliminazzjoni tax-xaħam żejjed permezz tal-qtugħ u t-tneħħija ta' parti mill-qoxra u tax-xaħam li jgħatti. Il-kulur meta maqtugħ huwa ta' lewn aħmar ħaj. It-togħma qawwija iżda mhux mielħa. Aroma b' riħa tajba, ħelwa iżda intensa anki fil-provi bil-labra. Ikkaratterizzat mill-qbil ma' parametri analitiċi preċiżi: umdità bejn 59 % u 63,5 %; klorur tas-sodju bejn 4,5 % u 6,7 %; indiċi tal-proteoliżi bejn 21 % u 31 %; Il-piż tal-perżuta sħiħa huwa ta' bejn tmienja u għaxar kilogrammi u qatt inqas minn seba' kilgorammi.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Miġjub minn koxox friski tal-ħanżir minn annimali mwielda, mrobbija u mbiċċra f'għaxar reġjuni (Emilia Romagna, Veneto, Lombardia, Piemonte, Molise, Umbria, Toscana, Marche, Abruzzo, Lazio).

Huma permessi annimali ta' razza pura jew ġejjin mir-razez tradizzjonali bbażati fuq il-Large White u Landrac, kif imtejba mir-reġistru tar-razza tal-bhejjem Taljan Huma wkoll permessi annimali ġejjin mir-razza Taljana Duroc, kif imtejba mir-reġistru tal-bhejjem Taljan

Huma wkoll permessi annimali ta' razez oħra, ippastardjati jew ibridi, dejjem sakemm ikunu ġejjin minn skemi ta' selezzjoni jew tgħammir li l-għanijiet tagħhom ma jkunux inkompatibbli ma' dawk tar-reġistru tal-bhejjem Taljan, għall-produzzjoni tal-ħanżir tqil.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Iridu jiġu osservati regoli dettaljati dwar l-użu u l-kompożizzjoni tar-razzjon alimentari, bi preferenza mogħtija għall-użu ta' għalf li jkun ġej miż-żona ġeografika tat-trobbija msemmija fil-punt 4. L-għalf tal-ħnieżer magħmul minn żewġ fażijiet u huwa bbażat l-aktar fuq iċ-ċereali (qamħirrum, xgħir, ħafur, eċċ) u l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-ġobon (xorrox, baqta u xorrox tal-butir). Preferibbilment l-għalf, ibbażat fuq iċ-ċereali, jiġi ppreżentat f'forma likwida (brodu jew tagħsida) u, tradizzjonalment, bix-xorrox tal-ħalib.

3.5.   Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-fażijiet tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni tal-“Prosciutto di Modena” għandhom iseħħu fit-territorju tal-produzzjoni kif definit fil-punt 4, sabiex jiġu ggarantiti t-traċċabilità u l-kontroll.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-“Prosciutto di Modena” huwa identifikat permanentament bit-timbru fuq il-qoxra mqiegħed mill-Korp tal-Kontroll

It-tikketta tal-prosciutto di Modena sħiħ bl-għadma ikollha l-indikazzjoni “Prosciutto di Modena” segwita minn “denominazione di origine protetta”. Għall-perżut sħiħ bla għadam, jew inkella ppreżentat fi flieli, it-tikketta jrid ikollha wkoll id-data tal-produzzjoni li tirreferi għad-data ta' meta l-koxxa tibda tiġi pproċessata, fil-każ li s-siġill jew it-timbru mikwi ma jibqax jidher, u l-kitba li tidentifika l-lott.

Mhuwiex permess l-użu ta' kliem kwalifikanti bħal “classico”, “autentico”, “extra”, “super” jew kwalifiki oħra, tismijiiet u attribuzzjonijiet marbuta mad-denominazzjoni tal-oriġini, għajr għal “disossato”, kif ukoll indikazzjonijiet oħra mhux speċifikament previsti, għajr fil-każ tal-ħtieġa tal-adattament għal kwistjonijiet oħra preskritti mil-liġi. Dawn il-projbizzjonijiet jiswew ukoll għar-reklamar u l-promozzjoni tal-prosciutto di Modena, fi kwalunkwe forma jew kuntest.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

L-ipproċessar tal-prosciutto di Modena jseħħ esklussivament fiż-żona partikolari tal-għoljiet madwar il-baċir oroidrografiku tax-xmara Panaro u fil-widien ta' madwaru, sa altitudni massima ta' 900 metru inkluż it-territorji tal-Comuni li ġejjin: Castelnuovo Rangone, Castelvetro, Spilamberto, San Cesario sul Panaro, Savignano sul Panaro, Vignola, Marano, Guiglia, Zocca, Montese, Maranello, Serramazzoni, Pavullo nel Frignano, Lama Mocogno, Pievepelago, Riolunato, Montecreto, Fanano, Sestola, Gaggio Montanto, Monteveglio, Savigno, Monte San Pietro, Sasso Marconi, Castello di Serravalle, Castel d’Aiano, Bazzano, Zola Predosa, Bibbiano, San Polo d’Enza, Quattro Castella, Canossa (già Ciano d’Enza), Viano, Castelnuovo Monti. It-trobbija u t-tbiċċir iseħħu biss fiż-żona ċirkoskritta mit-territorju tar-Reġjuni Emilia Romagna, Veneto, Lombardia, Piemonte, Molise, Umbria, Toscana, Marche, Abruzzo, Lazio.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Fil-mikrożona tal-għoljiet madwar il-baċir oroidrografiku tax-xmara Panaro, tinstab waħda mill-ftit żoni “magħżula”, fid-dawl tal-pożizzjoni tagħha qrib l-Appenini Tosko-Emiljani li jgawdu mill-mikroklima ottimali għall-perżut: iż-żona f'tarf il-muntanji, bil-konformazzjoni u l-flora tipiċi tagħha, u l-effett tal-iskular tal-ilma li ġej mill-mogħdija tax-xamara Panaro u t-turrenti li jgħaddu għal ġo fiha, joħolqu l-klima ideali fil-biċċa l-kbira niexef u kemmxejn ventilat. Id-delimitazzjoni taż-żona tal-produzzjoni li tikkorrispondi għal ambjent ġeografiku definit, li la huwa każwali u lanqas konsegwenza ta' dispożizzjonijiet legali, jsaħħaħ dik ir-rabta li ssedqet biż-żmien bejn is-sistema tal-produzzjoni u l-ambjent ġeografiku: il-maturazzjoni tal-perżut teħtieġ ambjent għal kollox utieq u fl-istess ħin is-sistemi tiegħu tal-produzzjoni ma jimmodifkawx dawn il-karatteristiċi utieqa.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Minbarra l-karatteristiċi speċifiċi diġà msemmija fid-deskrizzjoni tal-prodott, l-ispeċifiċità tal-prosciutto di Modena huma dawn:

