14.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/149


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2009 flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

2010/C 338/26

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

INTRODUZZJONI …

1-2

150

ID-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI …

3-12

150

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA …

13

151

It-Tabella …

152

Ir-risposti tal-Fondazzjoni

154

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”), li tinsab f’Turin, twaqqfet mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1). L-iskop tal-Fondazzjoni huwa li ssostni r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba mal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, hija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' varji programmi (PHARE, TACIS, CARDS u MEDA) (2).

2.

Il-baġit tal-Fondazzjoni għall-2009 ammonta għal EUR 19,1 miljun meta mqabbel ma' EUR 19,2 miljun euro s-sena ta' qabel. L-għadd ta' persunal impjegat mill-Fondazzjoni fi tmiem is-sena kien 123 meta mqabbel ma' 124 is-sena ta' qabel.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT U DIK FINANZJARJA

13.

Il-proċeduri għall-preparazzjoni tal-baġit ma kinux rigorużi biżżejjed u wasslu għal numru konsiderevoli ta' trasferimenti tal-baġit (12). Xi wħud minn dawn it-trasferimenti rriżultaw f’żidiet u fi tnaqqis suċċessivi fl-istess intestaturi tal-baġit (13). Aktar minn 0,7 miljun euro ġew trasferiti mit-Titolu I - Nefqa tal-Persunal għat-Titolu III - Nefqa Operazzjonali. Dan żied l-ammont miġjub ’il quddiem għall-2010 u naqqas l-ammont li jrid jitħallas lura lill-Kummissjoni. Għal kuntrarju tar-regoli fis-seħħ, il-Bord ta' Tmexxija ma ntalabx jawtorizza t-trasferimenti fejn meħtieġ (14). Barra minn hekk il-preżentazzjoni tal-baġit mhijiex konformi mal-ħtiġijiet tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni (15).

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Igors LUDBORŽS Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-14 u tas-16 ta' Settembru 2010.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Tabella

ETF - Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (Turin)

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Fondazzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/1990

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni fl-2009

(Data għall-2008)

Prodotti u servizzi mogħtija matul is-sena finanzjarja fl-2009

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali.

(L-Artikolu 166(3)tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Objettivi

li tikkontribwixxi, fil-kuntest tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-UE, sabiex ittejjeb l-iżvilupp tal-kapital uman, fil-pajjiżi li ġejjin: il-pajjiżi li huma eliġibbli għall-appoġġ skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1085/2006 u Nru 1638/2006 u atti ġuridiċi relatati sussegwenti; pajjiżi oħra nominati mid-deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija fuq il-bażi ta' proposta appoġġata minn żewġ terzi tal-membri tiegħu u opinjoni tal-Kummissjoni, u koperti minn strument tal-Unjoni jew ftehim internazzjonali li jinkludi element ta' żvilupp tal-kapital uman, u safejn jippermettu r-riżorsi disponibbli.

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, “l-iżvilupp tal-kapital uman” għandu jkun definit bħala “ħidma li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tul il-ħajja tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-individwu permezz tat-titjib tas-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.”

Kompiti

Bil-għan li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1(1), il-Fondazzjoni, fil-limiti tas-setgħat mogħtija lill-Bord tat-Tmexxija, u filwaqt li ssegwi l-linji gwida ġenerali stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, għandha jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:

l-għoti ta' informazzjoni, ta' analiżi tal-politika u ta' pariri dwar kwistjonijiet ta' żvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi msieħba;

tippromwovi l-għarfien u l-analiżi ta' bżonnijiet ta' kapċitajiet fis-swieq tax-xogħol nazzjonali u lokali;

appoġġ lill-partijiet interessati rilevanti fil-pajjiżi msieħba fil-bini tal-kapaċità fl-iżvilupp tal-kapital uman;

tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza fost id-donaturi ingaġġati fir-riforma tal-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi msieħba;

appoġġ fit-twassil tal-assistenza mill-Unjoni lil pajjiżi msieħba fil-qasam ta' l-iżvilupp tal-kapital uman;

disseminazzjoni ta' informazzjoni u tħeġġig tan-netwerking u tal-iskambji ta' esperjenza u prassi tajba bejn l-UE u l-pajjiżi msieħba u fost il-pajjiżi msieħba dwar kwistjonijiet tal-iżvilupp tal-kapital uman;

kontribut, fuq talba tal-Kummissjoni, lejn l-analiżi tal-effikaċja globali tal-assistenza f'taħriġ lill-pajjiżi msieħba;

it-twettiq ta' kompiti oħra skont kif jiġi miftiehem bejn il-Bord ta' Tmexxija u l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas ġenerali ta' dan ir-Regolament.

