|
22.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/40 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping
2010/C 16/14
1. Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma tiġix imnedija reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.
2. Il-proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub. Din it-talba jrid ikun fiha biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għat-tkomplija jew għall-okkorrenza mill-ġdid ta' dumping u ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fit-talba għal reviżjoni.
3. Il-limitu ta' żmien
Il-produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub fuq il-bażi ta’ dak li ssemma’ hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 4/92, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2) wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96.
|
Il-prodott |
Pajjiż(i) ta’ oriġini jew ta’ esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza |
|
Furfuraldehyde |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2005 (ĠU L 107, 28.4.2005, p. 1) |
29.4.2010 |
(2) Telefaks +32 22956505.