parti mikxufa akbar li tippermetti penetrazzjoni aktar rapida tal-melħ li twassal għal togħma karatteristika tal-prodott.

perċentwal tal-umdità bejn 59 % u 63 %;

perċentwal tal-melħ bejn 4,5 % u 6,7 %;

indiċi tal-proteoliżi bejn 21 % u 31 %;

Din l-aħħar speċifiċità tagħmel il-prodott adattat għall-aħħar għad-dieti b'bażi iperprotejka, anki jekk fl-istess ħin il-prodott huwa diġeribbli ħafna; barra minn hekk, il-prosciutto di Modena, minħabba l-kontenut tiegħu ta' minerali u vitamini, u l-ftit kolesterol li fih, huwa ikel ideali għad-dieti bi ftit xaħam (jekk jitneħħielhu x-xaħam), u jekk meqjus fis-sħuħija tiegħu, huwa ikel ibbilinċjat sew fil-kontenut tiegħu ta' xaħmijiet u proteini.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Ir-rekwiżiti produttivi funzjonali għall-karatterizzazzjoni, u għalhekk għall-għoti tad-denominazzjoni tal-oriġini, huma kollha dipendenti mill-qrib mill-kundizzjonijiet ambjentali u l-fatturi naturali u umani. Fil-fatt, il-karatterizzazzjoni tal-materja prima hija għal kollox partikolari għall-makrożona ġeografika delimitata, bħala riżultat tal-evoluzzjoni storika u ekonomika li ġejja mill-attività agrikola bażika. Il-produzzjoni tal-Prosciutto di Modena toriġina u tiġġustifika lilha nnifisha mill-effetti ta' din il-vokazzjoni agrikola fil-qafas tal-kundizzjonijiet ġeomorfoloġiċi u mikroklimatiċi tal-mikrożona delimitata. Dan il-qafas ta' kundizzjonijiet partikolari ddefinixxa proċess ta' unifikazzjoni bejn il-karatteristiċi tal-materja prima, is-sistemi tal-ipproċessar tal-prodott u l-affermazzjoni tad-denominazzjoni li hija marbuta sfiq mal-evoluzzjoni soċjo-ekonomika taż-żona ġeografika, li ddeterminat konnotazzjonijiet irriproduċibbli. Fil-makrożona delimitata, l-evoluzzjoni ta' razez indiġeni u lokali li wieħed jara fl-Italja Ċentrali u tat-Tramuntana sa mill-epoka Etruska, żammet il-pass mal-kultivazzjoni taċ-ċerali u l-ipproċessar tal-ħalib, li kkaratterizzaw l-għalf tal-ħnieżer. Dan l-iżvilupp iddetermina il-karatterizzazzjoni tal-materji primi u wasslu għal vokazzjoni produttiva preċiża, jiġifieri t-trobbija ta' ħnieżer tqal għall-qatla f'età avvanzata. Dawn l-iżviluppi wasslu għalhekk biex b'mod naturali, il-produzzjoni tal-perżut immaturat issir attività distinta, ikkonċentrata mill-eqdem żminijiet f'għadd ta' żoni adattati għall-aħħar minħabba l-kundizzjonijiet ambjentali partikolari tagħhom li, kif sfruttati mill-abitanti lokali, saru bil-mod il-mod speċjalizzati.

L-istorja tal-prodott hija waħda antika għall-aħħar u hija dokumentata fiż-żona tal-oriġini tagħha sa minn Żmien il-Bronż, meta ssedqet it-trobbija tal-annimali domestiċi u nkixef l-użu tal-melħ (klorur tas-sodju); f'termini storiċi-ekonomiċi, id-drawwa tal-konservazzjoni tal-laħam bil-melħ qabdet mal-miġja taċ-Ċelti u ġiet irfinata aktar tard fl-epoka Rumana.

Fl-istess ħin, l-oriġini tal-prodott hija storikament dokumentata anki b'rabta maż-żona tal-orġini sa mill-epoka pre-industrijali, billi hija r-riżultat ta' evoluzzjoni staordinarja ta' kultura rurali tipika għar-reġjun tal-“Padania”, li sab kollokazzjoni topika fiż-żona tal-għoljiet madwar il-baċir oroidrografiku tal-Panaro (iż-żona f'tarf il-muntanji tal-Appennini toskoemiljani), fid-dawl tal-kundizzjonijiet klimatiċi ambjentali partikolari.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab disponibbli:

-fuq il-link:

http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tal-websajt tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it) u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.