1 —   Bord ta' Tmexxija

Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

Tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni.

Tliet esperti li ma jivvutawx maħtura mill-Parlament Ewropew.

Addizzjonalment, tliet rappreżentanti tal-pajjiżi msieħba jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi.

2 —   Direttur

Maħtur mill-Bord ta' Tmexxija fuq proposta tal-Kummissjoni.

3 —   Verifika esterna

Il-Qorti tal-Awdituri.

4 —   Verifika interna

Is-Servizz tal-Verifika Interna tal-Kummissjoni Ewropea.

5 —   Awtorità ta' Kwittanza:

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit

19,1 (19,2) miljun euro li minnhom 18,8 (18) miljun euro ffinanzjati minn sussidju tal-Kummissjoni u 0,3 (1,2)miljun euro ffinanzjati minn korpi oħra bħala dħul assenjat.

Għadd tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2009

96 (96) kariga temporanja fil-pjan ta' stabbiliment li minnhom 86 (86) kariga okkupata.

37 (38) persunal ieħor (awżiljarji, persunal lokali, persunal kuntrattwali eċċ.)

Persunal totali: 123 (124), assenjati għad-doveri segwenti:

kompiti operattivi: 64 (64)

kompiti amministrattivi: 40,5 (38,5)

kompiti mħallta: 20,5 (21,5).

Attivitajiet

L-assistenza pprovduta mill-Fondazzjoni tkopri firxa wiesgħa ta' oqsma tekniċi li tinkludi: taħriġ vokazzjonali inizjali, tagħlim tul il-ħajja, edukazzjoni (tal-adulti) li tkompli, żvilupp tar-riżorsi umani fil-kumpaniji, politika tal-impjiegi, taħriġ ta' persuni qiegħda, taffija tal-faqar u inklużjoni soċjali, u taħriġ biex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp lokali.

Sostenn lill-Kummissjoni

Fl-2009, 101 talba diretta għas-sostenn li kienu għadhom għaddejjin kienu rċevuti mill-Kummissjoni. 56 % tat-talbiet totali kienu għall-IPA, u jirriflettu tnaqqis żgħir, 40 % kienu għall-ENPI, u jirrappreżentaw żieda żgħira, u 4 % kienu proċessati għad-DCI, u jirriflettu tnaqqis kbir.

Il-Kummissjoni talbet l-appoġġ tal-Fondazzjoni għat-twassil tal-assistenza mill-Unjoni lill-pajjiżi msieħba. L-applikazzjonijiet l-aktar frekwenti kienu dawk fil-qasam tal-parir fuq il-politika (22 %), segwiti mill-formulazzjoni tal-proġetti (21 %), reviżjoni tal-kontenut ta' proġetti li għadhom għadejjin (16 %) u dħul fil-programmi mulitannwali (12 %). Ir-rata ta' sodisfazzjon tal-Kummissjoni bir-risposta tal-Fondazzjoni kienet: 62 % kwalità tajba ħafna/ utli ħafna u 25 % tajjeb/ utli.

L-attivitajiet operattivi huma klassifikati fi prodotti skont dawn il-kategoriji:

 

Reviżjonijiet u analiżi tal-politika: 23 prodott

13 (IPA), 6 (ENPI), 4 (DCI)

 

Azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità: 67 prodott

20 (IPA), 31 (ENPI), 16 (DCI)

 

Sostenn liċ-ċiklu ta' programmar: 30 prodott

14 (IPA), 10 (ENPI), 6 (DCI)

 

Tqassim u ħidma bin-netwerk: 22 prodott

8 (IPA), 10 (ENPI), 4 (DCI)

 

Riċerka dwar it-tagħlim fuq l-attivitajiet: 13-il prodott

13 (ILP)

Total: 55 (IPA), 57 (ENPI), 30 (DCI), 13 (ILP)

155 prodott

IPA: Strument għall-Għajnuna ta' qabel l-Adeżjoni

ENPI: Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija

DCI: Strument għall-Koperazzjoni fl-Iżvilupp

ILP: Programmi ta' Innovazzjoni u Tagħlim

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.

IR-RISPOSTI TAL-FONDAZZJONI

13.

L-ippjanar u t-twettiq tal-baġit tal-Fondazzjoni għall-2009 kien affettwat mid-dewmien tar-reviżjoni tal-bażi legali tal-Aġenzija (16) u s-sospensjoni tal-aħħar minuta ta’ riżerva ta’ EUR 2 miljun stabbiliti mill-Parlament Ewropew fuq it-Titoli I u II tal-baġit tagħha.

Il-Fondazzjoni tgawdi perspettiva aktar stabbli fl-2010. Hija diġà poġġiet fis-seħħ monitoraġġ u kontroll tat-trasferimenti baġitarji aktar iebsin sabiex jiġu limitati l-għadd tat-trasferimenti u jitħejjew miżuri sabiex isaħħu aktar l-ippjanar u l-previżjoni baġitarja għas-sena finanzjarja 2011.

F’konformità mas-sejba tal-Qorti, il-Fondazzjoni ser issegwi interpretazzjoni aktar stretta tar-Regolament Finanzjarju rigward it-trasferimenti. Il-Fondazzjoni ser tippubblika skeda ta’ pagamenti f’konformità mal-Artikolu 31 (2)(c) tar-Regolament Finanzjarju li tibda mill-baġit emendatorju għall-2010.


(1)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(2)  It-Tabella tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Tiġi ppreżentata għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Dawn il-kontijiet huma akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja matul is-sena li, fost l-oħrajn, jagħti rendikont tar-rata ta' implimentazzjoni tal-approprijazzjonijiet flimkien ma' informazzjoni fil-qosor dwar it-trasferimenti tal-approprijazzjonijiet fost il-partiti varji tal-baġit.

(4)  Ir-rendikonti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fil-kapital u l-anness għar-rendikonti finanzjarji li jinkludi d-deskrizzjoni tal-politika tal-kontabilità prinċipali u informazzjoni oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti tal-implimentazzjoni tal-baġit jikkonsistu fil-kont tar-riżultat tal-baġit u fl-anness tiegħu.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  L-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(8)  L-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002.

(9)  Ir-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-kontijiet u tal-kontabilità mill-Aġenziji huma stabbiliti fil-kapitolu 1 tat-Titlu VII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 652/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 (ĠU L 181, 10.07.2008, p. 23) u huma fil-fatt integrati fir-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni.

(10)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(11)  Il-Kontijiet Annwali Finali kienu ppreparati fl-14 ta' Ġunju 2010 u rċevuti mill-Qorti fl-24 ta' Ġunju 2010. Il-Kontijiet Annwali Finali, konsolidati ma' dawk tal-Kummissjoni huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara. Dawn jistgħu jinstabu fuq il-websajt li ġej http://eca.europa.eu jew http://www.etf.europa.eu/Archive.

(12)  37 trasferiment ta' approprijazzjonijiet fl-2009.

(13)  L-Intestatura tal-baġit Nru 1100 - salarji mnaqqsa u miżjuda mill-ġdid b’mhux inqas minn 9 deċiżjonijiet.

(14)  Żewġ trasferimenti minn Titolu għall-ieħor li jeċċedu 10 % tal-approprijazzjonijiet għas-sena ma kinux awtorizzati mill-Bord tat-Tmexxija.

(15)  Il-baġit għandu juri dikjarazzjoni fil-qosor tal-iskeda ta' pagamenti dovuti fi snin finanzjarji sussegwenti biex jiġu ssodisfati impenji baġitarji mittieħda fi snin finanzjarji aktar bikrija (L-Artikolu 31(2) tar-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82).